Legislator Case Law & Legislation
sl_595.1 MT

Ordni dwar Direttivi u Linji Gwida (Applikazzjoni għall-Entitajiet tal-Gvern)

3 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (3 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.1 — Ordni dwar Direttivi u Linji Gwida (Applikazzjoni għall-Entitajiet tal-Gvern)

DIRETTIVI U LINJI GWIDA

(APPLIKAZZJONI GĦALL-ENTITAJIET TAL-GVERN)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 595.01

ORDNI DWAR DIRETTIVI U LINJI GWIDA

(APPLIKAZZJONI GĦALL-ENTITAJIET

TAL-GVERN)

2 ta’ Frar, 2010

L-AVVIŻ LEGALI 64 tal-2010.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.1 — Ordni dwar Direttivi u Linji Gwida (Applikazzjoni għall-Entitajiet tal-Gvern)

It-titolu ta’ dan l-Ordni hu l-Ordni dwar Direttivi u Linji

Gwida (Applikazzjoni għall-Entitajiet tal-Gvern).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.1 — Ordni dwar Direttivi u Linji Gwida (Applikazzjoni għall-Entitajiet tal-Gvern)

(1) L-artikolu 38 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni

Pubblika, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att prinċipali",

għandu jgħodd għall-entitajiet tal-Gvern bħallikieku kull riferenza

għal aġenziji tal-Gvern fl-imsemmi artikolu kienet riferenza għal

entitajiet tal-Gvern.

(2) F’entità tal-Gvern l-obbligu ta’ ħarsien ta’ direttivi kif

stabbilit fl-artikolu 38(2) tal-Att prinċipali għandu japplika wkoll

għall-membri tal-bord tad-diretturi jew korp ieħor tat-tmexxija, u

għal kull persuna li taqdi rwol ekwivalenti għal dak ta’ Uffiċjal

Eżekuttiv Ewlieni.

(3) Kull direttiva maħruġa lil entità tal-Gvern skont dan l-ordni

m’għandhiex ikollha effett jekk, u safejn, tiġi f ’konflitt mad-

dispożizzjonijiet ta’ xi liġi li tirregola l-entità.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →