Legislator Case Law & Legislation
sl_552.2 MT

Regolamenti dwar Offroading minn Vetturi bil-Mutur

6 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (6)

Statutory Text (6 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.2 — Regolamenti dwar Offroading minn Vetturi bil-Mutur

OFFROADING MINN VETTURI BIL-MUTUR

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 552.02

REGOLAMENTI DWAR OFFROADING

MINN VETTURI BIL-MUTUR

25 ta’ Novembru, 1997

L-AVVIŻ LEGALI 196 tal-1997, kif emendat bl-Avviżi Legali 426 tal-

2007 u 74 tal-2013.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.2 — Regolamenti dwar Offroading minn Vetturi bil-Mutur

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti

hu

r-Regolamenti

Offroading minn Vetturi bil-Mutur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.2 — Regolamenti dwar Offroading minn Vetturi bil-Mutur

F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma

teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent;

"avveniment ta’ offroading" tfisser kull għamla ta’ taħriġ, tiġrija

jew rally tat-tip offroading b’vettura bil-mutur li jkun organizzat

minn xi persuna, jew minn soċjetà jew korp ta’ persuni;

"l-awtorità kompetenti" tfisser l-Awtorità tal-Ippjanar;

"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għall-ħarsien tal-ambjent

fi ħdan l-awtorità kompetenti, jew ir-rappreżentant delegat tiegħu;

"inġenji tal-invalidi" tfisser kull vettura bil-mutur li tkun

iddisinjata u mibnija apposta, jew addattata tajjeb, għall-użu ta’

persuna li tkun tbati minn xi difett jew mankament fiżiku u li

tintuża biss minn dik il-persuna;

"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ambjent;

"offroading" tfisser kull tip ta’ sewqan, manuvrar jew ipparkjar

b’vettura bil-mutur mhux fit-triq, ħlief għall-finijiet ta’ biedja,

manutenzjoni ta’ servizzi jew xogħlijiet pubbliċi jew iż-żamma tal-

liġi u bonordni;

"offroading site" tfisser kull post li salv kull awtorizzazzjoni,

permess jew liċenza oħra meħtieġa skond il-liġi, ikollu l-

awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Awtorità Kompetenti biex jintuża għall-

offroading;

"persuna" tinkludi kull persuna jew korp ta’ persuni li jaġixxu

sew individwalment, sew skond l-istruzzjonijiet ta’ xi prinċipal, sid

jew proprjetarju bi skop ta’ avveniment sportiv;

"triq" tfisser kull triq, sqaq, misraħ, jew post ieħor pubbliku li

minnu jgħaddi t-traffiku ta’ vetturi bil-mutur;

"vettura bil-mutur" tfisser vettura mħaddma b’qawwa mekkanika

jew bi kwalunkwe mezz, iżda teskludi inġenji tal-invalidi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.2 — Regolamenti dwar Offroading minn Vetturi bil-Mutur

(1) Ebda persuna ma tista’ ssuq vettura bil-mutur, tieħu

sehem jew torganizza offroading jew avveniment ta’ offroading

ħlief f ’lokalità li tkun indikata bħala offroading site b’sinjali

approvati skond ir-Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-

Marki tal-Karreġġata.

(2)

Sabiex ikun jista’ jsir avveniment ta’ offroading minn xi

OFFROADING MINN VETTURI BIL-MUTUR

persuna, jew minn soċjetà jew korp ta’ persuni, ikun meħtieġ

permess li jinħareġ mid-Direttur lil dik il-persuna, soċjetà jew korp

ta’ persuni li fih jiġu indikati żmien limitat u post definit.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.2 — Regolamenti dwar Offroading minn Vetturi bil-Mutur

(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet kollha tal-Ordinanza

dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi

Persuni, ħadd ma jista’ juża jew iġiegħel lil persuna oħra tuża

vettura bil-mutur għal offroading kemm-il darba, għall-użu tal-

vettura għal offroading minnu jew minn dik il-persuna l-oħra,

skond il-każ, ma tkunx isseħħ polza ta’ assigurazzjoni dwar ir-

riskji ta’ terzi persuni li tkun tkopri wkoll kull tip jew avveniment

ta’ offroading.

(2) L-organizzatur ta’ avveniment ta’ offroading għandu jiżgura li

l-avvenimenti kollha li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-

regolamenti jkunu assigurati b’mod adatt u adegwat sabiex ikopru kull

ħsara waħdanija jew rikorrenti kkaġunata lil proprjetà ta’ terzi persuni,

diżabilità lil persuni jew mewt li tirriżulta mill-attivitajiet imwettqa

mill-organizzatur skont dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.2 — Regolamenti dwar Offroading minn Vetturi bil-Mutur

(1)

Kull persuna -

(a) li tonqos li tosserva xi disposizzjoni ta’ dawn ir-

regolamenti jew ta’ xi ordni oħra leġittimament

mogħtija bis-saħħa ta’ xi disposizzjoni ta’ dawn ir-

regolamenti; jew

(b) li tikser xi restrizzjoni, projbizzjoni jew ħtieġa imposta

minn jew bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti; jew

(ċ) li taġixxi bi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dawn ir-

regolamenti; jew

(d) li tiftiehem jew tipprova tiftiehem, tgħin jew tipprova

tgħin, tħajjar jew tipprova tħajjar, tagħti parir jew

tipprova tagħti parir, tqabbad jew tipprova tqabbad lil

xi persuna oħra biex tikser id-disposizzjonijiet ta’

dawn ir-regolamenti, jew biex tonqos milli

tikkonforma ma’ xi waħda minn dawn id-

disposizzjonijiet, inklużi xi ordni leġittimament

mogħtija bis-saħħa ta’ xi disposizzjoni ta’ dawn ir-

regolamenti, jew biex tikser xi restrizzjoni,

projbizzjoni jew ħtieġa imposti minn dawn ir-

regolamenti jew bis-saħħa tagħhom,

tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti.

(2) Kull persuna li tagħmel, jew tipprova tagħmel, reat kontra

dawn ir-regolamenti teħel, meta tinsab ħatja

(a) fil-każ ta’ l-ewwel reat, multa ta’ mhux anqas minn

mija u sittax-il euro u sebgħa u erbgħin ċenteżmu

(€116.47) iżda mhux aktar minn elf u mija u erbgħa u

sittin euro u disgħa u sittin ċenteżmu (€1,164.69);

(b) fil-każ tat-tieni jew għal kull reat ieħor sussegwenti,

multa ta’ mhux anqas minn mitejn u tnejn u tletin euro

u erbgħa u disgħin ċenteżmu (€232.94) iżda mhux

aktar minn elfejn u tliet mija u disgħa u għoxrin euro u

sebgħa u tletin `ente\mu (€2,329.37) jew priġunerija

OFFROADING MINN VETTURI BIL-MUTUR

għal żmien ta’ mhux aktar minn sentejn, jew dik il-

multa u priġunerija flimkien

B’dan illi l-Qorti tista’, flimkien mal-piena mogħtija,

tordna lill-persuna li tinsab ħatja ta’ reat taħt dawn ir-regolamenti

biex tħallas l-ispejjeż li jkun għamel id-Direttur minħabba fil-ksur

ta’ dawn ir-regolamenti, kif ukoll ir-revoka tal-permess li jkun

inħareġ mid-Direttur

B’dan ukoll li kull persuna li tippermetti li jsir reat kontra

dawn ir-regolamenti b’vettura bil-mutur li tkun reġistrata f’isimha,

għandha wkoll titqies li tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-

regolamenti.

(3) Id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 23 u tal-artikolu 30(1) tal-

Kodiċi Kriminali għandhom mutatis mutandis japplikaw fil-

proċedimenti rigward reati kontra dawn ir-regolamenti, b’dan illi l-

iskwalifika milli persuna jkollha jew tikseb, għal dak iż-żmien illi l-

qorti jidhrilha xieraq, xi permess li jinħareġ mid-Direttur, m’għandha

f’ebda każ tkun għal anqas minn sena.

(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 370 tal-Kodiċi

Kriminali, proċedimenti dwar reat bi ksur ta’ dawn ir-regolamenti

huma ta’ kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew tal-Qorti

tal-Maġistrati (Għawdex), skond il-każ, u għandhom ikunu skond

id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali li jirregolaw il-proċedura

quddiem dawk il-qrati bħala qrati ta’ ġudikatura kriminali.

(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, l-Avukat

Ġenerali dejjem ikollu l-jedd li jagħmel appell quddiem il-Qorti ta’

l-Appell Kriminali minn kull deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-

Maġistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) dwar

proċedimenti rigward reati bi ksur ta’ dawn ir-regolamenti.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →