Legislator Case Law & Legislation
sl_609.1 MT

Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji

7 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (7)

Statutory Text (7 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 609.1 — Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI LI JAPPLIKAW GĦAS-

SOSPENSJONI TAL-ĦINIJIET LEGALI U ĠUDIZZJARJI

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 609.01

REGOLAMENTI DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET

ĠENERALI LI JAPPLIKAW GĦAS-SOSPENSJONI

TAL-ĦINIJIET LEGALI U ĠUDIZZJARJI

2 ta’ April, 2020

L-AVVIŻ LEGALI 141 tal-2020, kif emendat bl-Avviżi Legali 162 u

203 tal-2020.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 609.1 — Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti huwa r-Regolamenti

dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-

Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 609.1 — Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’oħra

"l-Att" tfisser l-Att dwar is-Sospensjoni u l-Interruzzjoni ta’

Perjodi ta’ Żminijiet Legali u Oħrajn;

"qorti" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħtija lilha fl-Att kif

tista’ tkun emendata minn żmien għal żmien;

"konvenju reġistrat" tfisser konvenju reġistrat mal-Kummissarju

tat-Taxxi Interni skont il-liġi u fil-perjodu stabbilit mil-liġi;

"reġistru" tfisser ir-reġistru ta’ kwalunkwe qorti;

"Suprintendent" għandha jkollha l-istess tifsira kif mogħtija

lilha mill-Att dwar is-Saħħa Pubblika.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 609.1 — Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji

(1)

Wara l-pubblikazzjoni tal-Ordni dwar l-Għeluq

tal-Qrati tal-Ġustizzja, il-Ministru, bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti,

qiegħed jissospendi t-tħaddim ta’ kwalunkwe perjodu ta’ żmien li

huwa affettwat minn jew b’xi mod ieħor soġġett għall-Ordni tal-

Għeluq tal-Qrati tal-Ġustizzja

(a)

taħt kull liġi sostantiva jew proċedurali, inkluż

kwalunkwe perjodu ta’ preskrizzjoni u kwalunkwe perjodu

perentorju; u

(b)

dekredat jew b’xi mod ieħor ordnat minn

kwalunkwe qorti.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI LI JAPPLIKAW GĦAS-

SOSPENSJONI TAL-ĦINIJIET LEGALI U ĠUDIZZJARJI

(2)

Dawn ir-regolamenti għandhom jissospendu wkoll

id-dekorrenza ta’ kwalunkwe perjodu ta’ żmien stabbilit f’kull

ftehim (kemm jekk f’kitba privata bl-esklużjoni ta’ wegħda

reġistrata ta’ ftehim ta’ bejgħ jew f’att pubbliku), inkluż kull

perjodu ta’ żmien għat-twettiq ta’ kwalunkwe obbligu stabbilit

f’tali ftehim, jekk u sal-punt li l-Ordni tal-Għeluq tal-Qrati tal-

Ġustizzja jkollha effett dirett fuq il-kapaċità ta' kwalunkwe parti

li teżerċita d-drittijiet tagħha jew li twettaq l-obbligi tagħha taħt

il-ftehim.

(3)

Kull perijodu ta’ żmien sospiż skont il-paragrafi (a) u (b)

tas-subregolament (1) għandu jibqa’ sospiż sa sebat (7) ijiem wara t-

tneħħija tal-imsemmija ordni tas-Suprintendent u wara għandu

jitkompla għaddej.

(4)

Kull perjodu ta’ żmien sospiż skont is-subregolament (2),

għandu jibqa’ sospiż sal-għoxrin (20) jum sussegwenti għat-tħassir tal-

imsemmija ordni tas-Suprintendent u sussegwentement għandu jkompli

jiddekorri.

(5)

Għall-evitar ta’ dubji, iżda mingħajr preġudizzju għall-

ġeneralità tas-subregolament (2), is-sospensjoni fis-subregolament (2)

u l-perjodu ta’ sospensjoni msemmi fis-subregolament (4), għandhom

japplikaw għal kull wieħed minn dawn li ġejjin

(a)

il-kontinwazzjoni tal-perjodi legali kollha imposti

fuq nutar pubbliku bil-liġi biex jirreġistra kull att, testment, att

jew kitba privata; jew

(b)

il-kontinwazzjoni ta’ kwalunkwe perjodu li fih

nutar pubbliku, skont kwalunkwe liġi applikabbli, għandu

jħallas it-taxxi miġbura minnu fl-eżerċizzju tal-professjoni

tiegħu; jew

(ċ)

il-kontinwazzjoni ta’ kwalunkwe perjodu ta’

żmien relatat ma’ benefiċċji fiskali, inċentivi jew eżenzjonijiet;

(d)

il-kontinwazzjoni ta’ kwalunkwe perjodu ta’

żmien li fih nutar pubbliku għandu jibgħat kull informazzjoni

jew dokumentazzjoni lil kwalunkwe awtorità jew regolatur

skond l-attività notarili rilevanti; u

(e)

id-dekorrenza taż-żmien fir-rigward tal-iskadenza

ta’ kwalunkwe konvenju reġistrat, bl-esklużjoni ta’ wegħda

reġistrata ta’ ftehim ta’ bejgħ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 609.1 — Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti huma

mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ordni magħmula mis-

Suprintendent skont l-Att dwar is-Saħħa Pubblika u xejn f’dawn ir-

regolamenti ma għandu jiġi interpretat bħala limitazzjoni jew emenda

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI LI JAPPLIKAW GĦAS-

SOSPENSJONI TAL-ĦINIJIET LEGALI U ĠUDIZZJARJI

għal kwalunkwe ordni minn dawn. Meta dawn ir-regolamenti u kull

ordni maħruġa mis-Suprintendent jipprovdu għal limiti ta’ żmien

differenti, għandhom japplikaw il-limiti ta’ żmien li huma l-itwal fost

id-dispożizzjonijiet.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 609.1 — Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji

Is-sospensjoni ta’ kwalunkwe terminu kif fis-seħħ qabel

id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-2020 li jemendaw ir-Regolamenti

dwar id-Dispozizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-

Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji (Emenda Nru. 2) in kwantu tirrigwarda

twettiq ta’ obbligi ta’ wegħdiet reġistrati ta’ ftehim ta’ bejgħ u

skadenza ta’ konvenju debitament reġistrat għandha tibqa’ fis-seħħ

għal għoxrin (20) jum mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-

2020 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li

japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji (Emenda

Nru. 2).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 609.1 — Regolamenti dwar id-Dispożizzjonijiet Ġenerali li japplikaw għas-Sospensjoni tal-Ħinijiet Legali u Ġudizzjarji

Is-sospensjoni stabbilita permezz ta’ dawn ir-regolamenti

u l-effetti tagħha għandhom jitqiesu li bdew jiddekorru mis-16 ta’

Marzu 2020.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →