Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għal Staġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa tal-2025 għall-Gamiem)
Table of Provisions (8)
Statutory Text (8 Articles)
KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR
SELVAĠĠI (DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦAL
STAĠUN TAL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA TAL-2025 GĦALL-
GAMIEM)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 549.174
REGOLAMENTI DWAR IL-KONSERVAZZJONI TAL-
GĦASAFAR SELVAĠĠI (DIKJARAZZJONI DWAR
DEROGA GĦAL STAĠUN TAL-KAĊĊA FIR-
REBBIEGĦA TAL-2025 GĦALL-GAMIEM)
11 ta’ April, 2025
L-AVVIŻ LEGALI 74 tal-2025.
(1)
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti
dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar
Deroga għal Staġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa tal-2025 għall-Gamiem)
u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw flimkien mar-Regolamenti
dwar Qafas biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun għall-Kaċċa
tal-Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa.
(2)
Dawn ir-regolamenti qegħdin jinħarġu skont l-Artikolu 9
tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30
ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi,
hawn aktar ’il quddiem imsejħa d-"Direttiva tal-Għasafar".
(3)
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u fil-kuntest tal-
Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Għasafar, il-Ministru ħa inkonsiderazzjoni
l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-popolazzjoni ta’ referenza ta’
Malta tal-Gamiema, li hi "Stabbli" * .
Kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, it-termini u l-frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti, għandu
jkollhom l-istess tifsira kif mogħti lilhom fir-Regolamenti dwar il-
Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi, hawn aktar ’il quddiem imsejħa
"r-Regolamenti dwar l-Għasafar Selvaġġi" u fir-Regolamenti dwar
Qafas biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun għall-Kaċċa tal-
Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa.
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-Gamiema hi
kklassifikata bħala speċi kaċċabbli taħt Parti B tal-Anness II tad-
Direttiva tal-Għasafar. F’dan il-kuntest, il-ħtieġa ta’ "numri żgħar" fil-
kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Għasafar
għandha tinftiehem bħala "kampjun fl-ordni ta’ wieħed fil-mija (1%)
tal-mortalità totali annwali tal-popolazzjoni inkwistjoni". Għall-finijiet
ta’ dawn ir-regolamenti, "popolazzjoni inkwistjoni" għandha
tinftiehem fil-kuntest ta’ dawn l-għasafar migratorji, bħala l-
* 1 Kif dettaljat fir-rapport datat Frar 2025 dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-Gamiema
(Streptopelia turtur), li jinsab disponibbli fuq is-sit elettroniku: https://wbru.gov.mt/
rizorsi/rapporti-u-statistika/rapporti-ohra/.
KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR
SELVAĠĠI (DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦAL
STAĠUN TAL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA TAL-2025 GĦALL-
GAMIEM)
popolazzjoni ta’ dawk ir-reġjuni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea minn
fejn jiġu l-maġġoranza tal-eżemplari li jgħaddu mir-reġjun li jkun
applika d-deroga waqt il-perjodu li tkun ġiet applikata.
Il-wieħed fil-mija (1%) tal-mortalità totali annwali tal-
popolazzjoni ta’ referenza ta’ Malta tal-Gamiema għandha tiġi
kkalkulata kif ġej
Gamiema (Streptopelia turtur)
Suċċess minimu ta’ tnissil: 2.029 frieħ kull par (116,754 x
2.029) = 236,894
Rata ta’ mortalità tal-frieħ fl-ewwel sena: (236,894 x 68.90%) =
163,220
Rata ta’ mortalità tal-għasafar adulti: (233,508 x 36.70%) =
85,697
Mortalità totali annwali: (163,220 + 85,697) = 248,917
1% tal-mortalità totali annwali: (248,917 x 1%) = 2,489
Għall-finijiet tar-raba’ proviso għar-regolament 10(6)
tar-Regolamenti dwar l-Għasafar Selvaġġi u għall-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, il-perjodu tal-kaċċa għall-Gamiem fir-rebbiegħa tas-sena
2025 għandu jkun mill-21 ta’ April sal-4 ta’ Mejju 2025, iż-żewġ dati
inklużi, minn sagħtejn (2) qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar
Iżda d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ma
għandhomx jibqgħu fis-seħħ u l-ebda attività ta’ kaċċa ma għandha
tkun permessa fil-każ li l-Ministru jordna, b’avviż fil-Gazzetta jew bi
kwalunkwe avviż ieħor, li l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għandu
jieqaf b’mod immedjat jew f’data speċifikata mill-Ministru.
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, l-istaġun tal-kaċċa
fir-rebbiegħa għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tal-qafas stabbilit
bir-Regolamenti dwar Qafas biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-
Istaġun għall-Kaċċa tal-Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa u soġġett
għall-kundizzjonijiet kollha kif stipulati fil-Liċenzja għall-Kaċċa fir-
Rebbiegħa.
(1)
Il-Liċenzja għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa għandha
tistabbilixxi l-kwota komplessiva għall-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa
ta’ elf u ħames mitt (1,500) Gamiema, bħala n-numru totali ta’
għasafar li jistgħu jiġu kkaċċjati taħt l-awtorità tal-liċenzji kollha
maħruġa meħuda flimkien.
(2)
Il-Liċenzja għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa ma għandhiex
KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR
SELVAĠĠI (DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦAL
STAĠUN TAL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA TAL-2025 GĦALL-
GAMIEM)
tibqa’ fis-seħħ fil-każ li l-Ministru jordna, b’avviż fil-Gazzetta jew bi
kwalunkwe avviż ieħor, li l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għandu
jieqaf b’mod immedjat jew f’data kif speċifikat mill-Ministru.