Legislator Case Law & Legislation
sl_595.8 MT

Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

10 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (10)

Statutory Text (10 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

TWAQQIF TAL-AĠENZIJA

DWAR L-ENERĠIJA U L-ILMA

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 595.08

ORDNI LI JWAQQAF L-AĠENZIJA DWAR

L-ENERĠIJA U L-ILMA

7 ta’ Frar, 2014

L-AVVIŻ LEGALI 50 tal-2014, kif emendat bl-Avviż Legali 340 tal-2016.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

It-titolu dan l-Ordni huwa l-Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija

dwar l-Enerġija u l-Ilma.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

F’dan Ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx

xort’oħra -

"Aġenzija" tfisser l-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma;

"Att" tfisser l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika;

"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-enerġija u l-

ilma u tinkludi kull persuna awtorizzata mill-Ministru f’ismu;

"Segretarju Permanenti" tfisser is-Segretarju Permanenti fil-

Ministeru responsabbli għall-enerġija u l-ilma.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

Għandu jkun hemm Aġenzija, li tkun magħrufa bħala l-

Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma, li għandha twettaq funzjonijiet li

għandhom x’jaqsmu mad-disinjar, l-implimentazzjoni u t-tixrid tal-

po l it i ka dw a r l- i l m a , l -e ne r ġi j a ko n v e n z j on a l i u l -e ne r ġi j a

alternattiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

Fl-esekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha, l-Aġenzija għandu

jkollha r-responsabbiltajiet li ġejjin

(a) id-disinjar, l-iżvilupp u l-koordinanzzjoni marbuta ta’

politiki u miżuri dwar enerġija konvenzjonali u

alternattiva, flimklien mal-politika dwar l-ilma u

governanza sigura mal-firxa ta’ u fi ħdan il-Ministeri,

Dipartimenti u entitajiet governattivi;

(b) il-monitoraġġ, ir-reviżjoni u l-aġġornament tal-politika

tal-enerġija konvenzjonali, l-enerġija alternattiva u l-

konservazzjoni tal-ilma bi qbil mar-rekwiżiti tal-

Unjoni Ewropea u dawk internazzjonali;

(ċ) tmexxi u tikkoordina proġetti ko-finanzjati li

għandhom x’jaqsmu mal-enerġija konvenzjonali, l-

enerġija alternattiva u l-ilma fil-Ministeri;

(d) id-disinjar, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ għarfien,

edukazzjoni, informazzjoni u qafas ta’ komunikazzjoni

sostenibbli mmirat biex jinfluwenza l-imġiba lejn l-

użu ta’ enerġija alternattiva;

(e) it-tfassil ta’ proposti leġislattivi bħala appoġġ tal-

politiki nazzjonali kif meħtieġ;

(f)

kull inizjattiva jew attività oħra li huma komplimentari

u li jwasslu għat-twettiq tar-responsabbiltajiet tal-

Aġenzija; u

TWAQQIF TAL-AĠENZIJA

DWAR L-ENERĠIJA U L-ILMA

(g) ir-regolamentazzjoni ġenerali tal-proċeduri tagħha,

hekk iżda li ma jkunx hemm ksur ta’ dispożizzjonijiet

ta’ xi liġi oħra.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

(1) Il-Ministru responsabbli għall-Aġenzija jkun il-

Ministru responsabbli għall-enerġija u l-konservazzjoni tal-ilma.

(2) Is-Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru għall-enerġija

u l-konservazzjoni tal-ilma għandu jissorvelja t-Taqsima kif hemm

fl-artikolu 29 tal-Att

Iżda s-Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru għall-

enerġija u l-konservazzjoni tal-ilma jista’ jkun assistit f ’dik is-

sorveljanza minn xi Segretarju Permanenti ieħor minn Ministeru

ieħor kif hemm fil-proviso għall-artikolu 14(6) tal-Att

Iżda wkoll il-Prim Ministru jista’ jassenja r-responsabbiltà

tal-Aġenzija il Ministru ieħor u s-sorveljanza fuq dik it-Taqsima

lis-Segretarju Permanenti ta’ dak il-Ministeru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

(1) L-Aġenzija għandha, b’konsultazzjoni mal-Ministru,

tistabbilixxi u torganizza mill-ġdid l-unitajiet, id-diviżjonijiet u s-

sezzjonijiet kif xieraq sabiex teżerċita l-funzjonijiet primarji

tagħha, inter alia, rigward il-politika dwar l-enerġija, l-enerġija

rinnovabbli u l-enerġija alternattiva, il-konservazzjoni u l-ġestjoni

tal-programm dwar l-ilma u rigward funzjonijiet oħra ta’ appoġġ.

(2) L-operazzjonijiet tal-Aġenzija għandhom jimxu ma’ Ftehim

li għandu jiġi miftiehem bejn is-Segretarju Permanenti u l-

Aġenzija.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Ordni,

it-tmexxija eżekuttiva tal-Aġenzija, l-amministrazzjoni u l-

organizzazzjoni u l-kontroll amministrattiv tal-uffiċjali u l-

impjegati tagħha, għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-

Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, li għandu jinħatar mill-Ministru.

(2) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun responsabbli

għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Aġenzija u għandu,

mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel

(a) jassumi responsabbiltà sħiħa għad-direzzjoni u l-

kontroll

globali

tal-unitajiet,

diviżjonijiet

u

sezzjonijiet;

(b) jassenja lil kull unità, diviżjoni u sezzjoni dawk id-

dmirijiet li hu jikkunsidra meħtieġa jew spedjenti;

(ċ) jikkoordina x-xogħol tal-unitajiet, diviżjonijiet u

sezzjonijiet;

(d) jiżviluppa

l-istrateġiji

meħtieġa

għall-

implimentazzjoni tal-objettivi tal-Aġenzija; u

(e) iwettaq dawk id-dmirijiet l-oħra li l-Ministru

responsabbli jista’ jassenjalu minn żmien għal żmien.

TWAQQIF TAL-AĠENZIJA

DWAR L-ENERĠIJA U L-ILMA

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

(1) L-uffiċjali pubbliċi li jkunu jaħdmu mal-Aġenzija

għandhom jitqiesu li jkunu ingaġġati mal-Aġenzija kif hemm fl-

artikolu 33 tal-Att.

(2) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Att u ta’ kull

leġislazzjoni oħra, it-Taqsima jkollha l-awtorità li tingaġġa l-

impjegati tagħha.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.8 — Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzijadwar l-Enerġija u l-Ilma

L-Aġenzija għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet tal-

Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi, kemm-il darba ma jingħadx

xort’oħra fil-Ftehim bejn is-Segretarju Permanenti u l-Aġenzija, u

f’dak il-każ ikunu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jipprevalu.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →