Legislator Case Law & Legislation
sl_607.4 MT

Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

11 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (11)

Statutory Text (11 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

MHUX FORMALI U INFORMALI

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 607.04

REGOLAMENTI DWAR IL-VALIDAZZJONI TA’

TAGĦLIM MHUX FORMALI U INFORMALI

1 ta’ Jannar, 2026

L-AVVIŻ LEGALI 264 tal-2025.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar

il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’ oħra

"akkreditament" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti

lilha bl-artikolu 2 tal-Att;

"Att" tfisser l-Att dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u

Ogħla;

"Awtorità" tfisser l-Awtorità ta’ Malta għal Edukazzjoni

Avvanzata u Ogħla mwaqqfa bl-artikolu 3 tal-Att;

"Ċentru tal-Assessjar għal Validazzjoni" tfisser entità

liċenzjata mill-Awtorità sabiex tivvalida t-tagħlim mhux

formali u informali;

"entità" tfisser entità liċenzjata minn awtorità kompetenti

sabiex toffri tagħlim formali u mhux formali;

"Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali" tfisser il-kumitat stabbilit

permezz tar-regolament 5 sabiex jipprovdi gwida strateġika

dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali;

"Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali" tfisser il-Kunsill għal

Ħiliet Nazzjonali stabbilit bl-artikolu 4 tal-Ordni dwar it-

Twaqqif tal-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali;

"kwalifika" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha

bl-artikolu 2 tal-Att;

"Ministru"

tfisser

il-Ministru

responsabbli

għall-

edukazzjoni;

"Qafas Malti tal-Kwalifiki" għandu jkollha l-istess tifsira

kif mogħti lilha bl-artikolu 2 tal-Att;

"rikonoxximent" tfisser it-titolu ta’ ċertifikazzjoni ta’

tagħlim miksub permezz ta’ programmi b’inqas min-numru ta’

krediti meħtieġa fil-livell speċifiku tal-Qafas Malti tal-

MHUX FORMALI U INFORMALI

Kwalifiki biex ikun meqjus bħala kwalifika;

"standards okkupazzjonali" tfisser standards li jiddeskrivu

l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li għandu jkollu individwu f’

okkupazzjoni partikolari sabiex jiġi formalment rikonoxxut li

huwa kompetenti għall-fiijiet ta’ okkupazzjoni partikolari;

"tagħlim informali" għandu jkollha l-istess tifsira kif

mogħti lilha bl-artikolu 2 tal-Att;

"tagħlim tul il-ħajja" għandu jkollha l-istess tifsira kif

mogħti lilha bl-artikolu 2 tal-Att;

"tagħlim mhux formali" għandu jkollha l-istess tifsira kif

mogħti lilha bl-artikolu 2 tal-Att;

"Unità ta’ Ħiliet Settorjali" tfisser unità iffukata fuq l-

industrija mwaqqfa mill-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali li

tiżviluppa standards okkupazzjonali bil-għan li jittejbu l-ħiliet

tal-forza tax-xogħol;

"validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali"

tfisser proċess li jidentifika, jevalwa u formalment jiċċertifika l-

għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li individwi jiżviluppaw tul

ħajjithom permezz tal-parteċipazzjoni fit-tagħlim mhux formali

u informali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu sabiex jipprovdu qafas

regolatorju għall-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali u

għall-għoti ta’ rikonoxximenti ta’ validazzjoni klassifikati fi ħdan il-

Qafas Malti tal-Kwalifiki skont t-tipi ta’ rikonoxximenti stabbiliti fl-

imsemmi qafas.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

(1)

Il-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali għandu jkun l-

korp kompetenti responsabbli għall-validazzjoni ta’ tagħlim mhux

formali u informali u filwaqt li l-Awtorità għandha tkun l-awtorità

kompetenti sabiex tikklassifika tali validazzjoni f’livell tal-Qafas Malti

tal-Kwalifiki.

(2)

Għall-fini tas-subregolament (1), il-Kunsill għal Ħiliet

Nazzjonali għandu jistabbilixxi tali strutturi u għandu jkollu dawk il-

funzjonijiet u s-setgħat kif provdut f’dawn ir-regolamenti.

(3)

Bla ħsara għas-setgħat tal-Ministru skont l-Att, il-Kunsill

għal Ħiliet Nazzjonali u l-Awtorità għandu jkollhom tali setgħa u

awtorità li jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq xieraq ta’ kwalunkwe

jew kull waħda mill-funzjonijiet tagħhom skont dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

(1)

Il-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali għandu

jistabbilixxi Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali, bl-approvazzjoni tal-Ministru

għal perjodu li ma jeċċedix tliet (3) snin u kull membru ta’ tali kumitat

MHUX FORMALI U INFORMALI

għandu jkun eliġibbli li jerġa’ jinħatar mill-ġdid.

(2)

Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali għandu jkun magħmul kif

(a)

miċ-Chairperson

tal-Kunsill

għal

Ħiliet

Nazzjonali jew ir-rappreżentant tiegħu;

(b)

membru wieħed (1) mill-Awtorità;

(ċ)

membru wieħed (1) li jirrappreżenta l-industrija

b’mod ġenerali;

(d)

membru wieħed (1) li jirrappreżenta l-edukazzjoni

u t-taħriġ b’mod ġenerali;

(e)

membru wieħed (1) li jirrappreżenta lil min

iħaddem;

(f)

membru wieħed (1) li jirrappreżenta lill-

impjegati, nominati

mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp

Ekonomiku u Soċjali mwaqqaf bl-artikolu 3 tal-Att dwar il-

Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

(g)

membru wieħed (1) li jirrapreżenta ċ-Ċentri tal-

Assessjar għal Validazzjoni;

(h)

sa massimu ta’ żewġ (2) membri addizzjonali li

fid-diskrezzjoni tal-Ministru jistgħu jikkontribwixxu għax-

xogħol tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali.

(3)

Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali għandu jifformula u

jiżviluppa s-segwenti

(a)

il-politika u l-proċedura li jirregolaw l-Unitajiet

ta’ Ħiliet Settorjali;

(b)

il-kriterji u l-istandards għall-validazzjoni ta’

tagħlim mhux formali u informali;

(ċ)

il-linji gwida għall-valutazzjoni ta’ ħiliet u

kompetenzi għall-fini tal-għoti ta’ rikonoxximenti miċ-Ċentri

tal-Assessjar għal Validazzjoni;

(d)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ linji gwida

għall-assigurazzjoni tal-kwalità tat-tagħlim mhux formali

flimkien mal-Awtorità; u

(e)

l-istandards okkupazzjonali rilevanti għal setturi

ekonomiċi partikolari jew multipli

MHUX FORMALI U INFORMALI

Iżda l-istrumenti żviluppati mill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorjali taħt dan is-subregolament għandhom jiġu adottati

mill-Awtorità sabiex ikunu jistgħu jiġu infurzati skont dawn ir-

regolamenti.

(4)

Fil-formulazzjoni, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ standards

okkupazzjonali kif provdut fis-subregolament (3), il-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorjali, il-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali u l-Awtorità għandhom

debitament iqisu l-użu ta’ standards okkupazzjonali sabiex itejbu l-

iżvilupp kurrikulari, jispeċifikaw kompetenzi li l-ħaddiema jkun

meħtieġa li jkollhom, jassistu fiċ-ċertifikazzjoni ta’ ħaddiema, fil-

ħolqien ta’ qafas li jippermetti lil min iħaddem sabiex ikun jista’

jwettaq il-verifiki tal-ħiliet, jipprovdu direzzjoni għall-iżvilupp

professjonali tal-ħaddiema, jistabbilixxu standards ta’ kwalità fi ħdan

is-setturi u l-okkupazzjonijiet, jiffaċilitaw il-validazzjoni ta’ tagħlim

mhux formali u informali, b’mod li l-Gvern ikun f’pożizzjoni li

jiddetermina l-firxa ta’ ħiliet fuq livell nazzjonali u jippromwovu l-

mobilità tal-ħaddiema lil hinn mill-fruntieri nazzjonali.

(5)

Bla ħsara għall-kompetenzi speċifiċi tiegħu stabbiliti

skont dawn ir-regolamenti, il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali għandu

jkollu il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet li ġejjin

(a)

li jagħti pariri b’mod ġenerali lill-Kunsill għal

Ħiliet Nazzjonali u lill-Awtorità dwar il-materji kollha relatati

mal-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali;

(b)

li jippromwovi l-benefiċċji tal-validazzjoni ta’

tagħlim mhux formali u informali f’Malta.

(6)

Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali għandu jiltaqa’ kemm-il

darba jkun meħtieġ u l-kworum għandu jkun ta’ erba’ (4) membri,

inkluż iċ-Chairperson jew ir-rappreżentant tiegħu.

(7)

Fin-nuqqas ta’ konsensus, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’

Ħiliet Settorjali għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ voti tal-membri

preżenti u votanti. Fil-każ li l-voti jkunu ndaqs, iċ-Chairperson għandu

jkollu vot deċiżiv.

(8)

Kwalunkwe kariga battala fost il-membri tal-Kumitat ta’

Ħiliet Settorjali ma għandhiex tinvalida l-proċedimenti tal-Kumitat.

(9)

Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali għandu jikkompila u

jibgħat lill-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali, sa mhux iżjed tard minn

erba’ (4) ġimgħat mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, rapport annwali

dwar l-attivitajiet tiegħu matul dik is-sena, inklużi l-politiki,

funzjonijiet u pjanijiet futuri tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali. Tali

rapport għandu jiġi integrat mar-rapport annwali li għandu jiġi

kkompilat u mibgħut mill-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali lill-Ministru

skont l-artikolu 12 tal-Ordni dwar it-Twaqqif tal-Kunsill għal Ħiliet

MHUX FORMALI U INFORMALI

Nazzjonali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

(1)

Il-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali għandu minn

żmien għal żmien, fuq parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali u

f’konformità ma’ dawn ir-regolamenti, jistabbilixxi Unitajiet ta’ Ħiliet

Settorjali, li l-membri tagħhom għandhom jinħatru mill-Kunsill għal

Ħiliet Nazzjonali bl-approvazzjoni tal-Ministru.

(2)

L-Unitajiet

ta’

Ħiliet

Settorjali

għandhom

ikunu

magħmula kif ġej

(a)

miċ-Chairperson;

(b)

żewġ (2) membri li jirrappreżentaw is-settur

ekonomiku rispettiv tagħhom;

(ċ)

żewġ (2) membri li jirrappreżentaw istituzzjonijiet

edukattivi u ta’ taħriġ, li jirrappreżentaw is-settur pubbliku u

dak privat;

(d)

membru wieħed (1) li jirrappreżenta awtorità jew

dipartiment tal-Gvern, responsabbli għall-iżvilupp tal-politika

assoċjata mas-settur rilevanti;

(e)

membru wieħed (1) maħtur minn rappreżentanti

tal-ħaddiema fi ħdan is-settur rilevanti; u

(f)

sa massimu ta’ erba’ (4) membri addizzjonali, li

fid-diskrezzjoni tal-Ministru, jistgħu jikkontribwixxu għall-

ħidma tal-Unitajiet ta’ Ħiliet Settorjali

Iżda n-nuqqas ta’ ħatra ta’ kwalunkwe membru

ma għandux jinvalida l-ħidma tal-Unitajiet ta’ Ħiliet Settorjali.

(3)

L-Unitajiet ta’ Ħiliet Settorjali għandhom ikunu taħt ir-

responsabbiltà diretta tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali u għandhom

japplikaw l-istrumenti mwaqqfa.

(4)

L-Unitajiet ta’ Ħiliet Settorjali għandu jkollhom l-

għanijiet li ġejjin

(a)

li jiżguraw konsistenza u rilevanza tal-istandards

okkupazzjonali;

(b)

li jnaqqsu l-lakuni fil-ħiliet u jindirizzaw in-

nuqqas ta’ ħiliet billi jiffaċilitaw l-validazzjoni ta’ tagħlim

mhux formali u informali; u

(ċ)

li jtejbu l-opportunitajiet ta’ tagħlim u li jiżguraw

li l-ħiliet u l-kompetenzi jiġu ċertifikati u rikonoxxuti.

MHUX FORMALI U INFORMALI

(5)

L-Unitajiet ta’ Ħiliet Settorjali għandu jkollhom il-

funzjonijiet u r-responsabbiltajiet li ġejjin

(a)

li jiżviluppaw u jipproponu lill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorjali standards okkupazzjonali rilevanti għas-settur rispettiv

tagħhom;

(b)

li jiżviluppaw u jipproponu lill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorjali linji gwida u mekkaniżmi għall-validazzjoni ta’

tagħlim mhux formali u informali għall-ħiliet kollha fi ħdan is-

settur rispettiv tagħhom;

(ċ)

li jiżviluppaw u jżommu qafas ta’ kwalifiki

settorjali li jkun riferut mal-Qafas Malti tal-Kwalifiki, bi qbil

mal-Awtorità;

(d)

li jipprovdu gwida lill-persuni li jkunu qegħdin

jissottomettu l-esperjenzi dokumentati tagħhom għall-

validazzjoni;

(e)

li japprovaw valutazzjonijiet u metodi għall-

verifika tal-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali;

(f)

li jikkontribwixxu għal proċessi ta’ awditjar

imnedija mill-Awtorità minn żmien għal żmien, tal-proċessi

kollha tal-assessjar u r-riżultati hekk miskuba;

(g)

li jagħtu parir dwar, u jippromwovu l-benefiċċji

tal-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali fis-settur

rispettiv tagħhom;

(h)

li jagħtu parir lill-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali dwar

l-istat, l-operat, il-ħtiġijiet u l-prospetti tas-settur mill-

perspettiva ta’ edukazzjoni u taħriġ; u

(i)

li jikkompilaw u jibagħtu lill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorjali, sal-aħħar ta’ kull sena finanzjarja, rapport annwali

dwar l-attivitajiet tagħhom matul dik is-sena, inklużi il-politiki,

il-funzjonijiet u l-pjanijiet futuri tal-Unità ta’ Ħiliet Settorjali

rispettiva.

(6)

Il-membri tal-Unitajiet ta’ Ħiliet Settorjali għandhom

jinħatru għal perjodu li ma jeċċedix tliet (3) snin u għandhom ikunu

eliġibbli li jinħatru mill-ġdid.

(7)

Kull Unità ta’ Ħiliet Settorjali għandha tiltaqa’ kemm-il

darba jkun meħtieġ u l-kworum għandu jkun ta’ erba’ (4) membri,

inkluż iċ-Chairperson.

(8)

Meta ma jkunx hemm konsensus, id-deċiżjonijiet tal-

Unitajiet ta’ Ħiliet Settorjali għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-voti

MHUX FORMALI U INFORMALI

tal-membri preżenti u votanti. Fil-każ li l-voti jkunu ndaqs, iċ-

Chairperson għandu jkollu vot deċiżiv.

(9)

Kwalunkwe kariga battala fost il-membri tal-Unitajiet ta’

Ħiliet Settorjali ma għandhiex tinvalida l-proċedimenti tal-Unitajiet.

(10) Il-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali għandu jaħtar

koordinatur wieħed (1) jew aktar li għandhom ikunu responsabbli

għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Unitajiet ta’ Ħiliet Settorjali u sabiex

jipprovdu s-sostenn adegwat fil-laqgħat tagħhom u jimplimentaw

kwalulnkwe deċiżjonijiet meħuda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

(1)

L-Awtorità għandha żżomm u tippubblika reġistru

aġġornat ta’ entitajiet li jipprovdu attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali

u ta’ rikonoxximenti għal tagħlim mhux formali, skont l-artikolu

3(3)(j) tal-Att.

(2)

Kwalunkwe entità li tipprovdi tagħlim mhux formali

tista’ tapplika mal-Awtorità sabiex tiġi elenkata fir-reġistru msemmi

fis-subregolament (1). L-elenkar ta’ kwalunkwe entità f’dak ir-reġistru

għandu jkun validu għal perjodu li ma jeċċedix tliet (3) snin, soġġett

għal tiġdid skont linji gwida maħruġa mill-Awtorità.

(3)

L-entitajiet

elenkati

fir-reġistru

msemmi

fis-

subregolament (1) għandhom japplikaw mal-Awtorità sabiex ir-

rikonoxximenti tagħhom ikunu jistgħu jiġu validati mill-Awtorità u

sabiex ir-rikonoxximent jiġi klassifikat f’livell tal-Qafas Malti tal-

Kwalifiki.

(4)

L-elenkar, jew it-tiġdid tiegħu, ta’ entità u r-

rikonoxximenti li din tagħti, fir-reġistru msemmi fis-subregolament

(1) għandu jkun soġġett għal tali rekwiżiti, kundizzjonijiet,

limitazzjonijiet u esklużjonijiet li l-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali, bl-

approvazzjoni tal-Awtorità, jista’ jqis li jkunu meħtieġa, adegwati u

proporzjonati skont dawn ir-regolamenti.

