Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Aġġudikaturi tal-Panel ta’ Arbitraġġ għal Kirjiet Residenzjali Privati
Table of Provisions (6)
Statutory Text (6 Articles)
DRITTIJIET TAL-AĠĠUDIKATURI TAL-PANEL TA’
ARBITRAĠĠ GĦAL KIRJIET RESIDENZJALI PRIVATI
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 604.05
REGOLAMENTI DWAR ID-DRITTIJIET TAL-
AĠĠUDIKATURI TAL-PANEL TA’ ARBITRAĠĠ
GĦAL KIRJIET RESIDENZJALI PRIVATI
26 ta’ Marzu, 2020
L-AVVIŻ LEGALI 105 tal-2020.
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar
id-Drittijiet tal-Aġġudikaturi tal-Panel ta’ Arbitraġġ għal Kirjiet
Residenzjali Privati.
Id-drittijiet tar-reġistru stabbilliti fit-Tariffa A annessa
ma’ dawn ir-regolamenti għandhom jiġu mħallsa flimkien mal-
preżentata tal-att ta’ proċedura relattiv.
Kwalunkwe kontro-talba li tinsab fi kwalunkwe att ta’
proċedura għandha tiġi trattata bħallikieku hija talba ġdida u d-
drittijiet msemmija fil-paragrafi (a) sa (d) tat-Tariffa A għandhom jiġu
imposti fuq il-kontro-talba u r-risposta tagħha.
Id-dritt stabbilit fit-Tariffa B annessa ma’ dawn ir-
regolamenti għandu jitħallas lill-uffiċjal eżekuttiv għal kull notifika ta’
att ta’ proċedura, inkluż l-ispejjeż imġarrba fl-eżekuzzjoni ta’ tali
notifika
Iżda jekk is-servizz ikollu jiġi eżegwit barra mill-ħinijiet
normali tax-xogħol, id-dritt għandu jiżdied b’100%.
(1)
Kull dritt dovut għandu jitħallas flimkien mal-
preżentata tal-att relattiv u r-Reġistratur ma għandux jaċċetta l-
preżentata ta’ kwalunkwe att ta’ proċedura li ma jkunx akkumpanjat
mad-dritt relattiv.
(2)
L-evalwazzjoni tar-Reġistratur rigward l-ammont ta’
drittijiet li għandhom jitħallsu għandha tkun finali.
TARIFFA A
Drittijiet tar-reġistru imħallsa lill-Aġġudikaturi tal-Panel
(Regolament 2)
(a)
għal preżentata ta’ kwalunkwe talba .........................
€10
(b)
għal preżentata ta’ kwalunkwe risposta .....................
€7
(ċ)
għal preżentata ta’ kwalunkwe rikors ta’ appell ........
€20
(d)
għal preżentata ta’ risposta għar-rikors ta’ appell ......
€14
DRITTIJIET TAL-AĠĠUDIKATURI TAL-PANEL TA’
ARBITRAĠĠ GĦAL KIRJIET RESIDENZJALI PRIVATI
TARIFFA B
Dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv
(Regolament 4)
għal kull notifika ta’ att ta’ proċedura ........................
€1.20