Regolamenti dwar Reġistru għal Impiegi Part-Time
Table of Provisions (9)
Statutory Text (9 Articles)
REĠISTRU GĦAL IMPIEGI PART-TIME
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 594.20
REGOLAMENTI DWAR REĠISTRU
GĦAL IMPJIEGI PART-TIME
1 ta’ Jannar, 2008
L-AVVIŻ LEGALI 354 tal-2007, kif emendat bl-Att XXVII tal-2016.
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar
Reġistru għal Impjiegi Part-Time.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom l-għan li jikkontribwixxu
għall-organizzazzjoni flessibbli tal-ħin tax-xogħol filwaqt li jqisu l-
ħtiġiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem.
Dawn ir-regolamenti japplikaw għal persuni li qegħdin
ifittxu impjieg part-time u li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-
xogħol ma’ Jobsplus.
(1)
F’dawn ir-regolamenti
"l-Att" tfisser l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ;
"Impjieg part-time" tfisser impjieg fejn is-sigħat ta’ xogħol
normali, kif kalkulati fuq bażi ta’ ġimgħa jew fuq medja mifruxa
fuq perjodu ta’ impjieg sa sena, jammontaw għal anqas mis-sigħat
ta’ xogħol normali ta’ impjieg full-time komparabbli u li hu distint
minn impjieg full-time b’sigħat imnaqqsa;
"impjieg prinċipali" tfisser dak l-impjieg li għalih jitħallsu l-
kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), it-
termini u l-kondizzjonijiet użati f ’dawn ir-regolamenti għandu,
sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor, ikollhom it-tifsira
mogħtija lilhom fl-Att.
(1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjoni tal-artikolu
11 tal-Att, ir-Reġistru għandu jkun jikkonsisti fit-Tielet Taqsima A
għal persuni li jkunu qegħdin jaħdmu bi qligħ u li jkunu qegħdin
ifittxu impjieg full-time alternattiv; fit-Tielet Taqsima B għar-
reġ ist ra zzjo ni t a’ st ud ent i li j ku nu qe għ di n i f it tx u im pj ieg
temporanju.
(2) It-Tielet Taqsima Ċ għar-reġistrazzjoni ta’ persuni li jkunu
qegħdin ifittxu impjieg part-time. It-Tielet Taqsima Ċ tar-reġistru
għandha tkun tikkonsisti f’żewġ taqsimiet
(a) it-Tielet Taqsima Ċ1 għal dawk il-persuni qiegħda li
jkunu qegħdin ifittxu impjieg part-time bħala x-xogħol
prinċipali tagħhom; u
(b) it-Tielet Taqsima Ċ2 għal dawk il-persuni li jkunu
qegħdin ifittxu impjieg part-time u li diġà jkollhom
impjieg ieħor part-time jew full-time bi qligħ.
Persuni li jirreġistraw fit-Tielet Taqsima Ċ1 tar-Reġistru
REĠISTRU GĦAL IMPIEGI PART-TIME
jistgħu jirreġistraw f’partijiet oħra tar-reġistru.
Persuni li jkunu reġistrati fl-Ewwel Taqsima u li ma jkunux
reġistrati fit-Tielet Taqsima Ċ1 ta’ dak ir-reġistru, jistgħu ma
jkunux offruti impjieg part-time.
(1) Meta toffri impjieg part-time, il-Korporazzjoni
għandha tagħti preferenza lil dawk il-persuni li jkunu reġistrati fit-
Tielet Taqsima Ċ1 qabel dawk reġistrati fit-Tielet Taqsima 2 tar-
Reġistru.
(2) Meta toffri impjieg full-time lil xi persuna, il-Korporazzjoni
għandha tagħti preferenza lil dawk il-persuni reġistrati fl-Ewwel
Taqsima qabel dawk reġistrati fit-Tieni u fit-Tielet Taqsima tar-
Reġistru.
(1) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 13(2) tal-Att, jekk
persuni jkunu reġistrati fl-Ewwel Taqsima u fit-Tielet Taqsima Ċ1
u dawn jirrifjutaw mingħajr ebda raġuni tajba biżżejjed l-impjieg
offrut, huma għandhom jitilfu l-prijorità li jerġgħu jiġu offruti
xogħol ieħor
(a) mill-Ewwel Taqsima biss jekk huma jirrifjutaw
impjieg full-time; u
(b) mit-Tielet Taqsima Ċ1 biss jekk huma jirrifjutaw
impjieg part-time.
(2) Dawk il-persuni għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bil-
miktub.