(5)

L-Awtorità għandha, fuq parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorjali, tistabbilixxi l-kriterji għall-elenkar ta’ entità u r-

rikonoxximenti tagħha fir-reġistru msemmi fis-subregolament (1),

liema kriterji għandhom jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-kwalità

tal-attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali provduti.

(6)

L-entitajiet għandhom iżommu rekords xierqa tal-

individwi li jużaw l-attivitajiet tagħhom ta’ tagħlim mhux formali u li

jkun inħarġilhom rikonoxximent ta’ tagħlim mhux formali. Il-Kunsill

għal Ħiliet Nazzjonali u l-Awtorità jistgħu jitolbu kwalunkwe data

għal skopijiet ta’ statistika, monitoraġġ u awditjar.

(7)

L-Awtorità tista’, fuq parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorjali, tirrestrinġi, tissospendi jew tirrevoka l-elenkar ta’ entità

MHUX FORMALI U INFORMALI

mir-reġistru msemmi fis-subregolament (1) meta l-Awtorità jkun

jidhrilha li l-attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali provduti minnha, jew

il-kwalità tal-provvista ta’ tali attivitajiet, ivarjaw sostanzjalment minn

dak li hija tkun rat fil-waqt tal-elenkar.

(8)

Ir-reġistru msemmi fis-subregolament (1) għandu

jistipula l-isem tal-entità, it-tip ta’ attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali

provduti mill-entità u r-rikonoxximenti mogħtija mill-istess entità.

(9)

L-entitajiet kollha elenkati fir-reġistru għandhom

jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u mar-

rekwiżiti, mal-kundizzjonijiet, mal-limitazzjonijiet u mal-esklużjonijiet

maħruġa mill-Awtorità u mill-Kunsill għal Ħiliet Nazzjonali, fuq parir

tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali, minn żmien għal żmien.

(10) Kwalunkwe entità elenkata fir-reġistru li tonqos milli

tikkonforma ma’ dawn ir-regolamenti jew mal-linji gwida maħruġa,

għandha tkun soġġetta għar-revoka tal-liċenzja

Iżda qabel ma timponi tali revoka, l-Awtorità għandha

tippermetti perjodu ta’ żmien sabiex l-entità tikkonforma mas-

subregolament (8), matul liema żmien l-Awtorità tista’ tirrestrinġi l-

operat tal-entità konċernata skont is-subregolament (6)

Iżda wkoll jekk l-Awtorità jidhrilha li r-revoka immedjata

tkun fl-aħjar interess tal-pubbliku b’mod ġenerali, tista’ tirrevoka l-

liċenzja minnufih.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

(1)

Persuni li jkunu rċevew tagħlim mhux formali jew

informali għal mill-inqas sentejn jew kif stabbilit mill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali, għal okkupazzjoni speċifika f’xi settur ekonomiku, jistgħu

japplikaw ma’ Ċentri tal-Assessjar għal Validazzjoni sabiex ikollhom l-

esperjenza preċedenti tagħhom ta’ tagħlim mhux formali jew informali

vvalidata skont il-proċess provdut f’dan ir-regolament.

(2)

Il-proċess ta’ validazzjoni li jsir għall-fini tal-validazzjoni

tal-esperjenza preċedenti ta’ individwu fit-tagħlim mhux formali jew

informali għandu jkun volontarju, jipprovdi aċċess ugwali u trattament

ugwali u ġust għal kull individwu, jirrispetta d-drittijiet tal-individwi,

ikun trasparenti u jkollu bħala l-bażi tiegħu l-prinċipju tal-

assigurazzjoni tal-kwalità.

(3)

Kwalunkwe individwu jista’ japplika għall-validazzjoni

ta’ tagħlim mhux formali jew informali preċedenti, hawn aktar ’il

quddiem imsejjaħ "kandidat".

(4)

Meta ssir applikazzjoni, l-Unita ta’ Ħiliet Settorjali

għandha tipprovdi lill-kandidati l-informazzjoni kollha meħtieġa.

(5)

Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali għandu jistabbilixxi, bl-

MHUX FORMALI U INFORMALI

approvazzjoni tal-Awtorità, il-format ta’ portafoll li għandu jingħata

mill-kandidati għall-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi u tali

portafoll għandu jiddokumenta u jipprovdi attestazzjoni tal-esperjenzi

kollha tal-kandidat, li jkunu rilevanti għall-validazzjoni li tkun trid

tinkiseb.

(6)

Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali għandu jistabbilixxi bl-

approvazzjoni tal-Awtorità, il-proċeduri, il-metodi u l-għodda li

għandhom jadottaw iċ-Ċentri tal-Assessjar għal Validazzjoni għall-

assessjar tal-kandidati waqt il-proċess ta’ rikonoxximent.

(7)

Il-proċeduri tal-assessjar, il-metodi u l-għodda stabbiliti

skont is-subregolament (6) għandhom jipprovdu għal kompetenzi

tekniċi, professjonali, personali jew soċjali tal-kandidati.

(8)

Il-proċeduri

tal-assessjar

stabbiliti

skont

is-

subregolament (6) għandhom jikkunsidraw kriterji stipulati fl-

istandards okkupazzjonali ppubblikati fuq il-website tal-Kunsill għal

Ħiliet Nazzjonali u għandhom isiru minn assessuri kwalifikati.

(9)

Il-metodi u l-għodda ta’ valutazzjoni stabbiliti skont is-

subegolament (6) għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji tal-validità

tal-għodda, l-affidabbiltà tar-riżultati, l-ekwità u l-adegwatezza għall-

użu.

(10) Għandu jiġi applikat wieħed jew aktar minn dawn il-

metodi ta’ valutazzjoni li ġejjin miċ-Ċentri tal-Assessjar għal

Validazzjoni għall-fini tal-valutazzjoni msemmija fis-subregolament

(6)

Iżda l-Awtorità tista’ tordna liċ-Ċentru tal-Assessjar għal

Validazzjoni sabiex juża metodi ta’ valutazzjoni speċifiċi

Iżda wkoll il-lista ta’ metodi ta’ valutazzjoni li ġejja

mhux eżawrjenti

(a)

dibattitu jew intervista, fejn il-kandidati juru l-

livell tal-għarfien li għandhom u l-ħiliet ta’ komunikazzjoni u

soċjali tagħhom;

(b)

metodi dikjarattivi, fejn il-kandidati juru r-

riflessjoni kritika tagħhom, filwaqt li jagħmlu dikjarazzjonijiet

ibbażati fuq l-evidenza dwar il-kompetenzi tagħhom;

(ċ)

portafoll ta’ evidenza, li fih il-kandidati jwettqu

awtovalutazzjoni u jiddokumentaw evidenza tal-kompetenzi u

l-kisbiet proprji, inkluż assessjar minn partijiet terzi;

(d)

osservazzjoni, fejn tiġi osservata l-imġiba tal-

kandidati, li tista’ ssir jew permezz ta’ xenarju tax-xogħol

MHUX FORMALI U INFORMALI

simulat jew realistiku; jew

(e)

testijiet u eżamijiet, fejn il-kandidati juru, bil-

fomm jew bil-miktub, il-kompetenzi tagħhom dwar suġġett

speċifiku.

(11) Il-valutazzjoni ta’ kandidati għandha ssir minn assessuri

li għandhom ikunu prattikanti fil-validazzjoni, approvati mill-Awtorità.

L-assessuri għandhom ikunu individwi mħarrġa fl-assessjar u fil-

validazzjoni, li jkunu inkarigati li jevalwaw il-kandidati sabiex

jiddeċiedu jekk dawn ikollhomx il-kriterji speċifiċi ta’ valutazzjoni. L-

assessuri għandhom ikunu jafu sew is-settur speċifiku kkonċernat, il-

proċess ta’ validazzjoni u l-metodi ta’ assessjar użati. L-assessuri ma

għandu jkollhom l-ebda interess personali fl-eżitu tal-validazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

(1)

Il-validazzjoni msemmija fir-regolament 9

għandha tingħata permezz ta’ rikonoxximent li jingħata lill-kandidat

miċ-Ċentri tal-Assessjar għal Validazzjoni, li għandhom ikunu

responabbli għall-għoti ta’ dak ir-rikonoxximent u għall-

klassifikazzjoni tar-rikonoxximent f’livell speċifiku tal-Qafas Malti

tal-Kwalifiki

Iżda l-Awtorità ma għandhiex tawtorizza l-għoti ta’ tali

rikonoxximent lil xi persuna f’livell ogħla mil-Livell 5 tal-Qafas Malti

tal-Kwalifiki, liema Qafas hu stabbilit skont ir-Regolamenti dwar il-

Qafas Malti tal-Kwalifiki għal Tagħlim Tul il-Ħajja.

(2)

Ir-rikonoxximenti mogħtija miċ-Ċentri tal-Assesjar għal

Validazzjoni skont dan ir-regolament għandu jkollhom l-istess valur

bħall-kwalifiki akkreditati nazzjonalment, klassifikati fl-istess livell

tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

(3)

Ir-rikonoxximenti mogħtija miċ-Ċentri tal-Assesjar għal

Validazzjoni skont dan ir-regolament għandhom jistipulaw l-isem tal-

individwu li jingħata r-rikonoxximent, l-entità li ħarġet ir-

rikonoxximent, it-tip ta’ rikonoxximent mogħti, id-data tal-għoti tar-

rikonoxximent, id-data ta’ skadenza, jekk applikabbli u dikjarazzjoni li

tgħid li r-rikonoxximent ingħata permezz tal-proċess ta’ validazzjoni.

(4)

Ir-rikonoxximenti mogħtija miċ-Ċentri tal-Assesjar għal

Validazzjoni skont dan ir-regolament għandhom ikunu akkumpanjati

minn suppliment ta’ rikonoxximent, li għandu jiġi abbozzat skont ir-

rekwiżiti tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorjali, kif awtorizzat mill-Awtorità.

Is-suppliment ta’ rikonoxximent għandu jkun fih id-dettalji dwar l-

għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tal-individwu li jingħatalu r-

rikonoxximent.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.4 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali

(1)

Għandu jkun hemm Bord tal-Appelli għal Ħiliet

Settorjali, hawn aktar ’il quddiem imsejjaħ l-Bord tal-Appelli li

quddiemu tista’ tappella kwalunkwe persuna jew entità jekk dawn

MHUX FORMALI U INFORMALI

iħossuhom aggravati minn xi deċiżjoni li tittieħed mill-Awtorità dwar

il-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali u skont dawn ir-

regolamenti.

(2)

Kwalunkwe appell imsemmi fis-subregolament (1)

għandu jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-Bord tal-Appelli fi żmien

għaxart (10) ijiem mid-data meta d-deċiżjoni tiġi komunikata lill-

persuna jew l-entità hekk aggravati.

(3)

Il-Bord tal-Appelli għandu jkun magħmul minn

Chairperson indipendenti u minn żewġ (2) membri indipendenti li

għandhom jinħatru mill-Ministru minn fost persuni ta’ integrità

magħrufa, li hu jidhirlu li huma kwalifikati minħabba l-esperjenza li

għandhom u l-ħila li wrew f’materji meqjusa xierqa għal tali għan

Iżda wieħed (1) mill-membri tal-Bord tal-Appelli għandu

wkoll jaġixxi bħala s-Segretarju tal-Bord tal-Appelli, bil-jedd tal-vot.

(4)

Membru tal-Bord tal-Appelli għandu jastjeni u jista’ jiġi

rikużat f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiskwalifikaw imħallef skont is-

Sub-titolu II tat-Titolu II tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta’

Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. Fi kwalunkwe tali każ il-membru

għandu jiġi sostitwit minn persuna oħra maħtura għal dak l-għan mill-

Ministru.

(5)

Il-membri tal-Bord tal-Appelli għandhom jibqgħu fil-

kariga għal perjodu ta’ tliet (3) snin u għandhom ikunu eliġibbli għall-

ħatra mill-ġdid.

(6)

Membru tal-Bord tal-Appelli jista’ jitneħħa mill-kariga

mill-Ministru għal raġunijiet ta’ negliġenza grossa, kunflitt ta’

interess, inkompetenza, jew atti jew ommissjonijiet li ma jkunux denji

ta’ membru tal-Bord.

(7)

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appelli għandhom ikunu

finali ħlief fir-rigward ta’ punti ta’ dritt deċiżi mill-Bord tal-Appelli, li

minnhom għandu jkun hemm appell fi żmien għoxrin (20) ġurnata

quddiem il-Qorti tal-Appell (Ġuriżdizzjoni Inferjuri). L-imħallef

għandu jkollu d-dritt jiddeċiedi in camera li tali appell huwa frivolu

jew vessatorju wara l-għeluq tal-istadju ta’ sottomissjonijiet bil-

miktub. Tali appell għandu jkun ukoll regolat bir-regoli tal-qorti

magħmula skont l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u

Proċedura Ċivili.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →