Legislator Case Law & Legislation
sl_615.1 MT

Regolamenti dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni Imħassar bl-Att XXVII tal-2024

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 615.1 — Regolamenti dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni Imħassar bl-Att XXVII tal-2024

DIKJARAZZJONI TA’ INTENZJONI

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 615.01

REGOLAMENTI DWAR ID-DIKJARAZZJONI TA’

INTENZJONI *

20 ta’ Novembru, 2020

L-AVVIŻ LEGALI 434 tal-2020.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 615.1 — Regolamenti dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni Imħassar bl-Att XXVII tal-2024

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar

id-Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 615.1 — Regolamenti dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni Imħassar bl-Att XXVII tal-2024

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’ oħra

"aġent tal-proprjetà immobbli" għandu jkollha l-istess tifsira kif

mogħtija lilha skont l-Att;

"art" tinkludi l-proprjetà immobbli kollha kif miżmuma fil-

Kodiċi Ċivili u li mhijiex extra commercium;

"Att" tfisser l-Att dwar l-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli u tas-

Sensara u Konsulenti tal-Proprjetà;

"Bord" tfisser il-Bord tal-Ħruġ ta’ Liċenzji stabbilit skont it-

Taqsima V tal-Att;

"konsulent tal-proprjetà" għandu jkollha l-istess tifsira kif

mogħtija lilha skont l-Att;

"liċenzja" tfisser liċenzja maħruġa mill-Bord biex tiġi eżerċitata

l-attività ta’ sensar tal-proprjetà, jew aġent tal-proprjetà immobbli jew

biex persuna taġixxi bħala maniġer ta’ fergħa jew konsulent tal-

proprjetà;

"maniġer ta’ fergħa" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħtija

lilha skont l-Att;

"sensar tal-proprjetà" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħtija

lilha skont l-Att;

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 615.1 — Regolamenti dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni Imħassar bl-Att XXVII tal-2024

Kull aġent tal-proprjetà, sensar tal-proprjetà, konsulent

tal-proprjetà u maniġer tal-fergħa li mhuwiex eliġibbli li jipproċedi

direttament biex japplika għal liċenzja iżda li għandu l-intenzjoni li

japplika għal liċenzja sal-31 ta’ Diċembru 2021 għandu, sa mhux aktar

tard mill-31 ta’ Marzu 2021, jinforma lill-Bord bl-intenzjoni tiegħu li

japplika għal liċenzja, billi juża l-formola mogħtija.

*Dawn ir-regolamenti ġew imħassrin bl-Att XXVII tal-2024.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →