Legislator Case Law & Legislation
sl_594.19 MT

Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

17 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (17)

Statutory Text (17 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 594.19

REGOLAMENTI DWAR SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ

FIS-SNAJJA’

1 ta’ Ottubru, 1997

L-AVVIŻ LEGALI 73 tal-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 180 tal-

1999, 5 tal-2000, 238 tal-2001, 108 u 274 tal-2003, 367 tal-2004, 214 tal-

2005 u 424 tal-2007; u bl-Att XXVII tal-2016 u XXIX tal-2019.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

(1) It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar

Skema ta’ Taħriġ Estiż fis-Snajja’.

(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jitqiesu li bdew iseħħu u

jkunu japplikaw dwar persuni li għamlu ftehim ta’ apprendistat f’xi

waħda mis-snajja’ murija fl-Iskeda mis-Sena Skolastika 1997/1998.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

(Regolament 3)

1. Snajja’ fl-Inġinerija Mekkanika u Snajja’ li jagħmlu

magħha

Fitter mekkaniku, Fitter fil-Manutenzjoni ta’ Impjant,

P l u m b e r, B o d y R e p a i re r t a l - Ve t t u r i ( i n k l u ż s p r a y

finishing), Mekkanik tal-Vetturi bil-Mutur, Elettriċista ta’

Vetturi bil-Mutur, Welder/Burner, Sheetmetal Worker

2. Snajja’ ta’ Mastrudaxxa

Mastrudaxxa (inkluż spray finishing u tapezzirija)

3. Snajja’ ta’ Inġinerija Elettrika

Fitter fil-Manutenzjoni Elettrika, Installatur Elettriku,

Fitter għas-Servicing Elettroniku, Power Cable Jointer,

Linesman

4. Artiġjanat

Ċeramista, Ġojjellier, Skultur fl-Injam, Skultur fil-Ġebel,

Artiġjan tal-Metall, Disinjatur Grafiku, Manifattur ta’

Ħġieġ Kulurit

5. Snajja’ tal-Biedja

Ortikolturist, Stockman

6. Snajja’ tal-Bini

Lavrant, Naġġar, Bennej tal-Ħitan, Madumier, Kaħħal

7. Snajja’ ta’ Stampar

Stampatur Pre-Press, Stampatur

Offset,

Stampatur

Letterpress, Print Finisher

8. Snajja’ ta’ Servizzi Personali

Parrukkier

9. Snajja’ ta’ Ospitalitità

Assistent Kok/Xogħol fil-Kċina, Assistent Wejter,

A t t e n d e n t f i l - K m a m a r, P u r t i e r f ’ L o k a l / O p e r a t u r

Telefoniku, Assistent Store Keeper

10. Sengħa tal-Ħjata

Ħajjat.

SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’

11. Basic Heritage Skills Craftsman

12. Motor Vehicle Mechanic (Marine)

13. Motor Vehicle Mechanic (Electrical)

14. Stained Glass Craftsman

15. Beauty Therapist

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

F’dawn ir-regolamenti kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx xort’oħra -

"btajjel pubbliċi" tfisser il-jiem dikjarati għal dak iż-żmien bħala

btajjel pubbliċi taħt l-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel

Pubbliċi oħra;

"Chief Executive" tfisser iċ-chief executive ta’ Jobsplus, u

tinkludi lil kull uffiċjal tal-Korporazzjoni debitament awtorizzat

mill-istess Chief Executive biex jaġixxi minfloku;

"Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni" tfisser id-Direttur Ġenerali

responsabbli għall-edukazzjoni u tinkludi kull uffiċjal tad-

Dipartiment tal-Edukazzjoni awtorizzat kif imiss mill-imsemmi

Direttur Ġenerali biex jaġixxi minfloku;

"fażi ta’ taħriġ" tfisser il-perijodu ta’ taħriġ magħmul minn

apprendist f ’ċentru ta’ taħriġ jew fi stabbiliment approvati

għaldaqstant mill-Korporazzjoni;

"Korporazzjoni" tfisser Jobsplus mwaqqfa bl-artikolu 5 tal-Att

dwar is-Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ;

"skola tas-snajja’" tfisser skola skont l-Att dwar l-Edukazzjoni,

fejn sengħa waħda jew iktar kif approvat mill-Ministru

responsabbli għall-edukazzjoni jkunu mgħallma matul il-ġurnata u

fuq bażi full-time.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

(a) Applikant li jkun jixtieq jagħmel apprendistat f’xi

wieħed mill-korsijiet elenkati fil-partiti 1, 2 u 3 tal-

Iskeda irid ikun temm jew

(i)

sentejn skolastiċi konsekuttivi fi skola tas-

snajja’ fil-Kors Edukattiv fit-Teknoloġija, u jkun

għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti;

jew

(ii) il-ħames sena ta’ Edukazzjoni f’Livell

Sekondarju u jkun għadda mill-assessments/

eżamijiet stabbiliti; jew

(iii) kors ta’ erba’ snin skolastiċi konsekuttivi fi

skola tas-snajja’, u jkun għadda l-eżami finali

SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’

b’Distinzjoni jew bi Kreditu;

jew ikollu fil-pussess tiegħu wieħed minn dawn iċ-

Ċertifikati City & Guilds li ġejjin

(i)

Kors Ġenerali fl-Inġinerija (mhux inqas minn

tliet komponenti);

(ii) Servicing Elettroniku I Parti;

(iii) Stallazzjoni Elettrika I Parti.

(b) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat fi snajja’

tal-biedja jrid ikun temm kors bażiku ta’ sentejn fl-

Iskola tal-Biedja Danny Cremona, Qormi, jew fl-Iskola

tal-Biedja u Bini Kelinu Galea, Xewkija, Għawdex, u

jkun għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti.

(ċ) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat fi snajja’

tal-bini jrid ikun temm kors bażiku ta’ sentejn fl-Iskola

tal-Bini Ġerolamo Cassar, Floriana, jew fl-Iskola tal-

Biedja u Bini Kelinu Galea, Xewkija, Għawdex, u jkun

għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti, jew irid

ikun temm il-ħames sena ta’ Edukazzjoni f ’Livell

Sekondarju.

(d) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat f’sengħa

ta’ artiġjanat irid ikun temm kors bażiku ta’ sentejn fl-

Iskola tal-Artiġjanat Salvatore Dimech, Mosta, u jkun

għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti, jew irid

ikun temm il-ħames sena ta’ Edukazzjoni f ’Livell

Sekondarju u jkollu fil-pussess tiegħu S.E.C. fil-

Komunikazzjoni bl-Arti jew Grafika.

(e) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat f’sengħa

ta’ catering u f ’xi sengħa oħra ta’ ospitalità jrid ikun

jew temm il-ħames sena ta’ Edukazzjoni f ’Livell

Sekondarju u jkollu fil-pussess tiegħu S.E.C. fil-Home

Economics, jew irid ikun temm is-sentejn konsekuttivi

tal-Kors Edukattiv (B) fit-Teknoloġija u jkun għadda

mill-assessments/eżamijiet stabbiliti.

(f) Applikant li jkun jixtieq isegwi apprendistat fil-ħjata

jrid jew ikun temm il-ħames sena ta’ Edukazzjoni

f ’Livell Sekondarju u jkollu fil-pussess tiegħu S.E.C.

fin- Needlecraft jew irid ikun temm is-sentejn

konsekuttivi tal-Kors Edukattiv (B) fit-Teknoloġija, u

jkun għadda mill-assessments/eżamijiet stabbiliti.

(g) Applikant li jkun jixtieq li jsegwi apprendistat fil-

hairdressing jew stampar irid ikun temm il-ħames sena

ta’ Edukazzjoni f ’Livell Sekondarju u jkollu fil-

pussess tiegħu School Leaving Certificate tajjeb.

(h) Ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet mingħand studenti

li jkunu diġà segwew skema ta’ apprendistat.

(i) L-applikanti jistgħu jenħtieġu joqogħdu għal test u/jew

intervista sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ profiċjenza

tagħhom qabel ma dawn jiġu aċċettati biex jidħlu fl-

Iskema.

(j) Ebda persuna ma tista’ taghmel ftehim ta’ apprendistat

f ’xi waħda mis-snajja’ imsemmija f ’din l-Iskema

kemm-il darba ma’ tkunx ġiet eżentata mid-Direttur

Ġenerali tal-Edukazzjoni mill-ħtiġiet imsemmija fil-

paragrafi (a) sa (i).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

(1) Il-perijodu ta’ apprendistat ma għandux ikun ta’ inqas

minn sentejn u iktar minn erba’ snin.

(2) Fil-każ ta’ apprendisti li jkunu jixtiequ isegwu apprendistat

fis-sengħa Mekkanika, Elettrika, ta’ Mastrudaxxa jew Artiġjanat,

huma jkunu meħtieġa jattendu għal programm b’firxa wiesgħa li

jdum sena.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

Prinċipal li jdaħħal apprendist taħt din l-Iskema jkun

obbligat li jgħallem u li jagħti faċilitajiet biex jitgħallem skont

dawk l-iskedi ta’ xogħol li jiġu stabbiliti mid-Direttur Ġenerali tal-

Edukazzjoni jew miċ-Chief Executive minn żmien għal żmien dwar

xi sengħa partikolari.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

Matul l-apprendistat kull apprendist ikun meħtieġ jattendi

fi stabbiliment edukattiv approvat mid-Direttur Ġenerali tal-

Edukazzjoni fejn ikun jista’ jikseb konoxxenza teorika f’dawk il-

ġranet jew matul dawk il-perijodi li d-Direttur Ġenerali tal-

Edukazzjoni u ċ-Chief Executive tal-Korporazzjoni jistgħu

jistabbilixxu, u l-prinċipal għandu jippermetti lill-apprendist

jattendi kif meħtieġ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

Il-prinċipal għandu jipprovdi lill-apprendist b’taħriġ skont

is-sengħa li l-apprendist ikun ġie imqabbad fiha. Iċ-Chief Executive

tal-Korporazzjoni jew id-Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni jistgħu

jeħtieġu lill-prinċipal li minn żmien għal żmien jagħtihom rapporti

tal-progress tal-apprendist u jistgħu jeħtieġu lill-apprendist li

jagħmel dawk it-testijiet li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiġi

aċċertat li jkun kiseb progress adegwat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

Is-sigħat ta’ xogħol ta’ apprendisti ma jkunux iżjed mis-

sigħat normali tax-xogħol applikabbli għall-istabbiliment tal-

prinċipal skont id-disposizzjonijiet tal-Att dwar l-Impiegi u r-

Relazzjonijiet Industrijali

Iżda prinċipal jista’ jqabbad lil apprendist fuq xogħol bis-

sahra bl-approvazzjoni bil-miktub li tinkiseb bil-quddiem

mingħand iċ- Chief Executive li jista’, fl-għoti ta’ dik l-

approvazzjoni, jimponi dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.

Ir-rati ta’ rimunerazzjoni għal xogħol bis-sahra jkunu dawk

speċifikati fl-Ordni li Jirregola l-Pagi applikabbli għall-

istabbiliment

Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom

ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar l-

Impieg ta’ Żgħażagħ, fil-każ ta’ apprendisti li jkollhom bejn il-

ħmistax u t-tmintax-il sena.

SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

(1) Apprendist taħt din l-Iskema jkollu jedd għal għotja ta’

manteniment u ta’ paga kif ġej

(a) matul l-ewwel sena fl-apprendistat -

(i)

għotja ta’ €326.11 li titħallas għal darba waħda

biss biex tkopri l-ispejjeż li jkollhom x’jaqsmu

max-xiri ta’ taghmir edukattiv,

(ii) għotja ta’ manteniment fissa ta’ €93.17 fix-xahar

li tkun disponibbli matul is-sena akkademika, u

(iii) €232.94 fix-xahar, barra mis-sena akademika,

għal dawk l-apprendisti li jipparteċipaw f’taħriġ

fuq

post

tax-xogħol,

approvat

mill-

Korporazzjoni;

(b) matul it-tieni sena tal-apprendistat -

(i)

l-apprendisti li jattendu l-istituzzjoni edukattiva

kuljum huma eliġibbli għal paragrafu (a)(ii) u

(iii) hawn qabel imsemmija; filwaqt li

(ii) l-apprendisti li ma jattendux l-istituzzjoni

edukattiva kuljum huma eliġibbli għal dan li

gej -

għotja ta’ manteniment ta’ €93.17 fix-xahar

għal tnax-il xahar li titħallas mill-Gvern, u

paga ta’ €2,492.43 fis-sena li titħallas mill-

prinċipal;

(ċ) waqt it-tielet sena tal-apprendistat -

(i)

għotja ta’ manteniment ta’ €93.17 fix-xahar għal

tnax-il xahar li titħallas mill-Gvern, u

(ii) paga ta’ €2,608.90 fis-sena li titħallas mill-

prinċipal;

(d) waqt ir-raba’ sena tal-apprendistat -

paga ta’ €3,843.47 fis-sena li titħallas mill-

prinċipal.

(2) Il-paga li titħallas mill-prinċipal għandha

titħallas

f’imtervalli regolari skont il-prattika tal-istabbiliment.

(3) Mis-sena tal-apprendistat meta l-apprendisti jibdew

jipparteċipaw f’taħriġ fuq post tax-xogħol, ikollhom jedd għal nofs

il-bonus statutorju li jitħallas skont l-artikolu 23 tal-Att dwar l-

Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Il-bonus jitħallas mill-

prinċipal.

(4) Ir-regolamenti 11, 12, 13 u 14 għandhom japplikaw mis-

sena tal-apprendistat li l-apprendisti jibdew jipparteċipaw f’taħriġ

fuq post tax-xogħol.

(5)

Jitħallsu għotjiet ta’ manteniment lil apprendisti li -

(a) huma ċittadini ta’ Malta li mill-inqas ikollhom ġenitur

wieħed li jkun ċittadin Malti,

(b) kienu joqogħdu f’Malta għal perijodu ta’ mhux anqas

minn ħames snin minn meta jibdew l-apprendistat.

(6)

(a) L-apprendisti tal-ewwel sena li l-program ta’ taħriġ

tagħhom jitlob li jattendu għal taħriġ prattiku waqt it-

tieni sena tal-apprendistat, ma jkollhomx jedd għall-

għotja ta’ manteniment marbuta maż-żmien ta’ barra l-

perjodu tas-sena akkademika, sakemm ma jattendux

għal taħriġ prattiku fi stabbiliment approvat mill-

Korporazzjoni.

(b) L-istess prinċipju japplika għal dawk l-apprendisti tat-

tieni sena li l-programm ta’ taħriġ tagħhom jitlob li

jibdew it-taħriġ prattiku tagħhom fuq il-post tax-

xogħol, mit-tielet sena tal-apprendistat.

(7) L-apprendisti li jassentu ruħhom mit-taħriġ teoriku fi skola

jkollhom l-għotja ta’ manteniment tagħhom mnaqqsa skont hekk.

(8) L-apprendisti li jassentu ruħhom mit-taħriġ prattiku

jkollhom il-paga tagħhom mnaqqsa mill-prinċipal tagħhom skont

hekk.

(9) L-apprendisti li jkunu meħtieġa jirrepetu xi sena mill-

apprendistat tagħhom, ma jkollhomx jedd għall-għotja ta’

manteniment matul is-sena li jkunu qegħdin jirrepetu. Madankollu,

ikollhom jedd għall-paga li tinħareġ mill-prinċipal sakemm huma

jattendu għat-taħriġ prattiku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

L-apprendisti għandhom jedd għall-festi nazzjonali b’paga

sħiħa u għall-vaganzi pubbliċi kollha b’paga sħiħa u għal ġranet

tax-xogħol li jingħataw bħala leave ta’ vaganza li jridu jiġu

kkalkolati kif ġej

jumejn ta’ mistrieħ għal kull għoxrin ġurnata

attendenza fl-istabbiliment tal-prinċipal, akkumulati

mill-apprendist bħala taħriġ fuq il-post tax-xogħol;

il-prinċipal ma għandux jagħti dawk il-ġranet ta’ leave

f’xi ġurnata li matulha l-apprendist ikun meħtieġ

jattendi

f’istituzzjoni

edukattiva

skont

id-

disposizzjonijiet tar-regolament 6.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

Apprendist ikollu jedd għal ħmistax-il jum tax-xogħol

leave għal mard b’paga sħiħa u ħmistax-il jum tax-xogħol ieħor

b’nofs paga f’kull sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għal mard

li għalih jista’ jkollu jedd skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, hekk

iżda li għandu jingħata lill-prinċipal ċertifikat mediku li jiċċertifika

inkapaċità għax-xogħol matul iż-żmien ta’ assenza, iżda l-prinċipal

jista’ jibgħat lit-tabib tiegħu biex jeżamina lill-apprendist.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

Apprendist jingħata jumejn leave bi ħlas fil-każ tal-mewt

ta’ xi ħadd minn dawn li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-missier

(jew il-persuna li matul dak iż-żmien kienet qed taġixxi bħala omm

jew missier, skont il-każ), iben, bint, ħu jew oħt l-apprendist.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

L-apprendisti jingħataw tliet ijiem tax-xoghol vaganza

b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

Apprendist ikollu jedd għal leave għal korriment ta’ sena

b’paga sħiħa nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għall-

korriment li l-apprendist jista’ jkollu jedd għalih taht l-Att dwar is-

Sigurtà Soċjali, jekk huwa jkorri filwaqt li huwa jkun qiegħed

attwalment iwettaq dmirijietu f ’post tax-xogħol u l-korriment ma

SKEMA TA’ TAĦRIĠ ESTIŻ FIS-SNAJJA’

jkunx dovut għal xi negliġenza kontributorja jew għal xi

kontravvenzjoni ta’ regoli ta’ sigurezza stipulati mill-management.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 594.19 — Regolamenti dwar Skema ta' Taħriġ Estiż fis-Snajja

(1) L-apprendisti għandhom isegwu dawk il-korsijiet ta’

studju u joqoghdu għal dawk l-eżamijiet skont kif stipulat fl-Iskeda

tal-Kors.

(2) Dawk l-apprendisti li jeħlu minn xi wieħed sew mill-

eżamijiet annwali sew mit-testijiet prattiċi annwali għal sentejn

konsekuttivi, ikollhom l-apprendistat tagħhom terminat.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →