Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija Identità Malta
Table of Provisions (11)
Statutory Text (11 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 595.07
ORDNI LI JWAQQAF
L-AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA
10 ta’ Settembru, 2013
L-AVVIŻ LEGALI 269 tal-2013, kif emendat bl-Avviż Legali 101 tal-
2016, 95 tal-2018, 4 tal-2019, 438 tal-2020, 295 tal-2023 u 141 tal-2025.
It-titolu dan l-Ordni huwa l-Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija
Identità Malta.
F’dan Ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"Att" tfisser l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika;
"Aġenzija" tfisser l-Aġenzija Identità Malta;
"Ftehim tal-Aġenzija" tfisser il-Ftehim kif previst fl-artikolu 7;
" M i n i s t r u " t f is s e r i l- M i n is tr u r e s p on s a bb li g ħ a l i de n t it y
management u li għandu jkun responsabbli għall-Aġenzija;
"Segretarju Permanenti" tfisser is-Segretarju Permanenti fil-
Ministeru responsabbli għal identity management.
(1) Għandu jkun hemm Aġenzija, li għandha tkun
magħrufa bħala l-Aġenzija Identità Malta jew bħala "Identità
Malta" jew bħala "Identità" li għandha twettaq il-funzjonijiet u
dmirijiet tal-amministrazzjoni pubblika fil-materji li ġejjin
(a) viżi, permessi ta’ residenza, permessi ta’ xogħol u
materji amministrattivi oħrajn li jkollhom x’jaqsmu
ma’ barranin;
(b) passaporti;
(ċ) l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viżi nazzjonali
taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni billi tassisti lill-Uffiċjal
Prinċipali tal-Immigrazzjoni fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet
u l-funzjonijiet tiegħu relatati ma’ kwistjonijiet bħal
dawn u fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe strument
legali tal-Unjoni Ewropea relatat mal-viżi billi tagħti
wkoll l-assistenza tagħha f’tali kwistjonijiet;
(d) karti tal-identità u dokumenti oħra tal-identità;
(e) atti dwar l-istat ċivili;
(f)
reġistrazzjoni ta’ atti pubbliċi;
(g) dawk il-materji oħrajn li huma anċillari, inċidentali
jew konsegwenzjali għall-materji stipulati fil-paragrafi
(a) sa (g), kif il-Ministru jista’ jistabbilixxi minn
żmien għal żmien;
(2) B’mod partikolari, iżda mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità tad-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1), l-Aġenzija
għandha
(a) tara t-twettiq tal-funzjonijiet u dmirijiet tal-"uffiċjal
awtorizzat" maħtur taħt l-Att dwar il-Karta tal-Identità u
Dokumenti oħra tal-Identità;
(b) tassisti lill-Ministru, minn żmien għal żmien,
responsabbli għal materji li jkollhom x’jaqsmu ma’
passaporti u kull uffiċjal ieħor inkarigat mill-
passaporti fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet u funzjonijiet
tiegħu skont l-Ordinanza dwar il-Passaporti;
(ċ) tara t-twettiq tal-funzjonijiet u dmirijiet tad-Direttur
tar-Reġistru Pubbliku inkluż dawk taħt il-Kodiċi Ċivili
u taħt l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku; u
(d) tara t-twettiq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tad-Direttur
għaċ-Ċittadinanza u l-Affarijiet Espatrijati provduti fl-
Att dwar l-Immigrazzjoni u l-leġiżlazzjoni sussidjarja
magħmula taħtu, u;
(e) tara t-twettiq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet relatati mal-
ħruġ tal-viżi skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (ċ)
tas-subartikolu 3(1);
(3) Meta kwalunkwe funzjoni msemmija fis-subartikolu
preċedenti, hija fdata lil uffiċjal pubbliku skont kwalunkwe liġi
oħra, tali funzjoni għandha tiġi eżerċitata minn dak l-impjegat
pubbliku tal-Aġenzija assenjat biex iwettaq il-funzjoni msemmija.
(1) Fit-twettiq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħha, l-
Aġenzija għandu jkollha d-dritt li taċċessa u, jew titlob mingħand
kwalunkwe persuna, awtorità pubblika, aġenzija, korp jew entità
privata, informazzjoni inkluż data personali li tappartjeni lil
kwalunkwe applikant jew kwalunkwe parti terza, li hija limitata
għal limitu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dawn ir-
regolamenti jew xi liġi oħra applikabbli għall-funzjonijiet u d-
dmirijiet tal-Aġenzija, u għal dak li huwa neċessarju u proporzjonat
għall-objettivi mfittxija mill-Aġenzija.
(2) Meta tagħmel talba skont is-subartikolu (1), l-Aġenzija
għandha tipprovdi r-raġuni għal tali talba u l-funzjoni li qiegħda
tiġi eżerċitata mill-Aġenżija.
(3) Kwalunkwe data personali pproċessata mill-Aġenzija
għandha tikkonforma fl-intier tagħha mad-dispożizzjonijiet tar-
Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-
rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment
liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament
Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) u l-Att dwar il-Protezzjoni u
l-Privatezza tad-Data, inkluż ir-regolamenti magħmula taħtu u d-
drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data.
(4) Filwaqt li tieħu kont tan-natura, l-iskop, il-kuntest u r-
raġuni tal-ipproċessar, kif ukoll ir-riskji ta’ probabbiltà u severità li
tvarja tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, l-Aġenzija
għandha timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod
effettiv sabiex tiżgura livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskju.
(5) L-aċċess għad-data personali għandu jkun riżervat
esklussivament għall-uffiċjali debitament maħtura abbażi ta’
mekkaniżmu li jikkontrolla l-aċċess skont l-irwol u soġġett għall-
kunfidenzjalità u, jew l-obbligi ta’ segretezza professjonali, sabiex
jiġi evitat abbuż jew aċċess mhux skont il-liġi, jew l-iżvelar ta’
data personali.
(6) Għall-finijiet li jiġi żgurat u sabiex tiġi murija konformità
mal-prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali, l-Aġenzija
għandha timplimenta l-politiki xierqa dwar il-protezzjoni tad-data,
liema politiki għandhom jiġu riveduti perjodikament u aġġornati
fejn meħtieġ.
(7) L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data maħtur mill-Aġenzija
skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni
tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u
dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/
46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) għandu
jkun involut u debitament ikkonsultat u b’mod tempestiv dwar il-
kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni ta’ data personali
pproċessata għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u kwalunkwe
liġijiet oħra li huma applikabbli għall-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-
Aġenzija.
L-Aġenzija għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet
ta’ t-Titolu 2 tat-Taqsima III tal-Att u għandha tkun regolata
b’dawk id-dispożizzjonijiet.
L-Aġenzija għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet
tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi kemm-il darba ma jkunx
awtorizzat mod ieħor fil-Ftehim tal-Aġenzija.
L-operat tal-Aġenzija għandu jitwettaq skont Ftehim tal-
Aġenzija li għandu jiġi miftiehem bejn is-Segretarju Permanenti u
l-Aġenzija.
(1) dfgB’arranġament speċjali skont l-artikolu 26(2)(d),
f l i m k i e n m a l - a r t i k o l u 2 9 t al - A t t , l - A ġ e n z i j a g ħ a n d h a t k u n
immexxija minn Bord tad-Diretturi kompost minn ħames (5)
membri.
(2)
Id-Diretturi kollha għandhom ikunu Diretturi mhux
eżekuttivi li jkollhom vot wieħed kull wieħed.
(3)
Wieħed (1) mill-ħames (5) diretturi għandu jkun
Chairperson mhux eżekuttiv.
(4)
Id-Diretturi, inkluż iċ-Chairperson mhux eżekuttiv, li
għandu jkun maħtur minn fost id-Diretturi l-oħra, għandhom ikunu
maħtura mill-Ministru.
(5)
Il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal
perijodu li ma jkunx aktar minn tliet (3) snin. Kull membru jista’,
qabel l-għeluq tal-perijodu tal-kariga tiegħu, jirriżenja permezz ta’
ittra indirizzata lill-Ministru
Iżda l-membri tal-Bord jistgħu jitneħħew mill-kariga mill-
Ministru qabel ma jiskadi l-perijodu tal-kariga tagħhom meta, fil-
fehma tal-Ministru, ikunu nstabu ħatja ta’ mġiba ħażina jew meta, fil-
fehma tal-Ministru, ma jkunux kapaċi jaqdu d-dmirijiet tal-kariga
tagħhom.
(6)
Il-Ministru għandu jaħtar persuna bħala Segretarju tal-Bord.
(7) Ir-rimunerazzjoni mħallsa lill-membri tal-Bord għandha ssir
skont l-Att u l-linji gwida stabbiliti.
(1)
L-Aġenzija għandu jkollha Uffiċjal Kap Eżekuttiv
imsejjaħ bħala ‘Uffiċjal Kap Eżekuttiv, Immaniġġjar tal-Identità u
Servizzi Anċillari’ li jkun responsabbli għall-prestazzjoni, il-
funzjonijiet u d-dmirijiet tal-Aġenzija u li jkun responsabbli għat-
tmexxija ta’ kuljum tal-Aġenzija skont l-Att.
2020. (2)
L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandu jiġi maħtur mill-
Ministru.
(3) L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandu jkun responsabbli lejn il-
Bord u dan salv għas-setgħat mogħtija lill-Ministru, lis-Segretarju
Permanenti Ewlieni u s-Segretarju Permanenti, skont l-artikoli 28 u 29
tal-Att.
(4) L-Uffiċjali Kap Eżekuttiv jista’ jeżerċita dawk is-setgħat,
funzjonijiet u dmirijiet eżerċitati minn kwalunkwe uffiċjal taħt ir-
responsabbiltà tiegħu sakemm dawk is-setgħat, funzjonijiet u dmirijiet
huma f’termini ta’ liġi, vestiti esklussivament fl-imsemmi uffiċjal.
Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Aġenzija tvesti fl-
Uffiċjal Kap Eżekuttiv jew fi kwalunkwe uffiċjal ieħor tal-Aġenzija
maħtur minn żmien għal żmien mill-Ministru għal dan l-iskop.