Legislator Case Law & Legislation
sl_549.179 MT

Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

9 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (9)

Statutory Text (9 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR SELVAĠĠI

(DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦALL-ISTAĠUN

TAL-INSIB FIL-ĦARIFA TAL-2025 GĦALL-MALVIZZ U L-

PLUVIERA)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 549.179

REGOLAMENTI DWAR IL-KONSERVAZZJONI TAL-

GĦASAFAR SELVAĠĠI (DIKJARAZZJONI DWAR

DEROGA GĦALL-ISTAĠUN TAL-INSIB FIL-ĦARIFA

TAL-2025 GĦALL-MALVIZZ U L-PLUVIERA)

18 ta’ Ottubru, 2025

L-AVVIŻ LEGALI 252 tal-2025.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar

il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga

għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera) u

dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw flimkien mar-Regolamenti

dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Qafas biex tiġi

permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun fil-Ħarifa għall-Insib tal-Malvizz u

l-Pluviera).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

(1)

Għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti u fil-kuntest

tat-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-

konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, hawnhekk aktar ’il quddiem

imsejħa d-"Direttiva tal-Għasafar", peress li, f’Malta, il-Pluviera u l-

Malvizz ma jbejtux fis-selvaġġ u lanqas fil-magħluq, il-Ministru

qiegħed hawn jaċċerta li ma hemmx soluzzjoni oħra sodisfaċenti għall-

akkwist ta’ eżemplari ħajjin minn dawn iż-żewġ (2) speċi ħlief

permezz tal-insib b’użu tal-mansab bħala l-aktar metodu selettiv ta’

qbid* *2 , f’numri żgħar, u sakemm huwa assolutament neċessarju

sabiex jiżdied l-ammont limitat ta’ dawn l-għasafar ħajjin fil-magħluq

sabiex jintużaw bħala għajjat u taħrik waqt staġuni miftuħa tal-kaċċa.

(2)

Għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti u fil-kuntest tat-tifsira

tal-Artikolu

tad-Direttiva

tal-Għasafar,

il-Ministru

ħa

inkonsiderazzjoni l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-Pluviera u l-

Malvizz kemm fuq livell Ewropew ("Stable" u "Moderate Increase"

rispettivament) kif ukoll fuq livell tal-Unjoni Ewropea ("Secure"), kif

ukoll ħa inkunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni tagħhom tal-IUCN bħala

"Least Concern"* †3 .

** 2 Rapport dwar is-selettività u d-daqs tal-malju u kif jitħaddem mansab kien

ippreżentat mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi lill-Kumitat

Ornis fil-31 ta’ Lulju 2019 (inkluż bħala Anness A mal-minuti tal-Kumitat tal-istess

laqgħa) u huwa disponibbli fuq is-sit: https://wbru.gov.mt/wp-content/uploads/2024/

03/oMinThirtstJul19.pdf.

*

† 3 Ir-rapport datat Awwissu 2025 dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-Pluviera

(Pluvialis apricaria) u l-Malvizz (Turdus philomelos), ġie ppreżentat lill-Kumitat

Ornis fis-6 ta’ Ottubru 2025 u huwa disponibbli fuq is-sit: https://wbru.gov.mt/rizorsi/

rapporti-u-statistika/rapporti-ohra/.

KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR SELVAĠĠI

(DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦALL-ISTAĠUN

TAL-INSIB FIL-ĦARIFA TAL-2025 GĦALL-MALVIZZ U L-

PLUVIERA)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

It-termini u l-frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti,

kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra, għandu

jkollhom l-istess tifsira kif mogħti lilhom fir-Regolamenti dwar il-

Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi, hawn aktar ’il quddiem imsejħa

r-"Regolamenti dwar l-Għasafar Selvaġġi" u fir-Regolamenti dwar il-

Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Qafas biex tiġi permessa

Deroga li Tiftaħ l-Istaġun fil-Ħarifa għall-Insib tal-Malvizz u l-

Pluviera).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-Pluviera u l-

Malvizz huma kklassifikati bħala għasafar tal-passa li ma jbejtux

f’Malta u li jikkwalifikaw bħala għasafar kaċċabbli taħt id-Direttiva

tal-Għasafar (MT: Anness IIB). F’dan il-kuntest, il-ħtieġa ta’ "numri

żgħar" fl-iskop tal-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Għasafar,

għandha tinftiehem bħala "kampjun fl-ordni ta’ 1% tal-mortalità totali

annwali tal-popolazzjoni inkwistjoni". Għall-finijiet ta’ dawn ir-

regolamenti, "popolazzjoni inkwistjoni" għandha tinftiehem, fir-

rigward ta’ dawn l-għasafar migratorji, bħala l-popolazzjoni ta’ dawk

ir-reġjuni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea minn fejn jiġu l-

maġġoranza tal-eżemplari li jgħaddu mir-reġjun li jkun applika d-

deroga waqt il-perjodu li tkun ġiet applikata, jiġifieri, il-Finlandja u l-

Iżvezja fil-każ tal-Pluviera (Wetlands International, 2009) u l-

Bulgarija, l-Ungerija, r-Rumanija u l-Slovakkja fil-każ tal-Malvizz

(Cramp et al, 1988; Spina & Volponi, 2008), kif dettaljat fir-rapport

dwar l-istat ta’ konservazzjoni ta’ dawn iż-żewġ (2) speċi li ġie

ppreżentat lil u approvat mill-Kumitat Ornis*** 3 .

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

Il-1% tal-mortalità totali annwali tal-popolazzjoni ta’

referenza ta’ Malta tal-Pluviera u l-Malvizz għandha tiġi kkalkulata kif

ġej

Pluviera (Pluvialis apricaria altifrons)

Suċċess minimu ta’ tnissil: 3.64 frieħ kull par (172,089 x 3.64)

= 626,404

Rata ta’ mortalità tal-frieħ fl-ewwel sena (626,404 x 53.33%) =

334,061

Rata ta’ mortalità tal-għasafar adulti (344,178 x 27%) = 92,928

Mortalità totali annwali (334,061 + 92,928) = 426,989

1% tal-mortalità totali annwali (426,989 x 1%) = 4,270

Malvizz (Turdus philomelos)

Suċċess minimu ta’ tnissil: 4 frieħ kull par (664,306 x 4) =

2,657,225

KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR SELVAĠĠI

(DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦALL-ISTAĠUN

TAL-INSIB FIL-ĦARIFA TAL-2025 GĦALL-MALVIZZ U L-

PLUVIERA)

Rata ta’ mortalità tal-frieħ fl-ewwel sena: (2,657,225 x 56%) =

1,488,046

Rata ta’ mortalità tal-għasafar adulti: (1,328,612 x 43.3%) =

575,289

Mortalità totali annwali: (1,488,046 + 575,289) = 2,063,335

1% tal-mortalità totali annwali: (2,063,335 x 1%) = 20,633

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

Għall-finijiet li jiġi mwaqqaf l-istaġun tal-insib tal-

għasafar selvaġġi fil-Ħarifa skont is-subparagrafi (ii) u (iii) tar-raba’

proviso għar-regolament 10(6) tar-Regolamenti dwar l-Għasafar

Selvaġġi, u għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, l-istaġun għall-insib

tal-Malvizz u l-Pluviera għas-sena 2025, hawn aktar ’il quddiem

imsejjaħ "l-istaġun għall-insib fil-Ħarifa", għandu jkun f’dawn id-dati

li ġejjin

(a)

l-insib għall-Malvizz mill-20 ta’ Ottubru 2025 sal-

31 ta’ Diċembru 2025, iż-żewġ dati inklużi; u

(b)

l-insib għall-Pluviera mill-1 ta’ Novembru 2025

sal-10 ta’ Jannar 2026, iż-żewġ dati inklużi

Iżda d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ma

għandhomx jibqgħu fis-seħħ u l-ebda attività ta’ insib ma għandha

tkun permessa fil-każ li l-Ministru jordna, b’avviż fil-Gazzetta jew bi

kwalunkwe avviż ieħor, li l-istaġun tal-insib fil-Ħarifa għandu jieqaf

b’mod immedjat jew f’data stabbilita mill-Ministru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, l-istaġun tal-insib

fil-Ħarifa għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar

il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Qafas biex tiġi permessa

Deroga li Tiftaħ l-Istaġun fil-Ħarifa għall-Insib tal-Malvizz u l-

Pluviera).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.179 — Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2025 għall-Malvizz u l-Pluviera)

Il-liċenzja għall-insib fil-Ħarifa, li għandha tinħareġ mal-

ħlas ta’ dritt nominali ta’ ħamsa u ħamsin euro (€55), għandha

tistabbilixxi l-kwota komplessiva staġjonali għall-istaġun tal-insib fil-

Ħarifa ta’ ħamest elef (5,000) għall-Malvizz, ekwivalenti għal 0.242%

tal-mortalità totali annwali tal-popolazzjoni inkwistjoni, u ta’ seba’

mija (700) għall-Pluviera, ekwivalenti għal 0.164% tal-mortalità totali

annwali tal-popolazzjoni inkwistjoni, bħala l-għadd totali ta’ għasafar

li jistgħu jinqabdu permezz tal-insib taħt l-awtorità tal-liċenzji kollha

maħruġa meħudin flimkien.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →