Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali
Table of Provisions (9)
Statutory Text (9 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 595.12
ORDNI DWAR IT-TWAQQIF TAL-AĠENZIJA
DWAR IL-FOND GĦALL-IŻVILUPP NAZZJONALI
U SOĊJALI
6 ta’ Jannar, 2015
L-AVVIŻ LEGALI 2 tal-2015, kif emendat bl-Avviż Legali 440 tal-2020.
(1) It-titolu ta’ dan l-Ordni hu l-Ordni dwar it-Twaqqif tal-
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali.
(2) L-għan ta’ dan l-Ordni hu biex jimplimenta d-
dispożizzjonijiet tar-regolament 13(3) tar-Regolamenti dwar il-
Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta li fih
hu stabbilit li l-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali għandu
jkollu personalità ġuridika separata u jista’ ukoll jiġi
sussegwentement stabbilit bħala fondazzjoni, trust jew fil-forma ta’
persuna ġuridika oħra kif il-Ministru responsabbli għall-ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija jista’ jiddetermina.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali
ddetermina, skont is-setgħat mogħtija bl-imsemmi regolament
13(3) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali
tar-Repubblika ta’ Malta, li l-Fond jiġi stabbilit fil-forma ta’
Aġenzija tal-Gvern.
F’dan l-Ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"Aġenzija" tfisser l-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp
Nazzjonali u Soċjali;
"l-Att" tfisser l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika;
"Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija" tfisser il-Ftehim kif previst
fl-artikolu 8;
"il-Bord ta’ Gvernaturi" tfisser il-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond
kif stabbilit bl-artikolu 6;
"Fond" tfisser il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali
stabbilit bir-regolament tat-twaqqif;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għaċ-ċittadinanza;
"programm" tfisser il-programm tal-investitur individwali tar-
Repubblika ta’ Malta stabbilit taħt l-Att dwar iċ-Ċittadinanza
Maltija jew taħt ir-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur
Individwali tar-Repubblika ta’ Malta u l-applikanti li għamlu suċċess
taħt ir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi
Eċċezzjonali;
"regolament tat-twaqqif" tfisser ir-regolament 13 tar-
Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-
Repubblika ta’ Malta;
"Segretarju Permanenti" tfisser is-Segretarju Permanenti fil-
Ministeru responsabbli għaċ-ċittadinanza;
Għandu jkun hemm, skont u soġġetta għall-Att, Aġenzija li
tkun magħrufa bħala l-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp
Nazzjonali u Soċjali.
Fit-twettiq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija
għandha tirċievi mill-Aġenzija Identità Malta, mill-Aġenzija dwar il-
Programm tal-Investitur Individwali u mill-Aġenzija Community
Malta, dik il-perċentwali tal-ammonti ta’ flus li jitħallsu lill-Fond mid-
dħul ta’ flejjes li jiġu riċevuti mill-programm u tuża u tamministra
dawk l-ammonti ta’ flus fl-interess pubbliku inter alia għall-avvanz
tal-edukazzjoni, riċerka, innovazzjoni, għanijiet soċjali, ġustizzja u s-
saltna tad-dritt, inizjattivi tal-impjiegi, l-ambjent u s-saħħa pubblika,
inkluż, iżda mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal qabel
(a) biex tikkontribwixxi għal proġetti kbar ta’ importanza
nazzjonali;
(b) biex tassisti fi proġetti u inizjattivi fl-interess
pubbliku, fost affarijiet oħra billi tippromwovi u
tappoġġja t-tkattir tal-edukazzjoni, ir-riċerka, l-
innovazzjoni, il-ġustizzja u l-istat tad-dritt, ix-xogħol
u s-saħħa pubblika;
(ċ) biex tikkontribwixxi
għall-iżvilupp
ta’
servizzi
pubbliċi aħjar;
(d) biex tappoġġja l-intrapriżi u n-negozju fit-titjib tal-
kompetittività tagħhom;
(e) biex tippromwovi r-riċerka u l-iżvilupp f’materji li
jwasslu għall-interess pubbliku;
(f)
biex tgħin il-partijiet interessati biex iwettqu proġetti
soċjali, proġetti ta’ impjieg u edukattivi;
(g) biex tħeġġeġ inizjattivi li jappoġġjaw riformi u
governanza itjeb;
(h) biex tappoġġja miżuri għat-titjib tal-imparzjalità u tal-
effiċjenza fil-qasam tal-ġustizzja;
(i)
biex tħeġġeġ inizjattivi li jinkoraġġixxu l-ugwaljanza
bejn is-sessi, il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u r-
rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
(j)
biex tassisti inizjattivi li jipprovdu għall-ħtiġiet ta’
akkomodazzjoni soċjali tal-popolazzjoni u biex
jikkumbattu kontra l-esklużjoni soċjali;
(k) biex tisponsorja inizjattivi għat-titjib tas-saħħa
pubblika, il-kura fil-qasam tas-saħħa u l-kura tal-
anzjani; u
(l)
biex
twettaq
inizjattivi
għall-benefiċċju
tal-
ġenerazzjonijiet futuri.
(1) Il-kap amministrattiv tal-Aġenzija għandu jkun l-
Uffiċjal Kap Eżekuttiv li jkun legalment responsabbli għall-
amministrazzjoni tal-Aġenzija.
(2) L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ikollu r-rappreżentanza legali u
ġu ri di ka t al -A ġen zi ja f ’ dak k ol lu li g ħan du x’jaq sam ma l-
amministrazzjoni tal-Aġenzija inkluża kull ħaġa li għandha
x’taqsam mal-Fond, u f ’dan l-aħħar każ għandu jaġixxi taħt id-
direzzjoni tal-Bord ta’ Gvernaturi.
(3)
L-artikoli 28 u 29 tal-Att ma jgħoddux għall-Aġenzija.
(4) L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandu jitqies bħala l-kap tal-
Aġenzija għall-finijiet u għanijiet kollha tal-Att u ta’ kull liġi oħra
li tista’, minn żmien għal żmien, tirregola r-relazzjoni bejn il-
Ministru u, jew is-servizz pubbliku u entitajiet jew aġenziji
governattivi.
(1) Il-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond għandu jiġi stabbilit,
nominat u jkun kompost kif previst fis-subartikolu (4) u ma jkunx
taħt id-direzzjoni jew il-kontroll tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jew ta’
xi persuna oħra fir-rigward tal-mod kif għandu jiġi amministrat il-
Fond, il-proġetti u inizjattivi oħra li fihom il-Fond għandu jkun
involut u l-mod u l-firxa ta’ dak l-involviment.
(2) Il-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond għandu josserva d-
dispożizzjonijiet tar-regolament tat-twaqqif u għandu jiżgura l-
ogħla livell ta’ governanza tal-Fond f’konformità mar-regolament
tat-twaqqif.
(3) Il-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond għandu jiżgura li l-obbligi
kollha dwar ir-responsabbiltà u t-trasparenza li jirriżultaw mir-
regolament tat-twaqqif jiġu rigorożament osservati.
(4) Minkejja kwalunkwe liġi oħra, il-Fond għandu jkun
amministrat mill-Bord ta’ Gvernaturi li jikkonsisti f'seba' (7)
membri li wieħed minnhom għandu jkun il-President u l-ieħor
għandu jkun id-Deputat President li jkun maħtur mill-Kabinett tal-
Ministri
Iżda żewġ (2) membri tal-Bord tal-Gvernaturi għandhom
ikunu nominati mill-Ministru responsabbli għaċ-ċittadinanza.
(1) Għandu jitwaqqaf Bord Konsultattiv tal-Aġenzija li
jkun jikkonsisti f’erba’ membri maħtura mill-Ministru għal dak il-
perjodu u, jew għal dawk il-kompiti jew inkarigi speċifiċi kif il-
Ministru jista’, fl-istrument tan-nomina tagħhom, jordna.
(2) Il-Bord Konsultattiv ikun presjedut mill-Uffiċjal Kap
Eżekuttiv u jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 32 tal-
Att.
(1) Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 31
tal-Att, l-Aġenzija għandha topera skont dawk l-arranġamenti
finanzjarji li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu speċifikati fil-
Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija li jiġi ffirmat bejn l-Uffiċjal Kap
Eżekuttiv, bi qbil mal-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond, u s-Segretarju
Permanenti skont l-artikolu 30 tal-Att.
(2)
Il-Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija għandu, mingħajr
ħsara għall-indipendenza tal-Bord ta’ Gvernaturi kif previst fl-
artikolu 6, jirregola wkoll r-relazzjoni, il-komunikazzjoni, il-
konsultazzjoni u l-linji ta’ rappurtar li għandhom jiġu stabbiliti
bejn l-Aġenzija u l-Gvern.