Legislator Case Law & Legislation
sl_607.3 MT

Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

59 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (59)

Preambolu Reg. 1 Titolu. L-Ewwel Skeda Reg. 2 Applikabiltà. It-Tieni Skeda Reg. 3 Tifsir. Emendat: II.2020.28; It-Tielet Skeda Reg. 4 Awtorità kompetenti għal liċenzjar, akkreditament u assikurazzjoni ta’ kwalità. Emendat Reg. 5 Ħtieġa ta’ liċenza. Emendat Reg. 5A Impozizzjoni ta’ penali amministrattiva. Miżjud Reg. 6 Eċċezzjonijiet u esklużjonijiet. Reg. 7 Dubju raġonevoli. Reg. 8 Applikazzjoni għal liċenza. Emendat Reg. 9 Ħruġ ta’ liċenza. Emendat Reg. 10 Reġistru ta’ fornituri liċenzjati u akkreditati. Emendat Reg. 11 Ċħid milli tinħareġ, tiġġedded, tinbidel jew tiġi estiża liċenza. Reg. 12 Kundizzjonijiet tal- liċenza. Reg. 13 Restrizzjonijiet tal- liċenza. Reg. 14 Revoka jew sospensjoni ta’ liċenza. Reg. 15 Notifika. Reg. 16 Effett ta’ liċenza. Reg. 17 Notifika lil awtoritajiet kompetenti barra minn Malta. Reg. 18 Verifiki tal-kwalità perjodiċi. Reg. 19 Rappreżentant legali tad-detentur ta’ liċenza. Reg. 20 Notifika ta’ bidliet mid-detentur ta’ liċenza. Reg. 21 Wiri ta’ liċenza. Reg. 22 Riżorsi u materjal edukattiv. Reg. 23 Riklami u informazzjoni għall-istudenti. Reg. 24 Reġistrazzjoni tal- istudenti. Reg. 25 Rekords tal- istudenti. Reg. 26 Ftehim mal- istudent. Reg. 27 Detentur ta’ liċenza li jonqos milli jagħmel xi ħaġa kif ikun dovut. Reg. 28 Student li jonqos milli jagħmel xi ħaġa kif ikun dovut. Reg. 29 Linji gwida dwar kif isir ftehim u dwar min jonqos milli jagħmel xi ħaġa kif ikun dovut. Reg. 30 Obbligi ta’ detenturi ta’ liċenza ta’ edukazzjoni avvanzata. Emendat Reg. 31 Obbligi tad- detenturi ta’ liċenza ta’ edukazzjoni ogħla. Reg. 32 Fergħat u aġenzija. Reg. 33 Awtorità kompetenti għall- akkreditament u l- assikurazzjoni ta’ kwalità. Reg. 34 Miri, għanijiet, setgħat u responsabbiltajiet tal-Awtorità. Emendat Reg. 35 Responsabbiltà tal- Awtorità. Reg. 36 Assikurazzjoni ta’ kwalità interna. Emendat Reg. 37 Assikurazzjoni esterna ta’ kwalità. Emendat Reg. 38 Verifiki tal-kwalità li jsiru minn żmien għal żmien. Reg. 39 Proċeduri u standards għall- verifiki tal-kwalità u deċiżjonijiet dwar l- akkreditament. Reg. 40 Rapporti dwar verifiki tal-kwalità. Reg. 41 Analisi tas-sistema kollha u rapport sommarju. Reg. 42 Akkreditament tal- fornitur. Reg. 43 Akkreditament tal- programm. Emendat Reg. 44 Applikazzjoni mill-ġdid, bidla jew estensjoni tal- akkreditament. Reg. 45 Informazzjoni li għandha tiġi provduta mal- applikazzjoni għal akkreditament. Reg. 46 Status ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu. Reg. 47 Status ta’ università. Emendat Reg. 48 Rakkomman- dazzjonijiet mill- Awtorità dwar status ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu. Reg. 49 Appelli. Sostitwit Reg. 50 Setgħa tal-Awtorità li titlob informazzjoni u tinvestiga. Reg. 51 Koperazzjoni. Reg. 52 Kunfidenzjalità. Reg. 53 Aktar setgħat tal- Awtorità. Emendat Reg. 54 Dispożizzjoni transitorja.

Statutory Text (59 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 607.03

REGOLAMENTI DWAR IL-LIĊENZJAR,

AKKREDITAMENT U ASSIKURAZZJONI

TA’ KWALITÀ FL-EDUKAZZJONI AVVANZATA

U OGĦLA

24 ta’ Settembru, 2012

L-AVVIŻ LEGALI 296 tal-2012, kif emendat bl-Avviż Legali 150 tal-

2015 u bl-Att II tal-2020 u bl-Avviżi Legali 82 tal-2024 u 26 tal-2026.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar il-

L i ċ e n z ja r, Ak k r e d i t a m e n t u A s si k u r a z z j on i t a ’ K w a l i t à f l -

Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Emendata

A.L. 150 tal-2015;

[Regolamenti 8(6) u 46]

A.L. 26 tal-2026.

FORNITUR AKKREDITAT MINNU NNIFSU

1. "Fornitur akkreditat minnu nnifsu" tfisser università, istituzzjoni ta’

edukazzjoni ogħla jew istituzzjoni ta’ edukazzjoni avvanzata pubblika jew privata

mwaqqfa bħala f ornitur akkreditat minnu nnifsu bl-Att jew b’regolamenti

magħmulin taħtu, jew b’kull liġi oħra, li bis-saħħa ta’ dak l-istatus, jista’ jakkredita

minnu nnifsu programmi eżistenti u ġodda u hu eżenti minn akkreditament tal-

provditur u tal-programm għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti. Fornituri akkreditati

minnhom infushom m’għandhomx is-setgħa li jakkreditaw fornituri oħra jew il-

programmi tagħhom.

2. "fornitur mhux akkreditat minnu nnifsu" hu fornitur pubbliku jew privat li

jeħtieġ akkreditament tal-fornitur u tal-programm mill-Awtorità taħt dawn ir-

regolamenti biex jipprovdi edukazzjoni avvanzata jew ogħla f’Malta jew barra minn

Malta.

3. Bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti, dawn li ġejjin huma fornituri akkreditati

minnhom infushom

(a) l-Università ta’ Malta, għal programmi sa u li jinkludu il-livell 8 tal-

Qafas Malti tal-Kwalifiki;

(b) il-Kulleġġ Malti tal-Arti Xjenza u Teknoloġija, għal programmi sa u li

jinkludu il-livell 7 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki; u

(ċ) l-Istituzzjoni għal Studji Turistiċi, għal programmi sa u li jinkludi l-livell

7 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Dawn ir-regolamenti japplikaw għal dawk kollha li

jipprovdu, jew ikunu jridu jipprovdu edukazzjoni avvanzata jew

ogħla f ’Malta, inklużi fornituri mwaqqfa taħt l-Att dwar l-

Edukazzjoni jew regolamenti magħmulin taħtu jew b’kull Att ieħor.

TAQSIMA I

PRELIMINARI

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Emendata

A.L. 150 tal-2015.

[Regolament 9(1)]

KATEGORIJI TA’ LIĊENZI TA’ FORNITURI

Kategorija 1: "Università"

Liċenza biex topera bħala "università" tippermetti lil fornitur mwaqqaf bħala

"Università" taħt l-Att jew b’regolamenti magħmulin taħtu, jew b’kull liġi oħra, u

kull fornitur li ma jkunx hekk imwaqqaf biex jipprovdi "programmi ta’ edukazzjoni

ogħla" akkreditati, kif imfissra fit-Tielet Skeda, inklużi dawk li dwarhom ir-

rikonoxximent ikun mogħti minnu jew xort’oħra.

Biex ikun eliġibbli jingħata liċenza bħala università, fornitur għandu jkun korp ta’

persuni u fornitur ta’ programmi ta’ edukazzjoni ogħla li dwarhom ir-rikonoxximent

ikun mogħti minnu.

Kategorija 2: "Istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla"

Liċenza biex topera bħala "istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla" tippermetti lil

fornitur biex jipprovdi "programmi ta’ edukazzjoni ogħla" akkreditati, kif imfissra

fit-Tielet Skeda, sew li dwarhom ir-rikonoxximent jkun mogħti minnu jew xort’oħra.

Din il-liċenza tinkludi istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla mwaqqfa bl-Att jew

LIĊENZJAR, AKKREDITAMENT U ASSIKURAZZJONI

TA’ KWALITÀ FL-EDUKAZZJONI AVVANZATA U OGĦLA

b’regolamenti magħmulin taħtu jew b’kull liġi oħra. Tinkludi wkoll lil fornituri li ma

jkunux hekk imwaqqfa.

Biex ikun eliġibbli jingħata liċenza bħala "istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla",

fornitur għandu jkun korp ta’ persuni.

Liċenza biex topera bħala "istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla" ma tawtorizzax lil

fornitur biex jipprovdi "programmi ta’ edukazzjoni avvanzata" kif imfissra fit-Tielet

Skeda.

Kategorija 3: "Istituzzjoni ta’ edukazzjoni avvanzata"

Liċenza biex topera bħala "istituzzjoni ta’ edukazzjoni avvanzata" tippermetti lil

fornitur biex jipprovdi "programmi ta’ edukazzjoni avvanzata" akkreditati, kif

imfissra fit-Tielet Skeda, sew li dwarhom ir-rikonoxximent jkun mogħti minnu jew

xort’oħra. Din il-liċenza tinkludi istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni avvanzata mwaqqfa

bl-Att jew b’regolamenti magħmulin taħtu jew b’kull liġi oħra. Tinkludi wkoll

fornituri li ma jkunux hekk imwaqqfa.

Biex ikun eliġibbli jingħata liċenza bħala "istituzzjoni ta’ edukazzjoni avvanzata",

fornitur għandu jkun korp ta’ persuni.

Liċenza biex topera bħala "istituzzjoni ta’ edukazzjoni avvanzata" ma tawtorizzax

lil fornitur biex jipprovdi "programmi ta’ edukazzjoni ogħla" kif imfissra fit-Tielet

Skeda.

Kategorija 4: "Ċentru ta’ edukazzjoni avvanzata"

Liċenza biex topera bħala ‘ċentru ta’ edukazzjoni avvanzata" tippermetti lil

fornitur biex jipprovdi "programmi ta’ edukazzjoni avvanzata" akkreditati, kif

imfissra fit-Tielet Skeda, li dwarhom ir-rikonoxximent ma jkunx mogħti minnu.

Biex ikun eliġibbli jingħata liċenza bħala "ċentru ta’ edukazzjoni avvanzata", il-

fornitur għandu jkun individwu u m’għandux ikun korp ta’ persuni.

Liċenza biex topera bħala "ċentru ta’ edukazzjoni avvanzata" ma tawtorizzax lil

fornitur biex jipprovdi "programmi ta’ edukazzjoni avvanzata" li dwarhom ir-

rikonoxximent jkun mogħti minnu jew "programmi ta’ edukazzjoni ogħla" kif

imfissra fit-Tielet Skeda.

Kategorija 5: "Ċentru ta’ Tagħlim"

Liċenza biex topera bħala "Ċentru ta’ Tagħlim" tippermetti lil fornitur biex

jipprovdi, bħala l-missjoni prinċipali tiegħu, korsijiet li ma jiffurmawx parti mit-

tagħlim obbligatorju skont il-liċenza.

Liċenza biex topera bħala "Ċentru ta’ Tagħlim" ma tawtorizzax lil fornitur biex

jipprovdi xi wieħed mill-korsijiet jew programmi elenkati fit-Tielet Skeda, iżda

dawk biss elenkati fil-liċenza nnifisha.

LIĊENZJAR, AKKREDITAMENT U ASSIKURAZZJONI

TA’ KWALITÀ FL-EDUKAZZJONI AVVANZATA U OGĦLA

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

tkunx teħtieġ xort’oħra

"aġent" tfisser persuna, kemm ġewwa kemm barra minn Malta, li

tirrappreżenta fornitur, taġixxi f’isem fornitur, jew tagħti x’jifhem

li tkun qiegħda tagħmel dan f’relazzjonijiet transkonfini rilevanti

għall-fornitur;

"aġenzija barranija rikonoxxuta ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità jew

ta’ akkreditament" tfisser aġenzija ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità

jew ta’ akkreditament rikonoxxuta mill-iStat tal-pajjiz ta’ oriġni

tagħha bħala aġenzija uffiċjali ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità jew ta’

akkreditament għal fornituri jew programmi ta’ edukazzjoni

avvanzata jew ogħla;

"akkreditament" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-

artikolu 2 tal-Att;

"akkreditament tal-programm" tfisser għarfien formali, maħruġ

mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti, tal-istatus, legittimità u

dwar kemm ikun adatt programm;

"akkreditament tal-fornitur" tfisser għarfien formali, maħruġ

mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti, tal-istatus, legittimità u

dwar kemm ikun adatt fornitur;

"assikurazzjoni ta’ kwalità" għandha l-istess tifsira kif mogħti

lilha bl-artikolu 63 tal-Att;

"assikurazzjoni ta’ kwalità interna" tfisser proċess ta’

evalwazzjoni ta’ kwalità interna li jsir minn fornitur u li jkun

istituzzjonalizzat fi ħdan l-istruttura, il-politika u l-operazzjonijiet

tal-fornitur;

"l-Att" tfisser l-Att dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla;

"Awtorità" tfisser l-Awtorità kif imwaqqfa bl-artikolu 3(1) tal-Att;

"dokument" tinkludi kopja ta’ dokument;

"detentur ta’ liċenza" tfisser fornitur li tkun inħarġitlu liċenza

mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti;

"edukazzjoni avvanzata" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha

bl-artikolu 2 tal-Att;

"edukazzjoni mhux obbligatorja" tfisser edukazzjoni li sservi

biex tinkiseb kwalifika klassifikata f’xi livell tal-Qafas Malti tal-

Kwalifiki jew ta’ xi qafas tal-kwalifiki barrani rikonoxxut, eskluża

kull kwalifika li tinkiseb mat-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja

provduta skont il-qafas tal-kurrikulu nazzjonali stabbilit taħt ir-

regolament 2 tar-Regolamenti dwar il-Qafas ta’ Kurrikulu Nazzjonali;

"edukazzjoni ogħla" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-

artikolu 2 tal-Att;

"eżitu tat-tagħlim” għandha t-tifsira mogħtija lilha bl-Att jew

b’kull regolament magħmul taħtu għall-fini li jiġi stabbilit il-Qafas

Malti tal-Kwalifiki;

"fond" tfisser biċċa art jew kull post ieħor, sħaħ jew parti

minnhom, kemm jekk huma jew m’humiex magħluqin jew mibnija,

bini jew struttura oħra, jew vettura jew opra tal-baħar;

"ħlas għat-tagħlim” tfisser il-ħlas li fornitur jirċievi direttament

jew indirettament, mingħand student, student kandidat, jew xi

persuna oħra li tħallas f ’isem student jew student kandidat, għal

kollox jew biss f ’parti, għal programm li l-fornitur jkun qiegħed

joffri jew jipprovdi lill-istudent. Il-ħlas għat-tagħlim jinkludi wkoll

dan li ġej

(a) kull ammont li l-fornitur jirċievi biex iħallas, f’isem

student, lil xi terza persuna kif maqbul mal-istudent

jew rappreżentant jew il-kustodju legali tal-istudent fi

ftehim bil-miktub; u

(b) kull ammont ieħor li l-istudent ikollu jħallas lill-

fornitur, direttament jew indirettament, biex ikun jista’

jsegwi l-programm;

"korp ta’ persuni" tfisser korp li jkollu personalità legali distinta;

"kreditu" tfisser espressjoni kwantifikata tal-volum ta’ tagħlim

bażat fuq il-kisbiet ta’ eżiti tat-tagħlim u l-ammont ta’ ħidma

assoċjata magħhom;

"l-Awtorità" tfisser l-Awtorità Nazzjonali għal Edukazzjoni

Avvanzata u Ogħla mwaqqfa bl-artikolu 3(1) tal-Att;

"kwalifika" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-artikolu 2

tal-Att;

"kwalifika barranija" tfisser kwalifika mogħtija barra minn Malta

u klassifikata fi ħdan qafas tal-kwalifiki rikonoxxut;

"kwalifika nazzjonali" tfisser kwalifika mogħtija f Malta u

klassifikata f’livell tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki;

"liċenza" tfisser liċenza maħruġa lil fornitur skont dawn ir-

regolamenti li tawtorizza lil fornitur jipprovdi edukazzjoni

avvanzata jew ogħla f’Malta;

"linji gwida" tfisser ġabra ta’ regoli u ħtiġiet maħruġa mill-

Awtorità minn żmien għal żmien għall-implimentazzjoni tad-

dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti;

"livell komparabbli" tfisser it-tqabbil tal-livell ta’ kwalifika

barranija mal-livell ta’ kwalifika nazzjonali;

"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni;

"programm" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-artikolu 2

tal-Att;

" pr o gr a m m a kk re di ta t " tf i s s e r p ro g ra mm li j k un k is e b l-

akkreditament tal-programm skont dawn ir-regolamenti;

"fornitur" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-artikolu 2

tal-Att;

"fornitur akkreditat" tfisser fornitur li jkun kiseb l-akkreditament

tal-fornitur skont dawn ir-regolamenti;

"fornitur li jagħti r-rikonoxximent” tfisser il-fornitur li jkun

responsabbli għall-ħruġ tal-kwalifika rikonoxxuta;

"fornitur li jagħti r-rikonoxximent tiegħu nnifsu" tfisser fornitur

li jipprovdi programmi li jwasslu għal kwalifiki mogħtija u

maħruġin minnu;

"fornitur li ma jagħtix rikonoxximent tiegħu nnifsu" tfisser

fornitur li jipprovdi programmi li jwasslu għal kwalifiki li

jingħataw minn terza persuna;

"provvista" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-artikolu 63

tal-Att;

"qafas tal-kw alifik i b arrani ri kon oxx ut" tfisser qafas ta’

kwalifiki uffiċjalment adottat barra minn Malta u strutturat b’mod

li jikkompara mal-Qafas Malti tal-Kwalifiki;

"il-Qafas Malti tal-Kwalifiki" għandha l-istess tifsira kif mogħti

lilha bl-artikolu 2 tal-Att;

"sservi biex tinkiseb" tfisser li twassal jew tħejji għall-ksib ta’

kwalifika;

"student barrani" tfisser persuna li tkun ġewwa jew barra minn

Malta, li ma tkunx ċittadin ta’ Malta u li tkun reġistrata ma’

fornitur f’Malta;

"student ġej minn pajjiż terz" tfisser persuna li tkun ġewwa jew

barra minn Malta, li ma tkunx ċittadin ta’ pajjiż fi ħdan l-Unjoni

Ewropea u li tkun reġistrata ma’ fornitur f’Malta;

"student kandidat" tfisser persuna, li tkun ġewwa jew barra minn

Malta, li jkollha l-ħsieb li ssir, jew li tkun ħadet passi biex

tirreġistra, bħala student ma’ fornitur f’Malta;

"tagħlim" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-artikolu 2 tal-

Att;

"tagħlim formali" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-

artikolu 2 tal-Att;

"Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni" għandha l-istess tifsira

kif mogħti lilha bl-artikolu 2 tal-Att dwar l-Immigrazzjoni;

"verifika tal-kwalità" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-

artikolu 2 tal-Att;

"verifika tal-kwalità tal-programm" tfisser verifika tal-kwalità

tal-komponenti u l-attivitajiet fi ħdan programm u l-faċilitajiet li

jkunu disponibbli għaldaqstant;

"verifika tal-kwalità tal-fornitur" tfisser verifika tal-kwalità tal-

operat ta’ fornitur, inklużi l-organizzazzjoni, l-istrateġija, il-

politika, il-proċeduri, l-affarijiet finanzjarji, l-immaniġġjar u l-

faċilitajiet tiegħu;

"visa ta’ student" tfisser id-dokument maħruġ mill-Uffiċjal

Prinċipali tal-Immigrazzjoni li jippermetti lil individwu jidħol u

jibqa’ f’Malta għall-finijiet ta’ studju, għaż-żmien speċifiku indikat

fih.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Sostitwita

A.L. 150 tal-2015.

[Regolament 43]

KATEGORIJI TA’ AKKREDITAMENT TAL-PROGRAMM

"Kors/Programm ta’ edukazzjoni avvanzata"

Kors jew programm sħiħ akkademiku, vokazzjonali jew professjonali li jkun ta’

edukazzjoni formali mhux obbligatorja u jkun akkreditat mill-Awtorità taħt dawn ir-

regolamenti bħala wieħed li jwassal għal kwalifika nazzjonali klassifikata sa u

inkluż il-Livell 4 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki jew kwalifika barranija f ’livell

komparabbli. Dan il-programm jissoddisfa r-rekwiżiti tal-ammont ta’ xogħol

mitluba mill-Awtorità skont il-funzjonjijiet imsemmija fir-Regolamenti dwar il-

Qafas Malti tal-Kwalifiki għal Tagħlim Tul il-Ħajja (L.S.327.431).

"Modulu ta’ edukazzjoni avvanzata"

Parti minn "programm ta’ edukazzjoni avvanzata" offrut minn fornitur, akkreditat

mill-Awtorità taħt dawn ir-regolamenti, bħala modulu u li jservi biex tinkiseb, biss

f’parti, kwalifika nazzjonali klassifikata sa u inkluż il-Livell 4 tal-Qafas Malti tal-

Kwalifiki jew kwalifika barranija f’livell komparabbli.

"Kors / Programm ta’ edukazzjoni ogħla"

Kors jew programm vokazzjonali jew professjonali li jkun ta’ edukazzjoni formali

mhux obbligatorja, taħriġ jew riċerka u li jkun akkreditat mill-Awtorità taħt dawn ir-

regolamenti bħala wieħed li jwassal għal kwalifika nazzjonali bit-titolu ta’ Grad,

Ċertifikat, Diploma jew xi titolu ieħor bħal dawk fil-Livell 5 jew ogħla tal-Qafas

Malti tal-Kwalifiki jew kwalifika barranija b’titolu bħal dawk f’livell komparabbli.

Dan il-programm jissoddisfa r-rekwiżiti tal-ammont ta’ xogħol mitluba mill-

Awtorità skont il-funzjonjijiet imsemmija fir-Regolamenti dwar il-Qafas Malti tal-

Kwalifiki għal Tagħlim Tul il-Ħajja (L.S.327.431).

"Modulu ta’ edukazzjoni ogħla"

Parti minn "programm ta’ edukazzjoni ogħla" offrut minn fornitur, akkreditat mill-

Awtorità taħt dawn ir-regolamenti, bħala modulu u li jservi biex tinkiseb, biss

f’parti, kwalifika nazzjonali fil-Livell 5 jew ogħla tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki jew

kwalifika barranija f’livell komparabbli.

"Programm approvat ta’ edukazzjoni avvanzata barranija"

Programm akkademiku, vokazzjonali jew professjonali ta’ edukazzjoni formali

mhux obbligatorja li jkun akkreditat minn aġenzija ta’ akkreditament rikonoxxuta

barranija, u li jwassal għal rikonoxximent mogħti minn fornitur barrani u għal

kwalifika barranija klassifikata bħala komparabbli mal-livell li jasal sa u jinkludi l-

Livell 4 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Dan il-programm ma jwassalx għal kwalifika

nazzjonali.

"Programm approvat ta’ edukazzjoni ogħla barranija"

Programm akkademiku, vokazzjonali jew professjonali ta’ edukazzjoni formali

mhux obbligatorja, taħriġ jew riċerka li jkun akkreditat minn aġenzija ta’

akkreditament rikonoxxuta barranija, u li jwassal għal rikonoxximent mogħti minn

fornitur barrani ta’ edukazzjoni ogħla u għal kwalifika barranija klassifikata f’livell

komparabbli mal-Livell 5 jew ogħla tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Dan il-programm

ma jwassalx għal kwalifika nazzjonali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Skont kif previst fl-artikolu 3(2) tal-Att, il-Kummissjoni

t kun l-aw torità k om petent i g ħal l iċenzjar, akkredit ament u

assikurazzjoni ta’ kwalità ta’ fornituri u programmi.

(2) Meta ssir referenza f’dawn ir-regolamenti għal konformità

mal-linji gwida magħmulin u pubblikati mill-Awtorità, l-Awtorità

tkun awtorizzata toħroġ, temenda u tirrevoka linji gwida kif tqis li

jkun adatt għall-fini tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet

rispettivi ta’ dawn ir-regolamenti.

(3) Għall-finijiet tal-funzjonijiet tagħha ta’ akkreditament u ta’

assikurazzjoni esterna ta’ kwalità, l-Awtorità għandha tkun

biżżejjed indipendenti mill-Gvern, mill-fornituri kif ukoll mill-

kummerċ, industrija u assoċjazzjonijiet professjonali f’kull operat

tagħhom u deċiżjonijiet li jieħdu.

(4) Skont kif previst fl-artikolu 17 tal-Att, l-Awtorità għandha

tistabbilixxi Kumitat għall-Assikurazzjoni ta’ Kwalità biex twettaq

il-funzjonijiet tagħha ta’ liċenzjar, akkreditament u assikurazzjoni

ta’ kwalità taħt dawn ir-regolamenti. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu

mill-Kumitat għall-Assikurazzjoni ta’ Kwalità jkunu jeħtieġu li

jiġu adottati mill-Awtorità għall-validità u l-infurzar tagħhom

Iżda referenza għal "l-Awtorità" taħt dawn ir-regolamenti

għandha tiftiehem bħala referenza għall-Kumitat għall-

Assikurazzjoni ta’ Kwalità, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

tkunx teħtieġ xort’oħra.

(5) Il-Kumitat għall-Assikurazzjoni ta’ Kwalità msemmi fis-

subregolament (4) għandu jikkompila u jibgħat lill-Awtorità

rapport annwali, mhux iżjed tard minn erba’ ġimgħat wara tmiem

kull sena finanzjarja, dwar l-attivitajiet tiegħu matul dik is-sena,

inklużi kull politika, funzjoni u pjan għall-ġejjieni tal-Kumitat

għall-Assikurazzjoni ta’ Kwalità. Dak ir-rapport għandu jiġi

integrat mar-rapport annwali li għandu jiġi kompilat u mibgħut

mill-Awtorità lill-Ministru skont l-artikolu 17(5) tal-Att

Iżda dak ir-rapport annwali jista’ jinkludi affarijiet li

għandhom x’jaqsmu mal-assikurazzjoni ta’ kwalità u

akkreditament, inklużi l-istandards u l-eżiti tas-sistema ta’

edukazzjoni avvanzata u ogħla Maltija, il-proċessi u l-pożizzjoni

internazzjonali ta’ Malta u l-impatt ta’ dawn ir-regolamenti u kull

linja gwida maħruġa taħt dawn ir-regolamenti fuq l-edukazzjoni

avvanzata u ogħla Maltija, billi tintuża informazzjoni disponibbli

permezz tal-verifiki tal-kwalità u l-akkreditament, u minn sorsi

oħra.

(6) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala l-awtorità

kompetenti għal liċenzjar, akkreditament u assikurazzjoni ta’

kwalità ta’ fornituri u programmi taħt dawn ir-regolamenti, l-

Awtorità għandha tagħmel kull ftehim ma’ korpi settorjali li jkunu

jaħdmu f ’xogħol li b’xi mod ikollu x’jaqsam mar-

regolamentazzjoni, is-superviżjoni, is-sorveljar jew il-kwalità tal-

provdiment ta’ edukazzjoni avvanzata jew ogħla, bil-għan li

titwaqqaf sistema għal dawk il-korpi settorjali biex jassistu l-

Awtorità fil-funzjonijiet tagħha taħt dawn ir-regolamenti.

TAQSIMA II

LIĊENZJAR TA’ FORNITURI

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Kull fornitur li jipprovdi edukazzjoni avvanzata jew

ogħla f’Malta jew minn Malta jkun jeħtieġ liċenza maħruġa mill-

Aw t o r i t à b i e x j o p e r a f ’ M a l t a . L i ċ e n z a b i e x t i ġ i p r o v d u t a

edukazzjoni avvanzata jew ogħla taħt dawn ir-regolamenti għandha

biss tinħareġ, tiġġedded, tinbidel jew tiġi estiża jekk il-fornitur

iħares id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti

Iżda jkun illegali li fornitur li ma jkollux liċenza jipprovdi

edukazzjoni avvanzata jew ogħla f ’Malta jew barra minn Malta,

sew b’arranġament ma’ detentur ta’ liċenza sew xort’oħra.

(2) Fornitur għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu f’Malta biex

ikun eliġibbli biex japplika għal liċenza

Iżda dawn ir-regolamenti ma jipprekludux li s-sidien ikunu

barranin.

(3) Skont kif previst fir-regolament 8(3), ikunu meħtieġa l-

akkreditamenti tal-fornitur u tal-programm miksubin taħt dawn ir-

regolamenti sabiex fornitur ikun jista’ japplika għall-liċenza

msemmija fis-subregolament (1). Il-validità ta’ dik il-liċenza tkun

tiddependi mill-kontinwazzjoni tal-applikabilità ta’ akkreditament

abbażi ta’ verifiki tal-kwalità perjodiċi skont ir-regolament

37(1)(ċ).

(4) Meta fornitur ikun kiseb liċenza taħt dawn ir-regolamenti,

dak il-fornitur ikun projbit milli jipprovdi programmi ta’

edukazzjoni avvanzata jew ogħla f ’livell tal-Qafas Malti tal-

Kwalifiki li ma jkunx indikat f’dik il-liċenza.

(5) Il-fornituri kollha għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet

kollha ta’ dawn ir-regolamenti u ta’ kull linji gwida magħmulin

mill-Awtorità taħt dawn ir-regolamenti minn żmien għal żmien.

(6) Kull fornitur li jonqos milli jikkonforma ruħu ma’ xi

dispożizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti jew ma’ xi linji gwida

stabbiliti mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti jeħel penali

amministrattiva ta’ mhux iżjed minn erbat elef euro (€4,000).

(7) Kull meta l-Awtorità timponi penali amminstrattiva skont

dawn ir-regolamenti, l-Awtorità tista’ timponi penali addizzjonali li

ma teċċedix il-mija u sittax il-euro u sebgħa u erbgħin ċentezmu

( € 11 6 . 4 7 ) g ħ a l k u l l ġ u r n a t a l i m a t u l h a j k o m p l i l - k s u r t a r-

regolamenti.

(8) L-Awtorità tkun responsabbli biex timponi dawn il-pieni u

għall-infurzar tagħhom fuq kull persuna jew fornitur li ma

josservawx dawn ir-regolamenti u l-linji gwida msemmija fis-

subregolamenti (6) u (7), skont il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità

u l-pagamenti mgħoddija lil dak il-fornitur għall-provdiment ta’

programm ta’ edukazzjoni avvanzata jew ogħla.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-Awtorità, qabel ma timponi penali amministrattiva

fuq xi persuna jew fornitur li jikser jew ma jkunx konformi ma’ -

(a) xi dispożizzjoni ta’ dawn irregolamenti;

(b) xi direttiva mogħtija jew deċiżjoni meħuda mill-

Awtorità skont dawn ir-regolamenti;

(ċ) xi kundizzjoni ta’ xi awtorizzazzjoni mogħtija skont

dawn ir-regolamenti,

għandha permezz ta’ ittra ġudizzjarja lill-persuna kkonċernata -

(i)

tinformaha dwar il-penali amministrattiva li l-

Awtorità tista’ timponi;

(ii) tispjega r-raġuni speċifika li għaliha din il-

penali tista’ tiġi imposta;

(iii) tispeċifika l-ammont tal-penali;

(iv) titlob lill-fornitur ikkonċernat sabiex jirrettifika

l-atti jew l-ommissjonijiet kommessi minnu u,

jew jipprezenta sottomissjonjiet lill-Awtorità fi

żmien stipulat

Iżda dan iż-żmien stipulat ma jistax ikun aktar minn

għoxrin jum jew inqas minn ħamest ijiem mid-data tal-ittra

ġudizzjarja

Iżda ukoll il-persuna jew fornitur, li jkun suġġett għal

penali amministrattiva, għandu jingħata opportunità raġjonevoli

matul dak il-perjodu ta’ żmien li jista’ jkun stipulat fl-ittra

ġudizzjarja legali, sabiex jippreżenta sottomissjonijiet lill-Awtorità

u jipproponi xi rimedji li jistgħu jirrettifikaw l-atti jew l

ommissjonijiet li l-Awtorità teħtieġ li jiġu rettifikati.

(2) Fl-ittra ġudizzjarja msemmija fis-subregolament (1) l-

Awtorità tista’ timponi dawk il-kundizzjonijiet li tikkunsidra bħala

raġjonevoli fiċ-ċirkostanzi.

(3) Jekk il-persuna kkonċernata ssib rimedju għall-ksur

im wettaq matul il-perjodu stabbilit m ill-Awtorità skont is-

subregolament (1), u bil-miktub taqbel li tosserva l-kundizzjonijiet

li l-Awtorità tista’ timponi, l-Awtorità għandha tieqaf milli tkompli

tipproċedi

Iżda jekk il-fornitur ikkonċernat, wara li jkun intrabat bil-

miktub kif imsemmi hawn fuq, jonqos milli jirrimedja l-ksur matul

il-perjodu stabbilit mill-Awtorità skont l-ewwel proviso tas-

subregolament (1) jew ma josservax il-kundizzjonijiet miftiehma

bil-miktub, l-Awtorità għandha timponi penali amministrattiva

għal dak in-nuqqas, flimkien mal-penali amministrattiva li tista’

tiġi imposta minħabba fil-ksur innifsu.

(4) Jekk, wara li jgħaddi l-perjodu msemmi fl-ewwel proviso

t a s - s u b r e g o l a m e n t ( 1 ) , l - Aw t o r i t à t i k k o n s i d r a l i l - p e r s u n a

kkonċernata ma pprovdietx raġunijiet validi sabiex tispjega għaliex

m’għandhiex tkun suġġetta għal penali amministrattiva, l-Awtorità

għandha tipproċedi biex timponi dik il-penali amministrattiva.

(5) Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-regolament, fejn

l-Awtorità jkollha evidenza prima facie li l-ksur -

(a) jirrappreżenta theddida immedjata u serja għall-

interess pubbliku; jew

(b) joħloq jew jista’ toħloq problemi ekonomiċi jew

operattivi serji lil fornituri oħra jew lill-istudenti,

l-Awtorità tista’ tqassar il-perjodi msemmija fl-ewwel proviso tas-

subregolament (1)

Iżda l-persuna li kontra tagħha din il-penali amministrattiva

tkun imposta għandha tingħata opportunità raġjonevoli biex

tesprimi l-fehmiet tagħha u tipproponi soluzzjonijiet possibbli.

(6) L-Awtorità għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għal kull

deċiżjoni meħuda taħt is-subregolament (5).

(7) Penali amministrattiva imposta mill-Awtorità

fuq xi

persuna għandha tiġi kkunsidrata bħala dejn ċivili.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Il-fornituri li jkunu qegħdin jipprovdu dawn it-tipi ta’

programmi li ġejjin ma jkunux jeħtieġu liċenza maħruġa taħt dawn

ir-regolamenti biex jipprovdu dawn il-programmi

(a) programmi jew korsijiet qosra li jwasslu għal ċertifikat

ta’ attendenza;

(b) programmi jew korsijiet ta’ żvilupp professjonali

kontinwu li jkunu regolati minn korpi ta’

akkreditament professjonali;

(ċ) kull xorta ta’ programm li ma jkunx intiż li jservi biex

tinkiseb kwalifika klassifikata fi ħdan il-Qafas Malti

tal-Kwalifiki

jew qafas tal-kwalifiki barrani

rikonoxxut;

(d) programmi żviluppati u provduti minn xi kumpannija

għal finijiet ta’ proprjetà, jew provduti minn korpi jew

entitajiet oħra f’isimha, u għal użu esklużiv fi ħdan dik

il-kumpannija, u dawk il-finijiet ta’ proprjetà

għandhom ikunu riflessi fl-isem taċ-ċertifikat jew ta’

xi forma oħra ta’ rikonoxximent miksub wara li dak il-

programm ikun intemm b’suċċcess

Iżda fornituri li jkunu qegħdin jipprovdu l-programmi

msemmija f ’dan ir-regolament għandhom jiksbu akkreditament u

japplikaw għal liċenza taħt dawn ir-regolamenti meta huma jkunu

jeħtieġu li dawk il-programmi iservu biex jinkisbu kwalifiki

klassifikati fi ħdan il-Qafas Malti tal-Kwalifiki jew xi qafas tal-

kwalifiki barrani rikonoxxut.

(2) L-Awtorità tista’ tagħmel linji gwida biex teżenta lil ċentri

ta’ edukazzjoni avvanzata, kif imfissra fit-Tieni Skeda, mill-ħtiġiet

ta’ akkreditament tal-fornitur jew tal-programm jew tal-

assikurazzjoni ta’ kwalità taħt dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Fil-każ ta’ dubju raġonevoli jekk xi attività tkunx

tikkostitwixxi att ta’ provdiment ta’ edukazzjoni avvanzata jew

ogħla, jew jekk l-attività ta’ fornitur tkun jew ma tkunx qiegħda

ssir f ’Malta jew minn Malta, il-kwistjoni għandha tiġi deċiża

finalment mill-Awtorità.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Kull fornitur ġdid jew fornitur li ma jkollux liċenza li

jkun irid jikseb liċenza, jew detentur ta’ liċenza li jkun irid iġedded

jew jibdel il-liċenza tiegħu jew jestendi l-kategorija li jkollu l-

liċenza tiegħu taħtha skont dawn ir-regolamenti, ikun meħtieġ

japplika għand l-Awtorità għal dak l-għan.

(2) L-Awtorità tista’ tikkonċedi jew tiċħad applikazzjoni

magħmula taħt is-subregolament (1) skont kif previst f ’dawn ir-

regolamenti.

(3) Skont kif hemm fir-regolament 5(3), qabel ma ssir

applikazzjoni taħt is-subregolament (1), il-fornituri li jkunu jridu

jagħmlu dik l-applikazzjoni jkunu meħtieġa jiksbu kemm l-

akkreditament tal-fornitur kif ukoll l-akkreditament tal-programm

taħt dawn ir-regolamenti

Iżda applikanti li jixtiequ jiġu liċenzjati bħala Ċentri ta’

Tagħlim skont it-Tielet Skeda jkunu eżentati milli jfittxu li

jkollhom akkreditament tal-programm fl-istess ħin li jkunu qed

ifittxu li jkollhom akkreditament bħala fornitur.

(4) Għall-fini li jwettqu l-ħtiġiet tar-regolament 5(3) u tas-

subregolament (3), akkreditament tal-programm għall-programmi

kollha offruti mill-fornitur għandu jinħareġ abbażi ta’ verifiki tal-

kwalità ta’ kampjun tal-programmi offruti mill-fornitur, u dak il-

kampjun jiġi stabbilit mill-Awtorità u għandu, f ’kull każ, ikun

jimplika perċentwali simili ta’ programmi għall-fornituri kollha.

(5) Minkejja l-ġeneraliità tad-dispożizzjonijiet tar-regolament

5(3) u tas-subregolament (3), meta fornitur jipprovdi edukazzjoni

avvanzata jew ogħla li sservi biex tinkiseb kwalifika ta’

edukazzjoni avvanzata jew ogħla biss f’parti, "akkreditament tal-

programm" għandha tiftiehem bħala li tirreferi għal dik il-parti tal-

programm provduta. Dik il-parti tal-programm għandha tkun

akkreditata bħala "modulu ta’ edukazzjoni avvanzata" jew "modulu

ta’ edukazzjoni ogħla" kif imfissra fit-Tielet Skeda.

(6) Minkejja l-ġeneralità tad-dispożizzjonijiet tar-regolament

5(3) u tas-subregolament (3), fornituri stabbiliti bl-Att jew

b’regolamenti magħmulin taħtu, jew b’kull liġi oħra, u li jingħataw

l-istatus ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu kif imfisser fl-Ewwel

Skeda għandhom ikunu eżenti mill-ħtieġa tal-akkreditament għall-

ewwel darba

Iżda fornitur akkreditat minnu nnifsu għandu jkun meħtieġ

jirrevedi dak l-istatus permezz ta’ verifiki tal-kwalità tal-fornitur u

tal-programm li jsiru skont ir-regolament 37(1)(ċ), li jsiru qabel l-

iskadenza ta’ ħames snin mid-data li fiha jiġu fis-seħħ dawn ir-

regolamenti, u ta’ kull ħames snin minn żmien għal żmien wara

dan

Iżda wkoll fil-każ ta’ eżitu negattiv ta’ verifiki tal-kwalità

b ħ a l d a w n , l - Aw t o r i t à t i s t a ’ t i m p o n i k u l l k u n d i z z j o n i j e w

restrizzjoni li hija tista’ tqis li tkun meħtieġa, skont ir-regolamenti

12 u 13 rispettivament, fuq dawk il-fornituri akkreditati minnhom

infushom.

(7) Għall-fini li jitwettqu l-ħtiġiet tar-regolament 5(3) u tas-

subregolament (3), meta fornitur li diġà jkollu liċenza f ’xi

kategorija waħda jew aktar mill-kategoriji ta’ liċenza msemmija fit-

Tieni Skeda japplika biex il-liċenza tiegħu tiġi estiża għal

kategorija oħra ta’ liċenza, l-Awtorità tista’ teżenta lill-fornitur

milli jagħmel verifika tal-kwalità tal-fornitur biex isservi bħala l-

bażi biex tiġi estiża l-liċenza tal-fornitur għall-kategorija l-ġdida

Iżda l-Awtorità tista’ hekk teżenta lil fornitur milli jagħmel

verifika tal-kwalità tal-fornitur addizzjonali biss jekk din tkun

sodisfatta, abbażi ta’ verifiki tal-kwalità tal-programm mwettqa

għall-fini ta’ valutazzjoni ta’ programmi ġodda li jkunu ser jiġu

offruti mill-fornitur, u abbażi ta’ verifika preċedenti tal-kwalità tal-

fornitur, li dik il-verifika tal-kwalità tal-fornitur ma tkunx meħtieġa

fiċ-ċirkostanzi

Iżda wkoll, f’dak il-każ, l-Awtorità tista’ toħroġ

ak kreditam ent tal-fornitu r pro vviżorju sk ont ir- regolament

34(2)(d), għaż-żmien li jifdal sad-data meta jiskadi l-akkreditament

tal-fornitur eżistenti tal-fornitur, kif tqis li jkun adatt. Abbażi ta’

dak l-akkreditament tal-fornitur provviżorju, l-Awtorità għandha

toħroġ estensjoni provviżorja tal-liċenza tal-fornitur, u dik l-

estensjoni provviżorja għandha tkun valida għall-istess perjodu tal-

akkreditament provviżorju.

(8) L-Awtorità għandha tagħmel u tippubblika linji gwida biex

tistabbilixxi xi tkun dik l-informazzjoni li jkollha tiġi provduta

għall-fini ta’ applikazzjoni li ssir taħt is-subregolament (1)

Iżda, permezz ta’ dawk il-linji gwida, l-Awtorità tista’

tistabbilixxi ħtiġiet ta’ informazzjoni differenti għall-kategoriji

differenti ta’ detenturi ta’ liċenza msemmija fit-Tieni Skeda.

(9) Applikazzjoni magħmula taħt is-subregolament (1) tista’

biss tiġi rtirata permezz ta’ avviż bil-miktub mogħti lill-Awtorità

f ’xi żmien qabel ma tkun inħarġet jew ġiet miċħuda il-liċenza.

(10) L-Awtorità għandha tiddeċiedi dwar kull applikazzjoni

magħmula taħt is-subregolament (1) fi żmien tletin ġurnata tax-

xogħol minn meta taslilha l-applikazzjoni jew, jekk l-applikazzjoni

ma tkunx konformi mas-subregolament (3) jew jekk tkun meħtieġa

informazzjoni addizzjonali, fi żmien tletin ġurnata minn meta

jitħares dak is-subregolament jew tingħata dik l-informazzjoni

addizzjonali, kif ikun il-każ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Fornitur għandu japplika għal liċenza biex jopera f’xi

waħda jew aktar minn dawn il-kategoriji ta’ fornituri ta’ liċenza li

ġejjin kif imfissra fit-Tieni Skeda

(a) Università;

(b) Istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla;

(ċ) Istituzzjoni ta’ edukazzjoni avvanzata;

(d) Ċentru ta’ edukazzjoni avvanzata; jew

(e) Ċentru ta’ Tagħlim

Iżda fornitur għandu jkun korp ta’ persuni biex tkun tista’

tinħariġlu liċenza fil-kategoriji msemmija fil-paragrafi (a), (b) jew

(ċ) u fornitur għandu jkun individwu biex tkun tista’ tinħariġlu

liċenza fil-kategorija msemmija fil-paragrafu (d)

Iżda ukoll, biex ikun eliġibbli għal liċenza skont il-

paragrafu (e), dak il-fornitur jista’ jkun kemm individwu kif ukoll

korp ġuridiku.

(2) Il-liċenza maħruġa mill-Awtorità għandha tkun tawtorizza

lil fornitur jopera f ’xi waħda jew aktar mill-kategoriji msemmija

fis-subregolament (1) u, il-każ tal-kategoriji (a) sa (d), joffri

programmi ta’ edukazzjoni avvanzata jew ogħla klassifikati

f’livelli speċifikati tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

(3) L-Awtorità tista’ toħroġ liċenza provviżorja meta jkun

ingħata akkreditament tal-fornitur provviżorju skont ir-regolament

34(2)(d).

(4) Liċenza maħruġa taħt dawn ir-regolamenti għandha

tinħareġ fil-isem il-fornitur u għandha tiġi assenjata numru tal-

liċenza.

(5) Liċenza maħruġa taħt dawn ir-regolamenti għandha tindika

dan li ġej

(a) in-numru tal-liċenza;

(b) l-isem tal-fornitur;

(ċ) l-isem tal-persuna vestita bir-rappreżentanza legali tal-

fornitur;

(d) il-kategorija jew kategoriji li fihom tkun inħarġet il-

liċenza,

skont

il-kategoriji

msemmija

fis-

subregolament (1);

(e) il-programmi kollha ta’ edukazzjoni avvanzata jew

ogħla, identifikati permezz tal-livell tal-Qafas Malti

tal-Kwalifiki rispettiv tagħhom, li d-detentur ta’

liċenza jkun awtorizzat jipprovdi permezz ta’ dik il-

liċenza;

(f)

kull kors li mhuwiex klassifikat mal-Qafas Malti tal-

Kwalifiki offrut minn Ċentri ta’ Tagħlim liċenzjati taħt

il-paragrafu (e); u

(g) kull kundizzjoni jew restrizzjoni imposta fuq id-

detentur ta’ liċenza skont ir-regolamenti 12 u 13.

(6)

L-Awtorità għandha tagħmel u tippubblika linji gwida li

jistabbilixxu xi tkun dik l-informazzjoni li għandha tiġi provduta

ta’ kull sena mid-detenturi ta’ liċenza

Iżda, permezz ta’ dawk il-linji gwida, l-Awtorità tista’

tistabbilixxi ħtiġiet ta’ informazzjoni differenti għal kategoriji ta’

detenturi ta’ liċenza differenti msemmija fit-Tieni Skeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Il-fornituri kollha li jkollhom liċenza f’Malta għandhom

jiddaħħlu fir-reġistru ta’ fornituri liċenzjati u akkreditati li jkunu

joperaw f’Malta li jinżamm u jiġi pubblikat mill-Awtorità skont l-

artikolu 3 tal-Att.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-Awtorità tista’ tiċħad li toħroġ, iġġedded, tibdel jew

testendi liċenza f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin

(a) jekk jirriżulta li l-fornitur li jkun applika jkun qed

jikser id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew

ta’ xi linji gwida magħmulin u pubblikati mill-

Awtorità skont dawn ir-regolamenti;

(b) jekk tkun sodisfatta li xi persuna impjegata jew

proposta li tkun impjegata mill-fornitur f’xi pożizzjoni

ta’ tmexxija ma tkunx ta’ mġiba tajba jew tkun

instabet ħatja ta’ reat;

(ċ) jekk tkun sodisfatta li r-rappreżentant legali tal-

fornitur, jew, meta l-fornitur ikun korp ta’ persuni, xi

ħadd mill-membri tiegħu

(i) ma jkunx ta’ mġiba tajba;

(ii) ikun instab ħati ta’ reat;

(iii) huwa skwalifikat milli jmexxi xi korporazzjoni

taħt id-dispożizzjonijiet ta’ xi liġi; jew

(iv) ikun soġġett għal xi liġi, regolament,

dispożizzjoni amministrattiva, jew b’xi mod

ieħor ma jkunx jista’ jaġixxi fil-kariga assenjata

lilu;

(d) l-Awtorità tista’ wkoll tiċħad li toħroġ, iġġedded,

tibdel jew testendi liċenza jekk tkun sodisfatta li

(i)

ir-reġistrazzjoni tal-fornitur kienet xi darba ġiet

imħassra jew sospiża għal xi wieħed jew aktar

programmi minn xi awtorità uffiċjali oħra;

(ii) il-fornitur ikun soġġett għal xi liġi, regolament,

dispożizzjoni amministrattiva, jew b’xi mod

ieħor ma jkunx jista’ jaġixxi bħala fornitur

f’Malta;

(iii) il-fornitur juża jew jipproponi li juża l-fond

tiegħu bi ksur ta’ regolamenti applikabbli dwar

l-iżvilupp u l-ippjanar jew għal finijiet li b’xi

mod ma jkunux la xierqa, la etiċi u lanqas

leġittimi; jew

(iv) il-fornitur jipproponi li juża xi fond li jkun ta’

periklu għal dawk li jkunu jinsabu ġo fih.

(2) Meta l-Awtorità tiċħad applikazzjoni biex toħroġ, iġġedded,

tibdel jew testendi liċenza taħt dawn ir-regolamenti, hija għandha

tgħarraf lill-applikant bil-miktub bir-raġunijiet għaliex tkun

qiegħda tiċħadha.

(3) Kull fornitur pubbliku ta’ edukazzjoni avvanzata jew ogħla

mwaqqaf bl-Att jew b’regolamenti magħmulin taħtu jew b’kull liġi

oħra għandu jitqies li jkollu liċenza skont dawn ir-regolamenti

Iżda dawk il-fornituri għandhom jagħmlu kull verifika tal-

kwalità tal-fornitur u tal-programm li jkunu meħtieġa skont ir-

regolament 37(1) u dawn għandhom isiru qabel l-iskadenza ta’

ħames snin mid-data li fiha jiġu fis-seħħ dawn ir-regolamenti u ta’

kull ħames snin minn żmien għal żmien wara dan, skont kif previst

fir-regolament 38.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Meta toħroġ xi liċenza, l-Awtorità tista’ timponi

kundizzjonijiet fuq id-detentur ta’ liċenza skont il-ħtiġiet ta’ dawn

ir-regolamenti jew xi linji gwida magħmulin u pubblikati mill-

Awtorità skont dawn ir-regolamenti.

(2) L-Awtorità tista’ tagħmel li l-kundizzjonijiet msemmija fis-

s u b r e g ol a m e n t ( 1 ) i k un u j a p p li k a w g ħ a l p e r j od u t a ’ ż m i e n

speċifiku. F’dak il-każ, hija għandha tispeċifika t-tul ta’ dak il-

perjodu fil-liċenza. Fil-każ li ma ssir ebda speċifikazzjoni bħal dik

fil-liċenza, il-kundizzjoni għandha titqies li tkun tapplika għaż-

żmien sħiħ tal-liċenza.

