Legislator Case Law & Legislation
sl_549.178 MT

Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

12 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (12)

Statutory Text (12 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

MANIĠĠAR TA’ SKART (SKART TA’ BATTERIJI)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 549.178

REGOLAMENTI DWAR MANIĠĠAR TA’ SKART

(SKART TA’ BATTERIJI)

14 ta’ Ottubru, 2025

L-AVVIŻ LEGALI 232 tal-2025.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

(1)

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti

dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji).

(2)

L-għan ta’ dawn ir-regolamenti huwa sabiex

jimplimentaw ir-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VIII tar-

Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-

12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-

Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-

Direttiva 2006/66/KE.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

(regolament 4)

DIKJARAZZJONI TA’ MANDAT BIL-MIKTUB

Isem tal-Produttur

Indirizz

b’dan jaħtar

Isem tal-persuna ġuridika jew fiżika stabbilita f’Malta

Indirizz

, bħala r-rappreżentant awtorizzat tal-produttur f’Malta skont ir-

regolament 4.

Isem tal-persuna ġuridika jew fiżika stabbilita f’Malta

hawnhekk jirrappreżenta u jwettaq ir-responsabbiltajiet tar-

rappreżentant awtorizzat f’Malta għal

Isem tal-Produttur

, skont ir-Regolamenti dwar Maniġġjar ta’ Skart (Skart ta’

Batteriji) (A.L. 232 tal-2025).

Dan il-mandat, iffirmat miż-żewg partijiet, jibda mid-data tal-

iffirmar sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, u għandu jintemm

ladarba xi waħda mill-partijiet tinforma lill-awtorità kompetenti

f’Malta li timmaniġġa r-reġistru nazzjonali li dan il-mandat ġie

terminat.

Min-naħa l-waħda,

Isem tal-Produttur

Firma

Data

MANIĠĠAR TA’ SKART (SKART TA’ BATTERIJI)

Min-naħa l-oħra,

Isem tar-Rappreżentant Awtorizzat

Firma

Data

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent;

"Awtorità" jew "awtorità kompetenti" tfisser l-Awtorità

għall-Ambjent u r-Riżorsi kif imwaqqfa bl-artikolu 6 tal-Att;

"produttur" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha

fl-Artikolu 3(47)(d) tar-Regolament (UE) 2023/1542;

"Regolament (UE) 2023/1542" tfisser Regolament (UE)

2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju

2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-

Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li

jħassar id-Direttiva 2006/66/KE.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

L-Awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti

responsabbli għall-implimentazzjoni tal-obbligi stabilliti fil-Kapitolu

VIII tal-Regolament (UE) 2023/1542.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

Produttur għandu jaħtar rappreżentant awtorizzat għar-

responsabbiltà estiża tal-produttur għall-batteriji mibjugħa għall-utenti

aħħarija f’Malta. Tali ħatra għandha ssir b’mandat bil-miktub permezz

ta’ dikjarazzjoni kif elenkat fl-Iskeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

(1)

Kull produttur li jipparteċipa f’organizzazzjoni ta’

responsabbilità ta’ produttur awtorizzata għandu jħallas dritt annwali

mhux rimborsibbli ta’ għaxar euro (€10) sabiex ikun reġistrat mal-

Awtorità.

(2)

Produtturi awtokonformi għandhom iħallsu d-dritt

stabbilit fil-Kategorija 1.44 tal-Ewwel Skeda li tinsab mar-

Regolamenti dwar il-Permessi Ambjentali (Proċedura tal-

MANIĠĠAR TA’ SKART (SKART TA’ BATTERIJI)

Applikazzjonijiet u d-Deċiżjoni Tagħhom), li tinkludi kemm l-

awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2023/1542

kif ukoll ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE)

2023/1542.

(3)

Ir-reġistru tal-produtturi għandu jinżamm mill-Awtorità u

magħmul disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

L-Awtorità tista’ taħtar espert indipendenti sabiex

iwettaq il-verifika stipulata fl-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE)

2023/1542 għas-spejjeż tal-applikant.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

(1)

Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu

58 tar-Regolament (UE) 2023/1542 u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni

skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2023/1542 għandhom

jikkostitwixxu proċedura unika.

(2)

Meta r-rekwiżiti tal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE)

2023/1542 ma jkunux sodisfatti, il-produttur għandu jiġi avżat mill-

Awtorità li hija meħtieġa l-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni ta’

responsabbilità ta’ produttur awtorizzata għall-batteriji kollha li jkunu

disponibbli għall-ewwel darba fis-suq f’Malta.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

Skart ta’ batteriji miġbur permezz ta’ sistemi ffinanzjati

mill-Kunsilli Lokali, jew minn kwalunkwe aġenzija lokali, għandu jiġi

depożitat f’faċilitajiet operati minn aġenzija lokali nominata mill-

Ministru u wara għandu jiġi mgħoddi lil organizzazzjonijiet ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzati

(a)

għal prezz li għandu jirrifletti l-irkupru tal-ispiża

totali tal-ġbir u l-ħażna sal-punt li jiġi meħud l-kontroll mill-

organizzazzjoni ta’ responsabbilità tal-produttur rispettiva,

liema prezz għandu jkun soġġett għall-iskrutinju u l-

approvazzjoni tal-Ministru; u

(b)

għandu jiġi mqassam proporzjonalment bejn

organizzazzjonijiet ta’ responsabbilità ta’ produttur awtorizzati

abbażi tal-piż medju u l-kategorija ta’ batteriji li jkunu

disponibbli fis-suq għall-ewwel darba mill-membri tal-

organizzazzjonijiet dwar ir-responsabbilità ta’ produttur fit-tliet

(3) snin preċedenti, kif jista’ jiġi determinat mill-Awtorità minn

żmien għal żmien.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

(1)

Produtturi awtokonformi u organizzazzjonijiet ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzati għandhom jużaw is-servizzi

ta’ awditur indipendenti, approvat mill-Awtorità, sabiex jiċċertifikaw

li l-informazzjoni kollha rrapurtata lill-Awtorità hija f’konformità mal-

obbligi tal-Kapitolu VIII tar-Regolament (UE) 2023/1542.

(2)

Ir-rapport annwali flimkien mar-rapport verifikat

għandhom jiġu sottomessi lill-Awtorità fi żmien sitt (6) xhur kalendarji

mill-għeluq tas-sena.

MANIĠĠAR TA’ SKART (SKART TA’ BATTERIJI)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.178 — Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta’ Batteriji)

L-Awtorità tista’ timponi penali amministrattiva skont l-

artikoli 80 u 81 tal-Att fil-każ ta’ kwalunkwe ksur tal-Kapitolu VIII

tar-Regolament (UE) 2023/1542 jew ta’ dawn ir-regolamenti

Iżda l-penali amministrattiva applikabbli għal

kwalunkwe persuna li tarmi skart ta’ batteriji fil-forma ta’ skart

muniċipali mhux magħżul għandha tkun ta’ mitt euro (€100) għal kull

batterija mormija.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →