Legislator Case Law & Legislation
sl_607.2 MT

Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

14 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (14)

Statutory Text (14 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 607.02

REGOLAMENTI DWAR IL-VALIDAZZJONI TA’

TAGĦLIM MHUX FORMALI U INFORMALI *

24 ta’ Settembru, 2012

L-AVVIŻ LEGALI 295 tal-2012, kif emendat bl-Avviż Legali 194 tal-

2014.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar il-

Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-

rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra -

"akkreditament" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-

artikolu 63 tal-Att;

"l-Att" tfisser l-Att dwar l-Edukazzjoni;

"korp ta’ persuni" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-

artikolu 2 tal-Att;

"il-Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni Nazzjonali għal

Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla mwaqqfa bl-artikolu 64 tal-Att;

"kwalifika" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-artikolu 63

tal-Att;

"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni;

"il-Qafas Malti tal-Kwalifiki" għandha l-istess tifsira kif mogħti

lilha bl-artikolu 63 tal-Att;

"skola" għandha l-istess tifsira kif mogħtija lilha bl-artikolu 2

tal-Att;

"standards okkupazzjonali" tfisser standards li jiddiskrivu

x’għandu jkun jaf u jkun jista’ jagħmel individwu li jkollu

okkupazzjoni partikolari biex ikun formalment rikonoxxut bħala

persuna kompetenti f’okkupazzjoni partikolari;

"tagħlim informali" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-

artikolu 63 tal-Att;

"tagħlim mhux formali" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha

bl-artikolu 63 tal-Att;

"tagħlim tul il-ħajja" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bl-

artikolu 63 tal-Att;

"Taqsima ta’ Ħiliet Settorali" hija taqsima iffukata fuq l-

industrija mwaqqfa mill-Kummissjoni u li tiżviluppa livelli

okkupazzjonali u tiddisinja kwalifiki bil-għan li jittejbu l-ħiliet tal-

forza tax-xogħol;

"validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali" tfisser

*Dawn ir-regolamenti ġew imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025.

proċess li jidentifika, jevalwa u formalment jiċċertifika l-għarfien,

ħiliet u kompetenzi li individwi jiżviluppaw tul ħajjithom meta

jipparteċipaw fit-tagħlim mhux formali u informali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu biex jipprovdi qafas

regolatorju għall-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali

u għall-għoti ta’ rikonoxximenti ta’ validazzjoni klassifikati fi ħdan

il-Qafas Malti tal-Kwalifiki skont t-tipi ta’ rikonoxximent stabbiliti

fi ħdan il-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) Skont kif hemm fl-artikolu 65(i) tal-Att, il-

Kummissjoni hija l-awtorità kompetenti responsabbli għall-

validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali u biex

tikklassifika dik il-validazzjoni f ’livell tal-Qafas Malti tal-

Kwalifiki.

(2) Għall-fini tas-subregolament (1), il-Kummissjoni għandha

tistabbilixxi dawk l-istrutturi u għandu jkollha dawk il-funzjonijiet

u s-setgħat kif previsti f’dawn ir-regolamenti.

(3) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Ministru skont l-Att,

il-Kummissjoni jkollha dik is-setgħa u awtorità li jistgħu jkunu

meħtieġa biex tkun tista’ twettaq sew kull funzjoni tagħha taħt

dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) Skont l-artikolu 69(10) tal-Att, il-Kummissjoni

għandha tistabbilixxi Kumitat ta’ Ħiliet Settorali, li jkollu l-

membri tiegħu maħtura mill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-

Ministru għal żmien ta’ mhux aktar minn tliet snin u kull membru

jkun jista’ jerġa’ jinħatar mill-ġdid.

(2)

Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandu jkun magħmul kif

ġej

(a) Chairman;

(b) membru li jirrappreżenta l-industrija b’mod ġenerali;

(ċ) membru li jirrappreżenta l-edukazzjoni u t-taħriġ

b’mod ġenerali;

(d) membru li jirrappreżenta lil min iħaddem;

(e) membru li jirrappreżenta lill-impjegati appuntat mill-

Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

mwaqqaf bl-artikolu 3 tal-Att dwar il-Kunsill Malti

għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

(3) Il-Kumitat ta’

Ħiliet

Settorali

għandu

jifformula

u

jiżviluppa dan li ġej

(a) kull politika u proċedura li tirregola t-Taqsimiet ta’

Ħiliet Settorali;

(b) kriterji u standards għall-validazzjoni ta’ tagħlim

mhux formali u informali;

(ċ) linji gwida għall-valutazzjoni ta’ ħiliet u kompetenzi

għall-fini tal-għoti ta’ rikonoxximenti mit-Taqsimiet

ta’ Ħiliet Settorali;

(d) linji gwida għall-assikurazzjoni ta’ kwalità fit-tagħlim

mhux formali;

(e) standards okkupazzjonali rilevanti għal kull settur

ekonomiku; u

(f)

oqfsa ta’ kwalifiki settorali li jkunu riferuti mal-Qafas

Malti tal-Kwalifiki, fuq proposta tat-Taqsimiet ta’

Ħiliet Settorali

Iżda l-istrumenti żviluppati mill-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali

taħt dan is-subregolament għandhom jiġu adottati mill-

Kummissjoni biex ikunu jistgħu jiġu infurzati taħt dawn ir-

regolamenti.

(4) Fil-formulazzjoni, żvilupp u adozzjoni ta’ standards

okkupazzjonali kif previst fis-subregolament (3), il-Kumitat ta’

Ħiliet Settorali u l-Kummissjoni għandhom iqisu kif imiss l-użu ta’

standards okkupazzjonali biex itejbu l-iżvilupp kurrikulari,

jispeċifikaw kompetenzi li l-ħaddiema jkun jeħtieġ li jkollhom,

jassistu fiċ-ċertifikazzjoni ta’ ħaddiema, jassistu lil min iħaddem

biex jagħmlu verifiki tal-ħiliet, imexxu l-iżvilupp professjonali fi

ħdan il-forza tax-xogħol, jiffaċilitaw il-proċess ta’ reklutaġġ,

jistab bilixxu st andards ta’ kwalit à fi ħd an sett uri u

okkupazzjonijiet, jiffaċilitaw il-validazzjoni ta’ tagħlim mhux

formali u informali, jagħmluha possibbli għall-Gvern li

jiddetermina il-firxa ta’ ħiliet fuq skala nazzjonali u jippromwovu

l-mobilità tal-ħaddiema lil hinn mill-fruntieri nazzjonali.

(5) Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi tiegħu

taħt dawn ir-regolamenti, il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali jkollu dawn

il-funzjonijiet u responsabbiltajiet li ġejjin

(a) li jagħti pariri b’mod ġenerali lill-Kummissjoni dwar

kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-validazzjoni ta’

tagħlim mhux formali u informali;

(b) bil-parir tat-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali, li

jistabbilixxi, iżomm u jirregola l-użu ta’ marki ta’

distinzjoni u ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità fl-

edukazzjoni mhux formali, bl-approvazzjoni tal-

Kummissjoni;

(ċ) li jippromwovi l-benefiċċji ta’ validazzjoni ta’ tagħlim

mhux formali u informali f’Malta; u

(d) li jwaqqaf reġistru ta’ persuni li jkunu ngħataw

rikonoxximenti sħaħ jew parzjali klassifikati fi ħdan

il-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

(6) Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandu jiltaqa’ ta’ spiss

daqskemm ikun meħtieġ u l-kworum għandu jkun ta’ tliet membri,

inkluż iċ-Chairman.

(7) Meta ma jkunx hemm konsensus, id-deċiżjonijiet tal-

Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’

voti tal-membri preżenti u votanti; fil-każ li l-voti jkunu ndaqs, iċ-

Chairman ikollu vot deċiżiv.

(8) Ebda vakanza fost il-membri tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali

m’għandha tinvalida l-proċedimenti tal-Kumitat.

(9) Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandu jikkompila u jibgħat

lill-Kummissjoni, mhux iżjed tard minn erba’ ġimgħat wara tmiem

VALIDAZZJONI TA’ TAGĦLIM

MHUX FORMALI U INFORMALI

kull sena finanzjarja, rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu

matul dik is-sena, inkluż kull politika, funzjoni u pjan għall-

ġejjieni tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali. Dak ir-rapport għandu jiġi

integrat mar-rapport annwali li għandu jiġi kompilat u mibgħut

mill-Kummissjoni lill-Ministru skont l-artikolu 66 tal-Att.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien, bil-

parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali u skont dawn ir-regolamenti,

tistabbilixxi Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali, li jkollhom il-membri

tagħhom maħtura mill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-Ministru.

(2) It-Taqsimiet

ta’

Ħiliet

Settorali

għandhom

ikunu

magħmulin kif ġej

(a) Chairman;

(b) żewġ membri li jirrappreżentaw is-settur ekonomiku

rispettiv tagħhom;

(ċ) żewġ membri li jirrappreżentaw l-edukazzjoni u t-

taħriġ;

(d) membru li jirrappreżenta xi awtorità jew bord tal-

Gvern assoċjati mas-settur; u

(e) membru maħtur mir-rappreżentanti tal-ħaddiema fi

ħdan is-settur.

(3) It-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali ikunu taħt ir-responsabbiltà

diretta tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali u għandhom japplikaw l-

istrumenti mwaqqfa mill-Kummissjoni taħt dawn ir-regolamenti.

(4) It-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali jkollhom dawn l-għanijiet li

ġejjin

(a) li jiżguraw konsistenza u rilevanza tal-istandards

okkupazzjonali;

(b) li jnaqqsu l-lakuni fil-ħiliet u jindirizzaw in-nuqqas ta’

ħiliet u jtejbu l-ħiliet u l-produttività tal-forza tax-

xogħol tas-settur tagħhom; u

(ċ) li jtejbu l-provdiment ta’ tagħlim u li jiżguraw li l-

ħiliet u kompetenzi jiġu ċertifikati u rikonoxxuti.

(5) It-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali

jkollhom

dawn

il-

funzjonijiet u responsabbiltajiet li ġejjin

(a) li jiżviluppaw u jipproponu lill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali standards okkupazzjonali rilevanti għas-

settur rispettiv tagħhom;

(b) li jiżviluppaw u jipproponu lill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali linji gwida u mekkaniżmi għall-validazzjoni

ta’ tagħlim mhux formali u informali għall-ħiliet

kollha fi ħdan is-settur rispettiv tagħhom;

(ċ) li jiżviluppaw u jżommu qafas ta’ kwalifiki settorali li

jkun riferut mal-Qafas Malti tal-Kwalifiki;

(d) li jipprovdu servizzi ta’ gwida u pariri lil persuni li

jkunu qegħdin jippreżentaw l-esperjenzi dokumentati

tagħhom għall-validazzjoni;

(e) li jagħmlu valutazzjonijiet u testijiet ta’ validazzjoni

fit-tagħlim mhux formali u informali;

(f)

li jawditjaw minn żmien għal żmien kull proċess ta’

valutazzjoni u r-riżultati ta’ dan il-proċess;

(g) li jiżviluppaw u jipproponu lill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali marki ta’ distinzjoni u ta’ assikurazzjoni ta’

kwalità fil-provdiment ta’ tagħlim mhux formali fis-

settur rispettiv tagħhom u li jissorveljaw l-użu u l-

implimentazzjoni ta’ dawk il-marki skont il-ħtiġiet tal-

Kummissjoni;

(h) li jagħtu parir dwar, u jippromwovu l-benefiċċji ta’,

validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali fis-

settur rispettiv tagħhom;

(i)

li jagħtu parir lill-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali dwar l-

istat, l-operazzjoni, il-ħtiġiet u l-prospetti tas-settur

mill-perspettiva ta’ edukazzjoni u taħriġ; u

(j)

li jikkompilaw u jibagħtu lill-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali, mhux iżjed tard minn sitt ġimgħat wara

tmiem kull sena finanzjarja, rapport annwali dwar l-

attivitajiet tagħhom matul dik is-sena, inklużi kull

politika, funzjoni u pjan għall-ġejjieni tat-Taqsima ta’

Ħiliet Settorali rispettiva.

(6) Il-membri tat-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali għandhom

jinħatru għal żmien ta’ mhux aktar minn tliet snin u jkunu jistgħu

jerġgħu jinħatru mill-ġdid.

(7) Kull Taqsima ta’ Ħiliet Settorali għandha tiltaqa’ ta’ spiss

daqskemm ikun meħtieġ u l-kworum għandu jkun ta’ erba’ membri,

inkluż iċ-Chairman.

(8) Meta ma jkunx hemm konsensus, id-deċiżjonijiet tat-

Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’

voti tal-membri preżenti u votanti; fil-każ li l-voti jkunu ndaqs, iċ-

Chairman ikollu vot deċiżiv.

(9) Ebda vakanza fost il-membri tat-Taqsimiet ta’ Ħiliet

Settorali m’għandha tinvalida l-proċedimenti tat-Taqsimiet.

(10) Il-Kummissjoni għandha taħtar koordinatur wieħed jew

aktar koordinaturi li jkunu responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum

tat-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali u biex jipprovdi s-sostenn adatt fil-

laqgħat tagħhom u jimplimenta d-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandu jaħtar, bl-

approvazzjoni tal-Kummissjoni, validation process manager

wieħed jew aktar u evalwaturi esterni bħala prattikanti fil-

validazzjoni, bil-għan li jiżgura l-kwalità u l-fiduċja kontinwa fil-

proċess ta’ validazzjoni.

(2) Il-validation process managers jkollhom l-inkarigu li

ji m m a n iġ ġa w u j ik oo r di n a w i l- p r oċe s s t a ’ va li da z z j on i t a ’

rikonoxximenti provduti minn korpi ta’ persuni u l-validazzjoni ta’

individwi mat-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali kollha.

(3)

L-evalwaturi esterni jkollhom l-inkarigu li jipprovdu l-

assikurazzjoni ta’ kwalità tal-proċess ta’ validazzjoni u li jħarrġu l-

counsellors u l-assessuri. L-evalwaturi esterni għandhom joperaw

bħala evalwaturi esterni indipendenti.

(4) Għandu jkun hemm ukoll prattikanti oħra fil-validazzjoni li

jinħatru mit-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali skont ir-regolament 9.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandu jżomm u

jippubblika reġistru ta’ korpi ta’ persuni li jipprovdu attivitajiet ta’

tagħlim mhux formali u ta’ rikonoxximenti għal tagħlim mhux

formali, kif approvati mill-Kummissjoni.

(2) Kull korp ta’ persuni li jipprovdi tagħlim mhux formali

jista’ japplika għand il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali biex jiġi elenkat

fir-reġistru msemmi fis-subregolament (1). L-elenkar ta’ korp ta’

persuni f ’dak ir-reġistru jkun validu għal żmien ta’ mhux aktar

minn tliet snin, u jkun jista’ jiġġedded.

(3) Korpi ta’ persuni elenkati fir-reġistru msemmi fis-

subregolament (1) għandhom japplikaw għand il-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali biex ir-rikonoxximenti tagħhom ikunu jistgħu jiġu

validati mill-Kummissjoni, fuq parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali, u biex rikonoxximent jiġi klassifikat mill-Kummissjoni f

’livell tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

(4) L-elenkar, jew it-tiġdid tal-elenkar, ta’ korp ta’ persuni u r-

rikonoxximenti li dan jagħti fir-reġistru msemmi fis-subregolament

(1) għandu jkun soġġett għal dawk il-ħtiġiet, kundizzjonijiet,

limitazzjonijiet u esklużjonijiet li l-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali, bl-

approvazzjoni tal-Kummissjoni, jista’ jqis li jkunu meħtieġa, adatti

u proporzjonati skont dawn ir-regolamenti.