(3) F’kull żmien li tkun ħarġet il-liċenza, l-Awtorità tista’

tibdel jew tneħħi kull kundizzjoni imposta taħt is-subregolament

(1) jew timponi kundizzjonijiet ġodda fuq id-detentur ta’ liċenza

skont dawn ir-regolamenti jew xi li nji g wid a m agħ mu lin u

pubblikati mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti, meta dawn

ikunu jirreferu għal detenturi ta’ liċenza.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) F’kull żmien wara li tkun ħarġet liċenza, il-

Kummissjoni tista’ timponi restrizzjonijiet fuq id-detentur ta’

liċenza f’kull wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin

(a) jekk xi dokument jew informazzjoni li kienu

akkumpanjaw applikazzjoni għal liċenza jew xi

informazzjoni mogħtija f’dak li kellu x’jaqsam ma’

din ikunu foloz jew jekk id-detentur ta’ liċenza jaħbi

mill-Awtorità, jew jonqos milli javżaha, b’xi

dokument jew informazzjoni jew bidla fihom li kellu

d-dmir li jiżvela jew javża taħt dawn ir-regolamenti

jew skont xi linji gwida magħmulin u pubblikati mill-

Awtorità skont dawn ir-regolamenti;

(b) jekk jiġi revokat l-akkreditament tal-programm li jkun

ingħata

lid-detentur

ta’

liċenza

skont

id-

dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti;

(ċ) jekk id-detentur ta’ liċenza ma jibqax imexxi l-attività

msemmija fil-liċenza f’Malta għal iżjed minn sitt

xhur;

(d) jekk id-detentur ta’ liċenza jonqos milli jħares il-

kundizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet il-liċenza;

(e) jekk id-detentur ta’ liċenza jiġi li x’aktarx ma jkunx

jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu tal-liċenza; jew

(f)

minħabba f’xi ħaġa oħra li tikser id-dispożizzjonijiet

ta’ dawn ir-regolamenti jew xi linji gwida magħmulin

u pubblikati mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti,

meta dawn ikunu jirreferu għal detenturi ta’ liċenza.

(2) L-Awtorità tista’ tibdel jew tneħħi kull restrizzjoni imposta

b’dan ir-regolament f’kull waqt wara li tkun ħarġet il-liċenza.

(3) Restrizzjonijiet imposti mill-Awtorità skont dan ir-

regolament għandhom ikunu tali hekk kif l-Awtorità tqishom adatti

għall-ħarsien kif imiss mid-detentur ta’ liċenza tal-ħtiġiet ta’ dawn

ir-regolamenti jew tal-linji gwida magħmulin u pubblikati mill-

Awtorità skont dawn ir-regolamenti, meta dawn ikunu jirreferu għal

detenturi ta’ liċenza.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-Awtorità għandha tirrevoka liċenza f’dawn iċ-

ċirkostanzi li ġejjin

(a) meta d-detentur ta’ liċenza jikser xi kundizzjoni jew

restrizzjoni

imposta

mill-Awtorità

skont

id-

dispozizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti

Iżda meta l-Awtorità tkun imponiet fuq id-detentur ta’

liċenza xi kundizzjoni jew restrizzjoni skont ir-

regolamenti 12 jew 13, hija tista’ biss tirrevoka liċenza

meta jiskadi l-perjodu ta’ żmien li hemm provdut

dwaru fir-regolament 15 (1)(a);

(b) meta d-detentur ta’ liċenza jiġi dikjarat fallut jew

jagħmel kompożizzjoni mal-kredituri tiegħu jew

xort’oħra jtemm milli jibqa’ jopera; jew

(ċ) meta d-detentur ta’ liċenza jaġixxi b’xi mod li

gravament jikser id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-

regolamenti jew ta’ xi linji gwida magħmulin u

pubblikati mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti,

meta dawn ikunu jirreferu għal detenturi ta’ liċenza.

(2) Meta l-Awtorità tkun bi ħsiebha tirrevoka liċenza skont dan

ir-regolament, din għandha tinnotifika bil-miktub lid-detentur ta’

liċenza u għandha hemm tispeċifika l-motivi li tkun bi ħsiebha

tieħu azzjoni abbażi tagħhom, u perjodu ta’ żmien raġonevoli li fih

id-detentur ta’ liċenza ikollu jedd jagħmel ilmenti lill-Awtorità

dwar ir-raġuni għaliex dik l-azzjoni m’għandhiex tittieħed

Iżda l-Awtorità tista’ tirrevoka dik il-liċenza qabel ma

jiskadi dak il-perjodu, meta hija tqis li dan ikun raġonevolment

ġustifikabbli wara li ssir valutazzjoni taċ-ċirkostanzi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Meta l-Awtorità tkun bi ħsiebha timponi, tibdel jew

tneħħi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq id-detenturi ta’

liċenza skont ir-regolamenti 12 u 13, hija għandha tavża bil-miktub

lid-detentur ta’ liċenza bil-ħsieb li jkollha, u għandha hemm

tispeċifika dan li ġej

(a) ix-xorta ta’ kundizzjoni, restrizzjoni, bidla jew

tneħħija li tkun qiegħda ssir u l-perjodu ta’ żmien

kemm din iddum tapplika

Iżda meta ebda perjodu ta’ żmien ma jiġi speċifikat fl-

avviż, kull kundizzjoni jew restrizzjoni ġdida għandha

titqies li tkun tapplika għaż-żmien kollu li matulu

tibqa’ fis-seħħ il-liċenza u kull bidla fil-kundizzjoni

jew restrizzjoni għandha titqies li tapplika għaż-żmien

kollu tal-kundizzjoni jew restrizzjoni li jkunu ġew

imposti qabel, kif ikun il-każ;

(b) il-motivi li dwarhom tkun bi ħsiebha tieħu dik l-

azzjoni;

(ċ) perjodu ta’ żmien raġonevoli li fih il-fornitur ikollu

jedd jagħmel ilmenti lill-Awtorità dwar ir-raġuni

għaliex dik l-azzjoni ma jkollhiex tittieħed; u

(d) perjodu ta’ żmien raġonevoli li matulu l-fornitur ikun

meħtieġ jirranġa l-affarijiet tiegħu biex jikkonforma

ruħu mal-kundizzjoni jew restrizzjoni jew bidla

imposta fihom.

(2) Meta l-Awtorità tkun bi ħsiebha tirrevoka jew tissospendi

liċenza skont ir-regolament 14, hija għandha tinnotifika bil-miktub

li d-detentur ta’ liċenza bl-intenzjoni li jkollha, u għandha hemm

tispeċifika dan li ġej

(a) il-motivi li abbażi tagħhom tkun bi ħsiebha tieħu dik l-

azzjoni;

(b) perjodu ta’ żmien raġonevol li fih il-fornitur ikollu

jedd jagħmel ilmenti lill-Awtorità għaliex dawk l-

azzjonijiet m’għandhomx jittieħdu; u

(ċ) perjodu ta’ żmien raġonevoli li matulu l-fornitur ikun

meħtieġ jirranġa l-affarijiet tiegħu biex ir-revoka jew

is-sospensjoni ma jiġux fis-seħħ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Liċenza ma tibqax fis-seħħ meta d-detentur ta’ liċenza

jirrinunzja għal liċenza jew meta detentur ta’ liċenza ma jibqax

iżomm l-akkreditament tal-fornitur skont dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Meta jiġu imposti kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq

detentur ta’ liċenza, jew meta tiġi revokata liċenza taħt dawn ir-

regolamenti jew meta liċenza ma tibqax fis-seħħ skont dawn ir-

r e g o l a m e n t i , l - Aw t o r i t à g ħ a n d h a t g ħ a r r a f l i l l - a w t o r i t a j i e t

k om pe t e nt i f ’ da w k l -i s tat i b a r ran in fej n il -f or nit ur j e w is -

sussidjarji tiegħu jkunu qegħdin imexxu xi attività li jkollha

x’taqsam mal-liċenza miżmuma jew maħruġa qabel taħt dawn ir-

regolamenti.

TAQSIMA III

OBBLIGI TAD-DETENTURI TA’ LIĊENZA

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Qabel ma jgħaddu ħames snin mid-data tal-ksib ta’

liċenza, jew ta’ bidla jew tiġdid fil-liċenza tagħhom, kif ikun il-

każ, id-detenturi ta’ liċenza għandhom japplikaw lill-Awtorità għal

reviżjoni tal-akkreditament tal-fornitur u tal-akkreditament tal-

programm tagħhom, permezz ta’ verifiki perjodiċi tal-kwalità tal-

fornitur u tal-programm, skont ir-regolamenti 37(1)(ċ) u 38.

(2)

Meta ma ssirx applikazzjoni għal reviżjoni bħal dik, jew

biex jinżamm l-akkreditament tal-fornitur wara li jkunu saru dawk

il-verifiki, dan jirrendi invalida l-liċenza maħruġa qabel taħt dawn

ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Ir-rappreżentant legali ta’ detentur ta’ liċenza, kif

speċifikat fil-liċenza, jkun responsabbli li jiżgura li l-obbligi

mehmużin ma’ dik il-liċenza jiġu osservati f’kull waqt.

(2) Meta l-persuna speċifikata fil-liċenza bħala li tkun vestita

bir-rappreżentanza legali tad-detentur ta’ liċenza tiġi żvestita minn

dik il-kariga għal xi raġuni jew oħra, il-fornitur għandu javża lill-

Awtorità b’dan bil-miktub mingħajr dewmien u jissottometti d-

dettalji ta’ min ikun assuma dik il-kariga. Wara dan, il-liċenza tibda

turi l-isem tal-persuna li tiġi hekk indikata bħala r-rappreżentant

legali ta’ dak il-fornitur.

(3) Meta detentur ta’ liċenza, jew il-persuna speċifikata fil-

liċenza bħala li tkun vestita bir-rappreżentanza legali tiegħu, isir

soġġett, wara li fornitur jirċievi liċenza taħt dawn ir-regolamenti,

għal xi bidla li tkun tirrigwarda l-applikazzjoni tar-regolamenti

11(ċ)(iv) jew 11(d)(ii), kif ikun il-każ, id-detentur ta’ liċenza

għandu minnufih javża lill-Awtorità b’dawk il-bidliet bil-miktub,

mingħajr ebda dewmien.

(4) Ir-rappreżentant legali ta’ detentur ta’ liċenza għandu jkun

ibbażat f’Malta

Iżda, fl-assenza tiegħu, ir-rappreżentant legali tad-detentur

ta’ liċenza jista’ jagħmel arranġamenti adegwati li jkunu jiżguraw

li tiġi nominata persuna oħra biex taqdi dmirijietu għal żmien

temporanju.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom javżaw lill-

Awtorità, bil-miktub u mingħajr ebda dewmien, b’kull bidla fl-

informazzjoni provduta taħt dawn ir-regolamenti.

(2) Meta detentur ta’ liċenza jkun korp ta’ persuni, ikun id-

dmir tad-detentur ta’ liċenza li jgħarraf lill-Awtorità, bil-miktub u

mingħajr ebda dewmien, b’kull bidla fil-membri tal-korp ta’

persuni.

(3) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jipprovdu lill-

Kummissjoni kull informazzjoni meħtieġa biex jiġi sorveljat il-

ħ a r s i e n t a l - k r i t e r j i m s e m m i j a f i r- r e g o l a m e n t 11 ( 1 ) b ’ m o d

kontinwu.

(4) Meta detentur ta’ liċenza jkun bi ħsiebu jieħu xi azzjoni li

tmur lil hinn mis-sottomissjonijiet oriġinali li jkunu saru lill-

Awtorità, jew li jistgħu ma jkunux jaqblu mal-kundizzjonijiet jew

restrizzjonijiet tal-liċenza, id-detentur ta’ liċenza għandu, qabel ma

jieħu dik l-azzjoni, javża lill-Awtorità b’dan bil-miktub. L-

Awtorità għandha, fi żmien xahrejn minn meta tirċievi dak l-avviż

tagħti l-kunsens tagħha jew xort’oħra.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Id-detenturi ta’ liċenza għandhom iżommu l-liċenza

tagħhom maħruġa taħt dawn ir-regolamenti mwaħħla f ’post fejn

jidher sew fil-fond minn fejn id-detentur ta’ liċenza ikun jopera.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jiżguraw li jkun hemm

disponibbli riżorsi u materjal adegwati għall-provdiment ta’

edukazzjoni avvanzata u ogħla ta’ kwalità skont linji gwida

magħmulin u pubblikati mill-Awtorità għal dak l-għan.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jiddikjaraw b’mod

ċar in-numru tal-liċenza tagħhom u l-kategorija li taħtha tkun

inħarġitilhom il-liċenza, kif imfissra fit-Tieni Skeda, fil-media

kollha, riklamar, materjal pubblikat jew materjal ta’ promozzjoni

għal studenti kandidati, studenti, ġenituri jew il-pubbliku.

(2) Meta il-media, riklamar, materjal pubblikat jew materjal ta’

promozzjoni għal studenti kandidati, studenti, ġenituri jew il-

pubbliku jkun jirrigwarda xi programm speċifiku, id-detenturi ta’

liċenza għandhom jiddikjaraw ukoll l-istatus akkreditat ta’ dak il-

programm, kif previst fit-Tielet Skeda, u l-livell ta’ kwalifika

mogħtija jew indirizzata, fi ħdan il-Qafas Malti tal-Kwalifiki, jew

il-livell komparabbli tagħha, kif ikun il-każ.

(3) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jiżguraw li kull riklam u

informazzjoni għall-istudenti provdut minnhom isir b’integrità u

preċiżjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Id-detenturi ta’ liċenza m’għandhomx jagħmlu offerta

lil student kandidat biex jinkiteb f ’xi programm jekk huma ma

jkunux taw lil dak l-istudent kandidat informazzjoni dwar il-

programm skont linji gwida magħmulin u pubblikati mill-Awtorità

għal dak l-għan

Iżda b’dawk il-linji gwida l-Awtorità tista’ tistabbilixxi tipi

ta’ informazzjoni differenti meħtieġa li jingħataw lil studenti

kandidati lokali u barranin u minn kategoriji differenti ta’ detenturi

ta’ liċenza kif imfissra fit-Tieni Skeda.

(2) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jiżguraw li r-reklutaġġ

ta’ studenti tagħhom isir b’mod etiku u responsabbli u li kull

offerta ta’ post fil-programm li ssir lil student tkun ibbażata fuq

valutazzjoni, minn persuna kwalifikata kif imiss, dwar kemm il-

kwalifiki u l-profiċjenzi ta’ student huma adatti għall-programm.

(3) Minbarra kull ħlas għal applikazzjoni li jkun

raġonevolment ġustifikabbli, id-detenturi ta’ liċenza jistgħu jitolbu

li jsir xi ħlas għat-tagħlim għal xi programm, minn student jew

student kandidat, biss meta jkunu twettqu dawn il-kundizzjonijiet li

ġejjin

(a) dak l-istudent ikun ġie notifikat bil-miktub li huwa

jkun ġie aċċettat għall-programm; u

(b) ikun sar ftehim mal-istudent skont ir-regolament 26

Iżda meta detentur ta’ liċenza jkun stabbilit permezz

tal-Att jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu, jew

b’kull liġi oħra, ir-restrizzjonijiet li jkunu jinsabu

f’dawk il-liġijiet u li għandhom x’jaqsmu mal-ħlas ta’

ħlasijiet għat-tagħlim għandhom jiġu osservati.

(4) Detentur ta’ liċenza għandu jikseb attestazzjoni li jkun sar

assessjar tal-profiċjenza tal-istudent kandidat barrani fil-lingwa

rilevanti għall-fini li jieħu sehem fil-programm provdut

Iżda meta student ma jkollux il-kapaċitajiet lingwistiċi

meħtieġa, id-detentur ta’ liċenza għandu joffri lil dak l-istudent

opportunitajiet ta’ tagħlim fil-lingwa rilevanti, filwaqt li joffri

wkoll sostenn ligwistiku tul il-programm.

(5) Id-detenturi ta’ liċenza m’għandhomx jirreġistraw student

kandidat li jkun ġej minn pajjiż terz u li ma jkollux visa ta’ student.

Ġaladarba student ġej minn pajjiż terz ikun inkiteb fi programm,

id-detenturi ta’ liċenza m’għandhomx iħalluh jipposponi milli jibda

l-istudji tiegħu, jew li jissospendi l-istudji tiegħu, ħlief minħabba

f ’mard, kif muri b’ċertifikat tat-tabib, jew f ’ċirkostanzi

eċċezzjonali oħra li ma jkunux fil-kontroll tal-istudent. Meta

student jipposponi jew jissospendi l-istudji tiegħu għal xi raġuni

oħra, id-detentur ta’ liċenza jkun marbut li jirrapporta n-nuqqas ta’

konformità ta’ dak l-istudent mal-kundizzjonijiet relattivi tal-visa

lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom iżommu rekord tal-

prestazzjoni akkademika ta’ student u rekord dwar l-attendenza ta’

tal-istudenti skont il-linji gwida magħmulin u pubblikati mill-

Awtorità għal dak l-għan

Iżda permezz ta’ dawk il-linji gwida l-Awtorità tista’

tistabbilixxi tipi differenti ta’ rekords li jkunu meħtieġa li

jinżammu minn kategoriji differenti ta’ detenturi ta’ liċenza kif

previst fit-Tieni Skeda

Iżda wkoll, permezz ta’ dawk il-linji gwida, il-

Kummissjoni tista’ wkoll teżenta lil kategoriji ta’ fornituri, previsti

fit-Tieni Skeda milli jżommu rekord tal-attendenza ta’ studenti.

(2) Ir-rekords tal-attendenza ta’ studenti jistgħu jiġu meħtieġa

mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni bħala attestazzjoni li

studenti barranin jissodisfaw il-ħtiġiet tal-visa li għandhom

x’jaqsmu mal-attendenza u mal-prestazzjoni akkademika.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Qabel ma jinbeda l-programm, u qabel l-istudent jew

xi persuna oħra direttament jew indirettament f’ismu, ma jagħmlu

xi ħlas lid-detentur ta’ liċenza, id-detentur ta’ liċenza għandu

jagħmel ftehim bil-miktub mal-istudent kandidat fir-rigward tar-

reġistrazzjoni ta’ dak l-istudent f’dak il-programm, hawn iżjed ’il

quddiem imsejjaħ "il-ftehim li jsir ma’ student".

(2) Il-ftehim li jsir ma’ student għandu jkun wieħed li jiftiehem

b’mod ċar mill-istudent, u speċifiku fil-ħtiġiet tiegħu dwar id-

dmirijiet tal-istudent u tad-detentur ta’ liċenza.

(3) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jiżguraw li l-ftehim li jsir

ma’ student kif msemmi fis-subregolament (1) ikun jipprovdi għal

proċeduri ta’ rimborż u xi kundizzjonijiet dwar nuqqas li jista’ jsir.

(4) Id-detenturi ta’ liċenza m’għandhomx iwettqu ebda mġiba

li tkun falza, qarrieqa, ta’ ingann jew xort’oħra mhux adatta fl-

abbozzar tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim li jsir ma’ student, fir-

rigward tar-rimborżi li jingħataw lill-istudent.

(5) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jiżguraw li d-

dispożizzjonijiet tal-ftehim li jsir ma’ student u li għandhom

x’jaqsmu mar-rimborżi li jingħataw lill-istudent ikunu

jikkonformaw ma’ dawn l-istandards minimi li ġejjin

(a) il-ftehim li jsir ma’ student għandu jiggarantixxi d-

drittijiet tal-istudent, inkluż id-dritt li jingħatawlu r-

riżultati ta’ assessjar meta jkun temm kull ħtieġa

neċessarja ta’ assessjar tal-programm jew ta’ partijiet

minnu;

(b) iċ-ċirkostanzi li fihom id-detentur ta’ liċenza għandu

jipprovdi rimborż għandhom jkunu ċari għal kollox;

(ċ) il-pattijiet dwar kif student għandu japplika għal

rimborż għandhom jkunu ċari għal kollox;

(d) id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimborż li jkunu

applikabbli għandhom b’mod ġenerali jkunu

kompatibbli

mal-liġijiet

dwar

il-ħarsien

tal-

konsumatur, inkluża dikjarazzjoni li l-ftehim ma jkunx

qed jiċħad lill-istudenti d-dritt li jieħdu azzjoni

ulterjuri taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur; u

(e) il-proċess dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet tad-

detentur ta’ liċenza għandha tkun spjegata b’mod ċar,

inkluża dikjarazzjoni li dak il-proċess ta’ riżoluzzjoni

ta’ tilwimiet ma jċaħħadx lill-istudenti milli jfittxu li

jiksbu rimedji legali oħra.

(6) Fil-ftehim li jsir ma’ student, id-detentur ta’ liċenza għandu

jgħarraf lill-istudenti kandidati barranin bid-dmir li għandhom li

jipprovdu lid-detentur ta’ liċenza b’kull tibdil fid-dettalji personali

tagħhom, inklużi l-indirizz residenzjali tagħhom u n-numru tat-

t e l e f o n f ’ M a l t a k i f u k o l l l - i n d i r i z z f e j n i k un u j i s t g ħ u j i ġ u

kuntattjati barra minn Malta wara li jkunu temmew l-istudji

tagħhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Id-detentur ta’ liċenza jkun naqas fit-twettiq tal-ftehim

li jsir ma’ student fir-rigward ta’ programm f’dawn iċ-ċirkostanzi li

ġejjin

(a) il-programm ma jibdiex fil-ġurnata miftiehma li kellu

jibda fiha;

(b) il-programm jieqaf milli jiġi provdut f’kull waqt wara

li jibda imma qabel ma jispiċċa; jew

(ċ) il-programm ma jiġix provdut kollu kemm hu lill-

istudent minħabba f’xi kundizzjoni jew restrizzjoni

imposta fuq id-detentur ta’ liċenza mill-Awtorità skont

dawn ir-regolamenti jew minħabba fir-revoka, mill-

Awtorità, tal-liċenza jew akkreditament applikabbli

skont dawn ir-regolamenti

Iżda meta l-istudent kandidat jew l-istudent ikun irtira mill-

programm qabel il-ġurnata meta joriġinaw dawk iċ-ċirkostanzi, id-

detenturi ta’ liċenza ma jitqiesux li jkunu hekk ikkommettew xi

nuqqas.

(2) Id-detentur ta’ liċenza għandu wkoll jitqies li jkun naqas

fit-twettiq tal-ftehim mal-istudent jekk dan jonqos milli joħroġ ir-

riżultati kollha tal-eżamijiet u ta’ kull assessjar ieħor lill-istudent

w a r a li l -i s t u de n t i ku n te m m i l - ħt i ġ ie t t a ’ a s s e s s j a r k o ll h a

neċessarji tal-programm jew ta’ xi partijiet minnu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

L-istudenti kandidati u l-studenti għandhom jitqiesu li

jkunu naqsu fit-twettiq tal-ftehim li jsir ma’ student f ’dawn iċ-

ċirkostanzi li ġejjin

(a) meta jirtiraw mill-programm, jew qabel jew wara l-

ġurnata miftiehma meta kellu jibda;

(b) meta, billi ma jkunux irtiraw qabel mill-programm,

jonqsu milli jibdew il-programm fil-ġurnata miftiehma

meta kellu jibda;

(ċ) meta jonqsu milli jħallsu xi somma li kellhom

direttament jew indirettament iħallsu lid-detentur ta’

liċenza biex jsegwu l-programm; jew

(d) meta jiksru xi kundizzjoni tal-visa ta’ student li

jkollhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

L-Awtorità tista’ tagħmel u tippubblika linji gwida, kif tqis

li jkun meħtieġ, biex tistabbilixxi dan li ġej

(a) aktar ħtiġiet dwar il-ftehim li jsir ma’ student, b’żjieda

mad-dispożizzjonijiet tar-regolament 26;

(b) aktar ċirkostanzi ta’ nuqqasijiet fit-twettiq tal-ftehim

minn detentur ta’ liċenza u minn student, b’żjieda

mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 27 u 28;

(ċ) ħtiġiet u proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ xi

rimborżi li jistgħu jkunu dovuti lil student meta jkun

hemm ċirkostanzi ta’ xi nuqqas fit-twettiq tal-ftehim

minn detentur ta’ liċenza; u

(d) ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mas-sostenn li jingħata

lil student

Iżda, permezz ta’ dawk il-linji gwida, l-Awtorità tista’

tistabbilixxi tipi differenti ta’ ħtiġiet dwar studenti lokali u barranin

u għal kategoriji differenti ta’ detenturi ta’ liċenza previsti fit-Tieni

Skeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Detenturi ta’ liċenza fil-kategoriji "istituzzjoni ta’

edukazzjoni avvanzata", "ċentru ta’ edukazzjoni avvanzata" jew

"Ċentru ta’ Tagħlim" kif imfissra fit-Tieni Skeda, ma jkunux

jistgħu jużaw dawn il-kliem li ġejjin fil-media, riklamar, materjal

pubblikat, materjal ta’ promozzjoni jew f ’xi informazzjoni li

xort’oħra tingħata lil studenti kandidati, studenti, ġenituri jew il-

pubbliku

(a) il-kelma "ogħla" jew "università" f’xi parti ta’

isimhom; u

(b) il-kelma "università", "grad", "Masters", "master" jew

"ogħla" f’xi titlu ta’, jew b’riferenza għal, xi

programm provdut jew rikonoxximent mogħti

minnhom

Iżda ċ-"Ċentru tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani"

ikun jista’ juża l-kelma "ogħla" b’riferenza għal programm ta’

edukazzjoni ogħla li jservi biex tinkiseb kwalifika tat-tagħlim fl-

Ingliż bħala lsien barrani, u li jkun ġie akkreditat mill-Awtorità

biex jipprovdi skont it-Tieni Skeda.

(2) Mingħajr

preġudizzju

għad-dispożizzjonijiet

tas-

subregolament (1), detenturi ta’ liċenza fil-kategorija "ċentru ta’

edukazzjoni avvanzata" jew "ċentru ta’ tagħlim", kif imfissra fit-

Tieni Skeda, m’għandhomx jużaw il-kelma "istituzzjoni" jew

"istitut" f ’ebda media, riklamar, materjal pubblikat, materjal ta’

promozzjoni jew f ’xi informazzjoni li xort’oħra tingħata lil

studenti kandidati, studenti, ġenituri jew il-pubbliku, f ’dak li

għandu x’jaqsam ma’ xi parti minn isimhom jew f’xi titlu ta’, jew

b’riferenza għal, xi programm provdut jew rikonoxximent mogħti

minnhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Id-detenturi ta’ liċenza fil-kategorija "istituzzjoni ta’

edukazzjoni ogħla" kif imfissra fit-Tieni Skeda m’għandhomx

jużaw il-kelma "università" f ’ebda media, riklamar, materjal

pubblikat, materjal ta’ promozzjoni jew f ’xi informazzjoni li

xort’oħra tingħata lil studenti kandidati, studenti, ġenituri jew il-

pubbliku f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi parti minn isimhom jew

f ’xi titlu ta’, jew b’riferenza għal, xi programm provdut jew

rikonoxximent mogħti minnhom

Iżda dawk id-detenturi ta’ liċenza m’għandhomx ikunu

projbiti milli jużaw il-kelma "università" f ’ebda titlu ta’, jew

b’riferenza għal, xi programm, jew parti minnu, akkreditat skont

dawn ir-regolamenti u provdut minnhom bi ftehim ma’ università li

jkollha liċenza jew ma’ università barranija, kemm permezz ta’

programm konġunt jew xort’oħra. Dan il-proviso għandu japplika

biss meta dak il-programm ikun konformi mal-ħtiġiet li għandhom

x’jaqsmu mar-rikonoxximent ta’ kwalifiki barranin taħt l-Att, dawn

ir-regolamenti jew kull liġi oħra, u meta l-programm ikun iservi

biex tinkiseb kwalifika nazzjonali klassifikata fil-livell 5 jew ogħla

t al -Q afas M alt i ta l-Kw al ifik i u li t i ng ħat a m i nn u ni ve rsi tà

liċenzjata kif imfissra fit-Tieni Skeda jew kwalifika barranija

f’livell komparabbli li tingħata minn università barranija.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jgħarrfu lill-

Kummi ssjoni bil-miktub qabel ma jiftħu xi fergħa, uffiċċju

sussidjarju jew uffiċċju ieħor f’Malta u m’għandhomx jiftħu ebda

fergħa jew uffiċċju jekk ma tingħatalhomx qabel l-approvazzjoni

tal-Awtorità.

(2) Id-detenturi ta’ liċenza għandhom jgħarrfu lill-Awtorità bil-

miktub qabel ma jidħlu f’xi arranġamenti ta’ aġenzija ma’ terzi u

m’għandhomx jidħlu f ’ebda ftehim bħal dak jekk ma

tingħatalhomx qabel l-approvazzjoni tal-Awtorità.

(3) Persuna li tinħatar bħala l-aġent ta’ detentur ta’ liċenza

g ħ a n d h a t a ġi x x i bi s s b ħa l a a ġ e n t għ a r- r i g w a r d t a ’ d a wk l -

attivitajiet li dwarhom ikollu liċenza l-imsemmi detentur ta’

liċenza taħt dawn ir-regolamenti.

(4) Id-detenturi ta’ liċenza m’għandhomx jaċċettaw jew

jibqgħu jaċċettaw studenti barranin ingaġġati minn aġent, jew

jawtorizzaw lil xi aġent jaġixxi f’isimhom, jekk dawn ikunu jafu,

jew ikollhom tassew għaliex raġonevolment jaħsbu li l-aġent

tagħhom ikun qiegħed

(a) jipparteċipa fi prattiċi diżonesti, inklużi suġġerimenti

lil studenti barranin li jidħlu Malta b’visa ta’ student bi

skop ewlieni li ma jkunx dak ta’ studju full-time;

(b) jiffaċilita r-reġistrazzjoni ta’ studenti ġejjin minn

pajjiż terz li ma jkunux jikkonformaw mal-

kundizzjonijiet ta’ visa ta’ student li jkollhom; jew

(ċ) jipparteċipa fi prattiċi foloz jew ta’ riklamar u

reklutaġġ qarrieqi.

(5) L-Awtorità għandha tagħmel u tippubblika linji gwida biex

tistabbilixxi dik l-informazzjoni li għandha tiġi provduta mid-

detentur ta’ liċenza meta jkun irid jikseb xi approvazzjoni taħt dan

ir-regolament

Iżda, permezz ta’ dawk il-linji gwida, l-Awtorità tista’

tistabbilixxi ħtiġiet differenti għal kategoriji differenti ta’ detenturi

ta’ liċenza previsti fit-Tieni Skeda.

(6) L-Awtorità tista’ tagħti jew tiċħad l-approvazzjoni li tkun

saret applikazzjoni dwarha taħt dan ir-regolament fil-kuntest taż-

żmien stipulat fir-regolament 8(10).

(7) Meta tkun qiegħda tagħti l-approvazzjoni msemmija fis-

subregolament (6), l-Awtorità tista’ tassoġġetta lid-detentur ta’

liċenza u lill-fergħa, uffiċċju sussidjarju jew uffiċċju ieħor jew

aġent, għal dawk il-kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet hekk kif

tista’ tqis li jkunu adatti skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti

12 u 13, u wara li tagħti l-approvazzjoni tagħha, tista’ minn żmien

għal żmien tibdel kull kundizzjoni jew restrizzjoni hekk imposti

jew timponi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet ġodda skont id-

dispozizzjonijiet tar-regolamenti 12 u 13.

(8) L-Awtorità tista’ wkoll tassoġġetta lill-fergħa, uffiċċju

sussidjaru jew uffiċċju ieħor jew aġent approvati skont dan ir-

regolament għal kull obbligu impost fuq id-detentur ta’ liċenza taħt

dawn ir-regolamenti.

(9) L-Awtorità tista’ tiċħad milli tagħti, jew tirrevoka, l-

approvazzjoni mogħtija kif msemmi taħt is-subregolament (6) meta

ċ-ċirkostanzi li hemm provdut dwarhom fir-regolamenti 11 u 16

ikunu japplikaw rispettivament mutatis mutandis.

(10) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tas-subregolament

(9), l-Awtorità tista’ wkoll tiċħad milli tagħti l-approvazzjoni li

tkun saret applikazzjoni dwarha taħt dan ir-regolament f’dawn iċ-

ċirkostanzi li ġejjin

(a) meta tkun sodisfatta li l-attivitajiet li għandhom jiġu

esegwiti mill-aġent jistgħu jitwettqu mill-fornitur mill-

uffiċċju prinċipali, jew minn fergħa jew minn uffiċċju

sussidjarju tiegħu; jew

(b) meta ma tkunx sodisfatta li l-persuna li għandha

tinħatar bħala aġent tkun kompetenti biex tipprovdi l-

attivitajiet li għandhom jiffurmaw parti mill-ftehim ta’

aġenzija.

LIĊENZJAR, AKKREDITAMENT U ASSIKURAZZJONI

TA’ KWALITÀ FL-EDUKAZZJONI AVVANZATA U OGĦLA

(11) Meta l-Awtorità tiċħad li tagħti l-approvazzjoni li tkun saret

applikazzjoni dwarha taħt dan ir-regolament, hija għandha tavża

bil-miktub lid-detentur ta’ liċenza dwar ir-raġunijiet għal din iċ-

ċaħda.

TAQSIMA IV

AKKREDITAMENT U ASSIKURAZZJONI TA’ KWALITÀ

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Għall-finijiet tal-funzjoni tagħha bħala l-awtorità

kompetenti għall-akkreditament u l-assikurazzjoni ta’ kwalità ta’

fornituri u programmi skont dawn ir-regolamenti, l-Awtorità

jkollha dawk il-miri u għanijiet, setgħat, funzjonijiet u proċeduri

kif previsti f’din it-Taqsima.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

L-Awtorità jkollha dawn il-miri u għanijiet li ġejjin

(a) li tħares il-kwalità tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla

fi ħdan il-kuntest ekonomiku, soċjali u kulturali ta’

Malta, kont meħud tad-dimensjoni internazzjonali usa’

tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla;

(b) li tinkoraġġixxi u tgħin lil fornituri f’Malta jużaw

miżuri adatti ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità bħala mezz

kif itejbu l-kwalità tat-tagħlim mogħti u riċevut fl-

edukazzjoni avvanzata u ogħla;

(ċ) li b’mod ġenerali tistimula standards aktar għoljin fil-

provdiment ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla; u

(d) li tistimula skambju reċiproku ta’ informazzjoni

transkonfini dwar l-assikurazzjoni ta’ kwalità u

akkreditament fl-edukazzjoni avvanzata u ogħla u li

tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn il-fornituri.

(2)

L-Awtorità jkollha dawn is-setgħat u funzjonijiet li ġejjin

(a) li tagħmel u tippubblika dikjarazzjoni tal-missjoni

rigward il-funzjonijiet tagħha ta’ akkreditament u ta’

assikurazzjoni ta’ kwalità, u dik id-dikjarazzjoni

għandu jkun fiha dan li ġej

(i)

miri u għanijiet espliċiti tal-proċessi tagħha ta’

akkreditament u ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità;

(ii) il-qsim tax-xogħol ma’ partijiet interessati

rilevanti fl-edukazzjoni avvanzata jew ogħla;

(iii) asserzjoni li l-assikurazzjoni ta’ kwalità u l-

akkreditament huma attivitajiet prinċipali

tagħha; u

(iv) asserzjoni li jeżisti approċċ sistematiku fil-kisba

tal-miri u l-għanijiet tagħha;

(b) li tadotta dokumentazzjoni li turi kif id-dikjarazzjoni

tal-missjoni tagħha hi tradotta fi pjan ċar ta’ politika u

maniġġar;

(ċ) li teżegwixxi attivitajiet ta’ akkreditament u ta’

assikurazzjoni ta’ kwalità fuq bażi regolari, bl-għoti,

ċħid, konferma jew revoka ta’ akkreditament tal-

programm jew tal-fornitur bażat fuq verifiki tal-

kwalità tal-programm jew tal-fornitur, kif ikun il-każ,

kif previst fir-regolament 37(1);

(d) li

tassenja

kundizzjonijiet

addizzjonali

lil

akkreditament tal-providtur jew akkreditament tal-

programm, inklużi dawn li ġejjin

(i)

l-għoti ta’ status ta’ akkreditament provviżorju

tal-programm jew tal-fornitur, bla ħsara għal xi

kundizzjonijiet stipulati;

(ii) l-għoti ta’ akkreditament għal perjodu ta’ inqas

minn ħames snin; jew

(iii) l-assenjazzjoni ta’ kull kundizzjoni oħra hekk

kif tista’ tqis li jkunu adatti għall-eżekuzzjoni

tal-funzjonijiet tagħha taħt dawn ir-regolamenti;

(e) li tagħmel u tippubblika linji gwida dwar il-proċeduri

dwar l-applikazzjoni għal, u t-tmexxija ta’, verifiki

tal-kwalità u proċessi ta’ akkreditament, inklużi skedi

ta’ ħinijiet u termini ta’ żmien, u kundizzjonijiet oħra;

(f)

li tkun rigoruża, ġusta u konsistenti meta tkun qiegħda

tagħmel id-deċiżjonijiet;

(g) li tkun trasparenti fl-operazzjonijiet tagħha u

tippubblika u tagħmel uffiċjalment disponibbli kull

politika, proċedura, proċess, linji gwida u kriterji;

(h) li titlob ħlasijiet minn fornituri li jkunu jridu xi xorta

ta’ akkreditament taħt dawn ir-regolamenti, inklużi

spejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ xi verifika tal-

kwalità li ssir taħt ir-responsabbiltà tagħha;

(i)

li tagħmel u tippubblika linji gwida u kriterji għall-

assikurazzjoni ta’ sistema ta’ kwalità interna meħtieġa

mill-fornituri skont ir-regolament 36, billi tapplika l-

istandards, linji gwida u kriterji Ewropej u

internazzjonali li jkunu rilevanti u tirrispetta t-trattati

internazzjonali u kull ftehim rilevanti għall-

provdiment ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla kif

ratifikati jew approvati minn Malta;

(j)

li tagħmel, tippubblika u konsistentement tapplika linji

gwida li jkun fihom il-kriterji u l-proċeduri li

għandhom jintużaw fl-attivitajiet mwettqin minnha ta’

akkreditament u ta’ assikurazzjoni esterna ta’ kwalità;

(k) li

tinvestiga,

skont

dawn

ir-regolamenti,

allegazzjonijiet ta’ prattiċi u attivitajiet, li hija prima

facie tqis li jkunu ta’ detriment għal studenti

f’edukazzjoni avvanzata jew ogħla u li tieħu miżuri li

jissopprimu u jipprevjenu prattiċi inġusti jew dannużi

li hija tqis li jkunu ta’ detriment għal dawk l-istudenti;

(l)

skont il-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħha taħt l-artikolu

3 tal-Att, li żżomm reġistru ta’ kwalifiki nazzjonali u

ta’ kwalifiki barranin uffiċjalment rikonoxxuti

provduti f’Malta li jinkisbu wara li jintemm b’suċċess

programm akkreditat skont dawn ir-regolamenti;

(m) li taġixxi bħala ċentru ta’ tagħrif u informazzjoni dwar

LIĊENZJAR, AKKREDITAMENT U ASSIKURAZZJONI

TA’ KWALITÀ FL-EDUKAZZJONI AVVANZATA U OGĦLA

l-assikurazzjoni ta’ kwalità u akkreditament fl-

edukazzjoni avvanzata u ogħla, u li tgħarraf lil

studenti u lis-soċjetà in generali dwar il-kwalità u l-

istatus akkreditat ta’ fornituri u l-programmi tagħhom;

(n) li tassikura riżorsi adegwati u proporzjonali, kemm

umani kemm finanzjarji, biex din tkun tista’ torganizza

u tmexxi l-verifiki tal-kwalità u proċessi ta’

akkreditament tagħha b’mod effettiv u effiċjenti, u li

tiżviluppa l-proċessi u l-proċeduri tagħha;

(o) li taderixxi għal standards Ewropej u internazzjonali

kif approvati mill-Ministru, u tfittex li tissieħeb

f’networks ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità u ta’

akkreditament li jkollhom fama internazzjonali;

(p) li tikkoopera ma’ awtoritajiet ta’ assikurazzjoni ta’

kwalità u ta’ akkreditament f’pajjiżi oħra dwar

fornituri u programmi li jkunu joperaw transkonfini

jew li jkunu joperaw b’mod konġunt ma’ fornituri

lokali;

(q) li

tikkollabora

ma’

organizzazzjonijiet

ta’

akkreditament oħra nazzjonali, internazzjonali u

professjonali u tiżviluppa sħubija ma’ aġenziji uffiċjali

oħra ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità jew ta’

akkreditament rigward affarijiet li għandhom

direttament x’jaqsmu mal-assikurazzjoni ta’ kwalità u

mal-akkreditament, biex jiġu faċilitati proċessi

effiċjenti ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità transkonfini u

t-trasferiment internazzjonali ta’ tagħrif dwar dawk il-

proċessi; u

(r) li taġixxi indipendentement, u għal dak l-għan,

taderixxi ma’ dan li ġej

(i)

għandu jkollha responsabbiltà awtonoma għall-

operazzjonijiet tagħha;

(ii) għandha tiżgura li l-konklużjonijiet u r-

rakkomandazzjonijiet magħmulin fir-rapporti

tagħha u l-eżiti ta’ verifiki tal-kwalità u

deċiżjonijiet dwar l-akkreditament ma jkunux

influwenzati minn terzi;

(iii) għandha tiżgura li t-tifsira u l-operazzjoni tal-

proċeduri u l-metodi tagħha, u n-nomina tal-

esperti esterni tagħha ma jkunux influwenzati

minn terzi; u

(iv) għandha tiżgura li filwaqt li dawk il-partijiet

rilevanti involuti, partikolarment l-istudenti u l-

persunal akkademiku, jiġu kkonsultati tul il-

proċessi ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità, l-eżitu

finali ta’ kull verifika tal-kwalità jew deċiżjoni

dwar akkreditament tibqa’ r-responsabbiltà

tagħha.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

L-Awtorità għandu jkollha fis-seħħ proċeduri dwar il-

kontabilità tagħha nnifisha, li għandhom jinkludu dan li ġej

(a) dokumentazzjoni li turi li l-proċessi u r-riżultati tagħha

jirriflettu l-missjoni u l-miri tagħha ta’ assikurazzjoni

ta’ kwalità u akkreditament;

(b) politika pubblikata għall-assikurazzjoni tal-kwalità

tagħha nnifisha;

(ċ) sistema ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità interna tagħha

nnifisha li tkun tinkludi mekkaniżmu intern ta’

feedback, mekkaniżmu intern ta’ riflessjoni u

mekkaniżmu estern ta’ feedback sabiex tgħarraf u

tifred l-iżvilupp u t-titjib tagħha nnifisha;

(d) reviżjoni esterna ċiklika tal-attivitajiet tagħha mill-

inqas darba kull ħames snin;

(e) mekkaniżmu sabiex ma jkun hemm ebda kunflitt ta’

interess fil-ħidma tal-esperti esterni tagħha; u

(f)

mekkaniżmu affidabbli li jiżgura l-kwalità ta’ kull

attività u materjal prodott minn subkuntratturi, meta

x’uħud mill-elementi jew l-elementi kollha fil-

proċeduri tagħha jingħataw b’appalt lil terzi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Il-fornituri jkollhom ir-responsabbiltà primarja għall-

kwalità ta’ provdiment tagħhom u tal-assikurazzjoni tal-kwalità

tagħhom.

(2) Il-fornituri li jkunu jridu xi tip ta’ akkreditament taħt dawn

ir-regolamenti għandu jkollhom fis-seħħ sistema interna ta’

assikurazzjoni ta’ kwalità li għandha tkun speċifikament iddisinjata

biex tiġi żgurata l-adattabilità u l-korrettezza fir-rigward tal-

fornituri u tal-programmi tagħhom, biex jinkisbu l-miri u l-

għanijiet stabbiliti għalihom. Dik is-sistema ta’ assikurazzjoni ta’

kwalità għandha tiżgura konformità sħiħa ma’ dawn ir-regolamenti,

inkluża assikurazzjoni ta’ konformità mal-obbligi ta’ detenturi ta’

liċenza kif ukoll kull kundizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-

Awtorità fuq id-detentur ta’ liċenza taħt dawn ir-regolamenti, kif

ikun il-każ

Iżda l-fornituri ta’ edukazzjoni avvanzata li jkunu joperaw

taħt il-liċenza ta’ skola għandhom ukoll jikkonformaw ma’ kull

dispożizzjoni tar-Regolamenti dwar Kodiċi tal-Mġiba għall-

Għalliema, u tar-Regolamenti li jistabbilixxu l-Kondizzjonijiet

Minimi Nazzjonali għall-Iskejjel

Iżda ukoll ċentri ta’ tagħlim liċenzjati taħt dawn ir-

regolamenti għandu jkollhom sistema interna ta’ assikurazzjoni ta’

kwalità konformi mar-regolamenti tal-Awtorità.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-assikurazzjoni esterna tal-kwalità għandha tkun

f’waħda minn dawn il-forom li ġejjin

(a) verifika tal-kwalità tal-fornitur li ssir għall-fini tal-

akkreditament tal-fornitur li jingħata lil fornituri għall-

ewwel darba;

(b) verifika tal-kwalità tal-programm li ssir għall-fini ta’

akkreditament tal-programmi li jingħata għall-ewwel

darba; u

(ċ) verifiki perjodiċi tal-kwalità tal-fornitur u tal-

programm għal liċenzi mogħtija taħt ir-regolament

9(1)(a) sa (d) li jsiru għall-fini li jikkonfermaw jew

jirrevokaw l-akkreditament mogħti qabel taħt dawn ir-

regolamenti;

(d) il-verifiki perjodiċi tal-kwalità tal-fornitur għal liċenzi

ordnati taht ir-regolament 9(1)(e) għandhom jinkludu

ukoll verifika tal-programmi offruti skont kif elenkat

fil-kundizzjonijiet tal-liċenza.

(2) Kull forma ta’ assikurazzjoni esterna tal-kwalità msemmija

fis-subregolament (1) għandha titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-

Awtorità u għandha ssir billi tapplika l-istandards, linji gwida u

kriterji Ewropej u internazzjonali rilevanti u tirrispetta t-trattati

internazzjonali u kull ftehim rilevanti għall-provdiment tal-

edukazzjoni avvanzata u ogħla kif ratifikati jew approvati minn

Malta.

(3) Ir-rapporti minn dawk il-verifiki tal-kwalità għandhom

jiffurmaw il-bażi għad-deċiżjoni tal-Awtorità li tagħti, tiċħad,

tikkonferma jew tirrevoka l-akkreditament.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Ta’ kull ħames snin, fornituri għandhom jgħaddu minn

verifiki perjodiċi dwar il-kwalità tal-fornitur u tal-programm, kif

previst fir-regolament 37(1)(ċ)

Iżda l-Awtorità tista’, meta turi raġuni ġustifikata

għaldaqstant dwar xi fornitur jew programm partikolari, tordna

perjodi iqsar għal dawk il-verifiki perjodiċi tal-kwalità

Iżda wkoll meta, matul il-verifika tal-kwalità tal-fornitur

jew tal-programm, jirriżulta li fornitur jkollu xi defiċjenzi li jkunu

jeħtieġu azzjoni immedjata, l-Awtorità tista’ tagħti akkreditament

provviżorju skont ir-regolament 34(2)(d), li jkun marbut ma’

kundizzjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar affarijiet li għandhom

jiġu indirizzati u azzjoni li trid tittieħed mill-fornitur.

(2) L-Awtorità għandha tikkonferma jew tirrevoka l-istatus ta’

akkreditament tal-fornitur jew tal-programm, kif ikun il-każ,

abbażi ta’ verifiki perjodiċi tal-kwalità tal-fornitur u tal-programm.

(3) Wara li jsiru l-verifiki perjodiċi tal-kwalità, il-Kummissjoni

tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet u tassenja kundizzjonijiet lill-

fornitur skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.

(4) Il-verifiki tal-kwalità perjodiċi għandhom iqisu kull

progress magħmul mill-fornitur skont ir-rakkomandazzjonijiet

magħmulin waqt proċessi preċedenti ta’ akkreditament u verifika

tal-kwalità.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-Awtorità għandha tagħmel verifiki tal-kwalità u

tieħu deċiżjonijiet dwar l-akkreditament skont il-proċeduri u l-

istandards msemmija f’dan ir-regolament.

(2) Meta tkun qiegħda tagħmel arranġamenti dwar il-verifiki

tal-kwalità, l-Awtorità għandha taderixxi għal dawn il-proċeduri li

ġejjin

(a) għandha teħtieġ li l-fornitur jagħmel self-assessment,

valutazzjoni interna jew xi proċedura komparabbli fil-

livell tal-fornitur jew tal-programm, kif ikun il-każ;

(b) għandha taħtar esperti esterni biex jagħmlu verifiki

tal-kwalità, inklużi, kif ikun adatt, student wieħed jew

aktar, hekk li tiżgura li dawk l-esperti jintgħażlu

abbażi tal-maestranza tagħhom u tal-ħtieġa li ma jkun

hemm ebda konflitt ta’ interess meta ssir il-verifika

tal-kwalità fil-konfront tal-fornitur li jkun għaddej

minn dik il-verifika tal-kwalità;

(ċ) għandha tinkludi, bħala parti mill-verifika tal-kwalità,

viżti fuq is-sit mill-esperti esterni, li għandhom ukoll

jinvolvu lill-korpi governattivi, persunal u studenti tal-

fornitur, kif ikun adatt;

(d) għandha tippubblika r-rapport tal-verifika tal-kwalità,

inkluża kull deċiżjoni, rakkomandazzjoni, kundizzjoni

jew eżiti formali oħra; u

(e) għandha tistabbilixxi proċedura ta’ prosegwiment mal-

fornitur biex tirrevedi azzjonijiet li għandhom jittieħdu

mill-fornitur

għall-implimentazzjoni

ta’

rakkomandazzjonijiet u kundizzjonijiet li jsiru dwar il-

fornitur skont il-paragrafu ta’ qabel dan.

(3) Meta tkun qiegħda tagħmel arranġamenti dwar il-verifiki

tal-kwalità, l-Awtorità għandha taderixxi għal dawn l-istandards li

ġejjin

(a) il-verifiki tal-kwalità għandhom ikunu speċifikament

iddisinjati biex jiżguraw l-adattabilità u korrettezza

fir-rigward tal-fornituri jew tal-programmi u biex

jevalwaw jekk jilħqux il-miri u l-għanijiet stabbiliti

għalihom;

(b) il-verifiki tal-kwalità għandhom jeżaminaw l-

effettività tal-proċessi interni ta’ assikurazzjoni tal-

kwalità użati mill-fornitur, inkluż eżami tal-istruttura

tas-sistema, id-dokumentazzjoni li din tipproduċi u l-

evalwazzjonijiet ta’ kwalità li jsiru mill-fornitur;

(ċ) il-verifiki tal-kwalità għandhom jeżaminaw il-

konformità tal-fornituri mal-obbligi ta’ detenturi ta’

liċenza taħt dawn ir-regolamenti, meta dan ikun

japplika, kif ukoll kull kundizzjoni jew restrizzjoni

imposta mill-Awtorità fuq id-detentur ta’ liċenza taħt

dawn ir-regolamenti;

(d) it-termini ta’ referenza, il-miri u l-għanijiet ta’ kull

verifika tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti qabel ma

tibda kull verifika tal-kwalità u għandhom jkunu

pubblikati flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċeduri li

għandhom jintużaw;

(e) il-fornituri għandhom jitħallew jikkummentaw fuq il-

kompożizzjoni tal-bord ta’ esperti esterni li jkunu ser

jagħmlu l-verifika tal-kwalità u l-Awtorità għandha

tqis dawk il-kummenti qabel ma tittieħed deċiżjoni

finali dwar il-bord ta’ esperti;

(f)

il-verifiki tal-kwalità għandhom japplikaw l-

istandards, linji gwida u kriterji Ewropej u

internazzjonali rilevanti għal assikurazzjoni esterna

tal-kwalità li jkunu japplikaw għas-suġġett tal-

evalwazzjoni u għandhom ikunu bażati fuq materjal

miktub u diskussjoni ma’ proponenti tal-fornitur; u

(g) il-verifiki tal-kwalità tal-fornitur għandhom jinkludu

mekkaniżmi investigatorji adatti biex jiżguraw

integrità finanzjarja, u meta l-fornitur ikun korp ta’

persuni, biex jiżguraw li l-membri tal-korp ta’ persuni,

ir-rappreżentant legali u l-persuni li jkunu

f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija jkunu persuni idoneji u

adatti biex jistabbilixxu fornitur ta’ edukazzjoni

avvanzata jew ogħla u jwettqu programmi ta’

edukazzjoni avvanzata jew ogħla

Iżda l-Awtorità tista’ tikseb pariri esperti addizzjonali biex

tevalwa l-kapaċità finanzjarja tal-fornitur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-Awtorità għandha tiżgura li r-rapporti dwar verifiki

tal-kwalità jkunu skont dawn l-istandards li ġejjin

(a) ir-rapporti kollha għandhom ikunu pubblikati u

miktubin bi stil ċar għal min ikun irid jaqrahom fir-

rigward ta’ deċiżjonijiet, approvazzjonijiet jew

rakkomandazzjonijiet li jsiru;

(b) fir-rapport tagħhom, l-esperti għandhom jindikaw

dawk l-oqsma fejn il-fornitur għandu jiżviluppa aktar

is-sistema tiegħu u għandhom jagħtu parir dwar jekk

is-sistema kollha tkunx waħda sodifaċenti;

(ċ) ir-rapporti li jkun fihom rakkomandazzjonijiet għal

azzjoni jew li jkunu jeħtieġu pjan ta’ azzjoni

sussegwenti, għandhom jistabbilixxu proċedura ta’

prosegwiment

li

għandha

tiġi

implimentata

konsistentement; u

(d) l-Awtorità għandha tibgħat ir-rapport lill-fornitur, li

għandu jingħata terminu ta’ sitt ġimgħat biex

jippreżenta l-fehmiet tiegħu.

(2) Meta, mir-rapport tal-verifika tal-kwalità, u wara li l-

fornitur ikun ippreżenta l-fehmiet tiegħu skont is-subregolament

(1), jirriżultaw lill-Awtorità difetti fondamentali li jirrigwardaw il-

fornitur jew il-programm, il-fornitur għandu jingħata terminu

raġonevoli, kif stabbilit mill-Awtorità, biex jeżegwixxi miżuri li

jirrettifikaw dawk id-difetti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

L-Awtorità għandha tissorvelja, tirrevedi u tanalizza l-eżitu

ta’ verifiki tal-kwalità perjodiċi tal-fornituri u tal-programmi u

għandha tipproduċi minn żmien għal żmien rapporti sommarji fuq

is-sistema kollha li jkunu jiddeskrivu u janalizzaw l-eżiti ġenerali

tal-verifika tal-kwalità u tal-proċeduri tagħha ta’ akkreditament.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-akkreditament tal-fornitur għandu jingħata mill-

Awtorità skont dan ir-regolament wara li ssir applikazzjoni mill-

fornitur f ’xi kategorija waħda jew aktar li jikkorrispondu għall-

kategoriji ta’ liċenza previsti fit-Tieni Skeda.

(2) L-akkreditament tal-fornitur għandu jkun ibbażat fuq

verifika tal-kwalità tal-fornitur.

(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tas-subregolament

(2), akkreditament tal-fornitur jista’ wkoll ikun ibbażat fuq

verifika tal-kwalità tal-fornitur li ssir minn aġenzija barranija

rikonoxxxuta ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità jew ta’ akkreditament, u

f’dak il-każ l-Awtorità għandha tirrevedi l-proċess u l-eżitu ta’ dik

il-verifika tal-kwalità tal-fornitur, u għandha tiddeċiedi, abbażi ta’

dawn u tal-istandards msemmija fir-regolament 39, jekk tagħtix ix-

xorta ta’ akkreditament tal-fornitur li jkun irid il-fornitur taħt dawn

ir-regolamenti jew jekk iġġiegħelx lill-fornitur jagħmel verifika

tal-kwalità tal-fornitur addizzjonali li ssir mill-Awtorità skont dawn

ir-regolamenti.

(4) L-Awtorità għandha tagħti status ta’ akkreditament tal-

fornitur skont xi kategorija waħda jew aktar li jikkorrispondu għall-

kategoriji ta’ liċenza previsti fit-Tieni Skeda, u dak l-istatus

għandu jkun juri b’mod ċar l-awtorità li jkollu l-fornitur biex

jipprovdi programmi f’livell speċifiku jew livell komparabbli tal-

Qafas Malti tal-Kwalifiki. L-akkreditament li jingħata lil fornitur

taħt dan ir-regolament ikun validu għal perjodu ta’ ħames snin

Iżda l-Awtorità tista’, meta turi raġuni ġustifikata

għaldaqstant, tagħti akkreditament tal-fornitur kondizzjonali u

tista’ wkoll tapplika termini iqsar għall-validità ta’ akkreditament

tal-fornitur, meta jkun adatt, kif provdut f’dawn ir-regolamenti.

(5) L-akkreditament li jingħata lil fornitur u li jinkiseb skont

dan ir-regolament għandu jkun validu għall-fini li tinkiseb liċenza

taħt dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-akkreditament tal-programm għandu jingħata mill-

Awtorità skont dan ir-regolament, wara li ssir applikazzjoni mill-

fornitur, f’xi waħda mill-kategoriji previsti fit-Tielet Skeda.

(2) Il-fornituri jistgħu japplikaw għal akkreditament ta’ xi

programm wieħed jew ta’ aktar minn programm wieħed biex jiġu

akkreditati flimkien

Iżda meta l-fornituri japplikaw għall-akkreditament ta’

aktar minn programm wieħed flimkien, għandhom japplikaw id-

dispożizzjonijiet tar-regolament 8(4).

(3) Meta fornitur japplika għal akkreditament ta’ programm li

jservi biex tinkiseb kwalifika nazzjonali, l-akkreditament tal-

programm

(a) għandu jkun ibbażat fuq verifika tal-kwalità tal-

programm;

(b) jista’, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tal-

paragrafu (a), ikun ibbażat fuq verifika tal-kwalità tal-

programm li ssir minn aġenzija barranija rikonoxxuta

ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità jew ta’ akkreditament, u

f’dak il-każ l-Awtorità għandha tirrevedi l-proċess u l-

eżitu ta’ dik il-verifika tal-kwalità tal-programm, u

għandha tiddeċiedi, abbażi ta’ dawn u l-istandards

msemmija fir-regolament 39, jekk għandhiex tagħti x-

xorta ta’ akkreditament tal-programm li jkun irid il-

fornitur taħt dawn ir-regolamenti jew jekk iġġiegħelx

lill-fornitur jagħmel verifika tal-kwalità tal-programm

addizzjonali, li ssir mill-Awtorità skont dawn ir-

regolamenti.

(4) Meta fornitur japplika għal akkreditament tal-programm li

jservi biex tinkiseb kwalifika barranija, u meta dak il-fornitur ikun

diġà kiseb akkreditament minn aġenzija ta’ akkreditament barranija

rikonoxxuta, dak il-fornitur jista’ jitlob lill-Awtorità tapprova dak

l-akkreditament barrani. Dan li ġej għandu japplika għal dik it-

talba

(a) meta l-Awtorità tqis li dak l-akkreditament barrani

jkun sodisfaċenti, hija għandha tevalwa l-kredenzjali u

r-reputazzjoni tal-aġenzija barranija rikonoxxuta ta’

akkreditament u l-proċess li jkun għadda minnu l-

programm akkreditat minnha;

(b) meta l-Awtorità tqis li dak l-akkreditament barrani ma

jkunx sodisfaċenti, hija għandha titlob lil dak il-

fornitur jgħaddi minn proċess ta’ akkreditament li

japplika f’Malta skont is-subregolament (3);

(ċ) l-approvazzjoni ta’ akkreditament barrani tal-

programm għandha tiskadi meta l-perjodu tal-istatus

ta’ akkreditament barrani tal-programm jiskadi

Iżda meta l-perjodu li dwaru l-istatus ta’ akkreditament

barrani tal-programm ikun ta’ inqas minn ħames snin mid-data tad-

deċiżjoni fuq l-akkreditament tal-programm, l-Awtorità tista’, meta

tqis li jkun hekk xieraq, tapplika l-istess perjodu ta’ validità għal

kull akkreditament tal-fornitur u li jingħata fl-istess ħin mal-

approvazzjoni ta’ dak l-akkreditament barrani tal-programm.

(5) Meta kwalifika tingħata minn aktar minn fornitur wieħed,

ikun fornitur wieħed biss li jippreżenta l-applikazzjoni għal

akkreditament tal-programm skont dan ir-regolament u dak il-

fornitur għandu jikkoordina l-proċess ma’ kull fornitur ieħor

involut. Dak il-fornitur għandu jkun formalment responsabbli

għall-programm konġunt u għall-konformità ta’ kull fornitur li

jifforma parti mill-arranġament tal-programm konġunt mal-liċenza

u l-kundizzjonijiet ta’ akkreditament jew restrizzjonijiet imposti

skont dawn ir-regolamenti, kif ikun il-każ.

(6) L-Awtorità għandha tagħti status ta’ akkreditament tal-

programm skont waħda mill-kategoriji previsti fit-Tielet Skeda, u

dak l-istatus għandu juri b’mod ċar l-awtorità li jkollu l-fornitur li

jkun qed jipprovdi dak il-programm f’wieħed mil-livelli tal-Qafas

Malti tal-Kwalifiki jew f’livell komparabbli. L-akkreditament tal-

programm mogħti taħt dan ir-regolament għandu jkun validu għal

perjodu ta’ ħames snin

Iżda l-Awtorità tista’ tagħti akkreditament kondizzjonali

tal-programm u tista’ wkoll tapplika perjodi iqsar għall-validità tal-

akkreditament tal-programm, meta din turi raġuni ġustifikata

għaldaqstant, kif provdut f’dawn ir-regolamenti.

(7) Meta l-programm akkreditat iwassal għal kwalifika mat-

tmiem b’suċċess tiegħu, l-Awtorità għandha

(a) meta

l-kwalifika

tkun

kwalifika

nazzjonali,

tikklassifika l-kwalifika f’livell tal-Qafas Malti tal-

Kwalifiki u tinkludi dik il-kwalifika fir-reġistru ta’

kwalifiki nazzjonali li jinżamm minnha skont l-artikolu

3 tal-Att;

(b) meta l-kwalifika tkun kwalifika barranija, tikklassifika

l-kwalifika f’livell komparabbli tal-Qafas Malti tal-

Kwalifiki u tinkludi dik il-kwalifika fir-reġistru ta’

kwalifiki barranin uffiċjalment rikonoxxuti provduti

f’Malta miżmum minnha skont il-funzjonijiet u d-

dmirijiet tagħha taħt l-artikolu 3 tal-Att.

(8) Meta jiġi akkreditat programm, jew tingħata approvazzjoni

ta’ akkreditament ta’ programm barrani, l-Awtorità għandha

tinkludi dak il-programm fir-reġistru ta’ programmi akkreditati

minnha skont l-artikolu 3 tal-Att.

(9) L-akkreditament tal-programm li jinkiseb skont dan ir-

regolament ikun validu għall-fini ta’ ksib ta’ liċenza taħt dawn ir-

regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Il-fornituri għandhom jerġgħu japplikaw mill-ġdid

għall-akkreditament tal-fornitur jew tal-programm meta l-perjodu

ta’ validità ta’ dak l-istatus ta’ akkreditament jiskadi skont dawn ir-

regolamenti.

(2) Meta l-akkreditament tal-fornitur jew tal-programm ta’

fornitur jiġi revokat, il-fornitur jista’ jerġa’ japplika mill-ġdid għal

akkreditament f’kull żmien.

(3) Meta fornitur ikun irid jibdel jew jestendi l-istatus tal-

akkreditament tal-fornitur jew tal-programm li jkollu, il-fornitur

għandu japplika għal akkreditament għall-fini ta’ dik il-bidla jew

estensjoni meħtieġa.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

L-Awtorità għandha tagħmel u tippubblika linji gwida li

jistabbilixxu xi tkun dik l-informazzjoni li għandha tingħata mill-

fornituri għall-fini ta’ applikazzjoni għal akkreditament tal-fornitur

jew tal-programm taħt dawn ir-regolamenti

Iżda, permezz ta’ dawk il-linji gwida, l-Awtorità tista’

tistabbilixxi ħtiġiet ta’ informazzjoni differenti għal kategoriji,

fornituri jew programmi differenti previsti fit-Tieni u t-Tielet

Skedi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) L-istatus ta’ "providitur akkreditat minnu nnifsu", kif

imfisser fl-Ewwel Skeda, jew l-estensjoni tal-iskop ta’ dan it-tip ta’

akkreditament, għandhom jingħataw biss permezz tal-Att jew ta’

regolamenti magħmulin taħtu, jew b’xi liġi oħra.

(2) Applikazzjoni għal status ta’ fornitur akkreditat minnu

nnifsu kif imfisser fl-Ewwel Skeda, jew għal estensjoni tal-iskop

ta’ dan it-tip ta’ akkreditament, għandha tkun suġġetta għal dan li

LIĊENZJAR, AKKREDITAMENT U ASSIKURAZZJONI

TA’ KWALITÀ FL-EDUKAZZJONI AVVANZATA U OGĦLA

(a) huma biss dawk l-universitajiet, istituzzjonijiet ta’

edukazzjoni ogħla u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni

avvanzata akkreditati u li jkollhom liċenza taħt dawn

ir-regolamenti li jkunu eliġibbli japplikaw għal status

ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu jew għal

estensjoni tal-iskop ta’ dan it-tip ta’ akkreditament;

(b) universitajiet jew istituzzjonijiet li japplikaw għal

status ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu jew għal

estensjoni tal-iskop ta’ dan it-tip ta’ akkreditament

għandhom juru track record ta’ akkreditamenti u

verifiki tal-kwalità mill-inqas f’żewġ verifiki tal-

kwalità konsekuttivi tat-tip ta’ programmi li għalihom

għandu jkun japplika l-istatus ta’ fornitur akkreditat

minnu nnifsu

Iżda, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Awtorità tista’

tirrakkomanda li università jew istituzzjoni li ma

jkollha ebda track record ta’ provdiment ta’ servizz ta’

edukazzjoni avvanzata jew ogħla li jkun ingħata qabel

f’Malta, tingħata status ta’ fornitur akkreditat minnu

nnifsu. F’dak il-każ, l-evalwazzjoni msemmija fis-

subregolament (3) għandha tkun bażata fuq pjan

dettaljat u l-applikazzjoni għandha tkun stmata fuq

jekk il-pjan u r-riżorsi umani u finanzjarji allokati

mill-fornitur ikunux juru probabbiltà għolja li, mat-

twaqqif tagħhom, l-università jew l-istituzzjoni ikunu

ser joperaw mill-inqas fuq standard komparabbli ma’

universitajiet jew istituzzjonijiet eżistenti li jkollhom

status ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu.

(3) Applikazzjoni għal status ta’ fornitur akkreditat minnu

nnifsu jew għal estensjoni tal-iskop ta’ dan it-tip ta’ akkreditament

għandha tkun suġġetta għal evalwazzjoni minn bord ta’ esperti

esterni u dik l-evalwazzjoni għandha tikkonforma ma’ dan li ġej

(a) tista’ tkun limitata għal oqsma wesgħin ta’ studju u

livelli tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki li dwarhom il-

fornitur ikun wera track record;

(b) għandha tieħu konsiderazzjoni tal-attivitajiet barranin

kollha tal-università jew istituzzjoni li tkun qiegħda

tapplika għal status ta’ fornitur akkreditat minnu

nnifsu jew għal estensjoni tal-iskop ta’ dan it-tip ta’

akkreditament, li jkun meħtieġ li jkunu konformi mal-

ħtiġiet regolatorji u ta’ rappurtaġġ rilevanti f’Malta;

(ċ) meta l-evalwazzjoni mill-bord ta’ esperti esterni

tagħmel proposta lill-Awtorità għall-għoti tal-istatus

ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu jew għall-

estensjoni tal-iskop ta’ dan it-tip ta’ akkreditament, ir-

rapport tal-evalwazzjoni għandu jsemmi b’mod ċar

x’inhuma

r-raġunijiet

għal

dan

u

għandu

jirrakkomanda l-oqsma wesgħin ta’ studju u l-livelli

tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki li dwarhom il-fornitur

jkollu l-kapaċità li jkun akkreditat minnu nnifsu; u

(d) meta l-evalwazzjoni mill-bord ta’ esperti esterni

tagħmel proposta lill-Awtorità kontra l-għoti ta’ status

ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu jew kontra l-

estensjoni tal-iskop ta’ dan it-tip ta’ akkreditament, ir-

rapport tal-evalwazzjoni għandu jsemmi b’mod ċar ir-

raġunijiet għal dan.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Huma biss dawk l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni

ogħla akkreditati li jikkonformaw ma’ dan li ġej li jkunu eliġibbli

biex japplikaw għal status ta’ università sabiex ikunu eliġibbli

jiksbu liċenza ta’ università kif imfissra fit-Tieni Skeda

(a) li l-edukazzjoni ogħla, it-tagħlim, ir-riċerka u t-tixrid

ta’ tagħrif ikunu l-attivitajiet primarji tal-istituzzjoni

ta’ edukazzjoni ogħla;

(b) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla jkollha -

(i) persunal akkademiku; u

(ii) librerija akkademika; u

(iii) taħriġ fir-riċerka stabbli jew riċerka stabbli u

attivitajiet ta’ żvilupp ta’ standard għoli;

(ċ) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla jkollha korpi

rappreżentattivi tal-persunal u tal-istudenti;

(d) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla jkollha

organizzazzjoni u infrastruttura biex tipprovdi

edukazzjoni ogħla u tagħmel ir-riċerka;

(e) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla tkun tipprovdi

programmi li jwasslu għal kwalifiki nazzjonali li jkunu

klassifikati f’tagħqid jew tal-livelli 5, 6 jew 7 tal-

Qafas Malti tal-Kwalifiki, jew kwalifiki barranin

f’livell komparabbli, mill-inqas f’erba’ oqsma, u li

jkollha wkoll kompetenza indipendenti fit-twaqqif tal-

komponenti ta’ dawk il-programmi u dritt

indipendenti għall-għoti ta’ lawrji fir-rigward ta’

dawk il-programmi;

(f)

li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla tipprovdi

programmi li jwasslu għal kwalifiki nazzjonali li jkunu

klassifikati fil-livell 8 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki,

jew kwalifika barranija f’livell komparabbli, u li

jkollha wkoll kompetenza indipendenti fit-twaqqif tal-

komponenti ta’ dawk il-programmi u dritt indipendenti

għall-għoti ta’ lawrji dwar dawk il-programmi; u

(g) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla tkun affiljata ma’

networks internazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’

edukazzjoni ogħla u, jew riċerka u tkun tipparteċipa

f’koperazzjoni nazzjonali u internazzjonali fit-taghlim

u, jew fir-ricerka

Iżda Istitut ta’ Edukazzjoni Ogħla jkun jista’ japplika għal

s t a t u s t a ’ U n i v e r s i t à , j e k k l - Aw t o r i t à t i k k u n s i d r a l i d i k l -

applikazzjoni tkun fl-interess nazzjonali u twassal għat-tħaris tal-

politika nazzjonali, fuq il-bażi ta’ tagħqid differenti ta’ kwalifiki

f’edukazzjoni ogħla, li ma jkunux dawk indikati fil-paragrafi (e) u (f).

(2) Applikazzjoni għal status ta’ università għandha tkun

suġġetta għal evalwazzjoni minn bord ta’ esperti esterni u dik l-

evalwazzjoni għandha tkun konformi ma’ dan li ġej

(a) għandha tinkludi konsiderazzjoni tal-attivitajiet

barranin tal-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla li tkun

qiegħda tapplika, li jkunu meħtieġa biex jitħarsu l-

ħtiġiet regolatorji u ta’ rappurtaġġ rilevanti f’Malta; u

(b) meta l-evalwazzjoni mill-bord tal-esperti tagħmel

proposta lill-Awtorità għal jew kontra l-għoti ta’ status

ta’ università, ir-rapport tal-evalwazzjoni għandu

jsemmi b’mod ċar ir-raġunijiet għal dan.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Meta l-Awtorità tqis li l-istatus ta’ fornitur akkreditat

minnu nnifsu għandu jingħata lil fornitur jew li l-iskop ta’ dan it-

tip ta’ akkreditament għandu jiġi estiż skont ir-regolament 46, hija

għandha tagħmel rakkomandazzjoni lill-Ministru f ’dan is-sens,

filwaqt li tinkludi f ’dik ir-rakkomandazzjoni kull kundizzjoni li

tista’ tqis li tkun xierqa skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-

regolamenti.

(2) Wara verifika perjodika tal-kwalità tal-fornitur ta’

istituzzjoni li jkollha status ta’ fornitur akkreditat minnu nnifsu, l-

Awtorità tista’ tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-Ministru

hekk kif din tista’ tqis li jkunu meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam

ma’ dik l-istituzzjoni.

(3) L-Awtorità għandha tavża lill-Ministru bil-miktub bir-

rakkomandazzjonijiet tagħha taħt dan ir-regolament, u l-Ministru

għandu, wara dak l-avviż, jieħu kull azzjoni meħtieġa kif ikun

xieraq.

TAQSIMA V

MIXXELLANJI

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

Fornitur jista’ jappella minn kwalunkwe deċiżjoni jew

azzjoni li tittieħed mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti

quddiem il-Qorti tal-Appell fil-ġurisdizzjoni inferjuri tagħha fi

żmien għoxrin (20) jum kalendarju mid-data li d-deċiżjoni tiġi

kkomunikata lill-fornitur

Iżda l-imsemmi appell ma għandux jikkonċerna l-merti ta’

deċiżjoni li tittieħed mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti fir-

rigward tal-għoti jew tar-rifjut ta’ liċenzja jew l-akkreditament, ir-

revoka jew is-sospensjoni tagħha jew l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet

jew kondizzjonijiet fuq detenturi ta’ liċenzja.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Id-detenturi ta’ liċenza kollha għandhom jipprovdu

lill-Awtorità dik l-informazzjoni li għandha x’taqsam mal-fergħat,

sussidjarji, aġenziji jew uffiċċji tagħhom f ’Malta jew barra minn

Malta hekk kif l-Awtorità tista’ teħtieġ, permezz ta’ avviż bil-

miktub, fit-twettiq ta’ dmirijietha taħt dawn ir-regolamenti jew taħt

kull liġi oħra

Iżda dik l-informazzjoni tista’ tinkludi stqarrijiet u

dikjarazzjonijiet mid-detentur ta’ liċenza u kull dokumentazzjoni

uffiċjali jew mhux uffiċjali oħra.

(2) Kull informazzjoni meħtieġa taħt is-subregolament (1)

għandha tiġi preżentata f ’dik l-għamla u f ’dawk it-termini ta’

żmien li l-Awtorità tista’ minn żmien għal żmien tirrikjedi permezz

ta’ linji gwida maħruġin mill-Awtorità taħt dawn ir-regolamenti

għal dak l-għan.

(3) Kull informazzjoni provduta minn detentur ta’ liċenza taħt

is-subregolament (1) għandha titqies bħala sigrieta u kunfidenzjali

bejn id-detentur ta’ liċenza u l-Awtorità

Iżda l-Awtorità għandha tipprovdi dik l-informazzjoni lill-

Ministru li hu jista’ jkun jeħtieġ b’talba bil-miktub u l-Awtorità

għandha tgħarraf lill-Ministru jekk hija tqis li jkun hemm xi

kwistjoni ta’ tħassib dwar l-istat li jkun jinsab fih detentur ta’

liċenza

Iżda wkoll l-Awtorità tista’ tagħmel kopji ta’ kull dokument

li jingħatalha minn detentur ta’ liċenza taħt dan ir-regolament.

(4) L-Awtorità tista’, permezz ta’ avviż bil-miktub, teħtieġ lil

xi detentur ta’ liċenza, persuni li jokkupaw pożizzjoni ta’ tmexxija,

membri tal-korp ta’ persuni, kif ikun il-każ, jew lil xi uffiċjal tad-

detentur ta’ liċenza biex jattendu quddiemha jew quddiem xi

uffiċjal maħtur minnha f ’dak il-ħin u lok li jista’ jiġi speċifikat

minnha fl-avviż, biex iwieġbu għal mistoqsijiet u jipprovdu dik l-

informazzjoni li tista’ raġonevolment teħtieġ għat-twettiq tal-

funzjonijiet tagħha taħt dawn ir-regolamenti

Iżda meta l-Awtorità taħtar lil xi uffiċjal kif provdut taħt

dan is-subregolament, dak l-uffiċjal jkollu, għall-finijiet li jwettaq

il-funzjonijiet tiegħu taħt dik il-ħatra, is-setgħat kollha mogħtija

lill-Awtorità b’dan ir-regolament u kull talba li huwa jagħmel

għandha titqies li jkollha l-istess forza u effett daqslikieku kienet

talba magħmula mill-Awtorità

Iżda wkoll l-Awtorità tista’ teħtieġ lil uffiċjal li hija tkun

ħatret taħt dan is-subregolament jippreżenta rapport f’dik l-għamla

li hija tista’ tispeċifika.

(5) Meta l-persuna meħtieġa li tipprovdi informazzjoni taħt dan

ir-regolament ma jkollhiex aċċess għal dik l-informazzjoni, dik il-

persuna għandha tiżvela lill-Awtorità fejn, bl-aħjar mod li hi taf,

tkun tista’ tinsab dik l-informazzjoni jew dokumentazzjoni u l-

Awtorità tista’ teħtieġ lil kull persuna li tidher li jkollha għandha

dik l-informazzjoni jew dokumentazzjoni biex tipprovdiha.

(6) Kull informazzjoni provduta taħt dan ir-regolament tista’

tintuża bħala evidenza kontra l-persuna li tkun qiegħda tipprovdi

dik l-informazzjoni kif ukoll kontra kull persuna jew detentur ta’

liċenza li dik l-informazzjoni tkun tirreferi għalihom.

(7) L-Awtorità tista’, meta tqis li jkun hekk xieraq, u b’avviż

bil-miktub lil detentur ta’ liċenza, taħtar uffiċjal wieħed jew aktar

biex jinvestigaw u jirrappurtaw dwar l-affarijiet tad-detentur ta’

liċenza. Dak l-uffiċjal ikollu kull setgħa mogħtija lill-Awtorità

b’dan ir-regolament u kull talba li huwa jagħmel għandha titqies li

jkollha l-istess forza u effett daqslikieku kienet talba magħmula

mill-Awtorità

Iżda l-Awtorità tista’ teħtieġ lil uffiċjal maħtur taħt dan is-

subregolament jippreżenta rapporti interim u finali dwar il-

konklużjonijiet tal-investigazzjoni f ’dik l-għamla li tista’

tispeċifika

Iżda wkoll, meta minn investigazzjoni taħt dan ir-

regolament jirriżultalha li d-detentur ta’ liċenza investigat ikun

naqas fl-obbligi tiegħu taħt dawn ir-regolamenti, l-Awtorità jkollha

s-setgħa ġġiegħel lil dak id-detentur ta’ liċenza jħallas l-ispejjeż

kollha li jkollhom x’jaqsmu ma’ dik l-investigazzjoni.

(8) L-Awtorità tista’ wkoll teżerċita s-setgħat tagħha taħt dan

ir-regolament kif ġej

(a) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fergħa jew sussidjarja

tad-detentur ta’ liċenza;

(b) f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi persuna li kienet, f’xi

żmien rilevanti, responsabbli għall-fornitur jew għal xi

fergħa jew sussidjarja tad-detentur ta’ liċenza; u

(ċ) meta jkollha motivi biżżejjed li tissuspetta li persuna

tkun qiegħda tikser xi dispożizzjoni ta’ dawn ir-

regolamenti jew xi linji gwida magħmulin mill-

Awtorità skont dawn ir-regolamenti

Iżda mingħajr preġudizzju għal kif japplika r-regolament

56, meta jinkiser ir-regolament 5(1), il-fornitur responsabbli għal

dak il-ksur għandu jingħata sena mid-data meta dak il-ksur jiġi

notifikat lilu bil-miktub mill-Awtorità biex jikseb liċenza taħt dawn

ir-regolamenti. Malli jiskadi dak il-perjodu, l-Awtorità jkollha s-

setgħa tordna lil dak l-individwu jew korp ta’ persuni jissospendi,

għal dak il-perjodu li l-Awtorità tara li jkun xieraq biex dak il-

fornitur jikseb liċenza, kull attività li jkollha x’taqsam mal-

provdiment mingħajr liċenza ta’ edukazzjoni avvanzata jew ogħla

Iżda wkoll, kull azzjoni meħuda mill-Awtorità taħt dan is-

subregolament għandha tħares l-interessi tal-istudenti li jkunu qed

isegwu programm mal-fornitur rispettiv, bil-mod li jiġi żgurat li

jkunu identifikati soluzzjonijiet sabiex dawn ikollhom l-

opportunità li jlestu xi programm li jkunu bdew.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Meta detentur ta’ liċenza jkollu l-uffiċċju prinċipali

tiegħu f ’Malta u jkun ukoll jipprovdi edukazzjoni avvanzata jew

ogħla barra minn Malta, jew meta detentur ta’ liċenza jkun jopera

bi sħab m a’ fornitur barrani, jew ikun jopera bħala fergħa,

sussidjarju jew aġent ta’ fornitur barrani, l-Awtorità tista’, abbażi

ta’ xi ftehim internazzjonali jew ta’ reċiproċità, tagħmel dan li ġej

(a) taqsam id-dmirijiet superviżorji, ta’ akkreditament u

ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità tagħha ma’ awtoritajiet

kompetenti barranin oħra;

(b) tiżvela informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti

barranin, daqstant li l-awtoritajiet barranin li jirċievu

l-informazzjoni jirrestrinġu l-użu tagħha għal finijiet

superviżorji, regolatorji, ta’ akkreditament u ta’

assikurazzjoni ta’ kwalità jew għal dawk il-finijiet l-

oħra li jistgħu jiġu speċifikament miftiehma mal-

Awtorità; u

(ċ) tawtorizza lil awtoritajiet kompetenti barranin li

jwettqu

huma

nfushom,

jew

permezz

tal-

intermedjazzjoni ta’ persuni kompetenti maħtura

minnhom, investigazzjonijiet għal finijiet superviżorji

u regolatorji fil-fergħat, sussidjarji jew uffiċċji tad-

detentur ta’ liċenza.

(3) Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha l-Awtorità għandha f’kull

waqt tagħti lill-Ministru dik il-koperazzjoni li tista’ tkun meħtieġa

fit-twettiq tad-dmirijiet tal-Ministru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti m’għandha

tawtorizza lill-Awtorità tistħarreġ, jew titlob lill-fornitur jistħarreġ,

l-affarijiet personali ta’ xi student individwali, ħlief għall-fini li

jiżgura konformità ma’ xi dispożizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti,

bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-

Privatezza tad-Data.

(2) Uffiċjali passati u preżenti tal-Awtorità m’għandhomx

jiżvelaw informazzjoni miksuba minn detenturi ta’ liċenza jew

fornituri fit-twettiq ta’ dmirijiethom taħt dawn ir-regolamenti.

Dawk il-persuni huma marbuta bl-obbligu ta’ segretezza

professjonali, ħlief għall-fini tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet

tagħhom, jew meta legalment meħtieġa jagħmlu dan minn xi qorti

jew taħt id-dispożizzjoni ta’ xi liġi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

L-Awtorità għandha s-setgħa tagħmel u tippubblika linji

gwida għall-protezzjoni tal-użu tal-frażijiet "università",

"edukazzjoni ogħla", "edukazzjoni avvanzata", "istituzzjoni ta’

edukazzjoni ogħla", "istituzzjoni ta’ edukazzjoni avvanzata" u

"ċentru ta’ edukazzjoni avvanzata", skont dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.3 — Regolamenti dwar il-Liċenzjar, Akkreditament u Assikurazzjoni ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla

(1) Persuni jew korpi ta’ persuni li jipprovdu edukazzjoni

avvanzata jew ogħla mingħajr liċenza u fornituri li jkunu joperaw

taħt liċenza li tkun teżisti fid-data meta jidħlu fis-seħħ dawn ir-

regolamenti jistgħu jkomplu joperaw sa tliet snin mid-data meta

jidħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti, u għandhom, sa dak iż-żmien,

japplikaw biex jiksbu liċenza taħt dawn ir-regolamenti. Jekk jonqsu

milli jiksbu dik il-liċenza sat-tmien tal-perjodu stipulat, dan

jikkostitwixxi ksur mill-fornitur ta’ dawn ir-regolamenti u l-

operazzjoni mkomplija mill-fornitur f ’Malta ssir suġġetta għal

azzjoni mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti.

(2) Dawk l-applikazzjonijiet għal liċenza li għall-fini tal-

provdiment ta’ edukazzjoni avvanzata jew ogħla f ’Malta jkunu

pendenti ma jkunux aktar validi mid-data li fiha jidħlu fis-seħħ

dawn ir-regolamenti. F’dak il-każ, il-fornitur li jkun applika

għandu jagħmel applikazzjoni ġdida skont id-dispożizzjonijiet ta’

dawn ir-regolamenti.

LIĊENZJAR, AKKREDITAMENT U ASSIKURAZZJONI

TA’ KWALITÀ FL-EDUKAZZJONI AVVANZATA U OGĦLA

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →