Legislator Case Law & Legislation
sl_61.2 MT

Regolamenti dwar il-Passaporti

14 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (14)

Statutory Text (14 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 61.02

REGOLAMENTI DWAR IL-PASSAPORTI

28 ta’ Settembru, 1993

L-AVVIŻ LEGALI 131 tal-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 59 tal-

2001, 141 tal-2007, 97 tal-2009, 111 tal-2011, 159 tal-2014 u 193 tal-2023.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar il-

Passaporti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1)

Jista’ jinħareġ passaport Malti lil -

(a) ċittadini ta’ Malta; jew

(b) ċittadini oħra tal-Commonwealth; jew

(ċ) persuni oħra li ma jkunux persuni ta’ nazzjonalità

Maltija u li jkunu jinsabu f’Malta mingħajr passaport

validu hekk kif provdut fir-regolament 2A; jew

(d) persuni li ġew dikjarati apolidi mill-awtoritajiet Maltin

pertinenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni

tal-1954 tan-Nazzjonijiet Uniti rigward l-Istatus ta’

Persuni Apolidi; jew

(e) persuni li ngħataw protezzjoni mill-Aġenzija għall-

Protezzjoni Internazzjonali, u l-membri tal-familja

tagħhom li huma hekk intitolati, skont id-

dispożizzjonijiet

tal-Att

dwar

il-Protezzjoni

Internazzjonali u kwalunkwe regolamenti magħmula

taħtu,

wara applikazzjoni lill-uffiċjal tal-passaporti.

(2)

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’oħra

"Aġenzija Identità Malta" tfisser l-Aġenzija mwaqqfa bl-

Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija Identità Malta;

"ċittadin tal-Commonwealth" għandu jkollha l-istess

tifsira kif mogħtija lilha fl-artikolu 23 tal-Kostituzzjoni;

"Ordinanza" tfisser l-Ordinanza dwar il-Passaporti;

"passaport" tfisser dokument għall-ivvjaġġar maħruġ

skont

id-dispożizzjonijiet

tal-ispeċifikazzjonijiet

tar-

Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2009 li jemenda Regolament tal-

Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-

karatteristiċi ta’ sigurtà u l-bijometrika f’passaporti u

dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri u tinkludi

Dokument Konvenzjoni tal-Ivvjaġġar maħruġ lil persuni

mogħtija stat ta’ rifuġjat skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar

il-Protezzjoni Internazzjonali u l-liġijiet sussidjarji tiegħu;

"passaport diplomatiku" tfisser passaport maħruġ lil

persuna wara awtorizzazzjoni mis-Segretarju Permanenti

responsabbli għall-Affarijiet Barranin, jew kwalunkwe uffiċjal

ieħor hekk awtorizzat għal tali għan mis-Segretarju Permanenti

sabiex jaġixxi f’ismu;

"uffiċjal tal-passaporti" tfisser id-Direttur tal-Uffiċċju

tal-Passaporti, li għandu jkun uffiċjal għoli tal-Aġenzija

Identità Malta maħtur mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-istess

Aġenzija, jew kwalunkwe uffiċjal magħżul mid-Direttur tal-

Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jaġixxi f’ismu għall-finijiet ta’

dawn ir-regolamenti u tal-Ordinanza.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Fil-każ ta’ persuni msemmija fir-regolament 2(1)(ċ),

(d) u (e), dokument tal-ivvjaġġar jew passaport maħruġ skont dawn

ir-regolamenti għandu

(a)

ikun ta’ kulur differenti jew ikollu kliem li jkunu

jiddistingwuh minn passaporti maħruġa lill- persuni msemmija

fir-regolament 2(1)(a) u (b);

(b)

ikun fih indikazzjoni li hu ''Dokument tal-

Ivvjaġġar'' jew ''Passaport għal Stranġier'', skont il-każ;

(ċ)

ikun validu għal perjodu ta’ tliet (3) snin mid-data

tal-ħruġ

Iżda l-uffiċjal tal-passaporti jista’, abbażi tal-ordni

pubbliku, jispeċifika f ’kull tali dokument tal-ivvjaġġar jew

passaport perjodu iqsar ta’ validità.

(2) Id-dispożizzjonijiet tar-regolament 9(2) ma għandhomx

japplikaw fil-każ ta’ ''Dokument tal-Ivvjaġġar'' jew ''Passaport għal

Stranġier''.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Kull persuna ta’ sittax-il sena jew iżjed li tapplika għal

passaport għandha timla bil-kitba tagħha applikazzjoni fuq formula

magħrufa bħala Formula A, li tista’ tinkiseb mingħand l-uffiċjal

tal-passaporti.

(2) Fil-każ ta’ tifel jew tifla taħt is-sittax-il sena, jkun meħtieġ

passaport separat. Formula magħrufa bħala Formula A, li tista’

tinkiseb mingħand l-uffiċjal tal-passaporti, għandha timtela miż-

żewġ ġenituri jew mit-tutur jew kuratur tal-minuri, bil-kitba tiegħu

jew tagħha stess.

(3) Tfal taħt l-età ta’ tmintax-il (18) sena ma jiġux mogħtija

faċilitajiet ta’ passaport mingħajr il-kunsens bil-miktub taż-żewġ

ġenituri jew, jekk dawn ikunu t-tnejn mejta, tat-tutur jew kuratur

tagħhom. Jekk, meta kwalunkwe wieħed mill-ġenituri jkun għadu

ħaj, xi persuna oħra tgħid li tkun tutur jew kuratriċi tat-tfal, hija

għandha tipprovdi lill-uffiċjal tal-passaporti kopja tal-ordni tal-

qorti li tkun tat lilu l-kustodja tat-tfal

Iżda f’każ li l-kunsens ta’ kwalunkwe wieħed mill-ġenituri,

jekk iż-żewġ ġenituri jkunu ħajjin, u ma jkunx jista’ jinġieb għal

kwalunkwe raġuni, il-ġenitur l-ieħor għandu jippreżenta rikors

quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) sabiex jitlob lill-

Qorti tordna, wara li tkun qieset l-aħjar interessi tal-minuri, li l-

passaport tal-minuri jinħareġ mingħajr il-kunsens tal-ġenitur li ma

tax il-kunsens tiegħu. Fid-digriet tagħha, il-Qorti għandha tindika

wkoll jekk tali digriet għandux ikun limitat għal tali applikazzjoni

għall-passaport, jew jekk japplikax ukoll għal applikazzjonijiet

għall-passaport futuri li jikkonċernaw lilll-istess minuri

Iżda wkoll l-ebda ordni tal-qorti ma jkun meħtieġ fejn il-qorti

kompetenti diġà tkun awtorizzat id-dispensa tal-kunsens ta’

kwalunkwe wieħed mill-ġenituri.

(4) Jekk persuna li tkun tixtieq timla formula ta’ applikazzjoni

ma tistax tikteb, il-persuna li timla d-dikjarazzjoni bħala

rakkomandant ta’ l-applikant tista’ timla l-formula ta’

applikazzjoni bil-kitba tagħha f’isem min japplika.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Tkun meħtieġa d-dikjarazzjoni tar-rakkomandant

b’sostenn ta’ l-applikazzjoni li hemm fl-imsemmija formuli meta -

(a) issir applikazzjoni minn persuna adulta għall-ħruġ ta’

passaport għall-ewwel darba;

(b) issir applikazzjoni għall-ħruġ ta’ passaport għal

persuna minuri meta r-rakkomandant ikun xhud tal-

firma taż-żewġ ġenituri jew tal-kuraturi;

(ċ) ċittadini Maltin ikunu jirrisjedu barra minn Malta; u

(d) id-Direttur tal-Uffiċċju tal-Passaporti jiltaqa’ ma’ xi

diffikultà meta jiġi biex jaċċerta ruħu mill-identità ta’

min japplika.

(2)

(a) Id-dikjarazzjoni tar-rakkomandant għandha tiġi

mimlija u ffirmata minn ċittadin Malti li jkun ministru

tar-reliġjon, jew tabib, jew persuna li teżerċita l-

professjoni legali, jew arkitett, jew impjegat ċivili fid-

diskrezzjoni tad-Direttur tal-Uffiċċju tal-Passaporti, jew

manager ta’ bank jew xi persuna oħra li, fil-fehma tad-

Direttur tal-Uffiċċju tal-Passaporti, tkun ta’ grad simili.

(b) Ir-rakkomandant għandu jkun jaf personalment lil min

japplika għal mill-anqas sentejn minnufih qabel ma

jiffirma d-dikjarazzjoni

Iżda fil-każ ta’ applikazzjoni għall- passaport mill-persuni

msemmija fir-regolament 2(1)(ċ), (d), u (e), ir-rakkomandant

għandu jkun jaf personalment lill-applikant għal mill-inqas sitt (6)

xhur minnufih qabel l-iffirmar tad-dikjarazzjoni.

(3) L-uffiċjal tal-passaporti jista’ skont l-ordni pubbliku ma

jkollux bżonn id-dikjarazzjoni ta’ min jagħmel ir-

rakkomandazzjoni meta tkun ġiet provduta data bijometrika.

(4) Jekk il-persuna li tapplika għal passaport tkun tirrisjedi

barra minn Malta jew tkun tinsab, fil-waqt ta’ l-applikazzjoni, barra

minn Malta, id-dikjarazzjoni b’sostenn għal dik l-applikazzjoni

tista’ tiġi mimlija u ffirmata minn kull ċittadin tal-Commonwealth

jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jkun kwalifikat għal dan l-iskop

kif provdut f’dan ir-regolament.

(5) Jekk ma jkunx hemm persuna kwalifikata biex timla d-

dikjarazzjoni kif maħsub f ’dan ir-regolament, l-uffiċjal tal-

p a s s a p o r t i j i s t a ’ , skont l-ordni pubbliku, j e ż e n t a m i l l i s s i r

dikjarazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Meta formula ta’ applikazzjoni tkun ġiet mimlija f’kull

partikolarità, għandha tiġi preżentata lill-uffiċjal tal-passaporti

flimkien mar-ritratti u data bijometrika u dokumenti oħra meħtieġa

mill-uffiċjal tal-passaporti kif jingħad fil-formula ta’ applikazzjoni

relattiva. Ir-ritratti, data bijometrika u d-dokumenti li jkunu ma’

formula ta’ applikazzjoni jsiru proprjetà tal-Gvern malli jiġu

preżentati lill-Uffiċċju tal-passaporti

Iżda kull persuna li tkun qed tapplika għall-passaport

għandu jitteħdilha r-ritratt u d-data bijometrika minn uffiċjal, jew

persuna responsabbli hekk awtorizzata mill-uffiċjal tal-passaporti kif

approvat mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identità Malta.

(2) Meta isem u, jew kunjom ikun magħmul minn iktar minn isem

u, jew kunjom wieħed, u l-ismijiet u, jew l-kunjomijiet kollha ikunu

ta’ tul ikbar milli teknikament jista’ jitniżżel fil-passaport, l-uffiċjal

tal-passaport jista’ jillimita tali ismijiet u, jew kunjomijiet li jitniżżlu

fil-passaport, b’tali mod li dejjem jinkludi l-ewwel ismijiet u, jew

kunjomijiet, skont il-każ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Il-passaporti maħruġa permezz tal-uffiċjal tal-passporti

għandhom jibqgħu proprjetà tal-Gvern u jistgħu, għal raġuni valida

ġustifikata, f ’kull żmien wara l-ħruġ jiġu invalidati, irtirati jew

imħassra.

(2) Fejn il-qorti kompetenti tkun ħarġet mandat ta’ inibizzjoni

skont l-artikolu 877 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,

l-uffiċjal tal-passaporti jista’ jitlob l-assistenza tal-Pulizija Eżekuttiva

sabiex jirtira l-passaport li jkun inħareġ diġà fir-rigward tal-minuri, u

kwalunkwe passaport ieħor li jinkludi isem il-minuri..

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Passaporti jistgħu jinkisbu biss għall-ivvjaġġar fil-

pajjiżi msemmija fih, iżda ma jeżentawx lid-detentur tagħhom milli

josserva xi liġi jew regolament ta’ immigrazzjoni li jkunu fis-seħħ

f’xi territorju jew mill-ħtieġa li jikseb viża jew permess meta jkun

hekk meħtieġ mill-liġijiet ta’ xi territorju.

(2) Il-pussess ta’ passaport jew dokument tal-ivvjaġġar, maħruġ

mill-uffiċjal tal-passaporti, minn persuna li mhijiex ċittadin ta’ Malta,

ma jagħtix dritt awtomatiku lid-detentur tiegħu li jerġa’ jidħol Malta.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Passaporti maħruġa mill-uffiċjal tal-passaporti lil

ċittadini ta’ Malta, għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-

regolament 6 -

(i)

ikunu validi għal perjodu ta’ għaxar snin mid-

data tal-ħruġ għal dawk il-persuni li għalqu s-

sittax-il sena;

(ii) ikunu validi għal perjodu ta’ ħames snin mid-

data tal-ħruġ għal dawk il-minuri li għalqu l-

għaxar snin iżda li għadhom ma għalqux is-

sittax-il sena;

(iii) ikunu validi għal perijodu ta’ sentejn mid-data

tal-ħruġ għal dawk il-minuri li għadhom ma

għalqux l-għaxar snin

Iżda l-uffiċjal tal-passaporti jista’, abbażi tal-ordni pubbliku

jispeċifika f’xi passaporti bħal dawn perijodu iqsar ta’ validità.

(2) Meta passaport ikun inħareġ għal perijodu iqsar minn kif

speċifikat fis-sub-regolament (1), jista’ jiġi mtawwal għall-bqija

tal-perijodu kif speċifikat.

(3) Meta jispiċċaw il-perijodi ta’ validità kif speċifikati fis-

sub-regolament (1), jew meta ma jkunx hemm aktar spazju fil-

passaport għal approvazzjonijiet jew viżi għal pajjiżi li fihom id-

detentur fi ħsiebu jivvjaġġa, jew għal kwalunkwe raġuni ġustifikata

oħra, għandha ssir applikazzjoni għal passaport ġdid.

(4) Meta ssir applikazzjoni għal passaport ġdid u l-passaport il-

qadim jingħata lill-uffiċjal tal-passaporti, huwa jista’, fid-

diskrezzjoni tiegħu, u jekk dik il-formula ta’ applikazzjoni tkun

xort’oħra mimlija soddisfaċentement, jirrinunzja għal ħtiġiet ta’

data bijometrika, produzzjoni ta’ provi dokumentarji u li ssir id-

dikjarazzjoni tar-rakkomandant.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Il-passaporti jinħarġu jew jiġu estiżi mill-uffiċjal tal-

passaporti.

(2) Il-passaporti jinħarġu, jiġu estiżi u jingħataw lil ċittadini ta’

Malta f’xi pajjiż barra minn Malta mir-rappreżentanti diplomatiċi

jew konsulari tal-Gvern ta’ Malta f’dak il-pajjiż jew, f’pajjiż fejn

m’hemmx dawn ir-rappreżentanti, minn persuni li jkunu jservu fis-

servizz diplomatiku, konsulari jew xi servizz ieħor barrani ta’

pajjiż li, b’arranġament mal-Gvern ta’ Malta, jkun aċċetta li

jirrappreżenta l-interessi tal-Gvern Malti f’dak il-pajjiż jew minn xi

persuna oħra, f’kull każ awtorizzata għal dan il-għan mill-Ministru

u skond id-direzzjoni, ġenerali jew speċifika, mogħtija għal dak l-

iskop mill-Ministru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

Imħassar bl-Avviż Legali 193 tal-2023.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

(1) Kopji tal-formuli msemmija f’dawn ir-regolamenti

għandhom jinħarġu bla ħlas mill-uffiċjal tal-passaporti lil persuni li

jkunu jeħtieġuhom b’bona fide.

(2) L-uffiċjal tal-passaporti jista’ minn żmien għal żmien

jagħmel dawk l-emendi u żidiet fl-imsemmija formuli kif huwa jqis

mixtieq jew meħtieġ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 61.2 — Regolamenti dwar il-Passaporti

Applikazzjonijiet

meħtieġa

b’dawn

ir-regolamenti

għandhom isiru fuq formuli stampati mogħtija mill-uffiċjal tal-

passaporti għaldaqshekk, u għandhom, qabel ma jingħataw lill-

uffiċjal tal-passaporti, jiġu mimlija f ’kull partikolarità, u skond

kull nota, marka jew direttiva f ’xi parti tagħhom, jew f ’xi nota

marġinali li jkun hemm fihom

Iżda u bla ħsara għal dawn ir-regolamenti, l-uffiċjal tal-

passaporti jista’ wkoll, f ’każ ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’

passaport diplomatiku, jirċievi l-istess applikazzjoni f ’format

elettroniku permezz ta’ portal elettroniku maħluq għal dan il-għan,

permezz ta’ Formula, magħrufa bħala Formula A, li tista’ tiġi

ffirmata manwalment jew elettronikament skont ir-Regolament

(UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’

Lulju 2014 dw ar l-id entifikazzj oni elettron ika u s-servizzi

fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar

id-Direttiva 1999/93/KE

Iżda wkoll l-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ passaport

diplomatiku sottomessa permezz tal-portal elettroniku maħluq għal

dan il-għan, tista’ timtela’ wkoll b’mod elettroniku u mingħajr il-

ħtiega li timtela’ bil-kitba tal-persuni msemmija fir-regolament 3.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →