Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għal Staġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa tal-2025 għas-Summien)
Table of Provisions (8)
Statutory Text (8 Articles)
KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR SELVAĠĠI
(DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦAL STAĠUN TAL-
KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA TAL-2025 GĦAS-SUMMIEN)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 549.173
REGOLAMENTI DWAR IL-KONSERVAZZJONI TAL-
GĦASAFAR SELVAĠĠI (DIKJARAZZJONI DWAR
DEROGA GĦAL STAĠUN TAL-KAĊĊA FIR-
REBBIEGĦA TAL-2025 GĦAS-SUMMIEN)
11 ta’ April, 2025
L-AVVIŻ LEGALI 73 tal-2025.
(1)
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti
dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar
Deroga għal Staġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa tal-2025 għas-Summien)
u dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw flimkien mar-Regolamenti
dwar Qafas biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun għall-Kaċċa
tal-Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa.
(2)
Dawn ir-regolamenti qegħdin jinħarġu skont l-Artikolu 9
tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30
ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi,
hawn aktar ’il quddiem imsejħa d-"Direttiva tal-Għasafar".
(3)
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u fil-kuntest tal-
Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Għasafar, il-Ministru ħa inkonsiderazzjoni
l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-popolazzjoni ta’ referenza ta’
Malta tas-Summiena, li hi "Stabbli".
Kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, it-termini u l-frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti, għandu
jkollhom l-istess tifsira kif mogħti lilhom fir-Regolamenti dwar il-
Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi, hawn aktar ’il quddiem imsejħa
"r-Regolamenti dwar l-Għasafar Selvaġġi" u fir-Regolamenti dwar
Qafas biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun għall-Kaċċa tal-
Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa.
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, is-Summiena hi
kklassifikata bħala speċi kaċċabbli taħt Parti B tal-Anness II tad-
Direttiva tal-Għasafar. F’dan il-kuntest, il-ħtieġa ta’ "numri żgħar" fil-
kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva tal-Għasafar,
għandha tinftiehem bħala "kampjun fl-ordni ta’ wieħed fil-mija (1%)
tal-mortalità totali annwali tal-popolazzjoni inkwistjoni". Għall-finijiet
ta’ dawn ir-regolamenti, "popolazzjoni inkwistjoni" għandha
tinftiehem fil-kuntest ta’ dawn l-għasafar migratorji, bħala l-
popolazzjoni ta’ dawk ir-reġjuni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea minn
fejn jiġu l-maġġoranza tal-eżemplari li jgħaddu mir-reġjun li jkun
applika d-deroga waqt il-perjodu li tkun ġiet applikata.
KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR SELVAĠĠI
(DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦAL STAĠUN TAL-
KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA TAL-2025 GĦAS-SUMMIEN)
Il-wieħed fil-mija (1%) tal-mortalità totali annwali tal-
popolazzjoni ta’ referenza ta’ Malta tas-Summiena għandha tiġi
kkalkulata kif ġej
Summiena (Coturnix coturnix)
Suċċess minimu ta’ tnissil: 4 frieħ kull par (30,900 x 4) =
123,600
Numru minimu ta’ btan fis-sena: 2
Rata ta’ mortalità tal-frieħ fl-ewwel sena: (247,200 x 80%) =
197,760
Rata ta’ mortalità tal-għasafar adulti: (61,800 x 71%) = 43,878
Mortalità totali annwali: (197,760 + 43,878) = 241,638
1% tal-mortalità totali annwali: (241,638 x 1%) = 2,416
Għall-finijiet tar-raba’ proviso tar-regolament 10(6) tar-
Regolamenti dwar l-Għasafar Selvaġġi u għall-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, il-perjodu tal-kaċċa għas-Summien fir-rebbiegħa tas-sena
2025 għandu jkun mill-14 ta’ April sal-4 ta’ Mejju 2025, iż-żewġ dati
inklużi, minn sagħtejn (2) qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar
Iżda d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ma
għandhomx jibqgħu fis-seħħ u l-ebda attività ta’ kaċċa ma għandha
tkun permessa fil-każ li l-Ministru jordna, b’avviż fil-Gazzetta jew bi
kwalunkwe avviż ieħor, li l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għandu
jieqaf b’mod immedjat jew f’data speċifikata mill-Ministru.
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, l-istaġun tal-kaċċa
fir-rebbiegħa għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tal-qafas stabbilit
bir-Regolamenti dwar Qafas biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-
Istaġun għall-Kaċċa tal-Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa u soġġett
għall-kundizzjonijiet kollha kif stipulati fil-Liċenzja għall-Kaċċa fir-
Rebbiegħa.
(1)
Il-Liċenzja
għall-Kaċċa
fir-Rebbiegħa
għandha tistabbilixxi l-kwota komplessiva għall-istaġun tal-kaċċa fir-
rebbiegħa ta’ elfejn u erba’ mitt (2,400) Summiena, bħala n-numru
totali ta’ għasafar li jistgħu jiġu kkaċċjati taħt l-awtorità tal-liċenzji
kollha maħruġa meħuda flimkien.
(2)
Il-Liċenzja għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa ma għandhiex
tibqa’ fis-seħħ fil-każ li l-Ministru jordna, b’avviż fil-Gazzetta jew bi
kwalunkwe avviż ieħor, li l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għandu
jieqaf b’mod immedjat jew f’data speċifikata mill-Ministru.
KONSERVAZZJONI TAL-GĦASAFAR SELVAĠĠI
(DIKJARAZZJONI DWAR DEROGA GĦAL STAĠUN TAL-
KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA TAL-2025 GĦAS-SUMMIEN)