Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali
Table of Provisions (10)
Statutory Text (10 Articles)
TWAQQIF TAL-AĠENZIJA TAL-GĦAJNUNA LEGALI
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 595.11
ORDNI DWAR IT-TWAQQIF TAL-AĠENZIJA
TAL-GĦAJNUNA LEGALI
28 ta’ Novembru, 2014
L-AVVIŻ LEGALI 414 tal-2014, kif emendat bl-Avviż Legali 34 tal-2016.
It-titolu ta’ dan l-Ordni hu l-Ordni dwar it-Twaqqif tal-
Aġenzija tal-Għajnuna Legali.
F’dan l-Ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"Aġenzija" tfisser l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali stabbilita
b’dan l-Ordni;
"Att" tfisser l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika;
"Ftehim tal-Aġenzija" tfisser il-Ftehim kif previst fl-artikolu 7;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja;
"Segretarju Permanenti" tfisser is-Segretarju Permanenti fil-
Ministeru responsabbli għall-ġustizzja.
Għandu jkun hemm Aġenzija, li tkun magħrufa bħala l-
Aġenzija tal-Għajnuna Legali jew bħala "Għajnuna Legali Malta".
(1)
L-Aġenzija jkollha l-funzjonijiet u dmirijiet li ġejjin
(a) li tipprovdi appoġġ amministrattiv fir-rigward tal-
ħidma tal-panels nominati mill-Ministru skont l-
artikolu 89(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili u fir-rigward tal-proċedura u
provvedimenti oħra li jinsabu fl-artikoli 89(2), 91, 92,
93, 94, 95 u 96 tal-imsemmi Kodiċi u fir-rigward tal-
proċeduri jew provvedimenti dwar l-għajnuna legali, l-
avukati għal għajnuna legali u kuratuti kif, minn żmien
għal żmien, jista’ jiġi previst f’xi liġi;
(b) li tipprovdi appoġġ amministrattiv fir-rigward ta’ kull
ħaġa li għandha x’taqsam man-nomina ta’ avukati għal
għajnuna legali fil-qrati ta’ ġurisdizzjoni kriminali taħt
il-Kodiċi Kriminali jew kull liġi oħra;
(ċ) li tipprovdi appoġġ amministrattiv fir-rigward ta’ kull
ħaġa li għandha x’taqsam man-nomina ta’ avukati għal
għajnuna legali fi proċeduri dwar l-adozzjoni jew il-
kustodja jew proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’
minuri f’xi qorti oħra;
(d) li tipprovdi appoġġ amministrattiv fir-rigward ta’
talbiet għall-benefiċċju sabiex wieħed iħarrek jew
jiddefendi ruħu bil-benefiċċju ta’ għajnuna legali
skont it-Titolu X tat-Tielet Ktieb tat-Taqsima III tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jew
skont kull liġi oħra li tista’, minn żmien għal żmien,
tirregola dawn il-materji;
TWAQQIF TAL-AĠENZIJA TAL-GĦAJNUNA LEGALI
(e) li tipprovdi appoġġ amministrattiv fir-rigward ta’
talbiet għall-benefiċċju sabiex wieħed iħarrek jew
jiddefendi ruħu bil-benefiċċju ta’ għajnuna legali
f’tilwim transkonfini kif imfisser fit-Titolu XA tat-
Tielet Ktieb tat-Taqsima III tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jew skont kull liġi
oħra li tista’, minn żmien għal żmien, tirregola dawn
il-materji;
(f)
li twettaq studji u taħtar gruppi jew kumitati ta’ ħidma
sabiex is-sistema tal-għajnuna legali tiġi mtejba u
riformata kif ikun meħtieġ minn żmien għal żmien;
(g) li torganizza dak it-taħriġ jew diskussjonijiet fuq
materji li jirrigwardaw l-għajnuna legali kif jista’ jiġi
deċiż minn żmien għal żmien;
(h) li twettaq monitoraġġ kontinwu fuq kif qed titħaddem
is-sistema tal-għajnuna legali;
(i)
b’mod ġenerali biex taġixxi bħala aġenzija għall-għoti
u r-riforma tal-għajnuna legali jew forom oħra ta’
assistenza legali kif jista’ jkun previst f’xi liġi,
regolament jew kif jista’ jiġi ordnat b’xi provvediment
amministrattiv sanzjonat bil-miktub mill-Ministru.
(2) Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-Aġenzija għandhom
jitwettqu b’mod koordinat mal-Avukat għal Għajnuna Legali u, fil-
każ ta’ għajnuna legali li għandha x’taqsam ma’ tilwim
transkonfini, mal-persuna jew awtorità li tista’, minn żmien għal
żmien, tkun l-awtorità kompetenti għal dawn l-għanijiet.
Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja għandu jkun il-
Ministru responsabbli għall-Aġenzija.
L-Aġenzija tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu
2 t a t - Ta q s i m a I I I t a l - A t t u t k u n r e g o l a t a b ’ d a w k i d -
dispożizzjonijiet.
L-Aġenzija għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet
tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi kemm-il darba ma jkunx
awtorizzat mod ieħor fil-Ftehim tal-Aġenzija.
L-operat tal-Aġenzija għandu jitwettaq skont Ftehim tal-
Aġenzija li għandu jiġi miftiehem bejn is-Segretarju Permanenti u
l-Aġenzija.
L-Aġenzija għandha tkun immexxija mill-Avukat għal
Għajnuna Legali li għandu jwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet
kollha tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Aġenzija kif stipulat fl-
Att.