(5) Il-Kummissjoni għandha, fuq parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali, tistabbilixxi l-kriterji għall-elenkar ta’ korp ta’ persuni u

rikonoxximenti fir-reġistru msemmi fis-subregolament (1) u dawk

il-kriterji għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li għandhom

x’jaqsmu mal-kwalità ta’ attivitajiet provduti ta’ tagħlim mhux

formali.

(6) Il-Kummissjoni tista’, fuq parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet

Settorali, tissospendi jew tirrevoka l-elenkar ta’ korp ta’ persuni

mir- reġistru msemmi fis-subregolament (1) meta l-Kummissjoni

jkun jidhrilha li l-attivitajiet provduti minnu ta’ tagħlim mhux

formali, jew il-kwalità tal-provdiment ta’ dawk l-attivitajiet, ikun

sostanzjalment jiddifferixxi minn dak li hija tkun rat fil-waqt tal-

elenkar.

(7) Ir-reġistru msemmi fis-subregolament (1) għandu jistipula

l-isem tal-korp ta’ persuni, ix-xorta ta’ attivitajiet ta’ tagħlim mhux

formali provduti mill-korp ta’ persuni u r-rikonoxximenti mogħtija

mill-korp ta’ persuni.

(8) Kull korp ta’ persuni elenkat fir-reġistru għandu jħares id-

dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u l-ħtiġiet,

kundizzjonijiet, limitazzjonijiet u esklużjonijiet pubblikati mill-

Kummissjoni, fuq parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali, minn

żmien għal żmien.

(9)

Kull korp ta’ persuni li jonqos milli jikkonforma ruħu ma’

dawn ir-regolamenti jeħel piena amministrattiva ta’ mhux iżjed

minn elf u mitt euro (€1,100). Il-Kummissjoni tkun responsabbli

biex timponi dawk il-pieni u għall-infurzar tagħhom fuq kull

persuna li tikser dawn ir-regolamenti, waqt li tqis il-gravità tan-

nuqqas ta’ konformità u kull ħlas magħmul lil dak il-korp ta’

persuni

Iżda qabel ma timponi dik il-piena, il-Kummissjoni

għandha tippermetti li l-korp ta’ persuni jingħata perjodu ta’ żmien

kif imiss biex dan jikkonforma ruħu mas-subregolament (8), u

matul dak iż-żmien il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-elenkar tal-

korp ta’ persuni konċernat skont is-subregolament (6).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) Persuni li jkunu rċevew tagħlim informali jew mhux

fo r m a l i je w i n fo r m a l i għ a l m i ll - i nq a s t l i e t s ni n f ’ x i s e t t ur

ekonomiku jistgħu japplikaw għand il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali

biex ikollhom l-esperjenza li jkunu ħadu qabel fit-tagħlim mhux

formali jew informali validata skont il-proċess previst f ’dan ir-

regolament.

(2) Il-proċess ta’ validazzjoni li jsir għall-fini tal-validazzjoni

tal-esperjenza ta’ individwu fit-tagħlim mhux formali jew informali

li jkun ħa qabel għandu jkun volontarju, jipprovdi aċċess ekwu u

trattament ekwu u ġust għal kull individwu, jirrispetta d-drittijiet

tal-individwi, ikun trasparenti u jkollu bħala l-bażi tiegħu l-

prinċipju ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità.

(3) Meta individwu japplika għal validazzjoni ta’ tagħlim

mhux formali jew informali li jkun ħa qabel, hawn iżjed ’il

quddiem imsejjaħ "kandidat", dan jista’ japplika għal massimu ta’

żewġ validazzjonijiet kull sena.

(4) Meta ssir applikazzjoni, il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali

għandu jipprovdi lill-kandidat kull informazzjoni meħtieġa u

jiggwidah dwar liema tkun it-Taqsima ta’ Ħiliet Settorali speċifika

rilevanti għall-applikazzjoni tiegħu.

(5) Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandu jistabbilixxi, bl-

approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-format ta’ portfolio li għandu

jingħata mill-kandidati lit-Taqsima ta’ Ħiliet Settorali, u dak il-

portfolio għandu jiddokumenta u jipprovdi attestazzjoni tal-

esperjenzi kollha tal-kandidat, li jkunu rilevanti għall-validazzjoni

li tkun trid tinkiseb.

(6) It-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali għandhom jipprovdu

assistenza lill-kandidati fil-kumpilazzjoni tal-portfolio msemmi fis-

subregolament (5), permezz ta’ guidance practitioners maħtura

mit-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali bl-approvazzjoni tal-Kumitat ta’

Ħiliet Settorali. Il-portfolio jista’ jinkludi partikolaritajiet

personali, esperjenzi ta’ xogħol, résumés, riferenzi minn prinċipali,

dokumenti li għandhom x’jaqsmu ma’ kwalifiki formali,

fotografiji, u audio clips u video clips rilevanti għall-validazzjoni li

tkun trid tinkiseb.

(7) Il-guidance practitioners imsemmija fis-subregolament (6)

għandhom ikunu individwi mħarrġa li jkunu inkarigati biex

jippreparaw il-kandidati għall-proċess ta’ validazzjoni billi

jgħarrfuhom bil-proċeduri rilevanti, jagħtuhom pariri kif

jorganizzaw u jiddokumentaw attestazzjoni ta’ tagħlim, jassistu

kandidati biex iħejju ruħhom għall-valutazzjoni u jiggwidawhom

wara d-deċiżjoni tal-valutazzjoni. Il-guidance practitioners

għandhom ikunu prattikanti fil-validazzjoni li jkunu jafu kif isir il-

proċess ta’ validazzjoni u x’ikunu l-proċeduri ta’ valutazzjoni użati

u jkunu jafu dwar is-sistema tal-edukazzjoni u li jifhmu x’jeħtieġ

is-suq tax-xogħol.

(8) Il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandu jistabbilixxi, bl-

approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-proċeduri, metodi u għodda li

għandhom jiġu applikati mit-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali għall-

valutazzjoni ta’ kandidati fil-proċess ta’ validazzjoni.

(9) Il-proċeduri ta’ valutazzjoni, il-metodi u l-għodda mwaqqfa

skont is-subregolament (8) għandhom jipprovdu għall-kompetenzi

tekniċi jew professjonali tal-kandidati, il-kompetenzi personali u

kompetenzi soċjali tagħhom.

(10) Il-proċeduri ta’ valutazzjoni mwaqqfa skont is-

subregolament (8) għandhom iqisu l-kriterji stipulati fl-istandards

okkupazzj onali pubblikati u għandhom isiru minn assessuri

kwalifikati.

(11) Metodi u għodda ta’ valutazzjoni mwaqqfa skont is-

subregolament (8) għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji tal-

validità tal-għodda, affidabbiltà tar-riżultati, u fuq kemm ikunu

retti u adattabli għall-għan speċifiku.

(12) Jista’ jiġi applikat xi wieħed jew aktar minn dawn il-metodi

ta’ valutazzjoni li ġejjin mit-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali għall-fini

tal-valutazzjoni msemmija fis-subregolament (8)

(a) dibattitu jew intervista, fejn il-kandidati juru l-livell

tal-għarfien li għandhom u l-komunikazzjoni u l-ħiliet

soċjali tagħhom;

(b) metodi dikjarattivi, fejn il-kandidati juru r-riflessjoni

kritika tagħhom, filwaqt li jagħmlu dikjarazzjonijiet

bażati fuq l-attestazzjoni dwar il-kompetenzi tagħhom;

(ċ) osservazzjoni, fejn tiġi osservata l-imġiba tal-

kandidati, hekk li dan jista’ jsir jew permezz ta’

xenarju tax-xogħol simulat jew realistiku; jew

(d) testijiet u eżamijiet, fejn il-kandidati juru, bil-fomm

jew bil-miktub, il-kompetenzi tagħhom dwar suġġett

speċifiku.

(13) Il-valutazzjoni ta’ kandidati għandha ssir minn assessuri li

jkunu prattikanti fil-validazzjoni u li jiġu maħtura mit-Taqsimiet ta’

Ħiliet Settorali bl-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali. L-

assessuri għandhom ikunu individwi mħarrġa fil-valutazzjoni u l-

validazzjoni, li jkunu inkarigati li jevalwaw il-kandidati biex

jiddeċiedu jekk dawn ikollhomx il-kriterji speċifiċi ta’

valutazzjoni. L-assessuri għandhom ikunu jafu sew is-settur

speċifiku kkonċernat, il-proċess ta’ validazzjoni u l-metodi ta’

valutazzjoni użati. L-assessuri m’għandu jkollhom ebda interess

personali fl-eżitu tal-validazzjoni.

(14) L-assessuri għandhom jagħmlu rakkomandazzjoni lit-

Ta q s i m i e t t a ’ Ħ i l i e t S e t t o r a l i d w a r j e k k k a n d i d a t i j k u n x

jistħoqqilhom jingħataw rikonoxximent sħiħ jew parzjali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) It-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali jistgħu minn żmien

għal żmien jagħtu b’appalt lil entitajiet oħra pubbliċi jew privati il-

ġestjoni tal-valutazzjoni meħtieġa għall-validazzjoni ta’ tagħlim

mhux formali u informali ta’ kandidati.

(2) It-Taqsimiet ta’ Ħiliet Settorali li jagħtu b’appalt il-ġestjoni

tal-valutazzjonijiet skont is-subregolament (1) għandhom jiżguraw

li l-entità li tingħata dak l-appalt tuża l-proċeduri, metodi u għodda

m w a q q f a m i l l - K u m i t a t t a ’ Ħ i l i e t S e t t o r a l i s k o n t d a w n i r-

regolamenti u tħares dawk il-ħtiġiet, kundizzjonijiet,

limitazzjonijiet u esklużjonijiet skont il-ħtiġiet tal-Kumitat ta’

Ħiliet Settorali, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) Il-validazzjoni msemmija fir-regolament 9 għandha

tingħata permezz ta’ rikonoxximent sħiħ jew parzjali li jingħata lil

kandidat mit-Taqsima ta’ Ħiliet Settorali kif awtorizzata mill-

Kummissjoni fuq parir tal-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali, għall-għoti

ta’ dak ir-rikonoxximent u għall-klassifikazzjoni tar-

rikonoxximent f’livell speċifiku tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki

Iżda l-Kummissjoni m’għandhiex tawtorizza l-għotja ta’

dak ir-rikonoxximent lil xi persuna f’livell ogħla minn Livell 5 tal-

Qafas Malti tal-Kwalifiki.

(2) Ir-rikonoxximenti mogħtija mit-Taqsimiet ta’ Ħiliet

Settorali skont dan ir-regolament ikollhom valur daqs kwalifiki

akkreditati nazzjonalment li jkunu klassifikati fl-istess livell tal-

Qafas Malti tal-Kwalifiki.

(3) Ir-rikonoxximenti mogħtija mit-Taqsimiet ta’ Ħiliet

Settorali skont dan ir-regolament għandhom jistipulaw l-isem tal-

individwu li jingħata r-rikonoxximent, ix-xorta ta’ rikonoxximent

mogħti u d-data tal-għotja tar-rikonoxximent.

(4) Ir-rikonoxximenti mogħtija mit-Taqsimiet ta’ Ħiliet

Settorali skont dan ir-regolament għandu jkollhom magħhom

suppliment ta’ rikonoxximent, li jiġi abbozzat skont il-ħtiġiet tal-

Kumitat ta’ Ħiliet Settorali, kif awtorizzata mill-Kummissjoni. Is-

suppliment ta’ rikonoxximent għandu jkun fih dettalji dwar l-

għarfien, ħiliet u kompetenzi tal-individwu li jingħatalu dak ir-

rikonoxximent.

(5) Meta jingħata rikonoxximent lil persuna skont dan ir-

regolament, il-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandu jinkludi l-isem

ta’ dik il-persuna li tingħata r-rikonoxximent u tar-rikonoxximent

fir-reġistru ta’ persuni li jkunu ngħataw rikonoxximent sħiħ jew

parzjali klassifikat fi ħdan il-Qafas Malti tal-Kwalifiki skont ir-

regolament 5(5).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lit-Taqsimiet ta’ Ħiliet

Settorali u l-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali għandhom jiġu proposti

mill-Kummissjoni lill-Ministru, li għandu jistabbilixxi dawk id-

drittijiet minn żmien għal żmien, permezz ta’ avviż fil-Gazzetta.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 607.2 — Regolamenti dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Mhux Formali u Informali Imħassrin bl-Avviż Legali 264 tal-2025

(1) Għandu jkun hemm Bord tal-Appelli għal Ħiliet

Settorali, hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Bord tal-Appelli" li

quddiemu tista’ tappella kull persuna jew korp ta’ persuni jekk

dawn iħossuhom aggravati minn xi deċiżjoni li tittieħed mill-

Kummissjoni, mill-Kumitat ta’ Ħiliet Settorali jew mit-Taqsimiet

ta’ Ħiliet Settorali dwar il-validazzjoni ta’ tagħlim informali u

mhux formali skont dawn ir-regolamenti.

(2) Kull appell imsemmi fis-subregolament (1) għandu jiġi

ppreżentat fir-reġistru tal-Bord tal-Appelli fi żmien għaxart ijiem

mid-data meta d-deċiżjoni tiġi notifikata lill-persuna jew korp ta’

persuni li jkunu ġew aggravati.

(3) Il-Bord tal-Appelli jkun magħmul minn Chairman

indipendenti u minn żewġ Membri indipendenti li jinħatru mill-

Ministru minn fost persuni magħrufin għall-integrità tagħhom li

jkunu jidhrulu li huma kwalifikati minħabba fl-esperjenza u l-ħila

tagħhom f’materji li jiġu kkunsidrati xierqa għal dak l-għan

Iżda wieħed mill-membri tal-Bord tal-Appelli għandu wkoll

jagħmilha ta’ Segretarju tal-Bord tal-Appelli, u jkollu jedd jivvota.

(4) Membru tal-Bord tal-Appelli għandu jastjeni u jista’ jiġi

rikużat f’dawk iċ-ċirkostanzi li kieku jiskwalifikaw imħallef skont

i s -S u b- ti tol u II t a t -Ti to lu I I ta t -Ti e le t K ti e b tal - K od iċ i t a ’

Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u f ’kull każ bħal dak il-

membru għandu jiġi sostitwit minn persuna oħra maħtura għal dak

l-għan mill-Ministru.

(5) Il-membri tal-Bord tal-Appelli għandhom jibqgħu fil-kariga

għal perjodu ta’ tliet snin, u jkunu jistgħu jerġgħu jinħatru mill-

ġdid.

(6) Membru tal-Bord tal-Appelli jista’ jitneħħa mill-kariga

mill-Ministru minħabba fi traskuraġni gravi, konflitt ta’ interess,

inkompetenza, jew attijiet jew ommissjonijiet li ma li ma jixirqux

lil membru tal-Bord.

(7) Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appelli għandhom ikunu finali

ħlief dwar punti ta’ liġi deċiżi mill-Bord tal-Appelli, li minnhom

jista’ jsir appell fi żmien għoxrin ġurnata quddiem il-Qorti tal-

Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri); l-imħallef jkollu d-dritt jiddeċiedi

in camera li dak l-appell ikun wieħed frivolu jew vessatorju wara l-

għeluq tal-istadju ta’ sottomissjonijiet bil-miktub; dak l-appell

għandu jkun ukoll regolat b’regoli tal-qorti magħmulin taħt l-

artikolu 29 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →