Regolamenti dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart (Biphenyls Poliklorinati u Terphenyls Poliklorinati)
Table of Provisions (21)
Statutory Text (21 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 549.28
REGOLAMENTI DWAR L-IMMANIĠĠJAR
TAL-ISKART (BIPHENYLS POLIKLORINATI
U TERPHENYLS POLIKLORINATI)
28 ta’ Ġunju, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 166 tal-2002, kif emendat bl-Avviżi Legali 426 tal-
2007 u 356 tal-2013.
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar
l-Immaniġġjar tal-Iskart (Biphenyls Poliklorinati u Terphenyls
Poliklorinati).
(2) Dawn ir-regolamenti jipprovdu miżuri, proċeduri u gwida
addizzjonali flimkien ma’ dawk tar-Regolamenti dwar l-Iskart,
dwar id-disponiment ikkontrollat ta’ Biphenyls Poliklorinati u
Terphenyls Poliklorinati, hawn iżjed ’il quddiem kollettivament
imsejjħa bħala PCBs, id-dekontarninazzjoni jew id-disponiment ta’
apparat li jkun fih il-PCBs u, jew id-disponiment ta’ PCBs użati
sabiex dawn jiġu eliminati kompletament.
(1) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma tkunx teħtieġ xorta oħra
"apparat li jkun fih PCBs" tfisser kull apparat li jkun fih jew li xi
darba kien fih il-PCBs (bħal transformers, capacitors, reċipjenti li
xi darba kien fihom ħażiniet residwi) u li ma jkunux ġew
dekontaminati
"awtorità kompetenti" tfisser l-Awtorità għall-Ambjent u r-
Riżorsi kif preskritta bl-Ordni dwar in-Nomina ta’ Awtorità
Kompetenti, u tali korp ieħor jew persuna li l-Ministru responsabbli
għall-ambjent jista’ b’ordni fil-Gazzetta jippreskrivi u korpijiet jew
persuni differenti jistgħu jkunu ddisinjati bħala awtorità
kompetenti għal disposizzjonijiet differenti u skopijiet differenti ta’
dawn ir-regolamenti;
"dekontaminazzjoni" tfisser l-operazzjonijiet kollha li
jippermettu li apparat, oġġetti, materjali jew fluwidi kontaminati
bil-PCBs li ser jerġgħu jkunu wżati, riċiklati jew meqruda taħt
kondizzjonijiet żguri, u li jistgħu jinkludu rimpjazzament, jiġifieri
l-operazzjonijiet kollha li fihom il-PCBs jkunu mibdula ma’
fluwidi tajbin ii ma jkunx fihom PCBs;
"disponiment" tfisser l-operazzjonijiet D8, D9, D10, D12
(f’ħażna taħt l-art żgura u fonda fi formazzjonijiet ta’ blat niexef u
biss għal apparat li jkun fih PCBs u PCBs użati li ma jistgħux ikunu
dekontaminati) u D15 li hemm provdut dwarha fl-Iskeda 4 tar-
Regolamenti dwar l-Iskart,;
"impriża awtorizzata" tfisser impriża li għandha permess validu
taħt ir-Regolamenti dwar l-Iskart,;
"PCBs" tfisser
(a) biphenyls polikiorinati,
(b) terphenyls poliklorinati,
(ċ) Monomethyl-tetrachiorodiphenyl
methane,
Monomethyl-dichioro-diphenyl methane, Monomethy
1-dibromo-diphenyl methane,
(d) kull taħlita li jkun fiha xi sustanza minn dawk hawn
qabel imsemmija f’total ta’ aktar minn 0.005% bil-piż;
Iżda apparat ta’ xi tip li jista’ jkun fih PCBs għandu jkun
ittrattat bħallikieku jkun fih il-PCBs sakemm ma jkunx raġonevoli
li wieħed jassumi l-kuntrarju;
"PCBs użati" tfisser dawk il-PCBs li jkunu skart fl-iskop tar-
Regolamenti dwar l-Iskart,;
"pussessur" tfisser kull persuna li jkollha fil-pussess tagħha
PCBs, PCBs użati u, jew apparat ii jkun fih il-PCBs.
(2) Il-frażjiet l-oħra kollha jkollhom l-istess tifsir bħal dak
lilhom mogħti fir-Regolamenti dwar l-Iskart,.
Mingħajr preġudizzju għal regolamenti oħra u għal xi
ftehim internazzjonali li Malta tkun parti fih, il-pussessuri ta’ PCBs
użati u, jew apparat ieħor li jkun fih il-PCBs għandhom jiżguraw li
l-PCBs użati jkunu meqruda u li l-PCBs u apparat li jkun fih il-
2010. PCBs ikunu dekontaminati jew meqruda mill-aktar fis possibbli,
imma mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, 2010.
(1) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi inventarju
ta’ l-apparat b’volum ta’ PCBs akbar minn 5 dm 3 .
(2) Il-pussessuri kollha ta’ apparat li jkun fih volumi ta’ PCB
akbar minn 5 dm 3 għandhom jissottomettu lill-awtorità kompetenti
l-informazzjoni dettaljata fis-subregolament (3) sa mhux aktar tard
minn tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti
Iżda fil-każ ta’ power capacitors, il-limitu ta’ 5 dm 3
jiftiehem bħala li jinkludi l-elementi separati kollha ta’ sett
kombinat.
(3) Il-pussessur għandu jiżgura li l-apparat li dwaru jkun
raġonevoli li wieħed jassumi li l-fluwidi jkun fihom bejn 0.05% u
0.005% bil-piż ta’ PCBs ikun inkluż fl-inventarju mingħajr it-
tagħrif meħtieġ, u għandu jkun ittikkettjat bħala "kontaminat bil-
PCBs; 0.05%";
Iżda tali apparat għandu jkun madankollu dekontaminat jew
meqrud skond dawn ir-regolamenti.
(4)
L-inventarju għandu jkun jikkomprendi dan li ġej
(a) l-isem u l-indirizz tal-pussessuri,
(b) il-post fejn ikun qiegħed l-apparat u deskrizzjoni
tiegħu,
(ċ) il-kwantità ta’ PCBs li jkun hemm fl-apparat,
(d) id-dati u t-tipi ta’ trattament jew rimpjazzament
imwettqa jew ippjanati, u
(e) id-dati tad-dikjarazzjoni.
(5) Il-pussessur ta’ apparat imniżżel fl-inventarju għandu
jgħarraf lill-awtorità kompetenti b’kull tibdil f’dan ir-rigward.
(6) L-awtorità kompetenti
għandha
żżomm
l-inventarju
aġġornat fuq bażi regolari.
Pussessuri ta’ apparat suġġett għar-regolament 4(1)
għandhom jiżguraw li dan l-apparat ikun ittikkettjat skond l-Iskeda
1. Huma għandhom iwaħħlu tikketta simili fuq il-bibien ta’ kull
post fejn ikun allokat tali apparat.
(1) Kull impriża mdaħħla fid-dekontaminazzjoni u, jew
fid-disponiment ta’ PCBs, PCBs użati u, jew apparat li jkun fih il-
PCBs għandu jkollha permess validu skond ir-Regolamenti dwar l-
Iskart
Iżda meta tintuża l-inċinerazzjoni għad-disponiment,
għandhom japplikaw ir-Regolamenti dwar l-Inċinerazzjoni tal-
Iskart fir-rigward tal-Emissjonijiet Industrijali
Iżda wkoll l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta metodi oħra
ta’ disponiment ta’ PCBs, PCBs użati u, jew apparat li jkun fih il-
PCBs jekk dawn ikunu jiksbu standards ta’ nuqqas ta’ periklu
għall-ambjent ekwivalenti u jkunu jwettqu l-kondizzjonijiet tekniċi
li huma msemmija bħala l-aħjar teknika disponibbli.
(2) L-awtorità kompetenti għandha sew individwalment sew
flimkien mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra tieħu l-
miżuri neċessarji biex tiżgura li stallazzjonijiet għad-disponiment,
dekontaminazzjoni u ħżin sigur ta’ PCBs, PCBs użati u, jew
apparat li jkun fih il-PCBs jiġu żviluppati, jekk ikun il-każ u
meqjus l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (EC) Nru. 1013/2006 tal-
Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar
vjaġġi ta’ skart u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4(4) tal-Iskeda 5
tar-Regolamenti dwar l-Iskart.
(1) Kull persuna li taċċetta li twettaq id-disponiment ta’
PCBs għandha żżomm reġistri tal-kwantità, l-oriġini, x-xorta u l-
kontenut ta’ PCBs u ta’ PCBs użati mwassla lilha u tqiegħed din l-
informazzjoni għad-disposizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, lill-
awtoritajiet lokali u lill-pubbliku ġenerali, meta din titlobha.
(2) Kull persuna li taċċetta li twettaq id-disponiment ta’ PCBs
għandha toħroġ riċevuta, li tkun tispeċifika x-xorta u l-kwantità
tagħha lill-pussessuri li jwasslulha PCBs użati.
L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-kwantitajiet
ta’ PCBs u l-apparat li jkun fih il-PCBs li jkunu ġew notifikati
lilha.
Dan li ġej huwa pprojbit
(a) is-separazzjoni ta’ PCBs minn sustanzi oħra bl-iskop li
jerġgħu jintużaw dawk il-PCBs;
(b) l-ittoppjar ta’ transformers bil-PCBs;
(ċ) l-inċinerazzjoni tal-PCBs u, jew PCBs użati fuq il-
bastimenti;
(d) ir-rimi ta’ radam ta’ PCBs u apparat li jkun fih il-
PCBs.
Kull pussessur għandu jiżgura li sa dak iż-żmien li fih
transformers jiġu dekontaminati, imwarrba mis-servizz u, jew
m e q r u d a s k o n d d a w n i r- r e g o l a m e n t i , i l - m a n u t e n z j o n i t a ’
transformers li jkun fihom il-PCBs għandha tkompli biss jekk l-
iskop ikun li jiġi żgurat li l-PCBs li jkun fihom ikunu konformi ma’
standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi rigwardanti l-kwalità
dielettrika u sakemm it-transformers ikunu f’kondizzjoni tajba ta’
servizz u ma jkunux joqtru.
(1) Kull pussessur li jkun suġġett għal inventarju skond ir-
regolament 4(1) għandu jiżgura li PCBs u apparat li jkun fih il-
PCBs jiġu trasferiti lil impriżi awtorizzati mill-iktar fis possibbli.
(2) Il-pussessur għandu jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa
biex jevita kull riskju ta’ ħruq u jżomm il-materjal bogħod minn
kull prodott li jieħu n-nar qabel ma’ PCBs, PCBs użati u, jew
apparat li jkun fih il-PCBs jittieħdu minn impriża awtorizzata.
Fejn ikun prattikament raġonevoli, pussessuri ta’ apparat li
jkun fih il-PCBs li ma jkunx suġġett għar-regolament 4(1) u li jkun
apparat parti minn xi biċċa oħra ta’ apparat, għandhom ineħħu u
jiġbru separatament l-apparat li jkun fih il-PCBs, meta l-apparat l-
ieħor jitneħħa mis-servizz, ikun riċiklat jew meqrud.
Pussessuri ta’ transformers li jkun fihom iktar minn 0.05%
bil-piż ta’ PCBs għandhom jiddekontaminaw dan l-apparat skond
il-kondizzjonijiet li ġejjin
(a) l-iskop tad-dekontaminazzjoni jkun li jitnaqqas il-
livell għal inqas minn 0.05% bil-piż u, jekk possibbli,
għal mhux iktar minn 0.005% bil-piż;
(b) il-fluwidu rimpjazzanti li ma jkunx fih PCBs ikun
jeħtieġ bilwisq inqas riskji;
(`)
il-fluwidu rimpjazzanti ma għandux jikkomprometti d-
disponiment sussegwenti tal-PCBs;
(d) l-ittikkettjar
tat-transformer
wara
d-
dekontaminazzjoni għandu jkun
irrimpjazzat
bl-
ittikkettjar speċifikat fl-Iskeda.
Pussessuri ta’ transformers li l-fluwidi tagħhom ikun
fihom bejn 0.05% u 0.005% bil-piż ta’ PCBs għandhom jew
jiddekontaminaw dan l-apparat kif stipulat fir-regolament 13(b) sa
(d) jew inkella jiddisponu minnu fl-aħħar tas-servizz utli tagħhom.
(1) L-awtorità kompetenti titlob li standards ewropej EN
12766-1 u EN 12766-2 u l-verżjonijiet aġġornati sussegwenti
għandhom jiġu applikati bħala l-metodi ta’ referenza għad-
determinazzjoni tal-PCBs fi prodotti tal-petroleum u taż-żjut użati.
(2) L-awtorità kompetenti għandha titlob li l-istandard
ewropew IEC 61619 u l-verżjonijiet aġġornati sussegwenti għandu
jiġi applikat bħala l-metodu ta’ referenza għad-determinazzjoni tal-
PCBs f’likwidi ta’ iżolament.
L-awtorità kompetenti għandha tħejji
(a) pjanti għad-dekontaminaz-zjoni u, jew disponiment ta’
apparat li jkun fuq l-inventarju u l-PCBs li jkun hemm
fihom; u
(b) linji kontorni għall-ġbir u l-eventwali disponiment ta’
apparat li jkun bla ħsara għall-inventarju skont ir-
regolament 4(1), kif imsemmi fir-regolament 12.
Persuna tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti
(a) tonqos milli tħares xi disposizzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti jew ta’ xi ordni leġittimament mogħtija
skond xi disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti; jew
(b) tikser xi restrizzjoni, projbizzjoni jew ħtieġa imposta
minn jew taħt dawn ir-regolamenti; jew
(ċ) taġixxi bi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti; jew
(d) tassoċja ruħha jew tittanta tassoċja ruħha ma’ xi
persuna, jew tgħin, jew tħajjar, lil xi persuna oħra
b’liema mezz ikun, inkluż ir-reklamar, l-għoti ta’
pariri jew il-ħlas ta’ flus biex tikser id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew biex
tonqos milli tħares xi disposizzjoni tagħhom, inkluża
kull ordni mogħtija leġittimament skond xi
disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, jew biex tikser
xi restrizzjoni, projbizzjoni jew ħtieġa imposta minn
jew taħt dawn ir-regolamenti.
Min jagħmel reat kontra dawn ir-regolamenti jista’, meta
jinsab ħati, jeħel
(a) meta jinsab ħati għall-ewwel darba, multa ta’ mhux
anqas minn elf u mija u erbgħa u sittin euro u disgħa u
sittin ċenteżmu (€1,164.69) iżda mhux iżjed minn
elfejn u tliet mija u disgħa u għoxrin euro u sebgħa u
tletin ċenteżmu (€2,329.37);
(b) meta jinsab ħati għat-tieni darba jew aktar drabi, multa
ta’ mhux anqas minn elfejn u tliet mija u disgħa u
għoxrin euro u sebgħa u tletin ċenteżmu (€2,329.37)
iżda mhux iżjed minn erbat elef u sitt mija u tmienja u
ħamsin euro u ħamsa u sebgħin ċenteżmu (€4,658.75),
jew għal priġunerija għal żmien mhux iżjed minn
sentejn, jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien
Iżda kull meta persuna tinsab ħatja li tkun għamlet xi reat
taħt dawn ir-regolamenti permezz ta’ xi vettura, is-sid ta’ dik il-
vettura, fejn ikun japplika, jkun responsabbli bl-istess mod u fl-
istess grad
Iżda wkoll il-qorti għandha tordna lil kull min ikun insab
ħati li għamel reat kontra dawn ir-regolamenti li jħallas dawk l-
ispejjeż li l-awtorità kompetenti tkun għamlet u li huma msemmija
f ’dawn ir-regolamenti bħala riżultat ta’ dak ir-reat, ir-revoka tal-
permess maħruġ mill-awtorità kompetenti u l-konflska tal-corpus
delicti, inkluża l-vettura, jekk dan ikun japplika.
(1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 23 u 30(1) tal-Kodiċi
Kriminali għandhom, mutatis mutandis , japplikaw għal
proċedimenti dwar reati kontra dawn ir-regolamenti, b’dan illi l-
iskwalifika milli persuna jkollha jew tikseb liċenza, permess jew
awtorità ma għandha f’ebda każ tkun għal inqas minn sena.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 370 tal-Kodiċi
Kriminali, il-proċedimenti dwar reat kontra dawn ir-regolamenti
għandhom isiru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), skond ma jista’ jkun il-każ, u
għandhom ikunu skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali li
jirregolaw il-proċeduri quddiem dawk il-qrati bħala qrati ta’
ġudikatura kriminali.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, l-Avukat
Ġenerali għandu dejjem ikollu dritt ta’ appell quddiem il-Qorti ta’
Appell Kriminali minn kull sentenza mogħtija mill-Qorti tal-
Maġistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) dwar
proċedimenti għal xi reat kontra dawn ir-regolamenti.
L-Iskeda għal dawn ir-regolamenti qiegħda tkun
i p p u b b l i k a t a b i l - l i n g w a I n g l i ża f i t - t e s t I n g l i ż t a ’ d a w n i r-
regolamenti.