Legislator Case Law & Legislation
sl_549.176 MT

Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

19 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (19)

Statutory Text (19 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 549.176

REGOLAMENTI DWAR IR-RESPONSABBILTÀ

ESTIŻA TAL-PRODUTTUR (IRKAPTU TAS-SAJD LI

FIH IL-PLASTIK)

11 ta’ Lulju, 2025

L-AVVIŻ LEGALI 131 tal-2025.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar

ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-

Plastik).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(regolament 4)

DIKJARAZZJONI TA’ MANDAT BIL-MIKTUB

Isem tal-Produttur

Indirizz

b’dan jaħtar

Isem tal-persuna ġuridika jew fiżika stabbilita f’Malta

Indirizz

bħala r-rappreżentant awtorizzat tal-produttur f’Malta skont

regolament 4.

Isem tal-persuna ġuridika jew fiżika stabbilita f'Malta: 

b’dan jirrappreżenta u jassumi r-responsabbiltajiet bħala

r-

rappreżentant awtorizzat f’Malta għal

Isem tal-Produttur

, skont ir-Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-

Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik) (L.S. 549.176).

Dan il-mandat, iffirmat miż-żewġ partijiet, isir effettiv fid-data

tal-iffirmar sakemm ma jiġix iddikjarat xort’oħra, u għandu jieqaf milli

jkun effettiv ladarba parti jew oħra tinforma lill-awtorità kompetenti

f’Malta li tiġġestixxi r-reġistru nazzjonali li dan il-mandat ikun ġie

tterminat.

Min-naħa waħda,

Isem tal-Produttur

Firma

Data

Min-naħa l-oħra,

Isem tar-Rappreżentant Awtorizzat

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

Firma

Data

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(1)

L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu li jittrasponu l-

Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti

prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, fir-rigward tal-irkaptu tas-sajd li fih

il-plastik.

(2)

L-Awtorità

tista’

toħroġ

linji

gwida

għall-

implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(regolament 8)

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI SOTTOMESSA MAL-

APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI SABIEX TOPERA

ORGANIZZAZZJONI TA’ RESPONSABBILTÀ TA’ PRODUTTUR

TAĦT DAWN IR-REGOLAMENTI

Taqsima A: Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-

applikazzjoni

għar-reġistrazzjoni

ta’

organizzazzjoni

ta’

responsabbiltà ta’ produttur

- L-isem tal-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur;

- L-isem tal-operatur u, fejn l-operatur huwa soċjetà, l-ismijiet

tal-imsieħba kollha;

- L-indirizz u n-numru tat-telefon tal-uffiċju rreġistrat tal-

operatur jew, jekk mhux kumpanija, il-post ewlieni tan-negozju tal-

operatur u, jekk ikun hemm aktar minn wieħed, l-operaturi kollha; u

- Dikjarazzjoni ffirmata li tiddikjara l-informazzjoni pprovduta

hija veritiera.

Taqsima B: Informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-pjan ta’

ħidma sabiex topera organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

- Kopja tal-Memorandum u l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni;

- Kopja taċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni maħruġ mir-Reġistru

tal-Kumpaniji, fejn applikabbli;

- Pjan ta’ negozju u finanzjarju fir-rigward tal-organizzazzjoni

proposta;

- Miżuri għall-Kontroll tal-Kwalità u Assigurazzjoni tal-Kwalità

li għandhom jiġu adottati mill-organizzazzjoni proposta;

- Miżuri amministrattivi li għandhom jiġu adottati sabiex jiġi

aċċertat kontroll effettiv tal-proċess;

- Kopja tar-regoli

tas-sħubija

tal-organizzazzjoni

ta’

responsabbiltà ta’ produttur;

- Deskrizzjoni tal-modalitajiet li bihom għandhom jintlaħqu l-

objettivi tar-regolament 4 flimkien mad-dettalji tal-istruttura tal-dritt

tas-sħubija;

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

- Deskrizzjoni, inklużi l-ammonti pproġettati skont il-piż u n-

numru ta’ oġġetti tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq

nazzjonali mill-produtturi li jipparteċipaw fl-organizzazzjoni;

- Proposti għal garanzija adegwata msemmija fir-regolament

7(8), intiża sabiex tkopri l-ispejjeż stabbiliti fis-subregolamenti (6) u

(7) tar-regolament 4 f’każ li l-awtorizzazzjoni tiġi revokata jew f’każ

ta’ waqfien permanenti tal-operat jew insolvenza tagħha;

- Proposti għall-kalkolu tal-ispejjeż imsemmija fis-

subregolamenti (6) u (7) tar-regolament 4, inkluż l-provvista tal-

infrastruttura meħtieġa għall-ġbir tal-iskart li għandha tiġi installata fil-

bini tal-produtturi jew f’żoni jew postijiet oħra magħżula kif imsemmi

fir-regolament 4(8);

- Proposti ta’ kif l-informazzjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’

dawn ir-regolamenti għandha tkun ikkumpilata u magħmula

disponibbli għall-Awtorità;

- Proposti sabiex tintlaħaq ir-rata annwali ta’ ġbir tal-irkaptu tas-

sajd tal-iskart li fih il-plastik;

- Kampanji ta’ għarfien pubbliku maħsuba li għandhom jiġu

ffinanzjati u, jew organizzati mill-organizzazzjoni proposta;

- Data pproġettata tal-bidu għall-attività; u

- Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra kif meħtieġa minn

dawn ir-regolamenti jew kif mitluba mill-Awtorità.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent;

"Awtorità" jew "awtorità kompetenti" tfisser l-Awtorità

għall-Ambjent u r-Riżorsi kif imwaqqfa bl-artikolu 6 tal-Att;

"ġbir" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha fir-

regolament 4 tar-Regolamenti dwar l-Iskart;

"irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe oġġett jew biċċa

tagħmir li jintuża fis-sajd jew fl-akkwakultura sabiex jimmira

lejn, jaqbad jew irabbi riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew li jkun

f’wiċċ il-baħar, u li jintuża bil-għan li jattira u jaqbad jew irabbi

tali riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

"irkaptu tas-sajd skartat" għandu jkollha l-istess tifsira

kif mogħti lilha fir-regolament 3 tar-Regolamenti dwar Qafas

għall-Prodotti tal-Plastik li Jintużaw Darba Biss;

"NACE" tfisser il-klassifikazzjoni komuni tal-istatistika

fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea

stabbilita bir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-

klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-

NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE)

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi

speċifiċi ta’ l-istatistika, kif tista’ tiġi emendata minn żmien għal

żmien;

"organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur" jew

"PRO" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha fir-

regolament 3 tar-Regolamenti dwar il-Qafas ta’ Responsabbiltà

Estiża tal-Produttur;

"plastik" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha

fir-regolament 3 tar-Regolamenti dwar Qafas għall-Prodotti tal-

Plastik li Jintużaw Darba Biss;

"produttur" tfisser

(a)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika

stabbilita f’Malta li timmanifattura, tbigħ jew timporta

professjonalment, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ

użat, inkluż permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif imfisser

fir-regolament 2 tar-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-

Konsumatur, u tqiegħed fis-suq ta’ Malta irkaptu tas-sajd

li fih il-plastik, minbarra persuni li jwettqu attivitajiet tas-

sajd kif imfissra fil-punt (28) tal-Artikolu 4 tar-

Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew

u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika

Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill

(KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar

ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE)

Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/

KE; jew

(b) kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika

stabbilita fi Stat Membru wieħed jew f’pajjiż terz li

professjonalment tbigħ f’Malta direttament lid-djar

privati, jew lil utenti oħra li ma humiex djar privati,

permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif imfissra fir-

regolament 2 tar-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-

Konsumatur, irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, għajr persuni

li jwettqu attivitajiet tas-sajd kif imfissra fil-punt (28) tal-

Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

"skart" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha fir-

regolament 4 tar-Regolamenti dwar l-Iskart;

"tqegħid fis-suq" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti

lilha fir-regolament 3 tar-Regolamenti dwar Qafas għall-

Prodotti tal-Plastik li Jintużaw Darba Biss;

"trattament" għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħti lilha

fir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar l-Iskart.

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(regolamenti 7 u 8)

LISTA TA’ FIRMATARJI AWTORIZZATI

Għall-finijiet tal-ħruġ u l-iffirmar ta’ dokumentazzjoni uffiċjali

inkluż il-korrispondenza, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss

dokumentazzjoni mingħand produttur jew organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata li tkun iffirmata minn:-

- Persuna fiżika, jekk il-produttur huwa persuna fiżika;

- Imsieħeb, fejn il-produttur jew organizzazzjoni

ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata ikunu soċjetà;

- Direttur jew segretarju tal-kumpanija ta’ dik il-kumpanija, fejn

il-produttur jew organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata ikunu kumpanija reġistrata f’Malta;

- Persuna li għandha kontroll jew ġestjoni tal-korp, fejn il-

produttur jew organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata ikunu korp mhux inkorporat;

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

- Il-president jew kwalunkwe membru ieħor tal-kumitat ta’

ġestjoni, fejn il-produttur jew organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’

produttur awtorizzata ikunu kooperattiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(1)

Il-produtturi li jqiegħdu fis-suq irkaptu tas-sajd li

jkun fih il-plastik għandu jkollhom ir-responsabbiltà estiża tal-

produttur skont ir-Regolamenti ta’ Qafas ta’ Responsabbiltà Estiża tal-

Produttur.

(2)

Produtturi stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li jqiegħdu

fis-suq irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik għandhom jaħtru persuna

ġuridika jew fiżika stabbilita f’Malta bħala rappreżentant awtorizzat

għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-

produttur stabbiliti f’dawn ir-regolamenti fit-territorju ta’ Malta

Iżda tali ħatra għandha ssir b’mandat bil-miktub permezz

ta’ dikjarazzjoni kif stabbilit fl-Iskeda 1.

(3)

Produttur stabbilit f’Malta li jbigħ rkaptu tas-sajd li fih

il-plastik fi Stat Membru ieħor li fih tali produttur ma jkunx stabbilit,

għandu jaħtar rappreżentant awtorizzat f’dak l-Istat Membru l-ieħor.

Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun il-persuna responsabbli

sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ dak il-produttur skont dawn ir-

regolamenti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

(4)

Il-produtturi tal-irkaptu tas-sajd

li

fih

il-plastik

għandhom ikopru mill-inqas l-ispejjeż li ġejjin

(a)

l-ispejjeż ta’ miżuri li jqajmu għarfien skont ir-

regolament 12 tar-Regolamenti dwar Qafas għall-Prodotti tal-

Plastik li Jintużaw Darba Biss;

(b)

l-ispejjeż għall-ġbir separat ta’ rkaptu tas-sajd

skartat li fih il-plastik, li jkun twassal fil-faċilitajiet portwali

adegwati fejn jintlaqa’ l-iskart skont ir-Regolamenti dwar il-

Faċilitajiet Portwali fejn Jintlaqa’ u jkun Ikkunsinnat l-Iskart

minn Bastimenti, jew f’sistemi ta’ ġbir ekwivalenti oħra li

jaqgħu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta’ tali msemmija

regolamenti u l-ispejjeż tat-trasport u t-trattament sussegwenti

tiegħu; u

(ċ)

l-ispejjeż għall-ġbir u r-rappurtar ta’ data, skont

ir-regolament 6(3)(a)(iii) tar-Regolamenti ta’ Qafas ta’

Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

Iżda

r-rekwiżiti

stabbiliti

f’dan

ir-regolament

jissupplimentaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-iskart minn bastimenti

tas-sajd fil-leġiżlazzjoni Maltija u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea

dwar il-faċilitajiet portwali fejn jintlaqa’ l-iskart.

(5)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dawn ir-regolamenti

b’mod kosteffiċjenti, il-produtturi u r-rappreżentanti awtorizzati

għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom tar-responsabbiltà tal-

produttur estiż kollettivament u, għal dak il-għan, għandhom iwaqqfu

organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur li għandha tkun

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

awtorizzata skont ir-regolament 8, li tkopri rkaptu tas-sajd li jkun fih

plastik fit-territorju kollu ta’ Malta. Tali organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produtturi għandha tippermetti lill-produtturi u lir-

rappreżentanti awtorizzati kollha sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom

tar-responsabbiltà estiża tal-produttur taħt kondizzjonijiet mhux

diskriminatorji

Iżda sakemm tali organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’

produttur tkun imwaqqfa u awtorizzata skont ir-regolament 8, l-

Awtorità tista’ talloka l-ispejjeż imsemmija fis-subregolament (4) lill-

produtturi skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament u s-sehem tagħhom

tas-suq

Iżda wkoll f’tali każijiet l-Awtorità tista’ tikkummissjona

studji, bi spejjeż għall-produtturi, sabiex tikkwantifika tali spejjeż jew

parti minnhom.

(6)

Sabiex tkopri l-ispejjeż stabbiliti fil-paragrafu (a) tas-

subregolament (4) f’isem il-produtturi tagħha, l-organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produtturi awtorizzata għandha torganizza u, jew

tiffinanzja kampanji effettivi ta’ informazzjoni u għarfien sabiex

tinċentiva mġiba responsabbli tal-konsumatur u tinforma lill-

konsumaturi skont ir-regolament 12 tar-Regolamenti dwar Qafas għall-

Prodotti tal-Plastik li Jintużaw Darba Biss

Iżda f’każ li l-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’

produttur awtorizzata tiffinanzja kampanji organizzati minn entitajiet

oħra, l-ispejjeż li għandhom ikunu koperti minn dik l-organizzazzjoni

għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti bejn l-atturi kollha

kkonċernati

Iżda wkoll tali kampanji għandhom ikunu soġġetti għall-

approvazzjoni minn qabel tal-Awtorità.

(7)

Sabiex tkopri l-ispejjeż stabbiliti fil-paragrafu (b) tas-

subregolament (4) f’isem il-produtturi tagħha, l-organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata għandha tagħmel l-

arranġamenti meħtieġa mal-operaturi tal-faċilità portwali awtorizzata

fejn jintlaqa’ l-iskart, kif imfissra fir-Regolamenti Dwar Faċilitajiet

Portwali Fejn Jintlaqa’ u jkun Ikkunsinnat l-Iskart Minn Bastimenti

sabiex jiffinanzjaw

(a)

reċipjenti adegwati tal-iskart għad-depożitu u l-

ġbir ta’ skart tal-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik fil-

faċilitajiet portwali fejn jintlaqa’ l-iskartu tali spejjeż għandhom

jinkludu l-infrastruttura u l-operat tagħha, u

(b)

it-trasport u t-trattament tal-iskart tal-irkaptu tas-

sajd miġbur.

(8)

Organizzazzjoni

ta’

responsabbiltà

ta’

produttur

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

awtorizzata għandha wkoll tiżgura li jiġu installati reċipjenti adegwati

tal-iskart għad-depożitu u l-ġbir tal- rkaptu tas-sajd skartat li jkun fih

il-plastik, fil-bini tal-produtturi jew f’żoni jew binjiet oħra magħżula

Iżda l-produtturi għandhom ikopru l-ispejjeż tal-

infrastruttura u l-operat tagħha kif ukoll it-trasport u t-trattament

sussegwenti tal-iskart tal-irkaptu tas-sajd miġbur.

(9)

L-ispejjeż imsemmija fis-subregolamenti (7) u (8) ma

għandhomx jeċċedu l-ispejjeż li huma meħtieġa sabiex jiġu pprovduti

dawk is-servizzi b’mod kosteffiċjenti u għandhom jiġu stabbiliti

b’mod trasparenti bejn l-Awtorità, l-organizzazzjoni rilevanti ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata, jew l-operatur tal-faċilità

portwali awtorizzata fejn jintlaqa’ l-iskart kif imfissra fir-Regolamenti

Dwar Faċilitajiet Portwali Fejn Jintlaqa’ u jkun Ikkunsinnat l-Iskart

Minn Bastimenti, u kwalunkwe atturi oħra ikkonċernati.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(regolament 7)

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN FL-APPLIKAZZJONI

GĦAR-REĠISTRAZZJONI JEW TIĠDID

Taqsima A: Informazzjoni li għandha tiġi sottomessa mar-

reġistrazzjoni

- Isem u indirizz tal-produttur u fejn

(i)

il-produttur huwa kumpanija, l-uffiċċju reġistrat;

(ii)

il-produttur mhux kumpanija, il-post prinċipali

tan-negozju;

- Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-

numru tat-taxxa nazzjonali u n-numru tal-kumpanija (fejn applikabbli)

tal-produttur;

- Il-Kodiċi NACE u d-daqs tal-impjieg tal-kumpanija, fejn

applikabbli;

- Id-dettalji tal-persuna ta’ kuntatt li lilha l-awtorità kompetenti

għandha tindirizza kwalunkwe komunikazzjoni;

- Dettalji dwar in-natura kummerċjali tal-produttur (eż.

manifattur, importatur jew bejjiegħ mill-bogħod);

- Tip ta’ rkaptu tas-sajd li fih plastik imqiegħed fis-suq;

- Dikjarazzjoni ffirmata li tiddikjara li l-informazzjoni

pprovduta hija veritiera;

- Id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni; u

- Isem l-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur li

tagħha l-produttur huwa membru u kopja tal-ftehim ma’ tali

organizzazzjoni.

Taqsima B: Informazzjoni li għandha tiġi sottomessa mat-tiġdid

- Numru ta’ reġistrazzjoni tal-produttur u kwalunkwe kodiċi ta’

identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tat-taxxa

nazzjonali u n-numru tal-kumpanija (fejn applikabbli) tal-produttur;

- Il-Kodiċi NACE u d-daqs tal-impjieg tal-kumpanija, fejn

applikabbli;

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

- Kwantitajiet ta’ rkaptu tas-sajd li fih plastik imqiegħed fis-suq

nazzjonali, skont il-piż u n-numru ta’ oġġetti matul il-perjodu speċifiku

ta. rappurtar skont il-formati ta’ rappurtar li għandhom jiġu stabbiliti

mill-awtorità kompetenti;

- Dikjarazzjoni ffirmata li tiddikjara li l-informazzjoni pprovduta

hija veritiera;

- Id-data tal-applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni;

- Deskrizzjoni adegwata ta’ kif id-data ġiet ikkumpilata, inkluża

kwalunkwe spjegazzjoni ta’ kwalunkwe stimi użati; u

- Isem l-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur li tagħha

l-produttur huwa membru u affermazzjoni tal-ftehim ma’ tali

organizzazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

Organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li sal-31

ta’ Diċembru 2027, u fi kwalunkwe sena sussegwenti, għandu jinġabar

minimu ta’ ħamsa fil-mija (5%) tal-piż tal-irkaptu tas-sajd li fih il-

plastik mqiegħed fis-suq f’Malta u dan separatament bħala skart għar-

riċiklaġġ permezz tas-sistemi mwaqqfa skont is-subregolamenti (7) u

(8) tar-regolament 4

Iżda jekk jirriżulta li fi kwalunkwe sena partikolari, l-

organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata tonqos

milli tilħaq l-imsemmija mira għall-ġbir minimu applikabbli, għandha

tiġi imposta penali amministrattiva kif elenkat fl-Iskeda 6.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(regolament 6)

PENALI AMMINISTRATTIVI GĦAN-NUQQAS TA’

REĠISTRAZZJONI U NUQQAS TA’ TIĠDID

- Kwalunkwe produttur li jonqos milli japplika għar-

reġistrazzjoni skont is-subregolament (1) tar-regolament 6 għandu jeħel

penali amministrattiva ta’ elfejn u ħames mitt euro (€2,500) għal kull

tunnellata ta’ rkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik imqiegħed fis-suq,

mill-ewwel tqegħid fis-suq tal-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik

sakemm japplika għar-reġistrazzjoni.

- Kwalunkwe produttur li jonqos milli jġedded ir-reġistrazzjoni

tiegħu sal-aħħar tas-sena skont is-subregolament (1) tar-regolament 6

għandu jeħel penali amministrattiva ta’ elfejn u ħames mitt euro

(€2,500) għal kull tunnellata ta’ rkaptu tas-sajd li jkun fih plastik

imqiegħed fis-suq mill-bidu tas-sena li fiha kellu jġedded sakemm

japplika għat-tiġdid

Iżda fejn l-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’

produttur awtorizzata tkun qablet li tirreġistra jew iġġedded ir-

reġistrazzjoni tal-produttur f’ismu, il-penali msemmija hawn fuq

għandhom, fi kwalunkwe każ, ikunu dovuti mill-organizzazzjoni għar-

responsabbiltà tal-produttur awtorizzata li naqset milli tapplika jew

iġġedded

Iżda wkoll fiż-żewġ każijiet fejn jitqiegħed fis-suq inqas minn

tunnellata (1) ta’ rkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik, il-penali

amministrattiva għandha tiġi kkalkulata pro rata, b’penali minima ta’

ħames mitt euro (€500).

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(1)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm u tagħmel

disponibbli reġistru tal-produtturi li jirreġistraw skont ir-regolament 7

u li jkun fih l-informazzjoni relatata mar- reġistrazzjoni tal-produtturi

kif elenkat fl-Iskeda 4.

(2)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-reġistru tal-

produtturi jkun disponibbli pubblikament mingħajr ħlas u għandu

jittella’ fuq is-sit elettroniku tagħha.

(3)

Ir-reġistru jista’ jinżamm fi kwalunkwe forma iżda

għandu jkun b’indiċi mqassam sabiex il-membri tal-pubbliku jkunu

jistgħu jsibu malajr l-informazzjoni li jkun hemm fih.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(regolament 5)

PENALI AMMINISTRATTIVI

L-Awtorità tista’ timponi penali amministrattiva skont l-artikolu

81 tal-Att meta l-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata li taġixxi f’isem produtturi li jqiegħdu fis-suq irkaptu tas-

sajd li jkun fih il-plastik tonqos milli tilħaq il-mira ta’ ġbir minimu

applikabbli matul is-sena ta’ qabel. Il-penali amministrattiva għandha

tiġi kkalkulata skont it-tabella hawn taħt indikata.

Mira ta’ Ġbir Miksuba (%)

Penali Amministrattiva (€)

għal kull tunnellata ta’ rkaptu

tas-sajd mhux miġbur mill-

mira tal-ġbir

Bejn 0% u <1%

Bejn 1% u <2%

Bejn 2% u <3%

Bejn 3% u <4%

Bejn 4% u <5%

Iżda l-Awtorità tista’ tirrinunzja l-penali amministrattiva f’każ

fejn il-parti notifikata bl-intenzjoni tal-Awtorità li toħroġ il-penali

amministrattiva ġġib prova għas-sodisfazzjon tal-Awtorità li n-nuqqas

ta’ kisba tal-mira huwa dovut għal raġunijiet eċċezzjonali lil hinn mill-

kontroll tagħha.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(1)

Il-produtturi jew rappreżentanti awtorizzati

għandhom, matul is-sena kalendarja tat-tqegħid fis-suq ta’ rkaptu tas-

sajd li jkun fih il-plastik fit-territorju ta’ Malta, japplikaw biex ikunu

reġistrati mal-awtorità kompetenti u għandhom jingħataw numru ta’

reġistrazzjoni mar-reġistrazzjoni. Il-produtturi għandhom jagħmlu n-

numru ta’ reġistrazzjoni viżibbli b’mod ċar fuq il-fatturi u l-irċevuti

fiskali tagħhom.

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

(2)

Il-produtturi reġistrati taħt is-subregolament (1)

għandhom iġeddu r-reġistrazzjoni tagħhom fuq bażi annwali mal-

awtorità kompetenti sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena

Iżda mill-1 ta’ April ta’ kull sena, l-awtorità kompetenti

għandha taċċetta tiġdid sal-aħħar tas-sena kif soġġett għall-ħlas tad-

dritt addizzjonali ta’ għoxrin euro (€20) għal kull xahar jew parti

minnu, flimkien mad-dritt preskritt fil-paragrafu (ċ) tas-subregolament

(3).

(3)

L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jew tiġdid minn

produttur għandha

(a)

issir jew onlajn jew bil-miktub;

(b)

tkun iffirmata minn xi wieħed mill-firmatarji

awtorizzati msemmija fl-Iskeda 3; u

(ċ)

tkun akkumpanjata minn dritt ta’ għaxar euro

(€10) għal reġistrazzjoni onlajn jew ħamsa u tletin euro (€35)

għal reġistrazzjoni manwali.

(4)

Produttur ma għandux jitqies li jkun reġistrat jew li jkun

ġedded ir-reġistrazzjoni tiegħu sakemm jinħareġ avviż ta’

rikonoxximent mill-awtorità kompetenti, li tapprova l-applikazzjoni

tal-produttur għar-reġistrazzjoni jew għat-tiġdid. L-awtorità

kompetenti għandha toħroġ l-avviż ta’ rikonoxximent fi żmien

(a)

xahar (1) mid-data li fiha tirċievi l-applikazzjoni

debitament mimlija għar-reġistrazzjoni jew tiġdid, inkluż il-ħlas

ta’ kwalunkwe drittijiet kif imsemmi fir-regolament 3(ċ); jew

(b)

xahar (1) wara d-data li fihatasal kwalunkwe

informazzjoni jew dettalji mitluba mill-awtorità kompetenti

b’rabta ma’ tali applikazzjoni, inkluż il-ħlas ta’ kwalunkwe

drittijiet kif imsemmija fir-regolament 3(ċ),

liema minnhom tiġi l-aħħar.

(5)

Fejn produttur ma jibqax iqiegħed irkaptu tas-sajd li jkun

fih il-plastik fis-suq, il-produttur għandu japplika għat-tneħħija tar-

reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti fi żmien sena minn meta jieqaf

jagħmel dan. L-applikazzjoni għat-tneħħija tar-reġistrazzjoni għandha

tkun iffirmata minn kwalunkwe wieħed mill-firmatarji awtorizzati kif

imsemmi fl-Iskeda 3.

(6)

Bla ħsara għall-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuna

li tkun qiegħda tapplika għat-tneħħija tar-reġistrazzjoni, għaż-żmien

meta l-persuna kienet produttur reġistrat, l-awtorità kompetenti

għandha ttemm ir-reġistrazzjoni ta’ persuna b’effett mill-aħħar jum tas-

sena li fiha dik il-persuna ma baqgħetx obbligata li tkun reġistrata u

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

għandha tavża lil dik il-persuna bil-miktub

Iżda kwalunkwe informazzjoni pendenti għandha tiġi

sottomessa mill-persuna lill-awtorita kompetenti meta tapplika għat-

tneħħija tar-reġistrazzjoni, skont is-subregolament (5).

(7)

Kwalunkwe produttur li jew jonqos milli japplika għar-

reġistrazzjoni skont dan ir-regolament jew li jonqos li jġedded ir-

reġistrazzjoni tiegħu sal-aħħar tas-sena, għandu jeħel penali

amministrattiva kif preskritta fl-Iskeda 5.

(8)

Organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata tista’ tirreġistra jew iġġedded ir-reġistrazzjoni ta’

produttur f’ismu, kif soġġett għall-kunsens tal-imsemmi produttur.

F’tali każijiet, l-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata għandha tkun responsabbli sabiex issegwi d-

dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, inkluż il-ħlas tal-penali

amministrattiva msemmija fis-subregolament (7) u l-Awtorità tista’

tikkoordina mal-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata fir-rigward ta’ tali dispożizzjonijiet.

(9)

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont ir-regolament 6

għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fit-Taqsima A tal-Iskeda 4,

filwaqt li l-applikazzjoni għal tiġdid għandu jkun fiha minn tal-anqas

l-informazzjoni ta’ rappurtar stabbilita fit-Taqsima B tal-Iskeda 4.

(10) Fil-każ li d-data sottomessa skont is-subregolament (9)

tinbidel, il-produttur rilevanti jew fejn rilevanti, l-organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata , għandhom, f’ismu

jinformaw lill-awtorità kompetenti b’dan sa mhux aktar tard minn

xahar (1) wara l-bidla.

(11) L-informazzjoni msemmija fis-subregolament (9)

għandha tingħata jew onlajn jew bil-miktub u għandha tkun iffirmata

minn xi wieħed mill-firmatarji awtorizzati msemmija fl-Iskeda 3.

(12) Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ produttur reġistrat

sabiex iżomm għal minimu ta’ ħames (5) snin l-informazzjoni

msemmija fis-subregolament (9). Tali rekords għandhom ikunu

magħmula disponibbli fuq talba tal-awtorità kompetenti.

(13) Fejn produttur jew fejn rilevanti, l-organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzat f’ismu, jonqsu jew jirrifjutaw li

jissottometti applikazzjoni kompluta fi żmien (1) xahar mid-data ta’

talba mill-awtorità kompetenti għal tali applikazzjoni, l-awtorità

kompetenti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni.

(14) Bla ħsara għall-kunfidenzjalità kummerċjali u

industrijali, l-informazzjoni msemmija fis-subregolament (9) għandha

tkun magħmula disponibbli skont ir-Regolamenti dwar il-Libertà ta’

Aċċess għal Informazzjoni dwar l-Ambjent.

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

(15) Produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom jistgħu

jipprovdu, fuq bażi volontarja, data ulterjuri dwar irkaptu tas-sajd li fih

il-plastik kif disponibbli, li tista’ tinkludi, inter alia, data dwar il-

produzzjoni, l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet u subfrazzjonijiet

speċifiċi ta’ tali rkaptu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(1)

Bla ħsara għar-Regolamenti dwar l-Iskart,

kwalunkwe persuna li jkollha l-ħsieb li topera organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur speċifikament sabiex tissodisfa l-obbligi

imposti minn dawn ir-regolamenti, f’isem produtturi ta’ rkaptu tas-sajd

li jkun fih il-plastik, għandha teħtieġ u tikseb awtorizzazzjoni valida

mill-awtorità kompetenti.

(2)

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni taħt is-subregolament

(1) għandha

(a)

issir bil-miktub;

(b)

ikun fiha l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A

tal-Iskeda 2;

(ċ)

tkun iffirmata minn xi wieħed mill-firmatarji

awtorizzati msemmija fl-Iskeda 3;

(d)

tkun akkumpanjata minn dritt mhux rimborsabbli

ta’ ħames mitt euro (€500); u

(e)

tkun akkumpanjata minn pjan ta’ ħidma li

jipprovdi l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima B ta’ Skeda 2 li

għandha tkun għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

(3)

L-awtorità kompetenti tista’ tispeċifika l-format li fih il-

pjan tax-xogħol imsemmi fis-subregolament (2) għandu jkun magħmul

disponibbli.

(4)

Awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti

għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet inklużi fl-awtorizzazzjoni,

inter alia, il-ħtieġa li s-servizzi offruti minn organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata għandhom ikunu

(a)

miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-produtturi kollha

taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji u tali parteċipazzjoni

ma għandhiex tiġi rrifjutata jew revokata mingħajr

ġustifikazzjoni raġonevoli; u

(b)

imfassla sabiex tevita kwalunkwe ostaklu għall-

kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f’konformità mar-

regolamenti rilevanti.

(5)

L-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti taħt

dawn ir-regolamenti għandha tkun valida għal perjodu ta’ żmien kif

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

stabbilit fl-awtorizzazzjoni nnifisha

Iżda meta l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità

kompetenti tkun valida għal perjodu li jeċċedi sentejn (2), l-Awtorità

tista’ titlob lill-organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur sabiex

tissottometti pjan ta’ ħidma aġġornat.

(6)

Fejn awtorizzazzjoni mogħtija taħt is-subregolament (4)

tkun se tiskadi, organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata li trid tkompli topera bħala organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata għandha, sa mhux aktar tard

minn sitt (6) xhur qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni

(a)

tissottometti

applikazzjoni

lill-awtorità

kompetenti sabiex iġġedded l-awtorizzazzjoni mogħtija taħt

dawn ir-regolamenti;

(b)

tipprovdi lill-awtorità kompetenti verżjoni

riveduta tal-pjan ta’ ħidma għall-operat tal-organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur li tikkonforma mat-Taqsima B tal-

Iskeda 2, iffirmata minn xi wieħed mill-firmatarji awtorizzati

msemmija fl-Iskeda 3.

(7)

It-tiġdid

tal-awtorizzazzjoni

sabiex

topera

organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur għandu jiġi approvat

fejn l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta dwar il-kontenut tal-verżjoni

riveduta tal-pjan ta’ ħidma pprovdut kif meħtieġ mis-subregolament

(6)(b).

(8)

Organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata li taġixxi f’isem produtturi li jqiegħdu fis-suq irkaptu tas-

sajd li jkun fih il-plastik għandha, fi żmien erba’ (4) xhur mill-ħruġ tal-

awtorizzazzjoni, tissottometti garanzija finanzjarja adegwata skont il-

kriterji stabbiliti mill-Awtorità, li tkopri l-ispejjeż stabbiliti fis-

subregolamenti (6) u (7) tar-regolament 4 fir-rigward tal-irkaptu tas-

sajd li jkun fih il-plastik imqiegħed fis-suq mill-produtturi tiegħu fi

kwalunkwe sena partikolari, fil-każ tan-nuqqas tal-organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur li tissodisfa dawn l-obbligi

Iżda kwalunkwe flus miġbuda mill-Awtorità mill-

garanzija għandhom jintużaw sabiex jikkontribwixxu għall-

finanzjament tal-attivitajiet stabbiliti fis-subregolamenti (6), (7) u (8)

tar-regolament 4 fir-rigward tal-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik

imqiegħed fis-suq mill-produtturi li jkunu qegħdin jipparteċipaw f’tali

organizzazzjoni għar-responsabbiltà tal-produttur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

(1)

Organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata għandha tissottometti rapport annwali lill-Awtorità fi

żmien erba’ (4) xhur kalendarji mill-għeluq tas-sena preċedenti. Ir-

rapporti annwali għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li

ġejja

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

(a)

lista

ta’

produtturi li

pparteċipaw fl-

organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur matul il-perjodu

ta’ rappurtar;

(b)

kwantitajiet ta’ rkaptu tas-sajd li fih il-plastik

imqiegħed fis-suq nazzjonali mill-produtturi li jipparteċipaw fl-

organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur, skont il-piż u n-

numru ta’ oġġetti matul il-perjodu speċifiku ta’ rappurtar skont

il-formati ta’ rappurtar li għandhom jiġu stabbiliti mill-Awtorità;

(ċ)

dettalji dwar il-kampanji ta’ informazzjoni u

trawwim ta’ għarfien ffinanzjati mill-organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur skont ir-regolament 4(6);

(d)

kwalunkwe informazzjoni oħra kif speċifikata

mill-Awtorità.

(2)

Bla ħsara għall-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali,

kopja diġitali tar-rapport annwali msemmi fis-subregolament (1)

għandha tkun reża disponibbli skont ir-Regolamenti dwar il-Libertà ta’

Aċċess għal Informazzjoni dwar l-Ambjent.

(3)

Organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata għandha tuża s-servizzi ta’ awditur indipendenti, approvat

mill-Awtorità. L-awditur għandu jkun meħtieġ jiċċertifika li l-

informazzjoni kollha rrappurtata lill-Awtorità tkun f’konformità mal-

obbligi ta’ dan ir-regolament u hija kif speċifikata fl-awtorizzazzjoni

maħruġa mill-Awtorità. Barra minn hekk, organizzazzjoni ta’

responsabbiltà ta’ produttur awtorizzata għandha tiżgura li tiġi

stabbilita proċedura ta’ verifika adegwata għat-traċċabbiltà, il-

monitoraġġ u l-kontroll sabiex tevalwa

(a)

il-ġestjoni finanzjarja tagħha, inkluż il-konformità

mar-rekwiżiti stabbiliti fis-subregolamenti (6), (7) u (8) tar-

regolament 4; u

(b)

il-kwalità tad-data miġbura u rrappurtata skont

dawn ir-regolamenti.

(4)

Organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata għandha tissottometti r-rapport ta’ verifika mħejji skont is-

subregolament (3) flimkien mar-rapport annwali msemmi fis-

subregolament (1).

(5)

Bla ħsara għall-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità ta’

informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-

leġiżlazzjoni rilevanti, organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku

informazzjoni li għandha x’taqsam ma’

(a)

is-sjieda u s-sħubija tagħha; u

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

(b)

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-

membri tagħha, għal kull unità mibjugħa jew għal kull

tunnellata ta’ rkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik imqiegħed fis-

suq f’Malta.

(6)

Organizzazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ produttur

awtorizzata għandha wkoll tissottometti rapport ta’ nofs is-sena lill-

Awtorità fi żmien tliet (3) xhur kalendarji wara t-tmiem ta’ dak il-

perjodu, liema rapport għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni

indikata fis-subregolament (1).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

Kwalunkwe persuna għandha tkun ħatja ta’ reat taħt

dawn ir-regolamenti jekk hija

(a)

tonqos milli tikkonforma ma’ kwalunkwe mid-

dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jew tonqos milli

tosserva l-kondizzjonijiet tal-permess jew ma’ xi ordni

mogħtija legalment skont kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dawn ir-

regolamenti;

(b)

tikser kwalunkwe restrizzjoni, projbizzjoni jew

rekwiżit imposti minn, jew taħt dawn ir-regolamenti;

(ċ)

taġixxi

bi

ksur

ta’

kwalunkwe

mid-

dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti;

(d)

tikkonfoffa, tgħin jew tħeġġeġ lil xi persuna oħra

bi kwalunkwe mezz, inkluż reklamar, konsulenza jew akkwist

sabiex twettaq kwalunkwe ksur indikat fil-paragrafi (a) sa (ċ);

jew

(e)

tipprova twettaq xi wieħed mir-reati indikati fil-

paragrafi (a) sa (d).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

Kwalunkwe persuna li twettaq reat kontra dawn ir-

regolamenti għandha meta tinstab ħatja teħel

(a)

għall-ewwel kundanna, multa li ma teċċedix

elfejn u erba’ mitt euro (€2,400);

(b)

għat-tieni kundanna jew kundanni sussegwenti,

multa li ma teċċedix erbat elef u tmien mitt euro (€4,800)

Iżda l-Qorti tista’ tordna lil kwalunkwe persuna li

tkun instabet ħatja li wettqet reat kontra dawn ir-regolamenti

sabiex tħallas għall-ispejjeż mġarrba mill-awtorità kompetenti

bħala riżultat tal-imsemmi reat, ir-revoka tal-permess maħruġ

mill-awtorità kompetenti u l-konfiska tal-corpus delicti, jekk

applikabbli.

TAS-SAJD LI FIH IL-PLASTIK)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.176 — Regolamenti dwar ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Irkaptu tas-Sajd li Fih il-Plastik)

Id-dispożizzjonijiet tal-artikoli 23 u 30 tal-Kodiċi

Kriminali għandhom japplikaw mutatis mutandis, fir-rigward ta’

proċeduri għal reati kontra dawn ir-regolamenti, b’dan madankollu li l-

iskwalifika milli wieħed ikollu jew jikseb liċenzja, permess jew

awtorità ma tkun fl-ebda każ għal inqas minn sena (1).

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →