Legislator Case Law & Legislation
sl_550.1 MT

Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel

6 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (6)

Statutory Text (6 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 550.1 — Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel

PROVVISTA TAL-IKEL FL-ISKEJJEL

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 550.01

REGOLAMENTI DWAR IL-PROVVISTA

TAL-IKEL FL-ISKEJJEL

10 ta’ Awwissu, 2018

L-AVVIŻ LEGALI 266 tal-2018, kif emendat bl-Att XXIX tal-2019.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 550.1 — Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar

il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 550.1 — Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’oħra

''Att'' tfisser l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja

Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx;

"ikel" għandu jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-Att

dwar is-Sigurtà fl-Ikel;

"ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem" għandu

jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha fir-Regolamenti dwar Ilma

Maħsub għall-Konsum mill-Bniedem;

"Kunsill Konsultattiv" tfisser il-Kunsill Konsultattiv

dwar Stili ta’ Ħajja Sana stabbilit bl-artikolu 4 tal-Att;

"skola" għadu jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-Att

dwar l-Edukazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 550.1 — Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel

(1)

Fl-iskejjel, l-uniku ikel li jista’ jiġi offrut għall-

bejgħ, jinbiegħ jew b’xi mod jiġi offrut mill-amministrazzjoni tal-

iskejjel, huwa dak li jissodisfa r-rekwiżiti kif deskritti fil-kriterji

maħruġa mill-Kunsill Konsultattiv.

(2)

L-iskejjel

(a)

għandhom jimplimentaw programm għall-

promozzjoni tal-konsum ta’ ikel li huwa tajjeb għas-saħħa, li

għandu jiġi stabbilit skont il-kriterji maħruġa mill-Kunsill

Konsultattiv;

(b)

ma għandhom jippermettu l-ebda reklamar ta’,

jew jaċċettaw sponsorizzazzjonijiet minn prodotti tal-ikel li

mhumiex permessi skont il-kriterji maħruġa mill-Kunsill

Konsultattiv.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 550.1 — Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel

L-iskejjel għandhom jiżguraw li jpoġġu

għad-

dispożizzjoni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 550.1 — Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel

(1)

Meta s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jkollu

tassew għaliex jaħseb li persuna tkun ikkommettiet reat kontra dawn

ir-Regolamenti, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jagħti lil

PROVVISTA TAL-IKEL FL-ISKEJJEL

dik il-persuna avviż bil-miktub fejn tiddeskrivi r-reat lil dik il-persuna

li tkun qiegħda tiġi akkużata u tindika l-passi li għandhom jittieħdu

sabiex jiġi rimedjat dak ir-reat u għandhom jitħallsu penali

amministrattivi ta' mitt euro (€100) fi żmien ħmistax-il jum mid-data

tal-avviż

Iżda s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jista’ joħroġ

avviż ta’ twissija minflok il-multa amministrattiva, u dan skont kif

provdut fl-artikolu 12 tal-Att dwar is-Saħħa Pubblika.

(2)

F'każ li persuna tikkommetti reat kontra dawn ir-

regolamenti għat-tieni darba u kull darba oħra sussegwenti, il-penali

jistgħu jiżdiedu għal mhux aktar minn elfejn u ħames mitt euro

(€2,500).

(3)

F'każ li persuna tikkommetti reat kontra dawn ir-

regolamenti għat-tieni darba u kull darba oħra sussegwenti, jew ma

titħallasx il-multa amministrattiva fiż-żmien stipulat, is-Suprintendent

tas-Saħħa Pubblika għandu l-jedd li jistitwixxi proċedimenti kontra

persuna għal ksur ta' dawn ir-regolamenti kif provdut permezz tal-

artikolu 9 tal-Att

Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet tal-artikolu 376(1)(b)

tal-Kodiċi Kriminali, il-qorti għandha, fuq talba tal-prosekuzzjoni jew

tal-akkużat, tniżżel ix-xhieda mogħtija bil-mod provdut jew fl-artikolu

390(6) tal-imsemmi Kodiċi jew f’xi liġi oħra.

(4)

F’kull proċediment jew prosekuzzjoni skont l-Att, jew

dawn ir-regolamenti, kopja ta’ kull ordni, avviż, deċiżjoni jew

dokument ieħor li juri li jkun sar skont l-Att jew dawn ir-regolamenti,

u li juri li jkun ġie ffirmat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika

għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-ordni, avviż, deċiżjoni jew

dokument ieħor, u tal-fatti li jidhru fiha, mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda

prova oħra.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →