Legislator Case Law & Legislation
sl_61.3 MT

Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

29 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (29)

Statutory Text (29 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 61.03

REGOLAMENTI DWAR DOKUMENT PROVVIŻORJU

TAL-IVVJAĠĠAR TAL-UE

13 ta’ Jannar, 2026

L-AVVIŻ LEGALI 311 tal-2024.

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti

dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE.

(2)

L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu sabiex

(a)

jittrasponu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-

Kunsill (UE) 2019/997 tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi

Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal- UE u li tħassar id-

Deċiżjoni 96/409/PESK; u

(b)

jistabbilixxu regoli dwar il-kondizzjonijiet u l-

proċedura għal ċittadini mhux rappreżentati f’pajjiżi terzi

sabiex jiksbu Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u

jistabbilixxu format uniformi għall-imsemmi dokument.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

FORMOLA UNIFORMI TAL-ETD TAL-UE

Il-formola uniformi tal-ETD tal-UE għandha tikkonforma mal-

ispeċifikazzjonijiet li ġejjin

1. Format u daqs

Il-formola uniformi tal-ETD tal-UE għandha tkun b’disinn

mitwi fi tlieta (folja waħda stampata miż-żewġ naħat u mitwija fi

tlieta). Meta tkun mitwija, id-daqs tal-formola għandu

jikkonforma mal-istandard ISO/IEC 7810 ID-3.

2. L-ewwel paġna: Il-paġna tal-faċċata

Il-paġna tal-faċċata tal-formola uniformi tal-ETD tal-UE

għandha tinkludi, f’din l-ordni, il-kliem ‘UNJONI EWROPEA’ bil-

lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u l-kliem ‘EMERGENCY TR AV EL

DO CU ME NT’ u ‘TITR E DE VOYAG E PROVISOIRE’. Għandha

turi wkoll tnax (12)-il stilla tad-deheb li jiffurmaw ċirku.

3. It-tieni paġna: It-twaħħil tal-istiker uniformi tal-ETD tal-

UE

L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha titwaħħal b’mod

sikur mat-tieni paġna tal-formola uniformi tal-ETD tal-UE b’tali mod

li ma tkunx tista’ tinqala’ faċilment. L-istiker uniformi tal-ETD tal-

UE għandha tkun allinjata u mwaħħla mat-tarf tal-paġna. Il-parti tal-

istiker uniformi tal-ETD tal-UE li tkun tista’ tinqara mill-magni

għandha tkun allinjata mat-tarf ta’ barra tal-paġna. It-timbru tal-

awtoritajiet emittenti għandu jitqiegħed fuq l-istiker uniformi tal-ETD

tal-UE b’tali mod li jkun jestendi għal fuq il-paġna.

4. It-tielet u r-raba’ paġni: Informazzjoni

It-tielet u r-raba’ paġni għandhom jinkludu traduzzjonijiet ta’

‘Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar’ kif ukoll tad-didaskaliji tal-

istiker uniformi tal-ETD tal-UE fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni

ħlief għall-Ingliż u l-Franċiż. Għandu jidher ukoll it-test li ġej

‘This EU Emergency Travel Document is a travel

document issued by a Member State of the European Union for

a single journey to the holder’s Member State of nationality or

residence or, exceptionally, to another destination. Authorities of

non-EU countries are hereby requested to allow the holder to

pass freely without hindrance.

Le présent titre de voyage provisoire de l’UE est un titre

de voyage délivré par un État membre de l’Union européenne

aux fins d’un trajet unique vers l’État membre de nationalité

ou de résidence du détenteur, ou, à titre exceptionnel, vers une

autre destination. Les autorités des pays tiers sont priées

d’autoriser le détenteur du titre de voyage provisoire à circuler

sans entraves.’

5. Il-ħames u s-sitt paġni: Viżi u timbri ta’ dħul/ħruġ

Il-ħames u s-sitt paġni għandhom juru l-intestatura ‘VISA/

VISA’ u fil-bqija għandhom jitħallew vojta.

Dawn il-paġni għandhom ikunu riżervati għal viżi u timbri ta’

dħul/ħruġ.

6. In-numru tal-formola uniformi tal-ETD tal-UE

Numru b’seba’ (7) ċifri għandu jkun stampat minn qabel fuq il-

formola uniformi tal-ETD tal-UE.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’oħra

"applikant" tfisser il-persuna li tapplika għal Dokument

Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE;

"ċittadin mhux rappreżentat" tfisser kwalunkwe ċittadin

li jkollu nazzjonalità ta’ Stat Membru li mhux rappreżentat

f’pajjiż terz kif stipulat fl-artikolu 2 tal-Att dwar il-Protezzjoni

Konsulari lil Ċittadini Mhux Rappreżentati, jew kif stipulat

mod ieħor f’dawn ir-regolamenti;

"Dokument 9303 tal-ICAO" tfisser id-Dokument 9303

tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

(ICAO) dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar li jinqraw minn Magna

(is-Seba’ Edizzjoni, 2015);

"jiem ta’ xogħol" tfisser il-jiem kollha minbarra festi

pubbliċi jew tmiem il-ġimgħa li jiġu osservati mill-awtorità

meħtieġa li taġixxi;

"Ordinanza" tfisser l-Ordinanza dwar il-Passaporti;

"riċevitur" tfisser il-persuna li jinħarġilha Dokument

Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE;

"Stat Membru" tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

"Stat Membru li jassisti" tfisser l-Istat Membru li

jirċievi applikazzjoni għal Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar

tal-UE;

"Stat Membru tan-nazzjonalità" tfisser l-Istat Membru li

l-applikant jiddikjara li huwa ċittadin tagħha, u tinkludi Malta;

"uffiċjal tal-passaporti" għandu jkollha l-istess tifsira

kif mogħti lilha fir-Regolamenti dwar il-Passaporti u għall-

finijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandha tinkludi wkoll

Rappreżentanti u Missjonijiet Diplomatiċi u Konsulari għal

Malta.

TAQSIMA II

Id-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

STIKER UNIFORMI TAL-ETD TAL-UE

L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha tikkonforma mal-

ispeċifikazzjonijiet li ġejjin

Karatteristiċi tal-istiker uniformi tal-ETD tal-UE

1. L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha tinkludi

immaġni tal-wiċċ tad-detentur stampata bi standards ta’ sigurtà għolja

ħlief fejn jintuża ritratt skont ir-regolament 23. L-immaġni tal-wiċċ

jew ir-ritratt għandu jkun dak użat għall-finijiet tar-regolament 6.

2. L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha tinkludi

karatteristiċi ta’ sigurtà li jiżguraw protezzjoni suffiċjenti kontra l-

falsifikazzjoni meta jitqiesu, b’mod partikolari, il-karatteristiċi ta’

sigurtà użati għall-format uniformi tal-viżi.

3. Għandhom jintużaw l-istess karatteristiċi ta’ sigurtà

għall-Istati Membri kollha.

4. Dawn li ġejjin għandhom jidhru fuq l-istiker uniformi

tal-ETD tal-UE

(a)

l-abbrevjazzjoni ‘EU ETD/TVP UE’;

(b)

il-kliem ‘European Union/Union européenne’;

(ċ)

il-kodiċi bi tliet (3) ittri ‘EUE’ kif stabbilit fid-

Dokument 9303 tal-ICAO.

5. L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha tinkludi n-

numru b’seba’ (7) ċifri tal-istiker uniformi tal-ETD tal-UE

f’orjentazzjoni orizzontali stampat minn qabel bl-iswed. Għandu

jintuża tip ta’ tipa speċjali. L-imsemmi numru għandu jkun preċedut

bil-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri tal-Istat Membru emittenti kif stabbilit

fid-Dokument 9303 tal-ICAO li jista’ jkun jew stampat minn qabel jew

jiżdied meta l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE timtela. Għal finijiet

ta’ sigurtà, l-istess numru b’seba’ (7) ċifri jista’ jiġi stampat minn

qabel diversi drabi fuq l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE.

It-taqsimiet li għandhom jimtlew

6. L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha tinkludi

taqsimiet għall-informazzjoni li ġejja

(a)

il-pajjiż tad-destinazzjoni u kwalunkwe pajjiż ta’

tranżitu li għalihom jinħareġ l-ETD tal-UE;

(b)

l-Istat Membru emittenti u l-post tal-awtorità

emittenti;

(ċ)

id-data tal-ħruġ u d-data ta’ skadenza;

(d)

il-kunjom u l-isem/ismijiet, in-nazzjonalità, id-data

tat-twelid u s-sess tar-riċevitur tal-ETD tal-UE;

(e)

in-numru tal-formola uniformi tal-ETD tal-UE li

magħha għandha titwaħħal l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE kif

imsemmi fil-partita 6 tal-Iskeda I.

7. Id-didaskaliji tat-taqsimiet li għandhom jimtlew

għandhom jidhru bl-Ingliż u bil-Franċiż u għandhom ikunu numerati.

8. Id-dati għandhom jinkitbu kif ġej: żewġ (2) ċifri għall-

jum, l-ewwel ċifra tkun żero jekk il-jum inkwistjoni jkun b’ċifra

waħda; żewġ (2) ċifri għax-xahar, l-ewwel ċifra tkun żero jekk ix-xahar

inkwistjoni jkun b’ċifra waħda; erba’ (4) ċifri għas-sena. Wara l-jum

u x-xahar għandu jkun hemm spazju vojt. Pereżempju: 20 01 2018

= 20 ta’ Jannar 2018.

9. L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha tinkludi

taqsima għar-‘rimarki’ li għandha tintuża mill-awtorità emittenti sabiex

tindika kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa, pereżempju t-tip u n-

numru tad-dokument sostitwit.

Informazzjoni li tista’ tinqara mill-magni

10. L-istiker uniformi tal-ETD tal-UE għandha tinkludi l-

informazzjoni r i l evanti l i t i s t a’ t inqara mill- magni

f’konformità mad-Dokument 9303 tal-ICAO sabiex tiffaċilita l-

kontrolli fil-fruntieri esterni. L-ittri kapitali ‘PU’ għandhom jintużaw

bħala l-ewwel żewġ (2) karattri tal-parti li tista’ tinqara mill-magni

sabiex id-dokument ikun indikat bħala Dokument Provviżorju tal-

Ivvjaġġar tal-UE. Il-parti li tista’ tinqara mill-magni għandha tinkludi

test stampat fl-istampar tal-isfond viżibbli bil-kliem ‘Unjoni Ewropea’

bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. L-imsemmi test ma għandux

jaffettwa l-karatteristiċi tekniċi tal-parti li tista’ tinqara mill-magni jew

il-fakultà li din tkun tista’ tinqara.

11. Għandu jitħalla spazju għall-possibbiltà li tiżdied

barcode 2D komuni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

Id-Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE,

hawn aktar ’il quddiem imsejjaħ ETD tal-UE, huwa dokument tal-

ivvjaġġar li għandu jinħareġ minn uffiċjal tal-passaporti lil ċittadin

mhux rappreżentat f’pajjiż terz għal vjaġġ wieħed lejn l-Istat

Membru tan-nazzjonalità jew ta’ residenza taċ-ċittadin, kif mitlub miċ-

ċittadin, jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, lejn destinazzjoni oħra.

(2)

L-uffiċjal tal-passaporti jista’ jiddeċiedi wkoll li joħroġ

ETDs tal-UE lil riċevituri oħra skont ir-regolament 15.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-uffiċjal tal-passaporti għandu joħroġ ETDs tal-UE lil

ċittadini mhux rappreżentati f’pajjiżi terzi li l-passaporti jew id-

dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom ikunu ntilfu, insterqu, inqerdu jew

inkella ma jistgħux jinkisbu fi żmien raġonevoli skont it-Taqsima III.

TAQSIMA III

Proċedura

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

Fejn l-uffiċjal tal-passaporti jirċievi applikazzjoni għal

ETD tal-UE minn ċittadin mhux rappreżentat, huwa għandu mill-aktar

fis possibbli u mhux aktar tard minn jumejn (2) tax-xogħol wara li

jirċievi l-applikazzjoni, jikkonsulta lill-Istat Membru tan-nazzjonalità

skont l-artikolu 9 tal-Att dwar il-Protezzjoni Konsulari lil Ċittadini

Mhux Rappreżentati sabiex tiġi verifikata n-nazzjonalità u l- identità

tal-applikant.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-uffiċjal tal-passaporti għandu jipprovdi lill-Istat

Membru tan-nazzjonalità bl-informazzjoni rilevanti kollha, li tinkludi

(a)

il-kunjom u l-isem/ismijiet, in-nazzjonalità, id-data

tat-twelid u s-sess tal-applikant;

(b)

immaġni tal-wiċċ tal-applikant meħuda mill-

uffiċjal tal-passaporti fil-ħin tal-applikazzjoni jew, unikament

fejn dan ma jkunx fattibbli, ritratt skennjat jew diġitali tal-

applikant, abbażi tal-istandards stabbiliti bil-parti 3 tad-

Dokument 9303 tal-ICAO; u

(ċ)

kopja jew skenn ta’ kwalunkwe mezz ta’

identifikazzjoni disponibbli, bħal karta tal-identità jew liċenzja

tas-sewqan, u fejn disponibbli, it-tip u n-numru tad-dokument

sostitwit u n-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali jew tas-sigurtà

soċjali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

Mal-konferma tan-nazzjonalità tal-applikant, l-

uffiċjal tal-passaporti għandu jagħti lill-applikant l-ETD tal-UE mill-

aktar fis possibbli u mhux iktar tard minn jumejn (2) ta’ xogħol minn

meta jkun irċieva l-konferma.

(2)

F’każijiet fejn l-uffiċjal tal-passaporti jiġi infurmat

mill- Istat Membru tan-nazzjonalità li huwa qed joġġezzjona għall-

ħruġ ta’ ETD tal-UE lil xi wieħed miċ-ċittadini tiegħu, l-ETD tal-UE

ma għandux jinħareġ

Iżda f’tali każijiet, l-Istat Membru tan-nazzjonalità jista’

jassumi r-responsabbiltà li jipprovdi protezzjoni konsulari liċ- ċittadin

tiegħu skont l-obbligi legali u l-prattika tiegħu

Iżda wkoll l-uffiċjal

tal-passaporti

għandu,

f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istat

Membru tan-nazzjonalità,

jinforma lill-applikant dwar dan.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

F’każijiet ta’ urġenza kbira, l-uffiċjal tal-

passaporti jista’ joħroġ ETD tal-UE mingħajr konsultazzjoni

preċedenti mal-Istat Membru tan-nazzjonalità. Qabel ma jagħmel dan,

l-uffiċjal tal-passaporti għandu jkun eżawrixxa l-mezzi disponibbli ta’

komunikazzjoni mal-Istat Membru tan-nazzjonalità.

(2)

L-uffiċjal tal-passaporti għandu jinnotifika mill-aktar fis

possibbli lill-Istat Membru tan-nazzjonalità dwar il-fatt li nħareġ

ETD tal-UE u dwar l-identità tal-persuna li lilha nħarġilha l-ETD tal-

UE. L-imsemmija notifika għandha tinkludi d-data kollha li ddaħħlet

fl-ETD tal-UE.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

Mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem tax-xogħol

wara li tkun irċeviet talba fir-rigward ta’ ċittadin Malti mhux

rappreżentat jew fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna oħra kif provdut

fir-regolament 15, l-awtorità pertitenti f’Malta għandha twieġeb għall-

konsultazzjoni skont l-artikolu 9 tal-Att dwar il-Protezzjoni

Konsulari lil Ċittadini Mhux Rappreżentati u għandha tikkonferma

jekk l-applikant huwiex ċittadin tagħha.

(2)

Jekk l-awtorità pertinenti f’Malta ma tkunx tista’

twieġeb fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol, hija għandha fl-imsemmi

perjodu tinforma lill-Istat Membru li jassisti u għandha tipprovdi

indikazzjoni ta’ meta għandha tkun mistennija t-tweġiba.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-uffiċjal tal-passaporti jista’ f’każijiet ġustifikati, jieħu

aktar żmien mil-limiti ta’ żmien stabbiliti fir-regolamenti 5, 7(1) u 9.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

Kopja jew skenn ta’ kull ETD tal-UE li tkun

inħarġet għandha tinżamm maħżuna mill-uffiċjal tal-passaporti u l-

uffiċjal tal-passaporti għandu jibgħat kopja oħra jew skenn lill-Istat

Membru tan-nazzjonalità tal-applikant.

(2)

Ir-riċevitur ta’ ETD tal-UE għandu jintalab jirritorna l-

ETD tal-UE, irrespettivament minn jekk ikunx skada, meta jasal fid-

destinazzjoni finali.

TAQSIMA IV

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-uffiċjal tal-passaporti għandu jitlob lill-applikant dawk

id-drittijiet li jitlob liċ-ċittadini Maltin għall-ħruġ ta’ dokumenti

nazzjonali provviżorji tal-ivvjaġġar.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

Fejn l-applikanti ma jkunux jistgħu jħallsu kwalunkwe

drittijiet applikabbli lill-uffiċjal tal-passaporti meta jissottomettu l-

applikazzjoni tagħhom, huma għandhom jintrabtu li jħallsu lura lill-

Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom tali drittijiet billi jużaw il-

formola standard stabbilita fl-Iskeda li tinsab mal-Att dwar il-

Protezzjoni Konsulari lil Ċittadini Mhux Rappreżentati. F’tali każijiet,

l-artikoli 11(2), 13 u 14 tal-Att dwar il-Protezzjoni Konsulari lil

Ċittadini Mhux Rappreżentati għandhom japplikaw

Iżda l-uffiċjal tal-passaporti jista’ jirrinunzja għall-ġbir

ta’ drittijiet jekk l-applikant jiġi kkunsidrat nieqes mill-mezzi sabiex

jipprovdi għalih innifsu.

TAQSIMA V

Perjodu ta’ Validità

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

ETD tal-UE għandu jkun validu għall-perjodu

meħtieġ għat-tlestija tal-vjaġġ li għalih ikun inħareġ.

(2)

Fil-kalkolu ta’ dak il-perjodu, għandu jingħata biżżejjed

żmien għal waqfiet neċessarji matul il-lejl u sabiex isiru

l-

konnessjonijiet tal-ivvjaġġar.

(3)

Il-perjodu ta’ validità għandu jinkludi perjodu ta’

konċessjoni addizzjonali ta’ jumejn (2)

Iżda, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-validità ta’ ETD

tal-UE ma għandhiex taqbeż ħmistax (15)-il jum kalendarju.

TAQSIMA VI

Ħruġ fakultattiv ta’ ETD tal-UE

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

Fejn il-passaport jew id-dokument tal-ivvjaġġar

tal-applikant ikun intilef, insteraq, inqered jew inkella ma jkunx jista’

jinkiseb fi żmien raġonevoli, l-uffiċjal tal-passaporti jista’ joħroġ

ETDs tal-UE

(a)

lil ċittadini ta’ Malta;

(b)

lil ċittadini tal-Unjoni li ma jkunux rappreżentati

fit-territorju tal-Istati Membri, inklużi l-pajjiżi u t-territorji

ekstra-Ewropej imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu

355(2) tat-TFUE;

(ċ)

lil ċittadini ta’ Stat Membru ieħor li jkun

rappreżentat fil-pajjiż fejn huma jfittxu li jiksbu l-ETD tal-UE u

fejn jeżistu arranġamenti għal dak il-għan bejn l-Istati Membri

rilevanti;

(d)

lil membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-

Unjoni, li jakkumpanjaw ċittadini tal-Unjoni li ma jkunux

rappreżentati f’pajjiż terz jew ċittadini tal-Unjoni msemmija

fil- paragrafi (a), (b) jew (ċ), fejn dawk il-membri tal-familja

jkunu residenti legali fi Stat Membru, bla ħsara għal kwalunkwe

rekwiżiti ta’ viża applikabbli;

(e)

lil persuni oħra li lilhom Malta jew Stat Membru

ieħor ikun obbligat t a ħ t i l - l i ġ i i n t e r n a z z j o n a l i j e w

nazzjonali sabiex jipprovdi protezzjoni u li

huma residenti legali fi Stat Membru.

(2)

Fejn uffiċjal tal-passaporti joħroġ ETDs tal-UE skont

(a)

il-paragrafi (b) jew (ċ) tas-subregolament (1), il-

konsultazzjoni stabbilita fir-regolament 5 għandha tinvolvi lill-

Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadini tal-Unjoni;

(b)

il-paragrafu (d) tas-subregolament (1), il-

konsultazzjoni stabbilita fir-regolament 5 għandha tinvolvi lill-

Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin tal-Unjoni li jkun

akkumpanjat u, fejn meħtieġ, lill-Istat Membru tar-residenza

tal-membru tal-familja

Iżda, minkejja d-dispożizzjonijiet tar-regolament

8, l-ebda ETD tal-UE ma għandu jinħareġ mingħajr

konsultazzjoni preċedenti mal-Istat Membru tan-nazzjonalità

taċ-ċittadin tal- Unjoni li jkun akkumpanjat u, fejn meħtieġ,

mal-Istat Membru ta’ residenza tal-membru tal-familja;

(ċ)

il-paragrafu (e) tas-subregolament

(1),

il-

konsultazzjoni stabbilita fir-regolament 5 għandha tinvolvi lill-

Istat Membru obbligat taħt il-liġi internazzjonali jew

nazzjonali sabiex jipprovdi protezzjoni lill-applikant, liema

għandu jkun il-pajjiż ta’ destinazzjoni indikat fuq l-ETD tal-

UE.

TAQSIMA VII

Format uniformi għall-ETDs tal-UE

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-ETDs tal-UE għandhom jikkonsistu f’formola uniformi

ta’ ETD tal-UE u fi stiker uniformi ta’ ETD tal-UE. L-imsemmija

formola u stiker għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet

stabbiliti fl-Iskedi I u II u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali

adottati mill-Kummissjoni Ewropea.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

Meta timtela l-istiker uniformi

tal-ETD

tal-UE,

għandhom jimtlew it-taqsimiet stabbiliti fl-Iskeda II u għandha

timtela l-parti li tista’ tinqara mill-magni, f’konformità mad-Dokument

9303 tal-ICAO.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-uffiċjal tal-passaporti jista’ jżid kwalunkwe entrata

nazzjonali meħtieġa fit-taqsima ‘kummenti’ tal-istiker uniformi tal-

ETD tal-UE kif imsemmi fil-partita 9 tal-Iskeda II. L-imsemmija entrati

nazzjonali ma għandhomx jidduplikaw it-taqsimiet stabbiliti fl-Iskeda

II.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-entrati kollha fl-istiker uniformi tal-ETD tal-UE,

inkluż l-immaġni tal-wiċċ għandhom jiġu stampati. L-ebda tibdil ma

għandu jsir b’mod manwali fuq stiker uniformi stampata tal-ETD tal-

UE

Iżda

(a)

b’mod eċċezzjonali, f’każ ta’ force majeure

teknika, l-istikers uniformi tal-ETD tal-UE jistgħu jimtlew

manwalment u jitwaħħal ritratt;

(b)

f’tali każijiet, ir-ritratt għandu jkollu protezzjoni

addizzjonali kontra s-sostituzzjoni tar-ritratti; u

(ċ)

l-ebda tibdil ma għandu jsir fi s t i k e r uniformi

tal- ETD tal-UE li tkun imtliet manwalment.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

Jekk jinstab żball

(a)

fuq l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE li ma tkunx

għadha twaħħlet mal-formola uniformi tal-ETD tal-UE, l- istiker

uniformi tal-ETD tal-UE għandha tiġi invalidata u għandha

tinqered; u

(b)

wara li l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE tkun

twaħħlet mal-formola uniformi tal-ETD tal-UE, it-tnejn li huma

għandhom jiġu invalidati u meqruda, u għandha tiġi prodotta

stiker uniformi tal-ETD tal-UE ġdida.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-istiker uniformi stampata tal-ETD tal-UE li jkun fiha t-

taqsimiet mimlija għandha titwaħħal mal-formola uniformi tal-ETD

tal-UE skont l-Iskeda I.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-uffiċjal tal-passaporti għandu jiżgura ħżin protett mis-

serq ta’ formoli u stikers uniformi vojta tal-ETD tal-UE.

TAQSIMA VIII

Protezzjoni ta’ data personali

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

Id-data personali pproċessata għall-finijiet ta’

dawn ir-regolamenti, inklużi l-immaġni tal-wiċċ jew ir-ritratt tal-

applikant imsemmija fir-regolament 6, għandha tintuża biss sabiex tiġi

vverifikata l-identità tal-applikant skont il-proċedura stabbilita fir-

regolament 5, sabiex tiġi stampata l-istiker uniformi tal-ETD tal-UE u

sabiex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar tal-imsemmi applikant.

(2)

L-uffiċjal tal-passaporti u l-Istat Membru tan-

nazzjonalità għandhom jiżguraw is-sigurtà xierqa tad-data personali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar- Regolament (UE)

2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 t’April 2016

dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’

data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-

Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-

Data), applikant li jinħariġlu ETD tal-UE għandu jkollu d-dritt li

jivverifika d-data personali li tinsab fl-ETD tal-UE u, fejn xieraq, li

jitlob li jsiru korrezzjonijiet billi jinħareġ dokument ġdid.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

L-ebda informazzjoni f’forma li tista’ tinqara mill-

magni ma għandha tiġi inkluża f’ETD tal-UE sakemm ma tkunx tidher

ukoll fit-taqsimiet imsemmija fil-partita 6 tal-Iskeda II.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.3 — Regolamenti dwar Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE

(1)

Bla

ħsara

għad-dispożizzjonijiet

tas-

subregolamenti (2) u (3), l-uffiċjal tal-passaporti għandu jżomm id-

data personali ta’ applikant unikament sakemm ikun hemm bżonn,

inkluż għall-ġbir tad-drittijiet imsemmija fir-regolament 13.

(2)

Id-data personali ma għandha fl-ebda każ tinżamm għal

aktar minn mija u tmenin (180) jum mill-uffiċjal tal-passaporti fil-każ

fejn l-ETD tal-UE jinħareġ mill-uffiċjal tal-passaporti, jew aktar minn

sentejn (2) fejn il-Gvern jiġi kkonsultat minn Stat Membru ieħor skont

l-artikolu 9 tal-Att dwar il-Protezzjoni Konsulari lil Ċittadini Mhux

Rappreżentati għall-finijiet li tiġi vverifikata n-nazzjonalità u l-identità

tal-applikant.

(3)

Mal-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma d-data personali ta’

applikant għandha titħassar

Iżda minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subregolamenti (1) u

(2), l-uffiċjal tal-passaporti għandu jiżgura l-qerda sikura ta’

kwalunkwe ETD tal-UE mogħti lura u tal-kopji relatati kollha mill-

aktar fis possibbli.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →