Regolamenti dwar il-Promozzjoni ta’ Enerġija minn Sorsi Rinnovabbli Imħassrin bl-Avviż Legali 93 tal-2026
Table of Provisions (42)
Statutory Text (42 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 545.35
REGOLAMENTI DWAR IL-PROMOZZJONI TA’
ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI *
28 ta’ Diċembru, 2021
L-AVVIŻ LEGALI 503 tal-2021, kif emendat bl-Avviż Legali 53 tal-2023
u 3 u 234 tal-2025.
(1)
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti
dwar il-Promozzjoni ta’ Enerġija minn Sorsi Rinnovabbli.
(2)
Dawn ir-regolamenti jittrasponu l-Artikoli 2 sa 18 u 20 sa
28 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija
minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni).
(3)
Dawn ir-regolamenti jittrasponu wkoll l-Artikolu
1(1)(a)(1), l-Artikolu 1(1)(c), u l-Artikolu 1(7) u parzjalment l-
Artikolu 1(6) tad-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/
2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-
rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li
tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652.
(4)
Dawn ir-regolamenti jittrasponu l-Artikolu 1 tad-
Direttiva (UE) 2024/1711 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13
ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/
944 fir-rigward tat-titjib tat-tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni.
(Regolament 9)
Regola ta’ normalizzazzjoni għall-ikkalkular ta’ elettriku ġġenerat mill-
idroenerġija u mill-enerġija mir-riħ
Ir-regola li ġejja għandha tkun applikata għall-finijiet tal-ikkalkular ta' elettriku
ġġenerat mill-idroenerġija ġewwa Malta
fejn
=is-sena ta' referenza;
Q N(norm)
=l-elettriku normalizzat iġġenerat mill-impjanti kollha tal-idroenerġija ġewwa
Malta fis-sena N, għal finijiet ta' kontabbiltà;
=il-kwantità ta' elettriku li fil-fatt tiġi ġġenerata fis-sena i mill-impjanti kollha
tal-idroenerġija ġewwa Malta mkejla f'GWh, minbarra l-produzzjoni minn
sistema ta' ħażna bl-ippumpjar mill-ilma li qabel kien ippumpjat 'il fuq;
=il-kapaċità installata totali, il-kwantità netta tal-ħażna bl-ippumpjar, tal-
impjanti kollha tal-idroenerġija ġewwa Malta fi tmiem is-sena i, imkejla
f'MW.
Ir-regola li ġejja għandha tkun applikata għall-finijiet tal-kalkolu tal-elettriku
ġġenerat bl-enerġija mir-riħ fuq l-art ġewwa Malta
fejn
N
=is-sena ta' referenza;
Q N(norm) =l-elettriku normalizzat iġġenerat mill-impjanti kollha tal-enerġija mir-riħ fuq l-
art ġewwa Malta fis-sena N, għal finijiet ta' kontabbiltà;
Q i
=il-kwantità ta' elettriku fil-fatt iġġenerata fis-sena i mill-impjanti kollha tal-
enerġija mir-riħ fuq l-art ġewwa Malta mkejla f'GWh;
C j
=il-kapaċità installata totali tal-impjanti kollha tal-enerġija mir-riħ fuq l-art
ġewwa Malta fi tmiem is-sena j, imkejla f'MW;
n
=4 snin, jew in-numru ta' snin qabel is-sena N li għalihom hemm disponibbli
informazzjoni dwar kapaċità u produzzjoni ġewwa Malta, skont liema wieħed
hu l-inqas.
Ir-regola li ġejja għandha tkun applikata għall-finijiet tal-kalkolu tal-elettriku
ġġenerat bl-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta ta’ Malta
is-sena ta' referenza;
l-elettriku normalizzat iġġenerat mill-impjanti kollha tal-enerġija mir-riħ
lil hinn mill-kosta ta’ Malta fis-sena N, għal finijiet ta' kontabbiltà;
il-kwantità ta' elettriku fil-fatt iġġenerata fis-sena i mill-impjanti kollha ta'
tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta ta’ Malta mkejla f'GWh;
il-kapaċità installata totali tal-impjanti kollha tal-enerġija mir-riħ lil hinn
mill-kosta ta’ Malta fi tmiem is-sena j, imkejla f'MW;
4 snin, jew in-numru ta' snin qabel is-sena N li għalihom hemm disponibbli
informazzjoni dwar kapaċità u produzzjoni ġewwa Malta, skont liema
wieħed hu l-inqas.
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
(1)
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, it-tifsir
rilevanti fir-Regolamenti dwar l-Elettriku għandu japplika.
(2)
Kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra
"Att" tfisser l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u
l-Ilma;
"awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli" tfisser klijent finali li
jopera fil-bini tiegħu li jkun jinsab fi ħdan konfini limitati li jiġġenera
elettriku rinnovabbli għall-konsum tiegħu stess, u li jista' jaħżen jew
ibigħ l-elettriku rinnovabbli ġġenerat minnu stess, dment li, għall-
awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli li mhumiex unitajiet domestiċi,
dawk l-attivitajiet ma jikkostitwixxux l-attività kummerċjali jew
professjonali primarja tagħhom;
"awtokonsumaturi
ta'
sorsi
rinnovabbli
li
jaġixxu
konġuntament" tfisser grupp ta' mill-inqas żewġ awtokonsumaturi ta'
sorsi rinnovabbli li jinsabu fl-istess bini jew f'bini b'aktar minn
appartament wieħed;
*Dawn ir-regolamenti ġew imħassrin bl-Avviż Legali 93 tal-2026.
"Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni" tfisser l-Awtorità mwaqqfa
bl-artikolu 5 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni;
"Awtorità tal-Ippjanar" tfisser l-Awtorità mwaqqfa taħt l-Att
dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp;
"awtorità rilevanti" tfisser kwalunkwe awtorità jew korp li
joħroġ liċenzji jew permessi, jew korp amministrattiv, li huma
responsabbli għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet, liċenzji, permessi jew
li hu responsabbli għat-tfassil u l-publikazzjoni ta’ regoli ġenerali
vinkolanti, fejn dawn l-awtorizzazzjonijiet, liċenzji, permessi jew
regoli jista’ jkollhom impatt dirett, jew għandhom x’jaqsmu ma’
kwalunkwe attività li jista’ jkollha impatt fuq il-kisba tal-għanijiet
stabbiliti f’dawn ir-regolamenti
Iżda għall-finijet ta’ dawn ir-regolamenti, l-awtoritajiet
rilevanti responsabbli għall-għoti tal-permessi għandhom jinkludu,
iżda ma jkunux limitati
(a)
għall-Awtorità tal-Ippjanar stabbilita skont l-
artikolu 5 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, li
għandha tkun responsabbli li twettaq l-obbligi
tagħha taħt l-istess Att;
(b)
għar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
stabbilit skont l-artikolu 3 tal-Att dwar ir-Regolatur
għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, li għandu jkun
responsabbli li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-istess
Att;
"bijogass" tfisser karburanti gassużi prodotti mill-bijomassa;
"bijokarburanti" jew "biofuels" tfisser karburant likwidu għat-
trasport prodotti mill-bijomassa;
"bijokarburanti avvanzati" jew "biofuels avvanzati" ifissru
bijokarburanti li huma prodotti mill-materji prima elenkati fit-Taqsima
A tal-Ħames Skeda;
"bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju
baxx ta' bidla indiretta fl-użu tal-art" tfisser bijokarburanti, bijolikwidi
u karburanti mill-bijomassa, li l-materja prima tagħhom ġiet prodotta
fi skemi li jevitaw l-effetti ta' spostament tal-bijokarburanti, il-
bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa bbażati fuq l-għelejjel tal-
ikel u tal-għalf permezz ta' prattiki agrikoli mtejba kif ukoll permezz
tal-kultivazzjoni ta' għelejjel f'żoni li qabel ma kinux jintużaw għall-
kultivazzjoni tal-għelejjel, u li ġew prodotti f'konformità mal-kriterji
ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-
bijomassa stipulati fir-regolament 3 tar-Regolamenti dwar il-Kriterji
ta’ Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, tal-Bijolikwidi u tal-Karburanti
mill-Bijomassa;
"bijolikwidi" tfisser karburant likwidu għal għanijiet ta’
enerġija minbarra għat-trasport, inkluż l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ,
prodott mill-bijomassa;
"bijomassa" tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti,
skart u residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inkluż sustanzi
veġetali u mill-annimali, mill-industriji forestali u industrji relatati,
inkluż is-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli
ta’ skart, inkluż l-iskart industrjali u muniċipali ta’ oriġini bijoloġika;
"ċertifikat dwar ir-rendiment tal-enerġija (EPC)" tfisser iċ-
ċertifikat dwar ir-rendiment tal-enerġija (EPC) kif definit fir-
Regolamenti dwar ir-Rendiment tal-Enerġija fl-Użu tal-Bini;
"ċertifikat ekoloġiku" tfisser prodott li jista’ jiġi negozjat li jkun
jirrappreżenta l-karatteristiċi ambjentali ta’ kwantità speċifika ta’
energija li tkun prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli li jkun
inħareġ konformament mal-kwalitajiet ambjentali u l-kriterji ta’
sostenibbiltà;
"Direttiva" tfisser Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni
tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni);
"enerġija ambjentali" tfisser enerġija termali naturali u enerġija
akkumulata fl-ambjent b'konfini limitati, li tista' tinħażen fl-arja
ambjentali minbarra fl-arja tal-egżost, jew fl-ilma tal-wiċċ jew tad-
drenaġġ;
"enerġija ġeotermali" tfisser enerġija maħżuna fl-għamla ta’
sħana taħt wiċċ l-art solida;
"enerġija minn sorsi rinnovabbli" jew "enerġija minn sorsi li
jiġġeddu" tfisser enerġija mhux fossili minn sorsi rinnovabbli, b’mod
partikolari enerġija mir-riħ, enerġija solari bħal enerġija solari termali
u solari fotovoltajka, u enerġija ġeotermika, enerġija osmotika,
enerġija ambjentali, enerġija mill-marea, enerġija mill-mewġ u
enerġija oħra oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass tal-landfill, gass
minn impjanti għat-trattament tad-drenaġġ, u bijogass;
"fornitur tal-karburant" tfisser entità li tipprovdi l-karburant fis-
suq li tkun responsabbli biex tgħaddi l-karburant minn punt ta' dazju
tas-sisa jew, fil-każ tal-elettriku jew fejn l-ebda dazju tas-sisa mhu
dovut jew fejn ikun debitament ġustifikat, kwalunkwe entità rilevanti
oħra magħżula;
"ftehim dwar ix-xiri tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija
rinnovabbli" tfisser kuntratt li bih persuna ġuridika jew fiżika taqbel li
tixtri l-elettriku rinnovabbli direttament mingħand produttur tal-
enerġija;
"għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu" tfisser għelejjel li jinkludu
prinċipalment ċereali, irrispettivament minn jekk jintużawx biss iż-
żrieragħ jew il-pjanta kollha, bħal fil-każ tal-qamħirrun aħdar; tuberi u
għelejjel tal-għeruq, bħal patata, artiċokks, patata ħelwa, kassava u
jam; u għelejjel tal-basla tuberuża, bħal taro u cocoyam;
"għelejjel tal-ikel u l-għalf" tfisser għelejjel b'kontenut għoli ta'
lamtu, għelejjel taz-zokkrijiet jew għelejjel taż-żejt prodotti fuq art
agrikola bħala għelejjel ewlenin minbarra r-residwi, il-materjal skartat
jew linjoċellulożiku u l-għelejjel intermedji, bħall-għelejjel tat-titwiq u
l-għelejjel ta' kopertura dment li l-użu ta' tali għelejjel intermedji ma
joħloqx domanda għal aktar art;
"karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta'
oriġini mhux bijoloġika" tfisser karburanti likwidi jew gassużi li
jintużaw fis-settur tat-trasport għajr il-bijokarburanti jew il-bijogass, li
l-kontenut enerġetiku tagħhom huwa derivat minn sorsi ta' enerġija
rinnovabbli għajr il-bijomassa;
"karburanti mill-bijomassa" tfisser karburanti gassużi u solidi
prodotti mill-bijomassa;
"karburanti tal-karbonju riċiklat" tfisser karburanti likwidi u
gassużi prodotti minn flussi ta' skart likwidu jew solidu ta' oriġini
mhux rinnovabbli li ma jkunux adatti għall-irkupru materjali skont ir-
regolament 4A tar-Regolamenti dwar l-Iskart, jew minn gass mill-
ipproċessar tal-iskart u gass tal-egżost ta' oriġini mhux rinnovabbli li
jiġu prodotti bħala konsegwenza inevitabbli u mhux intenzjonati tal-
proċess ta' produzzjoni fl-installazzjonijiet industrijali;
"koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja" tfisser koġenerazzjoni ta'
effiċjenza għolja kif definit fir-Regolamenti dwar Effiċjenza fl-
Enerġija;
"komunità tal-enerġija rinnovabbli" tfisser entità legali
(a)
li, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, hija bbażata
fuq parteċipazzjoni miftuħa u volontarja, hija awtonoma, u hija
fil-fatt ikkontrollata minn azzjonisti jew membri li jinsabu fl-
inħawi tal-proġetti ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li huma
proprjetà ta' dik l-entita' ġuridika u żviluppati minnha;
(b)
li l-azzjonisti jew il-membri tagħha jkunu persuni
fiżiċi, SMEs jew awtoritajiet lokali, inkluż muniċipalitajiet;
(ċ)
li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipprovdi
benefiċċji komunitarji ambjentali, ekonomiċi jew soċjali għall-
azzjonisti jew membri tagħha jew għaż-żoni lokali fejn topera u
mhux għall-profitti finanzjarji;
"konsum finali gross tal-enerġija" tfisser il-prodotti tal-enerġija
li għal għanijiet ta' enerġija jingħataw lill-industrija, it-trasport, l-
unitajiet domestiċi, is-servizzi inkluż is-servizzi pubbliċi, l-
agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, l-konsum ta' elettriku u sħana mill-
fergħa tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku, tas-sħana u tal-
karburant għat-trasport, u t-telf ta' elettriku u sħana fid-distribuzzjoni u
t-trasmissjoni;
"kummerċ bejn il-pari" ta' enerġija rinnovabbli tfisser il-bejgħ
ta' enerġija rinnovabbli bejn il-parteċipanti fis-suq permezz ta' kuntratt
b'kundizzjonijiet predeterminati li jirregolaw l-eżekuzzjoni u s-saldu
awtomatizzati tat-transazzjoni, jew direttament bejn il-parteċipanti fis-
suq jew indirettament permezz ta' parteċipant fis-suq iċċertifikat ta'
parti terza, bħal aggregatur. Id-dritt li jsir il-kummerċ bejn il-pari
għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-
partijiet involuti bħala klijenti finali, produtturi, fornituri jew
aggregaturi;
"materjal ċellulożiku mhux tal-ikel" tfisser materja prima
prinċipalment magħmula minn ċelluloża u emiċelluloża, b'kontenut
aktar baxx ta' linjin minn materjal linjoċellulożiku, li tinkludi residwi
tal-ikel u tal-għalla tal-ikel, bħal tiben, magħlef, ħlief u qxur; għelejjel
tal-enerġija ta' ħaxix b'kontenut baxx ta' lamtu, bħal sikrana,
switchgrass, miscanthus, kannamieli kbar; għelejjel ta' kopertura qabel
u wara l-għelejjel ewlenin; għelejjel ta' newb il-bwar; residwi
industrijali, inkluż minn għelejjel għall-ikel u l-għalf wara li ż-żjut
veġetali, zokkrijiet, lamti u proteini jkunu ġew estratti; u materjal mill-
bijoskart fejn l-għelejjel ta' newb il-bwar u ta' kopertura huma
mifhuma li jkunu mergħat miżrugħa temporanji u fuq perjodu qasir li
jinkludu taħlita ta' ħaxix u legumi b'kontenut baxx ta' lamtu biex
jinkiseb għalf għall-bhejjem u titjieb il-fertilità tal-ħamrija biex
jinkisbu rendimenti ogħla ta' għelejjel ewlenin li jinħartu;
"materjal linjoċellulożiku" tfisser materjal magħmul minn
linjin, ċelluloża u emiċelluloża, bħal bijomassa li toriġina minn foresti,
għelejjel ta' injam għall-enerġija u residwi u skart ta' industriji li huma
bbażati fuq il-foresti;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-servizzi tal-
enerġija u l-ilma iżda għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti li
jirregolaw kwistjonijiet ta’ ppjanar, għandha tfisser il-Ministru
responsabbli għas-servizzi tal-enerġija u l-ilma b’konsultazzjoni mal-
Ministru responsabbli għall-Awtorità tal-Ippjanar;
"obbligu ta' enerġija rinnovabbli" tfisser skema ta' appoġġ li
tirrikjedi li l-produtturi tal-enerġija jinkludu fil-produzzjoni tagħhom
sehem partikolari ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, li tirrikjedi li l-
fornituri tal-enerġija jinkludu sehem partikolari ta' enerġija minn sorsi
rinnovabbli fil-provvista tagħhom, jew li tirrikjedi li l-konsumaturi tal-
enerġija jinkludu fil-konsum tagħhom sehem partikolari ta' enerġija
minn sorsi rinnovabbli, inklużi skemi li bihom dawn ir-rekwiżiti
jistgħu jiġu sodisfatti permezz tal-użu ta' ċertifikati ekoloġiċi;
"operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni" tfisser operatur kif
definit fir-regolament 2 tar-Regolamenti dwar l-Elettriku għall-
elettriku u fir-regolament 2 tar-Regolamenti dwar is-Suq tal-Gass
Naturali għall-gass naturali;
"pajjiż terz" tfisser pajjiż li ma jkunx membru tal-Unjoni
Ewropea u li jkun jirċievi jew li lejh jiġi trasferit jew esportat l-
elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jkunu jiġġeddu mill-pajjiż
ta’ oriġini;
"Regolament (KE) Nru 1099/2008" tfisser ir-Regolament (KE)
Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’
Ottubru, 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija;
"Regolament (UE) 2018/1999" tfisser ir-Regolament (UE)
2018/ 1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru
2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni
Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru
715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE,
98/70/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-
Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/
KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
"Regolatur" tfisser Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
mwaqqaf bl-Att;
"residwu" tfisser sustanza li ma tkunx il-prodott(i) finali li
proċess ta' produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; li ma
tkunx l-għan primarju tal-proċess ta' produzzjoni u l-proċess ma jkunx
ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;
"repowering" tfisser it-tiġdid ta’ impjanti tal-elettriku li
jipproduċu l-enerġija rinnovabbli, inkluż is-sostituzzjoni sħiħa jew
parzjali tal-installazzjonijiet jew tas-sistemi u t-tagħmir tal-
operazzjoni għall-finijiet tas-sostituzzjoni tal-kapaċità jew taż-żieda fl-
effiċjenza jew fil-kapaċità tal-installazzjoni;
"sħana u kesħa mormija" tfisser sħana jew kesħa inevitabbli
ġġenerata bħala prodott sekondarju fi installazzjonijiet industrijali jew
tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew f'settur terzjarju, li tiġi dissipata bla
ma tintuża fl-arja jew fl-ilma bla aċċess għal sistema ta' tisħin jew
tkessiħ distrettwali, fejn ikun intuża jew ser jintuża l-proċess ta'
koġenerazzjoni jew fejn il-koġenerazzjoni mhix fattibbli;
"skart" tfisser kull sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew
biħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi, bl-esklużjoni ta' sustanzi li jkunu
ġew modifikati jew kontaminati intenzjonalment sabiex jissodisfaw
din it-tifsira;
"skema ta’ appoġġ" tfisser kull strument, skema jew
mekkaniżmu applikat minn Ministru, jew minn grupp ta’ Stati Membri
li jinkludi lil Malta, li jippromwovu l-użu ta’ enerġija minn sorsi
rinnovabbli billi titnaqqas l-ispiża ta’ dik l-enerġija, b’żieda tal-prezz
li bih tista’ tinbigħ, jew b’żieda, permezz ta’ obbligu ta’ enerġija
rinnovabbli jew b’mod ieħor, tal-volum ta’ din l-enerġija mixtrija, li
jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, l-għajnuna għall-investiment,
l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis mit-taxxi, ir-rifużjonijiet tat-taxxa, l-
iskemi ta’ appoġġ għall-obbligu ta’ enerġija rinnovabbli, u l-iskemi ta’
appoġġ, inklużi dawk li jużaw ċertifikati ekoloġiċi kif ukoll l-iskemi
diretti ta’ appoġġ għall-prezzijiet, inklużi tariffi "feed-in" u ħlasijiet ta’
premiums varjabbli jew fissi;
"SME" tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju kif
definita fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-
Kummissjoni 2003/361/KE;
"Stat Membru" tfisser stat li jkun membru tal-Unjoni Ewropea;
"Stat Membru tal-oriġini" jew "pajjiż tal-oriġini" tfisser stat li
minnu elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jiġi trasferit
jew esportat lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz;
"Stat Membru tad-destinazzjoni" jew "pajjiż tad-destinazzjoni"
tfisser stat li jkun jirċievi jew li lejh elettriku prodott minn sorsi ta’
enerġija rinnovabbli jiġi trasferit jew esportat mill-pajjiż tal-oriġini;
"strument finanzjarju" tfisser strument finanzjarju kif definit fil-
paragrafu 29 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/
1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar
ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni, li jemenda r-
Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru
1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru
1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni
Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/
2012;
"tagħmir tal-enerġija solari" tfisser tagħmir li jikkonverti l-
enerġija mix-xemx f’enerġija termali jew elettrika, b’mod partikolari
tagħmir solari termali u solari fotovoltajku;
"tisħin distrettwali" jew "tkessiħ distrettwali" tfisser id-
distribuzzjoni ta' enerġija termali f'forma ta' fwar, ilma sħun jew
likwidi mkessħin, minn sorsi ċentrali jew deċentralizzati ta'
produzzjoni permezz ta' netwerk lejn diversi binjiet jew siti, għall-użu
ta' tisħin jew tkessiħ ta' spazju jew proċess;
"tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti" tfisser tisħin u tkessiħ
distrettwali effiċjenti kif definit fir-Regolamenti tal-2014 dwar
Effiċjenza fl-Enerġija u l-Koġenerazzjoni;
"Trattat" għandha l-istess tifsira hekk kif mogħti lilha bl-Att
dwar l-Unjoni Ewropea
"Unjoni Ewropea" jew "Unjoni" tfisser l-Unjoni Ewropea jew l-
Unjoni kif definita fit-Trattat;
"żona ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli" tfisser post
jew żona speċifika, kemm jekk fuq l-art, il-baħar jew fl-ilmijiet interni,
li hija identifikata bħala partikolarment adattata għall-installazzjoni ta’
impjanti tal-enerġija rinnovabbli;
(Regolamenti 10 u 11)
Kalkolu tal-energija mill-pompi tas-sħana
L-ammont tal-enerġija aerotermali, ġeotermali jew idrotermali maqbuda mill-
pompi tas-sħana li għandu jiġi kkunsidrat bħala enerġija rinnovabbli għall-finijiet ta'
dawn ir-regolamenti, E RES , għandu jiġi kkalkolat skont il-formola li ġejja
E RES = Q użabbli * (1 – 1/SPF)
fejn
Q użabbli =
is-sħana totali utilizzabbli stimata mogħtija
mill-pompi ta' sħana li jissodisfaw il-kriterji
msemmija fir-regolament 11, implimentat kif
ġej: Il-pompi tas-sħana biss li għalihom
jittieħed kont ta' SPF > 1.15 * 1/η,
SPF =
il-fattur tal-prestazzjoni staġjonali medja
stmata għal dawk il-pompi ta' sħana,
η =
il-proporzjoni bejn il-produzzjoni totali gross
ta' elettriku u l-konsum ta' enerġija primarja
għall-produzzjoni tal-elettriku u għandha tiġi
kkalkulata bħala medja tal-UE ibbażata fuq
id-data tal-Eurostat.
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
(1)
Il-Ministru għandu, permezz tal-introduzzjoni ta’
miżuri, jiżgura l-kisba tal-kontribut ta’ Malta favur ir-realizzazzjoni
2030. illi s-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross
tal-enerġija fl-Unjoni fl-2030 ikun ta’ mill-inqas tnejn u tletin fil-mija
(32%).
(2)
Il-kontribut imsemmi fis-subregolament (1) għandu jkun
konformi mat-trajettorja stabbilita fl-Artikoli 3 sa 5 u 9 sa 14 tar-
Regolament (UE) 2018/1999 għall-kontribut nazzjonali biex tintlaħaq
il-mira ġenerali vinkolanti tal-Unjoni kif irrapurtat fil-Pjan Nazzjonali
tal-Enerġija u l-Klima, u l-miżuri msemmija fis-subregolament (1)
għandhom ikunu diżinjati effettivament sabiex jaċċettaw illi s-sehem
tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tkun ekwivalenti għal jew teċċedi
dik it-trajettorja.
(3)
Il-Ministru għandu jieħu dawk il-miżuri neċessarji sabiex
jaċċerta illi mill-1 ta’ Jannar 2021, is-sehem ta’ enerġija minn sorsi
rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija ma jkunx aktar baxx
mis-sehem ta’ għaxra fil-mija (10%).
(Regolamenti 11 u 29)
Kontenut ta’ enerġija fil-karburanti
Kontenut ta'
Kontenut ta'
enerġija skont il-
enerġija skont il-piż
Karburant
volum (valur
(valur kalorifiku
kalorifiku aktar
aktar baxx, MJ/kg)
baxx, MJ/l)
KARBURANTI MILL-BIJOMASSA U/JEW OPERAZZJONIJIET TAL-IPPROĊESSAR
TAL-BIJOMASSA
Bijopropan
Żejt veġetali pur (żejt prodott minn pjanti taż-żejt
permezz tal-ippressar, l-estrazzjoni jew proċeduri
paragunabbli, grezz jew raffinat imma mhux modifikat
kimikament)
Bijodiżil - aċidu grass metilester (metilester prodott
minn żejt ta' oriġini mill-bijomassa)
Bijodiżil - aċidu grass etilester (etilester prodott minn
żejt ta' oriġini mill-bijomassa)
Bijogass li jista' jissaffa sa kwalità ta' gass naturali
—
Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu)
ta' oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għad-
diżil
Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu)
ta' oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-
petrol
Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu)
ta' oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-
karburant tal-avjazzjoni
Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu)
ta' oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-
gass tal-petroljum likwifikat
Żejt koproċessat (proċessat f'raffinerija fl-istess waqt
ma' karburant fossili) ta' oriġini mill-bijomassa jew il-
bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għad-diżil
Żejt koproċessat (proċessat f'raffinerija fl-istess waqt
ma' karburant fossili) ta' oriġini mill-bijomassa jew il-
bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-
petrol
Żejt koproċessat (proċessat f'raffinerija fl-istess waqt
ma' karburant fossili) ta' oriġini mill-bijomassa jew il-
bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-
karburant tal-avjazzjoni
Żejt koproċessat (proċessat f'raffinerija fl-istess waqt
ma' karburant fossili) ta' oriġini mill-bijomassa jew il-
bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-gass
tal-petroljum likwifikat
KARBURANTI RINNOVABBLI LI JISTGĦU JIĠU PRODOTTI MINN SORSI
RINNOVABBLI VARJI INKLUŻI, IL-BIJOMASSA
Metanol minn sorsi rinnovabbli
Etanol minn sorsi rinnovabbli
Propanol minn sorsi rinnovabbli
Butanol minn sorsi rinnovabbli
Diżil Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita
ta' idrokarburi sintetiċi li tintuża bħala sostitut għad-
diżil)
Petrol Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita
ta' idrokarburi sintetiċi prodotta mill-bijomassa li
tintuża bħala sostitut għall-petrol)
Karburant tal-avjazzjoni Fischer-Tropsch (idrokarbur
sintetiku jew taħlita ta' idrokarburi sintetiċi prodotta
mill-bijomassa li tintuża bħala sostitut għall-karburant
tal-avjazzjoni)
Gass
tal-petroljum
likwifikat
Fischer-Tropsch
(idrokarbur sintetiku jew taħlita ta' idrokarburi sintetiċi
li tintuża bħala sostitut għall-gass tal-petroljum
likwifikat)
DME (dimetileter)
Idroġenu minn sorsi rinnovabbli
ETBE (etiltertjobutileter prodott abbażi tal-etanol)
36 (li minnu 37%
minn sorsi
rinnovabbli)
MTBE (metil-tertjo-butil-eter prodott fuq il-bażi tal- 35 (li minnu 22%
metanol)
minn sorsi
rinnovabbli)
TAEE (amiletileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal- 38 (li minnu 29%
etanol)
minn sorsi
rinnovabbli)
TAME (amil-metil-eter-terzjarju prodott fuq il-bażi tal- 36 (li minnu 18%
metanol)
minn sorsi
rinnovabbli)
THxEE (eżiletileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal- 38 (li minnu 25%
metanol)
minn sorsi
rinnovabbli)
THxME (eżilmetileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal- 38 (li minnu 14%
metanol)
minn sorsi
rinnovabbli)
KARBURANTI FOSSILI
Petrol
Diżil
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
(1) Sabiex tintlaħaq jew tinqabeż il-mira tal-Unjoni ta’
tnejn u tletin fil-mija (32%), deskritta fis-subregolament (1) tar-
regolament 3 u l-kontribuzzjoni ta’ Malta għaliha, kif stabbilit fis-
subregolament (2) tar-regolament 3, il-Ministru jista’ japplika skemi
ta’ appoġġ
Iżda ma għandu jingħata l-ebda appoġġ, permezz ta’
kwalunke skema jew xort’oħra, għall-enerġija rinnovabbli prodotta
mill-inċinerazzjoni tal-iskart, jekk l-obbligi ta’ ġbir separat stabbiliti
fid-Direttiva 2008/98/KE ma jkunux ġew imħarsa fir-rigward tal-
imsemmi skart.
(2)
Skemi ta’ appoġġ għal elettriku minn sorsi rinnovabbli
għandhom jipprovdu inċentivi għall-integrazzjoni tal-elettriku minn
sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-suq tal-elettriku b’mod li jkun effettiv
u bbażat fuq il-prattika tal-istess suq, filwaqt li jiġu evitati
distorsjonijiet bla bżonn fis-swieq tal-elettriku u li jitqiesu l-ispejjeż
possibbli għall-integrazzjoni tas-sistemi u l-istabbiltà tal-grilja.
(3)
Skemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli
għandhom jiġu ddisinjati b'mod li tiġi massimizzata l-integrazzjoni tal-
elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku u sabiex jiżgura li
l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli qegħdin jirrispondu għas-sinjali
tal-prezz tas-suq u jimmassimizzaw l-introjti tagħhom mis-suq, u
għaldaqstant
għal dak il-għan, fi skemi ta' appoġġ tal-prezzijiet diretti, l-
appoġġ għandu jingħata fil-forma ta' premium tas-suq, li jista' jkun,
fost l-oħrajn, varjabbli jew fiss
Iżda tali appoġġ dirett fil-forma ta’ premium tas-suq, li
jista’ jkun, fost l-oħrajn, varjabbli jew fiss ma għandux japplika għall-
appoġġ għal elettriku mis-sorsi elenkati fl-Artikolu 19d(4) tar-
Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5
ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni), li
għalih japplika l-Artikolu 19d(1) tal-imsemmi Regolament.
(4)
Il-Ministru jista’ jeżenta installazjonijiet ta’ skala żgħira
u proġetti ta’ dimostrazzjoni mid-dispożizzjonijiet tas-subregolament
(3), mingħajr preġudizzju għal-ligi tal-Unjoni applikabbli fuq is-suq
intern tal-elettriku.
(5)
Il-Ministru għandu jiżgura illi l-appoġġ għall-elettriku
minn sorsi rinnovabbli jingħata b’mod miftuħ, trasparenti, kompetittiv,
mhux diskriminatorju u kosteffiċjenti
Iżda installazzjonijiet ta’ skala żgħira jew proġetti intiżi
għad-dimostrazzjoni jistgħu jiġu eżentati mill-proċeduri tas-sejħa
għall-offerti u l-Ministru jista’ ukoll jikkunsidra illi jistabbilixxi
mekkaniżmi sabiex jiżgura diversifikazzjoni reġjonali fit-tnehid ta'
elettriku rinnovabbli, b'mod partikolari biex jiżgura integrazzjoni tas-
sistema b’mod kosteffiċjenti.
(6)
Il-Ministru jista’ jillimita l-proċeduri ta’ sejħa għall-
offerti għal teknoloġiji speċifiċi fejn il-ftuħ ta’ skemi ta’ appoġġ lill-
produtturi kollha tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli jwassal għal
rizultat subottimali, u dan minħabba
(a)
il-potenzjal ta’ teknoloġija partikolari fuq tul ta’
żmien;
(b)
il-ħtieġa li tinkiseb diversifikazzjoni;
(ċ)
l-ispejjeż għall-integrazzjoni tal-grilja;
(d)
ir-restrizzjonijiet
relatati
man-netwerk
u
l-
istabbilità tal-grilja;
(e)
għall-bijomassa, il-bżonn li jiġu evitati d-
distorsjonijiet fis-swieq tal-materja prima.
(7)
Meta l-appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli
jingħata permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti, il-Ministru
għandu, sabiex tiġi żgurata rata għolja ta’ twettiq tal-proġett
(a)
jistabbilixxi u jippubblika kriterji trasparenti u
mhux diskriminatorji neċessarji ta’ kwalifika għall-proċedura
tas-sejħa għall-offerti u jistabbilixxi dati u regoli ċari għat-
twettieq tal-proġett;
(b)
jippubblika informazzjoni dwar proċeduri tas-
sejħa għall-offerti preċedenti, inkluż ir-rati ta' twettiq tal-
proġetti.
(8)
Il-Ministru għandu japplika dan ir-regolament mingħajr
preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 TFUE.
(Regolament 21)
Ċertifikazzjoni tal-installaturi
L-iskemi ta' ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifikazzjoni ekwivalenti msemmija
fis-subregolament (3) tar-regolament 21 għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin
1. Il-proċess ta' ċertifikazzjoni jew ta' kwalifika għandu jkun trasparenti u
definit b'mod ċar mir-Regolatur.
2. Installaturi ta' bijomassa, ta' pompi tas-sħana, enerġija ġeotermali tal-wiċċ
u ta' sistemi fotovoltajċi solari u termali solari għandhom ikunu ċċertifikati minn
programm ta' taħriġ jew minn fornitur tat-taħriġ akkreditat.
3. L-akkreditazzjoni tal-programm ta' taħriġ jew tal-fornitur għandha ssir
minn korp li jiġi maħtur wara diskussjonijiet bejn il-Ministru u l-awtorita’ rilevanti. Ir-
Regolatur għandu jiżgura li l-programm ta' taħriġ offrut mill-fornitur tat-taħriġ għandu
kontinwità u kopertura reġjonali jew nazzjonali. Il-fornitur tat-taħriġ għandu jkollu
faċilitajiet tekniċi adegwati biex jipprovdi taħriġ prattiku, inkluż xi tagħmir tal-
laboratorju jew faċilitajiet korrispondenti biex jipprovdu taħriġ prattiku. Il-fornitur tat-
taħriġ għandu joffri wkoll b'żieda mat-taħriġ bażiku, korsijiet iqsar ta' aġġornament dwar
kwistjonijiet topiċi, inkluż dwar teknoloġiji ġodda, biex jippermetti t-tagħlim tul il-ħajja
fil-qasam tal-impjanti. Il-fornitur tat-taħriġ jista' jkun il-manifattur tat-tagħmir jew tas-
sistema, istituti jew assoċjazzjonijiet.
4. It-taħriġ li jwassal għaċ-ċertifikazzjoni jew il-kwalifika ta' installatur
għandu jinkludi partijiet teoretiċi u prattiċi. Fi tmiem it-taħriġ, l-installatur għandu jkollu
l-ħiliet meħtieġa biex jistalla t-tagħmir u s-sistemi rilevanti biex jilħqu l-ħtiġijiet ta'
prestazzjoni u affidabbiltà tal-klijent, jinkludi sengħa ta' kwalità, u jikkonforma mal-
kodiċijiet u standards applikabbli kollha, inklużi tikkettar tal-enerġija u ekotikkettar.
5. Il-kors ta' taħriġ għandu jintemm b'eżami li jwassal għal ċertifikat jew
kwalifika. L-eżami għandu jinkludi valutazzjoni prattika ta' installazzjoni tajba ta'
bojlers u stufi tal-bijomassa, pompi tas-sħana, impjanti ġeotermali tal-wiċċ, impjanti
fotovoltajċi solari u termali solari.
6. L-iskemi ta' ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifikazzjoni ekwivalenti
msemmija fis-subregolament (3) tar-regolament 21 għandhom jieħdu kont debitu tal-linji
gwida li ġejjin
(a)
programmi ta' taħriġ akkreditati għandhom ikunu offruti lil
installaturi b'esperjenza tax-xogħol, li għamlu, jew li qed jagħmlu, it-tip ta' taħriġ
li ġej
(i)
fil-każ ta'installaturi ta' bojlers u stufi tal-bijomassa: taħriġ
bħala plumber, fitter tal-pajpijiet, inġinier tas-sħana jew tekniku ta' tagħmir
sanitarju jew ta' tisħin jew ta' tkessiħ bħala prerekwiżit;
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
(ii)
fil-każ ta' installaturi tal-pompi tas-sħana: taħriġ bħala
plumber jew inġinier tas-sistemi tat-tkessiħ u jkollu ħiliet bażiċi fl-elettriku
u s-sistemi tal-ilma (qtugħ ta' pajpijiet, issaldjar ta' ġonot tal-pajpijiet,
inkullar ta' ġonot tal-pajpijiet, tqegħid ta' iżolant, issiġillar ta' fittings,
ittestjar għan-nixxijiet u installazzjoni ta' sistemi ta' tisħin u tkessiħ) bħala
prerekwiżit;
(iii) fil-każ ta' installatur ta' sistemi fotovoltajċi solari u termali
solari: taħriġ bħala plumber jew elettriċista, u jkollu ħiliet dwar sistemi tal-
ilma, elettriċi u ta' tisqif; inkluż għarfien fl-issaldjar ta' ġonot tal-pajpijiet,
l-inkullar ta' ġonot tal-pajpijiet, issiġillar ta' fittings, ittestjar għan-nixxijiet
fis-sistemi tal-ilma, l-abbiltà li jgħaddi sistemi ta' wajers, familjarità mal-
materjali bażiċi tas-soqfa, metodi ta' ifflaxxjar u ssiġillar bħala prerekwiżit;
jew
(iv) skema ta' taħriġ vokazzjonali biex tipprovdi installatur bil-
ħiliet adegwati li jikkorrispondu għal tliet snin edukazzjoni fil-ħiliet
imsemmija fil-paragrafi (a), (b) jew (ċ), inklużi kemm it-tagħlim fil-klassi
kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.
(b)
il-parti teoretika tat-taħriġ għall-installatur ta' stufi u bojlers tal-
bijomassa għandha tagħti idea tas-sitwazzjoni fis-suq tal-bijomassa, u tkopri
aspetti ekoloġiċi, karburanti mill-bijomassa, loġistika, protezzjoni min-nirien,
sussidji relatati, tekniki tal-kombustjoni, sistemi tan-nar, soluzzjonijiet idrawliċi
ottimali, tqabbil bejn spiża u potenzjal ta' profitt kif ukoll id-disinn, l-
installazzjoni u l-manutenzjoni ta' bojlers u stufi tal-bijomassa. It-taħriġ għandu
jipprovdi wkoll għarfien dwar kull standard Ewropew għat-teknoloġija u l-
karburanti mill-bijomassa, bħal gerbub, u liġi nazzjonali u tal-Unjoni relatata mal-
bijomassa.
(ċ)
il-parti teoretika tat-taħriġ tal-installatur tal-pompa tas-sħana
għandha tagħti ħarsa tas-sitwazzjoni fis-suq tal-pompi tas-sħana u tkopri riżorsi
ġeotermali u temperaturi tas-sorsi mill-art ta' reġjuni differenti, identifikazzjoni
ta' ħamrija u blat għall-konduttività termali, regolamenti dwar l-użu ta' riżorsi
ġeotermali, fattibbiltà tal-użu ta' pompi tas-sħana fil-bini u d-determinazzjoni tal-
aħjar sistema ta' pompi tas-sħana, u għarfien dwar ir-rekwiżiti tekniċi tagħhom,
is-sigurtà, l-iffiltrar tal-arja, il-konnessjoni mas-sors ta' sħana u t-tqassim tas-
sistema. It-taħriġ għandu jipprovdi wkoll għarfien tajjeb dwar kull standard
Ewropew għall-pompi tas-sħana, u dwar il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti.
L-installatur għandu juri l-kompetenzi ewlenin li ġejjin
(i)
konoxxenza bażika tal-prinċipji fiżiċi u ta' operazzjoni ta'
pompa tas-sħana, inkluż il-karatteristiċi taċ-ċirku tal-pompa tas-sħana: il-
kuntest bejn temperaturi baxxi tas-sink tas-sħana, temperaturi għoljin tas-
sors tas-sħana, u l-effiċjenza tas-sistema, id-determinazzjoni tal-koeffiċjent
tal-prestazzjoni u l-fattur tal-prestazzjoni staġjonali (SPF);
(ii)
konoxxenza bażika tal-komponenti u l-funzjoni tagħhom fi
ħdan ċirku ta' pompa tas-sħana, inkluż il-kompressur, il-valv ta' espansjoni,
l-evaporatur, il-kondensatur, tagħmir għall-iffittjar u fittings, żejt
lubrifikant, refriġerant, superheating jew sub-cooling u possibbiltajiet ta'
tkessiħ bil-pompi tas-sħana; u
(iii) l-abbiltà li jagħżel u jkejjel il-komponenti f'sitwazzjonijiet
tipiċi ta' installazzjoni, inkluża d-determinazzjoni tal-valuri tipiċi tat-
tagħbija tas-sħana ta' bini differenti u għall-produzzjoni ta' ilma sħun
ibbażat fuq il-konsum ta' enerġija, id-determinazzjoni tal-kapaċità tal-
pompa tas-sħana fuq it-tagħbija tas-sħana għall-produzzjoni tal-ilma sħun,
fuq il-massa tal-ħażna tal-bini u fuq il-provvista mhux interrotta tal-
kurrent; jiddetermina l-komponent tal-buffer tank u l-volum tiegħu u l-
integrazzjoni tat-tieni sistema ta' tisħin;
(d)
il-parti teoretika tat-taħriġ tal-installatur ta' sistemi fotovoltajċi
solari u dak termali solari għandha tagħti idea tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti
solari u tqabbil tal-ispiża u l-potenzjal ta' profitt, u tkopri aspetti ekoloġiċi,
komponenti, karatteristiċi u daqsijiet ta' sistemi solari, għażla ta' sistemi preċiżi u
l-kejl tad-daqs tal-komponenti, determinazzjoni tad-domanda għas-sħana,
protezzjoni min-nirien, sussidji relatati, kif ukoll id-disinn, l-installazzjoni, u l-
manutenzjoni ta' installazzjonijiet fotovoltajċi solari u termali solari. It-taħriġ
għandu jipprovdi wkoll għarfien tajjeb ta' kull standard Ewropew għat-
teknoloġija, u ċertifikazzjoni bħal Solar Keymark, u l-liġi nazzjonali u tal-Unjoni
relatata. L-installatur għandu juri l-kompetenzi ewlenin li ġejjin
(i)
l-abbiltà li jaħdem b'mod sigur bl-użu tal-għodda u t-tagħmir
meħtieġ u li jimplimenta kodiċijiet u standards tas-sigurtà u li jidentifika
perikli fis-sistema tal-ilma, l-elettriku u oħrajn assoċjati ma'
installazzjonijiet impjanti solari;
(ii)
l-abbiltà li jidentifika sistemi u komponenti speċifiċi
tagħhom għal sistemi attivi u passivi, inkluż id-disinn mekkaniku, u li
jiddetermina l-post tal-komponenti u t-tqassim u l-konfigurazzjoni tas-
sistema;
(iii) l-abbiltà li jiddetermina l-post meħtieġ għall-installazzjoni, l-
orjentazzjoni u l-angolu tas-sistema fotovoltajka solari u tal-ħijter tal-ilma,
billi jikkunsidra d-dell, l-aċċess għax-xemx, l-integrità strutturali, kemm l-
installazzjoni hija xierqa għall-bini jew għall-klima u li jidentifika metodi
ta' installazzjoni differenti adatti għat-tipi ta' soqfa u l-bilanċ tat-tagħmir
tas-sistema meħtieġ għall-installazzjoni; u
(iv) b'mod partikolari għas-sistemi fotovoltajċi solari, l-abbiltà li
jiġi adattat id-disinn elettriku, inkluża d-determinazzjoni tal-kurrenti tad-
disinn, bl-għażla ta' kondutturi xierqa u ratings għal kull ċirkwit elettriku, li
jiddetermina d-daqs xieraq, ir-ratings u l-postijiet għat-tagħmir u s-
sottosistemi kollha assoċjati u l-għażla ta' punt ta' interkonnessjoni xieraq.
(e)
iċ-ċertifikazzjoni tal-installatur għandha tkun limitata fiż-żmien, bil-
għan li jkun meħtieġ seminar jew attività ta' aġġornament għal ċertifikazzjoni
kontinwa.
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
(1)
Il-Ministru għandu jkollu d-dritt, skont dawn ir-
regolamenti, li jiddeċiedi sa fejn jappoġġja elettriku minn sorsi
rinnovabbli li jiġi prodott fi Stat Membru ieħor. Madankollu, jista’
jiftaħ il-parteċipazzjoni fi skemi ta' appoġġ għal elettriku minn sorsi
rinnovabbli għal produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, soġġett
għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-regolament.
(2)
Meta jiftaħ il-parteċipazzjoni fi skemi ta' appoġġ għal
elettriku minn sorsi rinnovabbli, il-Ministru jista’ jiddeċiedi li l-
appoġġ għal sehem indikattiv tal-kapaċità li għadha kif ġiet
appoġġjata, jew tal-baġit allokat għaliha, f'kull sena tkun miftuħa għal
produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra.
(3)
Tali sehem indikattiv imsemmi fis-subregolament (2),
jista’ jammonta għal mill-inqas ħamsa fil-mija (5%) mill-2023 sal-
2026 u mill-inqas għaxra fil-mija (10%) mill-2027 sal-2030, jew fejn
inqas, għal-livell ta' interkonnettività tal-Istat Membru kkonċernat fi
kwalunkwe sena partikolari.
(4)
Il-Ministru jista’ jorganizza skema pilota waħda jew
aktar fejn l-appoġġ ikun miftuħ għal ġeneraturi li jinsabu fi Stati
Membri oħra sabiex tinkiseb aktar esperjenza ta' implimentazzjoni.
(5)
Il-Ministru jista’ jitlob prova ta' importazzjoni fiżika ta'
elettriku minn sorsi rinnovabbli. Għal dak il-għan, il-Ministru jista’
jillimita l-parteċipazzjoni fl-iskemi ta' appoġġ għal produtturi li
jinsabu fl-Istati Membri li magħhom hemm konnessjoni diretta
permezz ta' interkonnetturi. Madankollu, l-Istati Membri ma
għandhomx ibiddlu jew b'mod ieħor jaffettwaw l-iskedi trans-zonali u
l-allokazzjoni tal-kapaċità minħabba fil-produtturi li jipparteċipaw fi
skemi ta' appoġġ transkonfinali. It-trasferimenti transkonfinali tal-
elettriku għandhom jiġu determinati biss bl-eżitu tal-allokazzjoni tal-
kapaċità skont il-liġi tal-Unjoni fis-suq intern tal-elettriku.
(6)
Jekk il-Ministru jiddeċiedi li jiftaħ il-parteċipazzjoni fi
skemi ta' appoġġ lil produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, l-Istati
Membri rilevanti għandhom jaqblu dwar il-prinċipji ta' din il-
parteċipazzjoni bi ftehim li għandu jkopri mill-inqas il-prinċipji tal-
allokazzjoni tal-elettriku rinnovabbli li huwa s-suġġett ta' appoġġ
transkonfinali.
Iżda l-Ministru jista’, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jitlob
lill-Kummissjoni sabiex tassisti matul il-proċess ta’ negozjati.
(regolament 27)
Materja prima għall-produzzjoni tal-bijogass għat-trasport u bijokarburanti
avvanzati, li l-kontribut tagħhom għas-sehem minimu msemmi fir-regolament jista'
jitqies li huwa darbtejn il- kontenut tal-enerġija tagħhom
(a)
alka jekk ikkultivata fuq l-art f'għadajjar jew fotobijoreatturi;
(b)
frazzjoni ta' bijomassa ta' skart muniċipali mħallat, iżda mhux skart
domestiku soġġett għal miri ta' riċiklaġġ skont il-paragrafu (a) tal-partita 12 tal-
Iskeda 5 tar-Regolamenti dwar l-Iskart;
bijoskart minn unitajiet domestiċi privati soġġetti għal ġbir separat
kif imfisser fir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar l-Iskart;
(d)
frazzjoni ta' bijomassa ta' skart industrijali li mhux adatt biex jintuża
fil-katina alimentari jew tal-għalf, inklużi materjali mill-industrija tal-bejgħ bl-
imnut u bl-ingrossa u dik agroalimentari u tas-sajd u l-akkwakultura, u esklużi l-
materja prima elenkati fit-Taqsima B ta’ din l-Iskeda;
(e)
tiben;
(f)
demel tal-annimali u ħama tad-drenaġġ;
(g)
effluwent minn imtieħen taż-żejt tal-palm u għenieqed vojta tal-frott
(h)
żift taż-żejt tal-arżnu;
(i)
gliċerina mhux raffinata;
(j)
bagassa;
(k)
residwi tal-għasra u karfa tal-inbid;
(l)
qxur tal-ġewż;
(m)
ħliefa;
(n)
ċfaċagħ imnaddfa minn ħabb il-qamħirrum;
(o)
frazzjoni ta' bijomassa ta' skart u residwi mill-forestrija u l-industriji
bbażati fuq il-forestrija, jiġifieri qxur tas-siġar, friegħi, żbir ta' qabel il-
kummerċjalizzazzjoni, weraq, weraq tal-arżnu, qċaċet tas-siġar, serratura, fdalijiet
mill-qtugħ tas-siġar, likur iswed, likur kannella, tajn tal-fibra, linjin u żejt tal-
(p)
materjal ċellulożiku mhux tal-ikel ieħor;
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
(q)
materjal linjoċellulożiku ieħor għajr zkuk maqtugħin u zkuk
maqtugħin miksija b'fuljetta fina.
Taqsima B
Materja prima għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u tal-bijogass għat-trasport, li
l-kontribut tagħhom għas-sehem minimu stabbilit fir-regolament 33 jista' jitqies li huwa
darbtejn il-kontenut tal-enerġija tagħhom
(a)
żejt tal-ikel użat;
(b)
xaħam tal-annimali kklassifikat bħala tal-kategoriji 1 u 2
f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
(1)
Mingħajr
preġudizzju
għall-adattazzjonijiet
meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli 107 u 108 TFUE, il-Ministru
għandu jiżgura li l-livell ta', u l-kundizzjonijiet marbuta mal-appoġġ
mogħti għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ma jiġux
riveduti b'ebda mod li jkollu effetti negattivi fuq id-drittijiet konferiti
hemmhekk u li jimmina l-vijabilità ekonomika ta' proġetti li
jibbenefikaw diġà mill-appoġġ.
(2)
Il-Ministru jista’ jaġġusta l-livell ta' appoġġ skont il-
kriterji oġġettivi, dment li tali kriterji jiġu stabbiliti fid-disinn oriġinali
tal-iskema ta' appoġġ.
(3)
Il-Ministru għandu jippubblika skeda fuq perjodu twil li
tantiċipa l-allokazzjoni mistennija ta' appoġġ, li tkopri, bħala
referenza, mill-inqas il-ħames snin li ġejjin, jew, f'każ ta'
restrizzjonijiet ta' ppjanar baġitarju, it-tliet snin li ġejjin, inkluż, iż-
żmien indikattiv, il-frekwenza tal-proċeduri tas-sejħa għall-offerti fejn
xieraq, il-kapaċità mistennija u l-baġit jew l-appoġġ massimu unitarju
mistenni li jiġi allokat, u t-teknoloġiji eliġibbli mistennija, jekk
applikabbli.
(4)
Dik l-iskeda msemmija fis-subregolament (3) għandha
tiġi aġġornata fuq bażi annwali jew, fejn meħtieġ, biex tirrifletti
żviluppi riċenti tas-suq jew l-allokazzjoni mistennija ta' appoġġ.
(5)
Il-Ministru għandu, tal-anqas darba kull ħames snin,
jagħmel valutazzjoni ta’
(a)
l-effettività tal-iskemi tal-appoġġ għall-elettriku
minn sorsi rinnovabbli;
(b)
l-effetti distributtivi kbar tagħhom fuq gruppi ta'
konsumaturi differenti, u fuq investimenti;
(ċ)
l-effett ta’ bidliet possibbli f’dawn l-iskemi ta’
appoġġ.
(6)
L-ippjanar indikattiv fit-tul li jirregola d-deċiżjonijiet tal-
appoġġ u t-tfassil ta' appoġġi ġodda għandu jqis ir-riżultati tal-
valutazzjoni msemmija fis-subregolament (5), u l-valutazzjonijiet
għandhom jiġu inklużi fl-aġġornamenti rilevanti tal-pjan nazzjonali
integrat dwar l-enerġija u l-klima ta’ Malta u r-rapporti ta' progress
f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.
(1)
Is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli
għandu jiġi kkalkulat bħala l-konsum finali gross ta’ enerġija minn
sorsi rinnovabbli diviż bil-konsum finali gross minn kull sors ta’
enerġija, espress bħala perċentwali.
(2)
Meta jkun qiegħed jiġi kkalkulat il-konsum finali gross
ta’ enerġija għall-fini li titkejjel il-konformità ta’ Malta mal-miri u
mat-trajettorja indikattiva stipulata fid-Direttiva 2009/28/KE, l-
ammont ta’ enerġija kkunsmat fl-avjazzjoni għandu, bħala proporzjon
tal-konsum finali gross ta’ enerġija, jitqies li ma jkunx aktar minn
erbgħa punt wieħed tnejn fil-mija (4.12%).
(3)
Il-metodoloġija u t-tifsir użati fil-kalkolu tas-sehem tal-
enerġija minn sorsi li jiġġeddu għandhom ikunu dawk tar-Regolament
(KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’
Ottubru, 2008 fuq statistika dwar l-enerġija.
(1)
Il-konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi
rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala s-somma ta'
(a)
konsum finali gross ta' elettriku minn sorsi ta'
enerġija rinnovabbli;
(b)
konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi
rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ; u
(ċ)
konsum finali ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli
fit-trasport.
(2)
Fir-rigward tal-paragrafi (a), (b) jew (ċ) tas-
subregolament (1), il-gass, l-elettriku u l-idroġenu minn sorsi ta'
enerġija rinnovabbli għandhom ikunu kkunsidrati darba biss għall-
finijiet tal-kalkolu tas-sehem tal-konsum finali gross ta' enerġija minn
sorsi rinnovabbli.
(3)
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-
bijomassa li ma jissodisfawx il-kriterji ta' sostenibbiltà u l-iffrankar fl-
emissjonijiet tal-gassijiet serra stipulati fir-Regolamenti dwar il-
Kriterji ta’ Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, tal-Bijolikwidi u tal-
Karburanti mill-Bijomassa ma għandhomx jiġu kkunsidrati.
(4)
L-ammont imsemmi fis-subregolament (1) għandu jiġi
aġġustat biex jitqiesu, meta dan ikun applikabbli, l-effetti fuq l-
allokazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li joħorġu minn
arranġamenti magħmula għall-iskop ta’
(a)
trasferimenti statistiċi ta’ enerġija minn sorsi
rinnovabbli;
(b)
effetti ta’ proġetti li jsiru flimkien ma’ Stati
Membri oħra u, jew pajjiżi terzi;
(ċ)
skemi ta’ appoġġ konġunti ma’ Stati Membri
oħra.
(1)
Għall-finijiet tal-paragrafu (a) tas-subregolament
(1) tar-regolament 8, il-konsum finali gross ta' elettriku minn sorsi tal-
enerġija rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta'
elettriku prodott f’Malta minn sorsi rinnovabbli, inkluż il-produzzjoni
tal-elettriku minn awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u komunitajiet
tal-enerġija rinnovabbli u bl-esklużjoni tal-produzzjoni ta' elettriku
f'unitajiet ta' ppumpjar tal-ħażniet minn ilma li qabel kien ippumpjat 'il
fuq.
(2)
F'impjanti multi-kombustibbli li jużaw sorsi rinnovabbli
u mhux rinnovabbli, il-parti biss tal-elettriku prodott minn sorsi
rinnovabbli għandha tkun ikkunsidrata u għall-finijiet ta' dak il-
kalkolu, il-kontribut ta' kull sors ta' enerġija għandu jkun ikkalkulat
fuq il-bażi tal-kontenut tiegħu ta' enerġija.
(3)
L-elettriku ġġenerat bl-idroenerġija u bl-enerġija mir-riħ
għandu jkun ikkunsidrat skont ir-regoli ta' normalizzazzjoni stabbiliti
fl-Ewwel Skeda.
(1)
Għall-finijiet tal-paragrafu (b) tas-subregolament
(1) tar-regolament 8, il-konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi
rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkun ikkalkulat
bħala l-kwantità ta' tisħin u tkessiħ distrettwali prodotta f’Malta minn
sorsi rinnovabbli, miżjuda bil-konsum ta' enerġija oħra minn sorsi
rinnovabbli fl-industrija, fid-djar, fis-servizzi, fl-agrikoltura, fil-
forestrija u fis-sajd għal finijiet ta' tisħin, tkessiħ u ta' pproċessar.
(2)
F'impjanti multi-kombustibbli li jużaw sorsi rinnovabbli
u mhux rinnovabbli, għandha tkun ikkunsidrata biss il-parti tat-tisħin u
t-tkessiħ prodotta minn sorsi rinnovabbli u għall-għanijiet ta' dak il-
kalkolu, il-kontribut ta' kull sors ta' enerġija għandu jkun ikkalkulat
fuq il-bażi tal-kontenut tiegħu ta' enerġija.
(3)
L-enerġija ambjentali u ġeotermali li tintuża għat-tisħin u
t-tkessiħ permezz ta' pompi tas-sħana u sistemi ta' tkessiħ distrettwali
għandhom jitqiesu, dment li l-output finali tal-enerġija jisboq sew l-
input ta' enerġija primarja meħtieġ biex jitħaddmu l-pompi tat-tisħin.
(4)
Il-kwantità ta' sħana jew kesħa li għandha tiġi meqjusa
bħala enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-għanijiet ta' dawn ir-
regolamenti għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija stabbilita
fit-Tieni Skeda u għandha tqis l-użu tal-enerġija fis-setturi kollha ta'
użu aħħari.
(5)
L-enerġija termali ġġenerata minn sistemi ta' enerġija
passiva, li taħthom jinkiseb passivament konsum inqas ta' enerġija
permezz tad-disinn tal-bini jew minn sħana ġġenerata minn enerġija
minn sorsi mhux rinnovabbli, ma għandhiex tkun ikkunsidrata.
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
(1)
Għall-finijiet tal-paragrafu (ċ) tas-subregolament
(1) tar-regolament 8 għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin
(a)
il-konsum finali tal-enerġija minn sorsi
rinnovabbli fis-settur tat-trasport għandu jiġi kkalkulat bħala s-
somma tal-bijokarburanti, il-karburanti mill-bijomassa u l-
karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini
mhux bijoloġika kollha kkonsmati mis-settur tat-trasport
Iżda l-karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi
u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika li huma prodotti mill-
elettriku rinnovabbli għandhom jitqiesu bħala parti mill-kalkolu
skont il-paragrafu (a) tas-subregolament (1) tar-regolament 8
biss meta tiġi kkalkulata l-kwantità tal-elettriku prodotta
f’Malta mis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; u
(b)
għall-kalkolu tal-konsum finali tal-enerġija fis-
settur tat-trasport, għandhom jintużaw il-valuri li jirrigwardaw
il-kontenut tal-enerġija tal-karburanti għat-trasport kif stabbilit
fit-Tielet Skeda
Iżda għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-
enerġija ta' karburanti tat-trasport, għandhom jintużaw l-
istandards tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Istandardizzazzjoni
(ESO) rilevanti sabiex jiddeterminaw il-valuri kalorifiċi ta'
karburanti. Fejn l-ebda standard ESO ma ġie adottat għal dak il-
għan, għandhom jintużaw l-istandards tal-Organizzazzjoni
Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (ISO) rilevanti.
(1)
Il-Ministru jista’ jagħmel arranġamenti għal
trasferiment statistiku ta' ammont speċifiku ta' enerġija minn sorsi
rinnovabbli minn Malta għal Stat Membru ieħor, jew minn Stat
Membru ieħor għal Malta, skont ma jkun il-każ.
(2)
Il-kwantità trasferita għandha
(a)
titnaqqas mill-ammont ta' enerġija minn sorsi
rinnovabbli li jkun ikkunsidrat fil-kalkolu tas-sehem tal-
enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru li jwettaq it-trasferiment
għall-finijiet ta' din id-Direttiva; u
(b)
tiżdied mal-ammont ta' enerġija minn sorsi
rinnovabbli li jkun ikkunsidrat fil-kalkolu tas-sehem tal-
enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru li jaċċetta t-trasferiment
għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
(3)
Il-Ministru jista’, għall-iskopijiet imsemmija fis-
subregolament (1), jagħmel użu mill-pjattaforma tal-Unjoni għal
żvilupp rinnovabbli (‘URDP’) stabbilita mill-Kummissjoni u jista’,
fuq bażi volontarja, jippreżenta lill-URDP id-data annwali dwar il-
kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-mira tal-Unjoni jew kwalunkwe
punt ta’ riferiment stabbilit għall-monitoraġġ tal-progress fir-
Regolament (UE) 2018/1999, inkluż l-ammont li bih Malta hija
mistennija li ma tilħaqx jew li teċċedi l-kontribuzzjoni tagħha, u
indikazzjoni tal-prezz li għalih Malta lesta li taċċetta trasferiment ta’
kwalunkwe produzzjoni żejda ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli minn
jew għal Stat Membru ieħor.
(4)
Il-prezz ta' kwalunkwe trasferiment magħmul skont id-
dispożizzjonijiet tas-subregolament (3) għandu jitqies fuq bażi ta' każ
b'każ ibbażat fuq il-mekkaniżmu tat-tqabbil tad-domanda u l-offerta
tal-URDP.
(5)
L-arranġamenti msemmija fis-subregolamenti (1) sa (4)
jista' jkollhom durata ta' sena kalendarja waħda jew aktar u għandhom
jiġu nnotifikati mill-Ministru lill-Kummissjoni jew iffinalizzati fl-
URDP mhux aktar tard minn tnax (12)-il xahar wara t-tmiem ta' kull
sena li fiha jkollhom effett. It-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni
għandu jinkludi l-kwantità u l-prezz tal-enerġija involuta. Għal
trasferimenti ffinalizzati fl-URDP, il-partijiet involuti u l-
informazzjoni dwar it-trasferiment partikolari ta' dawk it-
transazzjonijiet għandhom jiġu rilaxxati lill-pubbliku.
(6)
It-trasferimenti għandhom isiru effettivi wara li l-Istati
Membri kollha involuti fit-trasferiment ikunu nnotifikaw it-
trasferiment lill-Kummissjoni jew wara li jkunu ġew issodisfati l-
kundizzjonijiet kollha ta' clearing fuq l-URDP, kif applikabbli.
(1)
Il-Ministru jista’ jagħmel arranġamenti sabiex
jikkoopera ma’ awtorità waħda jew iżjed ta’ Stati Membri oħra għal
kull tip ta' proġetti konġunti fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku,
tat-tisħin jew tat-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, fejn tali
kooperazzjoni tista' tinvolvi ukoll operaturi privati.
(2)
Il-Ministru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-
proporzjon jew l-ammont ta' elettriku, tisħin jew tkessiħ minn sorsi
rinnovabbli prodott minn kwalunkwe proġett konġunt li jinsab f’Malta
tagħhom, li beda jew jibda jaħdem wara 25 ta' Ġunju 2009, jew mill-
kapaċità miżjuda ta' installazzjoni li ġiet rinovata wara dik id-data, li
għandha tiġi meqjusa li tgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta'
Stat Membru ieħor għall-finijiet ta' din id-Direttiva
Iżda l-unitajiet tal-energija minn sorsi rinnovabbli
imputabbli għaż-żieda fil-kapaċità tal-installazzjoni għandhom jiġu
ttrattati daqslikieku ġew prodotti minn installazzjoni separata u li tibda
topera fil-mument li tali żieda fil-kapaċità seħħet.
(3)
In-notifika msemmija fis-subregolament (2) għandha
(a)
tiddeskrivi
l-installazzjoni
proposta
jew
tidentifika l-installazzjoni rinnovata li tinsab f’Malta;
(b)
tispeċifika l-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
jew tisħin jew tkessiħ prodott mill-installazzjoni li għandu
jitqies bħala li jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-
Istat Membru l-ieħor;
(ċ)
tidentifika l-Istat Membru li qiegħed jibbenefika
min-notifika; u
(d)
tispeċifika l-perjodu, fi snin kalendarji sħaħ, li
matulhom l-elettriku jew it-tisħin jew it-tkessiħ prodott mill-
installazzjoni minn sorsi rinnovabbli għandu jitqies bħala li
jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru
ieħor.
(4)
It-terminu ta' proġett konġunt imsemmi f'dan ir-
regolament jista' jestendi lil hinn mill-2030.
(5)
Notifika li ssir skont dan ir-regolament ma għandhiex
tinbidel jew tiġi rtirata mingħajr il-qbil konġunt tal-awtoritajiet
rilevanti ta’ Malta u l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru identifikat
taħt il-paragrafu (ċ) tas-subregolament (3).
(6)
Il-Ministru jista’ jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita l-
istabbiliment ta' proġetti konġunti ma’ Stati Membri oħra, b'mod
partikolari permezz ta' assistenza teknika dedikata u assistenza fl-
iżvilupp tal-proġetti.
(1)
Fi żmien tliet (3) xhur mit-tmiem ta' kull sena li
taqa' fil-perjodu msemmi fil-paragrafu (d) tas-subregolament (3) tar-
regolament 13, il-Ministru għandu joħroġ ittra ta' notifika li tiddikjara
(a)
l-ammont totali ta' elettriku jew tisħin jew tkessiħ
prodott minn sorsi rinnovabbli matul dik is-sena mill-
installazzjoni li kienet is-suġġett tan-notifika skont ir-
regolament 13; u
(b)
l-ammont ta' elettriku jew tisħin jew tkessiħ
prodott minn sorsi rinnovabbli matul dik is-sena minn dik l-
installazzjoni li tgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta'
Stat Membru ieħor skont it-termini tan-notifika.
(2)
Il-Ministru għandu jippreżenta l-ittra ta' notifika lill-Istat
Membru li jibbenefika min-notifika u lill-Kummissjoni.
(3)
L-ammont ta' elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn sorsi
rinnovabbli nnotifikat skont il-paragrafu (b) tas-subregolament (1)
għandu
(a)
jitnaqqas mill-ammont ta' elettriku jew tisħin jew
tkessiħ minn sorsi rinnovabbli li jkun ikkunsidrat, fil-kalkolu
tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta’ Malta għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti; u
(b)
jiżdied mal-ammont ta' elettriku jew tisħin jew
tkessiħ minn sorsi rinnovabbli li jkun ikkunsidrat fil-kalkolu
tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru li jirċievi l-
ittra ta' notifika skont is-subregolament (2) għall-finijiet tad-
Direttiva.
(1)
Il-Ministru jista’ jagħmel arranġamenti jew jaħtar
awtorità jew entità sabiex tagħmel dawn l-arranġamenti għall-iskop ta’
kooperazzjoni ma' pajjiż terz jew aktar għal kull tip ta' proġetti
konġunti fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi
rinnovabbli, fejn din il-kooperazzjoni tista' tinvolvi operaturi privati u
għandha sseħħ b'rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali
Iżda tali kooperazzjoni tista’ sseħħ ukoll b’mod konġunt
ma’ wieħed jew aktar Stati Membri oħra.
(2)
L-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli f'pajjiż terz
għandu jkun ikkunsidrat għall-finijiet tal-kalkolu tas-sehem tal-
enerġija rinnovabbli ta’ Malta, u, fejn Stati Membri oħra huma involuti
fil-kooperazzjoni, għall-għan li jiġu kkalkulati l-ishma tal-enerġija
rinnovabbli tagħhom, biss fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin
(a)
l-elettriku jiġi kkunsmat
fl-Unjoni,
li
jiġi
kkunsidrat li ġie sodisfat fejn
(i)
ammont ekwivalenti ta' elettriku għall-
elettriku kkunsidrat ġie nnominat b'mod deċiż għall-
kapaċità ta' interkonnessjoni allokata mill-operaturi tas-
sistemi ta' trasmissjoni kollha responsabbli fil-pajjiż tal-
oriġini, fil-pajjiż tad-destinazzjoni u, jekk rilevanti,
f’kull pajjiż terz ta' tranżitu;
(ii)
ammont ekwivalenti ta' elettriku għall-
elettriku kkunsidrat ġie rreġistrat b'mod deċiż fl-iskeda
ta' bilanċ mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fuq
in-naħa tal-Unjoni ta' interkonnettur; u
(iii) il-kapaċità nominata u l-produzzjoni tal-
elettriku mis-sorsi rinnovabbli permezz tal-installazzjoni
msemmija fil-paragrafu (b) jirreferu għall-istess perjodu
ta' żmien;
(b)
l-elettriku jiġi prodott minn installazzjoni li saret
operattiva wara l-25 ta' Ġunju 2009 jew permezz taż-żieda fil-
kapaċità ta' installazzjoni li ġiet rinnovata wara dik id-data, fil-
qafas ta' proġett konġunt kif imsemmi fis-subregolament (1)
Iżda l-unitajiet tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
imputabbli għal żieda fil-kapaċità tal-installazzjoni għandhom jiġu
ttrattati bħallikieku ġew prodotti f’installazzjoni separata li bdiet
topera fil-mument meta ż-żieda fil-kapaċità seħħet;
(ċ)
l-ammont ta' elettriku prodott u esportat ma
rċeviex appoġġ minn skema ta' appoġġ ta' pajjiż terz minbarra
għajnuna għall-investiment li ngħatat lill-installazzjoni; u
(d)
l-elettriku ġie prodott f'konformità mad-dritt
internazzjonali, f'pajjiż terz li huwa firmatarju għall-
Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-
Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jew
konvenzjonijiet internazzjonali jew trattati oħra dwar id-
drittijiet tal-bniedem.
(3)
Għall-finijiet tas-subregolament (4), il-Ministru jista’
japplika lill-Kummissjoni sabiex jittieħed kont tal-elettriku minn sorsi
rinnovabbli prodott u kkunsmat minn pajjiż terz, fil-kuntest ta’ bini ta'
interkonnettur bejn Stat Membru u pajjiż terz li jirrikjedi żmien twil
ħafna fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin
(a)
il-kostruzzjoni tal-interkonnettur bdiet sal-31 ta'
Diċembru 2026;
(b)
m'huwiex possibbli li
l-interkonnettur
isir
operattiv sal-31 ta' Diċembru 2030;
(ċ)
huwa possibbli li l-interkonnettur isir operattiv
sal-31 ta' Diċembru 2032;
(d)
wara li jibda jopera, l-interkonnettur ser jintuża
għall-esportazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli lejn l-
Unjoni, skont is-subregolament (2);
(e)
l-applikazzjoni tirrigwarda proġett konġunt li
jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi (b) u (ċ) tas-
subregolament (2) u li ser juża l-interkonnettur wara li jibda
jaħdem, u għal kwantità ta' elettriku li ma tkunx aktar mill-
kwantità li ser tiġi esportata lejn Unjoni wara li l-interkonnettur
jibda jaħdem.
(4)
Il-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku prodott minn
kwalunkwe installazzjoni fit-territorju ta' pajjiż terz, li għandu jiġi
meqjus bħala li jgħodd għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Malta
għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni mill-Ministru. Meta aktar minn
Stat Membru wieħed huwa kkonċernat, id-distribuzzjoni bejn l-Istati
Membri ta' dak il-proporzjon jew l-ammont għandha tkun notifikata
lill-Kummissjoni. Il-proporzjon jew l-ammont ma għandux jaqbeż il-
proporzjon jew l-ammont verament esportat lejn u kkonsmat fl-
Unjoni, għandu jikkorrispondi għall-ammont imsemmi fis-
subparagrafi (i) u (ii) tal-paragrafu (a) tas-subregolament (2) u għandu
jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (a) ta' dak is-
subregolament.
(5)
In-notifika msemmija fis-subregolament (4) għandha
(a)
tiddeskrivi
l-installazzjoni
proposta
jew
tidentifika l-installazzjoni rinnovata;
(b)
tispeċifika l-proporzjon jew l-ammont ta' elettriku
prodott mill-installazzjoni li għandu jitqies bħala li jgħodd
għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Malta kif ukoll, soġġett
għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, l-arranġamenti finanzjarji
relatati;
(ċ)
tispeċifika l-perjodu, fi snin kalendarji sħaħ, li
matulu l-elettriku għandu jitqies bħala li jgħodd għas-sehem
tal-enerġija rinnovabbli ta’ Malta; u
(d)
tinkludi rikonoxximent tal-paragrafi (b) u (ċ) mill-
pajjiż terz li fit-territorju tiegħu għandha tibda' taħdem l-
installazzjoni u indikazzjoni tal-proporzjon jew ammont ta'
elettriku prodott mill-installazzjoni li ser ikun għall-użu
domestiku ta’ dak il-pajjiż terz.
(6)
It-terminu ta' proġett konġunt kif imsemmi f'dan ir-
regolament jista' jestendi lil hinn mill-2030.
(7)
Notifika li ssir taħt dan ir-regolament għandha tinbidel
jew tiġi rtirata biss fejn ikun hemm qbil konġunt bejn Malta u l-pajjiż
terz li rrikonoxxa l-proġett konġunt skont il-paragrafu (d) tas-
subregolament (5).
(1)
Fi żmien tnax (12)-il xahar mit-tmiem ta' kull
sena li taqa' fil-perjodu speċifikat taħt il-paragrafu (ċ) tas-
subregolament (5) tar-regolament 15, il-Ministru għandu joħroġ ittra
ta' notifika li tiddikjara
(a)
l-ammont totali ta' elettriku prodott minn sorsi
rinnovabbli matul dik is-sena mill-installazzjoni li kienet is-
suġġett tan-notifika skont ir-regolament 15;
(b)
l-ammont ta' elettriku prodott minn sorsi
rinnovabbli matul dik is-sena minn dak l-impjant li jgħodd
għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta’ Malta skont it-termini
tan-notifika skont ir-regolament 15; u
(ċ)
evidenza ta' konformità mal-kundizzjonijiet
stipulati fis-subregolament (2) tar-regolament 15.
(2)
Il-Ministru għandu jippreżenta l-ittra ta' notifika lill-
Kummissjoni u lill-pajjiż terz li jkun irrikonoxxa l-proġett skont il-
paragrafu (d) tas-subregolament (5) tar-regolament 15.
(3)
Għall-finijiet
tal-kalkolu
tal-ishma
tal-enerġija
rinnovabbli skont dawn ir-regolamenti, l-ammont ta' elettriku minn
sorsi rinnovabbli nnotifikat skont il-paragrafu (b) tas-subregolament
(1) għandu jiġi miżjud mal-ammont tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
li jitqies fil-kalkolu tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli ta’ Malta.
(1)
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Ministru
taħt ir-regolament 5, il-Ministru jista’ jiftiehem mal-awtoritajiet
rilevanti ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, fuq bażi volontarja, biex
jgħaqqdu jew jiġu parzjalment ikkoordinati l-iskemi ta' appoġġ
nazzjonali tagħhom.
(2)
Fejn jintlaħaq ftehim dwar it-tgħaqqid jew il-
koordinament parzjali tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali, ċertu ammont
ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta f’Malta jista' jgħodd għas-
sehem tal-enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru parteċipanti ieħor, jew
viċi-versa, sakemm Malta u kwalunkwe Stat Membru ieħor
ikkonċernat
(a)
jagħmlu trasferiment statistiku tal-ammonti
speċifikati tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli skont regolament
12; jew
(b)
jistabbilixxu regola tad-distribuzzjoni miftehma
bejn Malta u kwalunkwe State Membru parteċipanti li talloka
ammonti ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejniethom.
(3)
Regola ta' distribuzzjoni kif imsemmija fil-paragrafu (b)
tas-subregolament (2) għandha tiġi nnotifikata mill-Ministru lill-
Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara t-tmiem tal-
ewwel sena li fiha tidħol fis-seħħ.
(4)
Fi żmien tliet (3) xhur mit-tmiem ta' kull sena, meta tkun
saret notifika skont is-subregolament (3), il-Ministru għandu joħroġ
ittra ta' notifika li tiddikjara l-ammont totali ta' elettriku jew tisħin jew
tkessiħ minn sorsi rinnovabbli prodotta matul is-sena li għandha tkun
is-suġġett tar-regola ta' distribuzzjoni.
(5)
Għall-finijiet
tal-kalkolu
tal-ishma
tal-enerġija
rinnovabbli skont dawn ir-regolamenti, l-ammont ta' elettriku jew
tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli nnotifikat skont is-
subregolament (4) għandu jiġi allokat mill-ġdid bejn Malta u
kwalunkwe Stat Membru kkonċernat skont ir-regola ta' distribuzzjoni
nnotifikata.
(6)
Il-Ministru jista’ jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita
l-istabbiliment ta' skemi ta' appoġġ konġunti bejn Malta u kwalunkwe
Stat Membru ieħor.
(1)
Kwalunkwe regola nazzjonali li tikkonċerna l-
proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma
applikati għal
(a)
installazzjonijiet u netwerks assoċjati ta'
trażmissjoni u distribuzzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku, it-
tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;
(b)
proċess
ta'
trasformazzjoni
tal-bijomassa
f'bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti mill-bijomassa jew
prodotti tal-enerġija oħra, u
(ċ)
karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u
gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika għandhom ikunu
proporzjonati u meħtieġa u jikkonformaw mal-prinċipju tal-
effiċjenza enerġetika l-ewwel.
(2)
Ir-Regolatur u l-Awtorità tal-Ippjanar għandhom, b'mod
partikolari, jieħdu l-passi adatti biex jiżguraw li
(a)
il-proċeduri amministrattivi huma simplifikati u
mgħaġġla fil-livell amministrattiv xieraq u jiġu stabbiliti
perjodi ta' żmien prevedibbli għall-proċeduri msemmija fis-
subregolament (1);
(b)
ir-regoli dwar l-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni
u l-liċenzjar ikunu oġġettivi, trasparenti u proporzjonati, ma
jiddiskriminawx bejn l-applikanti u jikkunsidraw bis-sħiħ il-
partikolaritajiet ta' teknoloġiji individwali ta' enerġija
rinnovabbli;
(ċ)
it-tariffi
amministrattivi
mħallsa
minn
konsumaturi, dawk responsabbli għall-ippjanar, periti, bennejja
u installaturi u fornituri ta' tagħmir u sistemi huma trasparenti u
relatati mal-ispiża; u
(d)
proċeduri ta' awtorizzazzjoni simplifikati u inqas
ta' xkiel, inkluża proċedura ta' notifika sempliċi, huma stabbiliti
għal strumenti deċentralizzati, għall-produzzjoni u l-ħżin tal-
enerġija minn sorsi rinnovabbli.
(3)
Il-Ministru, fejn hemm bżonn b’kunsultazzjoni mar-
Regolatur,
għandu
jiddefinixxi
b'mod
ċar
kwalunkwe
speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn tagħmir u
sistemi ta' enerġija rinnovabbli biex jibbenefikaw minn skemi ta'
appoġġ
Iżda fejn jeżistu standards Ewropej, inklużi ekotikketti,
tikketti tal-enerġija u sistemi oħra ta' referenza teknika stabbiliti minn
korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej, dawn l-ispeċifikazzjonijiet
tekniċi għandhom ikunu espressi skont dawk l-istandards
Iżda wkoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx
jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati u
ma għandhomx jimpedixxu l-funzjonament xieraq tas-suq intern.
(4)
Il-Ministru għandu jwettaq il-koordinazzjoni meħtieġa
mal-Ministeri rilevanti hekk kif meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jsiru d-
dispożizzjonijiet mill-awtoritajiet rilevanti għall-integrazzjoni u l-użu
tal-enerġija rinnovabbli, inkluż għal awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli
u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u l-użu ta' sħana u kesħa
mormija li ma jistgħux jiġu evitati fl-ippjanar, inkluż fl-ippjanar
spazjali bikri, l-iddisinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni ta' infrastrutturi
urbani, żoni industrijali, kummerċjali jew residenzjali u fl-
infrastruttura tal-enerġija, inklużi n-netwerks tal-elettriku, tat-tisħin u
t-tkessiħ distrettwali, tal-gass naturali u tal-karburanti alternattivi. Il-
Ministru għandu, b'mod partikolari, jikkoordina mal-Ministeri
rilevanti kif meħtieġ biex l-awtoritajiet rilevanti jiġu mħeġġa li
jinkludu t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli fl-ippjanar tal-
infrastruttura tal-ibliet fejn xieraq, u biex jikkonsultaw mal-operaturi
tan-netwerk sabiex jirriflettu l-impatt ta' programmi ta' effiċjenza fl-
użu tal-enerġija u r-rispons għad-domanda, kif ukoll dispożizzjonijiet
speċifiċi dwar l-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-
enerġija rinnovabbli, fuq il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura
tal-operaturi.
(5)
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għandha tintroduċi
miżuri xierqa fir-regolamenti u l-kodiċi tal-bini sabiex jiżdied is-
sehem ta' kull tip ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini.
(6)
Fl-istabbiliment
tal-ali
miżuri
msemmija
fis-
subregolament (5) jew fl-iskemi ta' appoġġ tagħhom, l-Awtorità tal-
Bini u Kostruzzjoni jew il Ministru, skont il-każ, jistgħu jqisu, fejn
applikabbli, miżuri nazzjonali relatati ma' żidiet sostanzjali fl-
awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli, fil-ħżin lokali tal-enerġija u fl-
effiċjenza fl-użu tal-enerġija, relatati mal-koġenerazzjoni u relatati
mal-bini b'enerġija passiva, b'ammont ta' enerġija baxxa jew dawk
b'ammont ta' enerġija żero.
(7)
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għandha, fir-
regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħha jew awtoritajiet oħra
kompetenti b’mezzi oħra u bl-istess effett, għandhom jeħtieġu l-użu ta'
livelli minimi ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli f'bini ġdid u f'bini
eżistenti li huwa soġġett għal rinnovazzjoni estensiva, sa fejn
teknikament, funzjonalment u ekonomikament fattibbli, u li jirriflettu
r-riżultati tal-kalkolu kostottimali li sar skont is-subregolament (2) tar-
regolament 6 tar-Regolamenti dwar ir-Rendiment tal-Enerġija fl-Użu
tal-Bini, u sa fejn dan ma jaffettwax b'mod negattiv il-kwalità tal-arja
ta' ġewwa.
(8)
Huwa permessibbli illi dawk il-livelli minimi msemmija
fis-subregolament (7) jiġu sodisfatti fost l-oħrajn permezz ta' tisħin u
tkessiħ distrettwali effiċjenti bl-użu ta' sehem sinifikanti tal-enerġija
rinnovabbli u ta' sħana u kesħa mormija.
(9)
Ir-rekwiżiti stipulati fis-subregolament (5) għandhom
japplikaw għall-forzi armati biss sa fejn l-applikazzjoni tagħhom ma
tikkawżax kunflitt man-natura u l-għan prinċipali tal-attivitajiet tal-
forzi armati u bl-eċċezzjoni tal-materjal użat b'mod esklussiv għal
finijiet militari.
(10) L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għandha tiżgura li l-
bini pubbliku ġdid, u l-bini pubbliku eżistenti li huwa soġġett għal
rinnovazzjoni estensiva, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali,
jiżvolġu rwol eżemplari fil-kuntest ta' dawn ir-regolamenti mill-1 ta'
Jannar 2012
Iżda dan l-obbligu jista’ jiġi sodisfat billi jikkonformaw
mad-dispożizzjonijiet ta' bini b'enerġija kważi-żero kif meħtieġ mir-
Regolamenti dwar ir-Rendiment tal-Enerġija fl-Użu tal-Bini, jew billi
jikkoordinaw mal-Awtorità tal-Artijiet biex jipprovdu li l-bjut ta'
binjiet pubbliċi jew binjiet li huma kemm pubbliċi kif ukoll privati
sabiex jintużaw minn partijiet terzi għall-installazzjonijiet li
jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli.
(11) Fl-abbozzar tar-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini, l-
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għandha tippromwovi l-użu ta'
sistemi u tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli li jiksbu tnaqqis
sinifikanti ta' konsum ta' enerġija
Iżda għandu jsir użu mit-tikketti tal-enerġija jew ekotikketti jew
ċertifikati jew standards oħra xierqa żviluppati fil-livell nazzjonali jew
tal-Unjoni, fejn dawn jeżistu, u għandhom jiġu żgurati l-għoti ta'
informazzjoni u pariri adegwati dwar alternattivi rinnovabbli ta’
efficjenza għolja fl-użu tal-enerġija kif ukoll dwar strumenti u
inċentivi finanzjarji eventwali disponibbli fil-każ ta' bdil, bil-ħsieb li
jiġu promossi żieda fir-rata tal-bdil ta' sistemi tat-tisħin qodma u żieda
fil-bidla għal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli
konformi mar-Regolamenti dwar ir-Rendiment tal-Enerġija fl-Użu tal-
Bini.
(12) Il-Ministru għandu jwettaq valutazzjoni tal-potenzjal ta’
enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-użu tas-sħana u l-kesħa mormija
fis-settur tat-tisħin jew t-tkessiħ.
(13) Dik il-valutazzjoni msemmija fis-subregolament (12)
għandha, fejn xieraq, tinkludi analiżi spazjali ta' żoni adatti għal
implimentazzjoni b'riskji ekoloġiċi baxxi u l-potenzjal għal proġetti ta'
unitajiet domestiċi fuq skala żgħira u għandha tiġi inkluża fit-tieni
valutazzjoni komprensiva meħtieġa skont ir-Regolamenti dwar l-
Efficjenza tal-Enerġija għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru 2020 u
fl-aġġornamenti sussegwenti tal-valutazzjonijiet komprensivi.
(14) Il-Ministru għandu jivvaluta l-ostakli regolatorji u
amministrattivi għal ftehim dwar ix-xiri tal-elettriku minn sorsi ta'
enerġija rinnovabbli fuq medda twila ta' żmien, u għandhom ineħħu l-
ostakli mhux ġustifikati għal, u jiffaċilitaw l-adozzjoni ta',
arranġamenti bħal dawn, filwaqt illi għandu jiżgura li dawk l-
arranġamenti ma jkunux soġġetti għal proċeduri jew imposti
sproporzjonati jew diskriminatorji.
(15) Mizuri u politiki li jiffaċilitaw l-użu ta' ftehim dwar ix-
xiri tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandhom jiġu
deskritti fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u r-
rapporti ta' progress skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.
(16) Is-subregolamenti (14) u (15) huma bla preġudizzju għal
eżerċizzju għad-derogi mogħtija skont Artikolu 66 tad-Direttiva (EU)
2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019
fuq regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku li jemenda d-
Direttiva 2012/27/EU (riformulazzjoni).
(1)
Jistgħu jiġu adottati pjan wieħed (1) jew aktar
sabiex jiġu identifikati żoni għall-infrastruttura ddedikati għall-
iżvilupp ta’ proġetti tal-grilja u tal-ħażna li huma meħtieġa sabiex tiġi
integrata l-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku, f’każijiet fejn
tali żvilupp ma jkunx mistenni li jkollu impatt ambjentali sinifikanti,
tali impatt jista’ debitament jiġi mitigat jew, fejn tali mitgazzjoni mhux
possibbli, isir kumpens għalih.
(2)
L-għan taż-żoni deskritti fis-subregolament (1) għandu
jkun li jappoġġaw u jikkumplimentaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-
enerġija rinnovabbli.
(3)
Dawk il-pjanijiet imsemmija fis-subregolament (1)
għandhom
(a)
għal proġetti ta’ grilja, jevitaw siti u żoni tan-
Natura 2000 u żoni identifikati taħt skemi nazzjonali ta’
protezzjoni għall-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità,
sakemm ma jkunx hemm alternattivi proporzjonati għall-użu
tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tas-sit;
(b)
għal proġetti ta’ ħażna, jeskludu siti tan-Natura
2000 u żoni identifikati taħt skemi nazzjonali ta’ protezzjoni;
(ċ)
jiżguraw sinerġiji mal-identikazzjoni ta’ żoni ta’
aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli;
(d)
ikunu soġġetti għal stima ambjentali strateġika
skont ir-Regolamenti dwar Stima Ambjentali Strateġika u, fejn
applikabbli, għal evalwazzjoni skont ir-regolament 19 tar-
Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti
Naturali: u
(e)
jistabbilixxu regoli xierqa u proporzjonati, inkluż
dwar miżuri proporzjonati ta’ mitigazzjoni li għandhom jiġu
adottati għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ grilja u ta’ ħażna sabiex
jiġu evitati effetti negattivi fuq l-ambjent li jistgħu jinħolqu,
jew, fejn ma jkunx possibbli li jiġu evitati tali effetti, sabiex
jitnaqqsu b’mod sinifikanti.
(4)
Tali proġetti ta’ grilja u ta’ ħażna li huma meħtieġa
sabiex jintegraw l-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku jistgħu,
f’ċirkostanzi ġustifikati, inkluż fejn meħtieġ sabiex jitħaffef il-varar
tal-enerġija rinnovabbli ħalli jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija
rinnovabbli, jiġu eżentati minn
(a)
valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont ir-
regolament 6(1) tar-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-
Impatti Ambjentali;
(b)
evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-proġetti ta’
grilja u ta’ ħażna għas-siti tan-Natura 2000 skont ir-regolament
19 tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u
Ambjenti Naturali; u
(ċ)
il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-proġetti ta’
grilja u ta’ ħażna fuq il-protezzjoni tal-ispeċi skont ir-
regolamenti 24 u 25 tar- Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-
Flora, Fawna u Ambjenti Naturali, u r-regolament 4(1) tar-
Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi
Iżda tali proġetti ta’ grilja jew ta’ ħażna
għandhom ikunu jinsabu f’żona ta’ infrastruttura ddedikata
identifikata skont is-subregolament (1), u jikkonformaw mar-
regoli stabbiliti, inkluż dwar miżuri proporzjonati ta’
mitigazzjoni li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu (e)
tas-subregolament (3), b’deroga mir-regolamenti 6(1) u 10(2)
tar-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali u
mill-partiti 3.4.1.1, 3.4.2.1 u 10.0.2.7 tal-Iskeda I tal-
imsemmija regolamenti u b’deroga mir-regolament 19 tar-
Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti
Naturali,
(5)
Fejn proġetti ta’ grilja u ta’ ħażna jkunu jinsabu f'żoni ta’
infrastruttura ddedikati u jkunu eżentati mill-valutazzjonijiet
imsemmija fis-subregolament (4), dawn għandhom ikunu soġġetti għal
proċess ta’ eżami li għandu jkun ibbażat fuq data eżistenti mill-istima
ambjentali strateġika skont ir-Regolamenti dwar Stima Ambjentali
Strateġika, filwaqt li l-applikanti tal-proġetti jistgħu jintalbu li
jipprovdu informazzjoni addizzjonali disponibbli.
(6)
Il-proċess ta’ eżami msemmi fis-sub-regolament (5)
għandu jiġi finalizzat fi żmien tletin (30) ġurnata mill-bidu tiegħu u
għandu jkollu l-għan li jidentifika jekk proġetti għandhomx
probabbiltà kbira li jagħtu lok għal effetti negattivi sinifikanti mhux
previsti, fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żoni ġeografiċi fejn
jinsabu, liema effetti negattivi ma jkunux ġew identifikati matul il-
valutazzjoni ambjentali tal-pjanijiet li jidentifikaw iż-żoni għall-
infrastruttura dedikati li jkunu ġew imwettqa skont ir-Regolamenti
dwar Stima Ambjentali Strateġika u fejn rilevanti, skont ir-
Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti
Naturali.
(7)
Meta l-proċess ta’ eżami imsemmi fis-subregolament (5)
jidentifika proġett bħala wieħed li għandu probabbiltà kbira li jagħti
lok għal effetti negattivi sinifikanti mhux previsti kif imsemmi fis-
subregolament (6), għandhom jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni
xierqa u proporzjonata, abbażi ta’ data eżistenti, sabiex jiġu indirizzati
dawk l-effetti.
(8)
Meta ma jkunx possibbli li jiġu applikati l-miżuri ta’
mitigazzjoni meħtieġa skont is-subregolament (7), l-operatur tal-
installazzjoni għandu jkun meħtieġ li jadotta miżuri ta’ kumpens
xierqa sabiex jiġu indirizzati dawk l-effetti li, fejn ma jkunux
disponibbli miżuri kompensatorji proporzjonati oħra, jistgħu jieħdu l-
forma ta’ kumpens fi flus għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċi,
sabiex jiġi żgurat jew imtejjeb l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċi
affettwati.
(9)
Meta l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema
tal-elettriku teħtieġ proġett sabiex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-grilja
kemm f’żoni tal-infrastruttura ddedikati jew lil hinn minnhom, u tali
proġett ikun soġġett għal proċess ta’ eżami imwettaq skont is-
subregolament (5), jew għal determinazzjoni dwar jekk il-proġett
jeħtieġx valutazzjoni tal-impatt ambjentali, jew għal valutazzjoni tal-
impatt ambjentali skont ir-regolament 10 tar-Regolamenti dwar il-
Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali, tali proċess ta’ eżami,
determinazzjoni jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali għandu jkun
limitat għall-impatt potenzjali li jirriżulta mill-bidla jew l-estensjoni
meta mqabbla mal-infrastruttura oriġinali tal-grilja.
(1)
Il-proċedura tal-għoti ta’ permessi għandha tkopri
l-permessi amministrattivi rilevanti kollha għall-bini, ir-repowering u
t-tħaddim ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi dawk li
jikkombinaw sorsi differenti ta’ enerġija rinnovabbli, il-pompi tas-
sħana u l-ħażna tal-enerġija kollokata, inklużi faċilitajiet tal-enerġija u
termali, kif ukoll l-assi meħtieġa għall-konnessjoni ta’ tali impjanti,
pompi tas-sħana u ħażna mal-grilja u sabiex tiġi integrata l-enerġija
rinnovabbli fin-networks tat-tisħin u t-tkessiħ, inklużi l-permessi ta’
konnessjoni mal-grilja u fejn ikunu meħtieġa, il-valutazzjonijiet
ambjentali.
(2)
Il-proċedura tal-għoti ta’ permessi għandha tinkludi l-
istadji amministrattivi kollha, mir-rikonoxximent tal-kompletezza tal-
applikazzjoni għall-permess skont is-subregolament (3), sal-avviż tad-
deċiżjoni finali dwar l-eżitu tal-proċedura tal-għoti ta’ permessi mill-
awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
(3)
Kull awtorità rilevanti li hija responsabbli għall-ħruġ ta’
kwalunkwe permess amministrattiv assoċjat ma’ impjanti tal-enerġija
rinnovabbli għandha tirrikonoxxi l-kompletezza tal-applikazzjoni jew,
jekk l-applikant ma jkunx bagħat l-informazzjoni kollha meħtieġa
sabiex tiġi pproċessata l-applikazzjoni, għandha titlob li l-applikant
jissottometti applikazzjoni kompluta mingħajr dewmien bla bżonn
Iżda tali rikonoxximent jew talba, skont il-każ, għandha
tingħata fi żmien tletin (30) jum, għall-impjanti tal-enerġija
rinnovabbli li jinsabu f’żoni ta’ aċċelerazzjoni rinnovabbli, u fi żmien
ħamsa u erbgħin (45) jum għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli li
jinsabu barra ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, minn
meta tiġi riċevuta applikazzjoni għal permess.
(4)
Id-data
tar-rikonoxximent
tal-kompletezza
tal-
applikazzjoni mill-awtorità rilevanti għandha tindika l-bidu tal-
proċedura tal-għoti ta’ permessi.
(5)
Struttura ad hoc magħmula mill-awtoritajiet rilevanti, li
tagħha ir-Regolatur għas-servizzi tal-enerġija u l-awtorità kompetenti
għall-ħruġ tal-permessi għall-iżvilupp għandhom ikunu membri
permanenti, għandha taġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għall-
proċedura amministrattiva kollha tal-applikazzjoni u għoti ta’
permessi
Iżda tista’ tiġi miżjuda fl-istruttura kwalunkwe awtorità
oħra rilevanti kif meħtieġ.
(6)
Il-punt ta’ kuntatt idenfitikat skont is-subregolament (5)
għandu, fuq talba tal-applikant, jiggwida u jiffaċilita lill-applikant
matul il-proċeduri amministrattivi kollha tal-applikazzjoni għall-
permessi u tal-għoti ta’ permessi, u l-applikant ma għandux ikun
meħtieġ li jikkuntattja aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed (1) matul il-
proċedura kollha.
(7)
Il-punt ta’ kuntatt identifikat skont is-subregolament (5)
għandu jkun ta’ gwida għall-applikant fil-proċedura amministrattiva
tal-applikazzjoni għall-permessi, inklużi l-passi li għandhom x’jaqsmu
mal-protezzjoni tal-ambjent, b’mod trasparenti sal-għoti ta’ deċiżjoni
waħda (1) jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti fi tmiem il-proċedura
tal-għoti ta’ permessi, jipprovdi lill-applikant bl-informazzjoni kollha
meħtieġa u fejn xieraq, jinvolvi awtoritajiet amministrattivi oħra.
(8)
Il-punt ta’ kuntatt identifikat skont is-subregolament (5)
għandu jiżgura li l-iskadenzi għall-proċeduri tal-għoti ta’ permessi
stabbiliti f’dawn ir-regolamenti jintlaħqu.
(9)
L-awtoritajiet rilevanti kollha għandhom jippermettu lill-
applikanti li jissottomettu d-dokumenti rilevanti diġitalment, iżda sal-
21 ta’ Novembru 2025, il-proċeduri kollha għall-għoti ta’ permessi
msemmija fis-subregolament (1) għandhom isiru f’format elettroniku.
(10) Il-punt ta’ kuntatt identifikat skont is-subregolament (5)
għandu jipprovdi manwal ta’ proċeduri għall-iżviluppaturi ta’ impjanti
ta’ enerġija rinnovabbli u għandu jipprovdi dik l-informazzjoni online,
filwaqt li jiġu indirizzati b’mod distint ukoll proġetti ta’ enerġija
rinnovabbli fuq skala żgħira, proġetti ta’ awtokonsumaturi ta’ sorsi
rinnovabbli u komunitajiet ta’ enerġija rinnovabbli.
(11)
Jekk jiġi identifikat aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed
(1) f’konformità mas-subregolament (5), l-informazzjoni online
għandha tindika l-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-applikazzjoni
inkwistjoni.
(12) Kull awtorità rilevanti għandha tiżgura li l-applikanti u l-
pubbliku ġenerali jkollhom aċċess faċli għal proċeduri sempliċi għas-
soluzzjoni ta’ tilwim dwar il-proċedura tal-għoti ta’ permessi u l-ħruġ
ta’ permessi għall-bini u t-tħaddim ta’ impjanti tal-enerġija
rinnovabbli, inkluż, fejn applikabbli, mekkaniżmi alternattivi għas-
soluzzjoni tat-tilwim.
(13) L-appelli amministrattivi u ġudizzjarji fil-kuntest ta’
proġett għall-iżvilupp ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli, il-
konnessjoni ta’ tali impjant mal-grilja, u l-assi meħtieġa għall-iżvilupp
tan-networks
tal-infrastruttura
tal-enerġija
meħtieġa
għall-
integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-sistema tal-
enerġija, inklużi appelli relatati ma’ aspetti ambjentali, għandhom jiġu
żgurati li jkunu soġġetti għall-proċedura amministrattiva u ġudizzjarja
l-aktar mgħaġġla li tkun disponibbli.
(14) Kull awtorità rilevanti għandha tqis il-kapaċità ta’
ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli installata u ppjanata prevista fil-
pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ta’ Malta
sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999
biex tiżgura li l-persunal tagħha jkun ikkwalifikat kif xieraq u sabiex
tħejji kwalunkwe pjan għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid li jista’
jitqies meħtieġ.
(15) Għajr meta jikkoinċidi ma’ stadji amministrattivi oħra tal-
proċedura għall-għoti ta’ permessi, id-durata tal-proċedura għall-għoti
ta’ permessi ma għandhiex tinkludi
(a)
iż-żmien li fih l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli,
il-konnessjonijiet mal-grilja tagħhom u bil-ħsieb li tiġi żgurata
l-istabbiltà tal-grilja, l-affidabbiltà u s-sikurezza tal-grilja, iż-
żmien li fih jkunu qed jinbnew jew jiġu repowered l-
infrastruttura tal-grilja meħtieġa relatata;
(b)
iż-żmien għall-istadji amministrattivi meħtieġa
għal titjib sinifikanti tal-grilja meħtieġ sabiex jiġu żgurati l-
istabbiltà tal-grilja, l-affidabbiltà u s-sikurezza tal-grilja;
(ċ)
iż-żmien għal kwalunkwe appelli u rimedji
ġudizzjarji, proċeduri oħra quddiem qorti jew tribunal u
mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim, inklużi
proċeduri ta’ ilmenti u appelli u rimedji mhux ġudizzjarji.
(16) L-awtoritajiet rilevanti kollha għandhom jipprovdu lill-
pubbliku d-deċiżjonijiet li jirriżultaw mill-proċeduri tal-għoti ta’
permessi.
(1)
Il-proċedura tal-għoti ta’ permessi msemmija fir-
regolament 19(1) ma għandhiex teċċedi s-sentejn (2) għal proġetti ta’
enerġija rinnovabbli li jinsabu barra ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-
enerġija rinnovabbli iżda fil-każ ta’ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli lil
hinn mill-kosta, il-proċedura għall-għoti ta’ permessi ma għandhiex
teċċedi tliet (3) snin.
(2)
Il-perjodi ta’ żmien imsemmija fis-subregolament (1)
għandhom ikunu soġġetti għall-konformità mill-iżviluppatur tal-
proġett ma’ perjodi ta’ żmien raġonevoli stabbiliti minn kull awtorità
rilevanti għas-sottomissjoni ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa
iżda, fejn ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ ċirkostanzi
straordinarji, inkluż fejn tkun meħtieġa l-estensjoni ta’ perjodi għal
valutazzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli tal-
Unjoni, kwalunkwe minn dawk il-perjodi jista’ jiġi estiż b’mhux aktar
minn sitt (6) xhur, u f’tali każ l-iżviluppatur tal-proġett għandu jiġi
nfurmat b’mod ċar dwar iċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw
tali estensjoni.
(3)
Meta tkun meħtieġa valutazzjoni ambjentali skont ir-
Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali jew ir-
Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u l-Ambjenti
Naturali bħala parti mill-proċedura tal-għoti ta’ permessi għal proġetti
tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu barra ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-
enerġija rinnovabbli, din għandha titwettaq fi proċedura waħda li
tgħaqqad il-valutazzjonijiet rilevanti kollha għall-proġett partikolari
tal-enerġija rinnovabbli, u l-awtorità rilevanti b’qies għall-
informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur tal-proġett, għandha toħroġ
opinjoni dwar l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li
għandha tiġi inkluża mill-iżviluppatur tal-proġett fir-rapport tal-
valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li l-ambitu tiegħu ma għandux jiġi
sussegwentement estiż.
(4)
Meta proġett ta’ enerġija rinnovabbli jkun adotta l-miżuri
ta’ mitigazzjoni meħtieġa, kwalunkwe qtil jew disturb tal-ispeċi
protetti skont ir-regolamenti 24 u 25 tar-Regolamenti dwar il-
Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali, u r-regolament 4(1)
tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi ma
għandux jitqies bħala intenzjonat.
(5)
Meta l-miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex jipprevjenu kemm
jista’ jkun il-qtil jew id-disturb ta’ speċi protetti skont ir-Regolamenti
dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali u r-
Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi, jew
kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni adottata sabiex jiġi prevenut
kwalunkwe impatt ambjentali ieħor, ma jkunux ġew ittestjati b’mod
wiesgħa fir-rigward tal-effettività tagħhom, l-użu tagħhom jista’ jkun
permess għal proġett pilota wieħed (1) jew għal diversi proġetti pilota
għal perjodu ta’ żmien limitat, diment li l-effettività ta’ tali miżuri ta’
mitigazzjoni tiġi sorveljata mill-qrib u jittieħdu minnufih passi xierqa
jekk ma jirriżultawx li huma effettivi.
(6)
Il-proċedura għall-għoti ta’ permessi ma għandhiex
teċċedi tnax-il (12) xahar għall-proġetti fuq l-art, jew sentejn (2) għall-
proġetti lil hinn mill-kosta għat-tipi ta’ proġetti li ġejjin meta jkunu
jinsabu barra ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli
(a)
ir-repowering
ta’
impjanti
tal-enerġija
rinnovabbli;
(b)
installazzjonijiet ġodda b’kapaċità elettrika ta’
inqas minn mija u ħamsin kilowatt (150 kW);
(ċ)
il-ħażna tal-enerġija kollokata;
(d)
il-konnessjoni mal-grilja għall-proġetti deskritti
fil-paragrafi (a) sa (ċ).
(7)
Il-perjodi ta’ żmien stabbiliti fis-subregolament (6)
għandhom jinkludu kwalunkwe valutazzjoni ambjentali li tista’ tkun
meħtieġa mil-liġi rilevanti u kwalunkwe wieħed minnhom jista’, fejn
debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ ċirkostanzi straordinarji, jiġi
estiż sa massimu ta’ (3) tliet xhur kemm-il darba l-iżviluppatur tal-
proġett jiġi nfurmat b’mod ċar dwar iċ-ċirkostanzi straordinarji li
jiġġustifikaw tali estensjoni.
(1)
Fejn ir-repowering ta’ impjant tal-enerġija
rinnovabbli ma jirriżultax f’żieda fil-kapaċità tal-imsemmi impjant tal-
enerġija rinnovabbli lil hinn minn ħmistax fil-mija (15%), u bla ħsara
għal kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt ambjentali potenzjali
meħtieġa skont is-subregolamenti (2) u (3), il-perjodu ta’ żmien
applikabbli għall-għotja tal-konnessjonijiet mal-grilja tat-trażmissjoni
jew tad-distribuzzjoni ma għandux jeċċedi t-tliet (3) xhur wara l-avviż
lill-awtorità rilevanti, sakemm ma jkunx hemm tħassib ġustifikat dwar
is-sikurezza jew inkompatibbiltà teknika tal-komponenti tas-sistema.
(2)
Fejn ir-repowering ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli
jkun soġġett għal determinazzjoni dwar jekk il-proġett jeħtieġx
valutazzjoni tal-impatt ambjentali, jew għal valutazzjoni tal-impatt
ambjentali skont ir-regolament 10 tar-Regolamenti dwar il-
Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali, tali determinazzjoni jew
valutazzjoni tal-impatt ambjentali għandha tkun limitata għall-impatt
potenzjali li jirriżulta minn bidla jew estensjoni mqabbla mal-proġett
oriġinali.
(3)
Fejn ir-repowering ta’ installazzjonijiet solari ma
jinvolvix l-użu ta’ spazju addizzjonali u jkun konformi mal-miżuri ta’
mitigazzjoni ambjentali applikabbli stabbiliti għall-installazzjoni
solari oriġinali, il-proġett għandu jiġi eżentat minn kwalunkwe
rekwiżit applikabbli sabiex jiġi ddeterminat jekk il-proġett jirrikjedix
valutazzjoni tal-impatt ambjentali, jew milli titwettaq valutazzjoni tal-
impatt ambjentali skont ir-regolament 10 tar-Regolamenti dwar il-
Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali.
19Ċ. (1)
L-awtoritajiet rilevanti għandhom jiżguraw li l-
proċedura għall-għoti ta’ permessi msemmija fir-regolament 19 għall-
installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari u l-ħażna tal-enerġija
kolokalizzata, inklużi installazzjonijiet solari integrati fil-bini, fi
strutturi artifiċjali eżistenti jew futuri, bl-esklużjoni ta’ wċuħ tal-ilma
artifiċjali, ma għandhiex teċċedi tliet (3) xhur, sakemm l-għan
primarju ta’ tali strutturi artifiċjali ma jkunx il-produzzjoni tal-enerġija
solari jew il-ħażna tal-enerġija.
(2)
Ċerti żoni jew strutturi jistgħu jiġu esklużi mill-
applikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien stabbilit fis-subregolament (1)
għall-fini tal-protezzjoni tal-wirt kulturali jew storiku, l-interessi
nazzjonali tad-difiża, jew għal raġunijiet ta’ sigurtà.
(3)
B’deroga mir-regolament 10(2) u mill-partiti 3.1.2.1,
3.4.2.1 u 10.0.2.7 tar-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti
Ambjentali waħedhom jew flimkien mal-partita 13.0.1.1 tal-Iskeda I li
tinsab mal-imsemmija regolamenti, l-installazzjoni ta’ tagħmir solari
msemmi fis-subregolament (1) għandha tkun eżentata mir-rekwiżit,
jekk applikabbli, li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali
ddedikata skont ir-regolament 6(1) tal-istess regolamenti.
(4)
L-awtoritajiet rilevanti għandhom jiżguraw li l-proċedura
tal-għoti ta’ permessi għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari
b’kapaċità ta’ mitt kilowatt (100kW) jew inqas, inkluż għall-
awtokonsumaturi ta’ sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija
rinnovabbli, ma għandhiex teċċedi xahar (1).
(5)
Fir-rigward tal-proċedura tal-għoti ta’ permessi
msemmija fis-subregolament (4), in-nuqqas ta’ tweġiba mill-
awtoritajiet jew l-entitajiet rilevanti sal-iskadenza stabbilita wara s-
sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta għandu jfisser li l-permess
jiġi meqjus bħala mogħti, sakemm il-kapaċità tat-tagħmir tal-enerġija
solari ma teċċedix il-kapaċità eżistenti tal-konnessjoni mal-grilja tad-
distribuzzjoni.
(6)
Meta l-applikazzjoni tal-limitu tal-kapaċità msemmija
fis-subregolament (4) twassal għal piż amministrattiv sinifikanti jew
għal restrizzjonijiet fuq l-operat tal-grilja tal-elettriku, jista’ jiġi
applikat limitu aktar baxx fuq il-kapaċità li, fil-każijiet kollha, għandu
jibqa’ ’l fuq minn għaxra punt tmien kilowatt (10.8 kW).
(1)
L-awtoritajiet rilevanti għandhom jiżguraw li
kwalunkwe proċedura tal-għoti ta’ permessi li tista’ tkun applikabbli
għall-installazzjoni ta’ pompi tas-sħana taħt il-ħamsin megawatt (50
MW) ma għandhiex teċċedi xahar (1), iżda fil-każ ta’ pompi tas-sħana
ġeotermika, kwalunkwe proċedura applikabbli tal-għoti ta’ permessi
ma għandhiex teċċedi tliet (3) xhur.
(2)
L-awtoritajiet rilevanti għandhom jiżguraw li l-
konnessjonijiet mal-grilja tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni
għandhom ikunu permessi fi żmien ġimagħtejn (2) mill-avviż lill-
awtorità rilevanti għal
(a)
pompi tas-sħana b’kapaċità elettrika sa tnax-il
kilowatt (12 kW); u
(b)
pompi tas-sħana b’kapaċità elettrika sa ħamsin
kilowatt (50kW) installati minn awtokonsumaturi ta’ sorsi
rinnovabbli, sakemm il-kapaċità elettrika tal-installazzjoni tal-
ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli tal-awtokonsumatur ta’
sorsi rinnovabbli tammonta għal mill-inqas sittin fil-mija (60%)
tal-kapaċità elettrika tal-pompa tas-sħana.
(3)
Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fis-subregolament (2) ma
għandux ikun applikabbli meta
(a)
jkun hemm tħassib ġustifikat dwar is-sigurtà; jew
(b)
jkunu
meħtieġa
aktar
xogħlijiet
għall-
konnessjonijiet mal-grilja; jew
(ċ)
jkun hemm
inkompatibbiltà
teknika
tal-
komponenti tas-sistema.
(4)
L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jeskludu ċerti żoni jew
strutturi mill-applikazzjoni tas-subregolamenti (1) u (2) għall-fini tal-
protezzjoni tal-wirt kulturali jew storiku, l-interessi nazzjonali tad-
difiża jew għal raġunijiet ta’ sigurtà.
(5)
L-awtoritajiet rilevanti għandhom jagħmlu d-
deċiżjonijiet kollha li jirriżultaw mill-proċedura tal-għoti ta’ permessi
msemmija f’dan ir-regolament disponibbli pubblikament skont
kwalunkwe liġi applikabbli.
(1)
Sakemm tinkiseb in-newtralità fil-klima l-
awtoritajiet rilevanti għandhom jiżguraw li, fil-proċedura tal-għoti tal-
permessi, l-ippjanar, il-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjanti tal-enerġija
rinnovabbli, il-konnessjoni ta’ tali impjanti mal-grilja, il-grilja relatata
nnifisha u l-assi tal-ħażna jkunu preżunti li huma fl-interess pubbliku
prevalenti u li jservu s-saħħa u s-sigurtà pubblika meta jibbilanċjaw l-
interessi legali f’każijiet individwali għall-finijiet tar-regolament 19(2),
tar-regolament 19(3) u tar-regolament 44(ċ) tar-Regolamenti dwar il-
Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali, ir-regolament 5(7)
tar-Regolamenti dwar Pjan ta’ Azzjoni fil-Qafas tal-Politika tal-Ilma, u
d-dispożizzjonijiet tar-regolament 9(1)(a) sa 9(1)(d) tar-Regolamenti
dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi.
(2)
F’ċirkostanzi debitament ġustifikati u speċifiċi, l-
applikazzjoni tas-subregolament (1) tista’ tkun ristretta għal ċerti
partijiet tat-territorju Malti, għal ċerti tipi ta’ teknoloġija jew għal
proġetti b’ċerti karatteristiċi tekniċi skont il-prijoritajiet stabbiliti fil-
pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ta’ Malta
sottomessi skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999,
kemm-il darba l-Kummissjoni tkun infurmata
b’dawn
ir-
restrizzjonijiet, flimkien mar-raġunijiet għall-istess.
(1)
Ir-Regolatur għandu jistabbilixxi proċedura b'
notifika sempliċi għall-konnessjoni mal-grilja li permezz tagħha
installazzjonijiet jew unitajiet ta' produzzjoni aggregata ta'
awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli u proġetti ta' dimostrazzjoni,
b'kapaċità elettrika ta' 10.8kW jew inqas, jew għal kapaċità li hija
ekwivalenti għaliha għall-konnessjonijiet li mhumiex konnessjonijiet
trifażi, għandhom ikunu konnessi mal-grilja wara notifika lill-operatur
tas-sistema ta' distribuzzjoni.
(2)
L-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jista’, għall-
perjodu ta’ żmien limitat wara n-notifika msemmija fis-subregolament
(1), jirrifjuta l-punt ta' konnessjoni mal-grilja rikjest lilu jew
jipproponi punt ta' konnessjoni mal-grilja alternattiv għal raġunijiet ta'
tħassib dwar is-sikurezza fondati jew l-inkompatibbiltà teknika tal-
komponenti tas-sistema
Iżda f’każ ta' deċiżjoni pożittiva mill-operatur tas-
sistema ta' distribuzzjoni, jew fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-operatur
tas-sistema ta' distribuzzjoni fi żmien xahar (1) wara n-notifika, l-
installazzjoni jew l-unità ta' produzzjoni aggregata tista’ tiġi konnessa.
(3)
Ir-Regolatur jista’ jippermetti proċeduri sempliċi ta'
notifika għal installazzjonijiet jew unitajiet ta' produzzjoni aggregata
b'kapaċità elettrika ta' iktar minn 10.8kW u sa 50kW, dment li tinżamm
l-istabbiltà, l-affidabbiltà u s-sikurezza tal-grilja.
(1)
Ir-Regolatur, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni,
is-Segretarju Permanenti responsabbli għall-Politika Socjali u, jew l-
Akkomodazzjoni Socjali u kull awtorità rilevanti oħra, għandhom
jiżguraw li informazzjoni dwar miżuri ta' appoġġ li jaqgħu taħt il-
mandat rispettiv tagħhom issir disponibbli għall-atturi rilevanti kollha,
fosthom il-konsumaturi vulnerabbli bi dħul baxx, l-awtokonsumaturi
ta' sorsi rinnovabbli, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, il-
bennejja, l-installaturi, il-periti, il-fornituri ta' tagħmir u sistemi tat-
tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku u għall-fornituri ta' vetturi kompatibbli
mal-użu ta' enerġija rinnovabbli u ta' sistemi ta' trasport intelliġenti.
(2)
Fornituri ta’ tagħmir u sistemi li jintużaw għat-tisħin,
għat-tkessiħ u għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom
jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-benefiċċji netti, l-ispiża u l-
effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' tali tagħmir.
(3)
Ir-Regolatur għandu jikkoordina mal-persuni u l-
entitajiet xierqa biex jiżgura li safejn ikun raġonevoli, skemi ta'
ċertifikazzjoni jew skemi ta' kwalifikazzjoni ekwivalenti jkunu
disponibbli għal installaturi ta' bojlers u stufi tal-bijomassa fuq skala
żgħira, sistemi fotovoltajċi tax-xemx u sistemi termali tax-xemx,
sistemi ġeotermali tal-wiċċ u pompi tas-sħana
Iżda r-Regolatur jista' jqis skemi u strutturi eżistenti kif
xieraq, u li għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fir-Raba'
Skeda. Ċertifikazzjoni mogħtija minn Stati Membri oħra skont dawk
il-kriterji għandha tkun rikonoxxuta.
(4)
Informazzjoni dwar skemi ta' ċertifikazzjoni jew skemi
ta' kwalifikazzjoni ekwivalenti kif imsemmija fis-subregolament (3)
għandha ssir disponibbli għall-pubbliku mir-Regolatur
Iżda l-lista tal-istallaturi li huma kwalifikati jew
ċertifikati skont is-subregolament (3) għandha tkun disponibbli għall-
pubbliku.
(5)
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għandha tiżgura li
ssir disponibbli gwida lill-parteċipanti kollha rilevanti, b'mod
partikolari għall-pjanifikaturi u l-periti sabiex dawn ikunu tassew
jistgħu jikkunsidraw sew il-kombinazzjoni ottimali ta' enerġija minn
sorsi rinnovabbli, ta’ teknoloġiji b'effiċjenza għolja u ta' tisħin u
tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, l-iddisinjar, il-bini u r-
rinnovazzjoni ta' żoni industrijali, kummerċjali jew residenzjali.
(6)
Ir-Regolatur, fejn xieraq bil-parteċipazzjoni tal-
awtoritajiet pubbliċi rilevanti, għandu jiżviluppa informazzjoni, żieda
tal-għarfien, programmi ta' gwida jew ta' taħriġ sabiex iċ-ċittadini jiġu
infurmati kif jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala klijenti attivi, u
dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet, inkluż l-aspetti tekniċi u finanzjarji,
tal-iżvilupp u tal-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, inkluż
permezz tal-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli jew fil-qafas tal-
komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.
(1)
Fejn ikun rilevanti, ir-Regolatur għandu jaċċerta li
l-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni u l-operaturi ta' sistemi ta'
distribuzzjoni f’Malta jippubblikaw regoli tekniċi skont ir-regolament
10 tar-Regolamenti dwar is-Suq tal-Gass Naturali, b'mod partikolari
rigward ir-regoli tal-konnessjoni man-netwerk li jinkludu rekwiżiti
dwar il-kwalità tal-gass, l-odorazzjoni tal-gass u l-pressjoni tal-gass.
(2)
Ir-Regolatur għandu jitlob lill-operaturi ta' sistemi ta'
trażmissjoni u ta' sistemi ta' distribuzzjoni li jippubblikaw it-tariffi ta'
konnessjoni biex issir il-konnessjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli
ibbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
(3)
Soġġett għall-evalwazzjoni inkluża fil-pjanijiet integrati
nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness I tar-Regolament
(UE) 2018/1999, dwar in-neċessità li tinbena infrastruttura ġdida għat-
tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn sorsi rinnovabbli bil-għan li
tinkiseb il-mira tal-Unjoni stipulata fis-subregolament (1) tar-
regolament 3, il-Ministru għandu jiżgura li jkun hemm fil-post l-
inċentivi neċessarji sabiex infrastruttura distrettwali għat-tisħin u t-
tkessiħ tkun tista’ takkomoda t-tisħin u t-tkessiħ minn faċilitajiet kbar
tal-bijomassa, mill-enerġija solari, mill-enerġija ambjentali u mill-
enerġija ġeotermali u minn sħana u kesħa mormija.
(1)
Il-Ministru għandu jipprovdi qafas regolatorju
sabiex jiżgura li l-konsumaturi jkunu intitolati li jsiru
awtokonsumaturi tas-sorsi rinnovabbli, soġġett għal dan ir-regolament.
(2)
Il-qafas regulatorju msemmi fis-subregolament (1)
għandu jiżgura li l-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli,
individwalment jew permezz ta' aggregaturi, jkunu intitolati
(a)
li jiġġeneraw l-enerġija rinnovabbli, inkluż għall-
konsum tagħhom stess, jaħżnu u jbigħu l-produzzjoni żejda
tagħhom ta' elettriku rinnovabbli, inkluż permezz ta' ftehim
dwar ix-xiri tal-elettrika minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli,
arranġamenti ta' negozjar bejn il-pari u l-fornituri, mingħajr ma
jkunu soġġetti
(i)
fir-rigward
tal-elettriku
li
huma
jikkunsmaw minn jew li jitfgħu fil-grilja, għal proċeduri
u imposti diskriminatorji jew sproporzjonati, u għall-
imposti fuq in-netwerk li ma jirriflettux l-ispejjeż;
(ii)
fir-rigward
tal-elettriku
rinnovabbli
awtoġenerat tagħhom minn sorsi rinovibbli li jibqa' fil-
proprjetà tagħhom, għal proċeduri diskriminatorji jew
sproporzjonati, u kwalunkwe imposti jew tariffi;
(b)
li jinstallaw u jħaddmu sistemi ta' ħżin tal-
elettriku kkombinati ma' installazzjonijiet li jiġġeneraw l-
elettriku rinnovabbli għall-awtokonsum mingħajr ebda
responsabbiltà għal xi ħlas doppju, inkluż l-imposti fuq in-
netwerk għal elettriku maħżun li jibqa' fil-proprjetà tagħhom;
(ċ)
li jżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala
konsumaturi finali;
(d)
li jirċievu remunerazzjoni, inkluż fejn applikabbli,
permezz ta' skemi ta' appoġġ, għall-elettriku rinnovabbli
awtoġenerat li jitfgħu fil-grilja, li tirrifletti l-valur tas-suq ta'
dak l-elettriku u li tista' tqis il-valur tiegħu fit-tul għall-grilja, l-
ambjent u s-soċjetà.
(3)
Jistgħu jiġu applikati imposti u tariffi mhux
diskriminatorji u proporzjonati fuq awtokonsumaturi ta' sorsi
rinnovabbli, fir-rigward tal-elettriku rinnovabbli awtoġenerat
tagħhom, li jibqa' fil-proprjetà tagħhom f'każ wieħed jew aktar tas-
segwenti
(a)
jekk l-elettriku rinnovabbli awtoġenerat huwa
appoġġat b'mod effettiv permezz ta' skemi ta' appoġġ, biss sal-
punt li l-vijabilità ekonomika tal-proġett u l-effett ta' inċentiv ta'
tali appoġġ ma jiġux imminati;
(b)
mill-1 ta' Diċembru 2026, jekk is-sehem globali
tal-installazzjonijiet ta’ awtokonsum jeċċedi t-tmienja fil-mija
(8%) tal-kapaċità totali installata tal-elettriku f’Malta, u jekk
jintwera, permezz ta' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji mwettqa
mir-Regolatur, li għandha tigi kondotta bi proċess miftuħ,
trasparenti u parteċipattiv, li d-dispożizzjoni stipulata fis-
subparagrafu (ii) tal-paragrafu (a) tas-subregolament (2) jew
tirriżulta f'piż sproporzjonat sinifikanti fuq is-sostenibbiltà
finanzjarja fit-tul tas-sistema elettrika, jew toħloq inċentiv li
jaqbeż dak li hu oġġettivament meħtieġ biex tinkiseb l-
implimentazzjoni kost-effettiva tal-enerġija rinnovabbli, u li tali
piż jew inċentiv ma jistax jitnaqqas billi jittieħdu azzjonijiet
raġonevoli oħra; jew
(ċ)
jekk l-elettriku rinnovabbli awtoġenerat jiġi
prodott fi installazzjonijiet b'kapaċità elettrika installata totali li
taqbeż it-30 kW.
(4)
Il-qafas regolatorju msemmi fis-subregolament (1)
għandu jiżgura li l-awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli li jkunu
fl-istess bini, inklużi blokok b'għadd ta' appartamenti, ikunu intitolati
li jieħdu sehem b’mod konġunt fl-attivitajiet imsemmija fis-
subregolament (2) u li jkunu permessi jagħmlu arranġamenti
bejniethom għall-kondiviżjoni tal-enerġija rinnovabbli li tkun prodotta
fis-sit jew siti tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-imposti tan-
netwerk u imposti, tariffi u taxxi rilevanti oħra applikabbli għal kull
awtokonsumatur tal-enerġija rinnovabbli u mingħajr preġudizzju
għad-dispożizzjonijiet tas-subregolament (9).
(5)
Il-qafas regolatorju jista’ jagħmel distinzjoni bejn
awtokonsumaturi tas-sorsi rinnovabbli individwali u awtokonsumaturi
tas-sorsi rinnovabbli li jaġixxu b'mod konġunt dment li tali distinzjoni
tkun proporzjonata u ġustifikata.
(6)
L-installazzjoni ta' awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli
tista' tkun proprjetà ta' parti terza jew tiġi ġestita minn parti terza
għall-installazzjoni, l-operat, inkluż il-kejl tal-konsum u l-
manutenzjoni, dment li l-parti terza tibqa' soġġetta għall-istruzzjonijiet
tal-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli, b’dana illi l-parti terza
nnifisha ma għandhiex titqies bħala awtokonsumatur ta' sorsi
rinnovabbli.
(7)
Il-Ministru għandu jistabbilixxi qafas ta' abilitazzjoni
sabiex jippromwovi u jiffaċilita l-iżvilupp ta' awtokonsum ta' sorsi
rinnovabbli bbażat fuq valutazzjoni tal-ostakli mhux ġustifikati
eżistenti u tal-potenzjal ta' awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli f’Malta,
fejn dan il-qafas abilitanti għandu, inter alia
(a)
jindirizza l-aċċessibbiltà ta' awtokonsum ta' sorsi
rinnovabbli għall-konsumaturi finali kollha, inklużi dawk
f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli;
(b)
jindirizza l-ostakli mhux ġustifikati għall-
finanzjament ta' proġetti fis-suq u miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess
għall-finanzjament;
(ċ)
jindirizza ostakli regolatorji mhux ġustifikati oħra
għall-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli, anke għall-inkwilini;
(d)
jindirizza inċentivi għas-sidien tal-bini biex
joħolqu opportunitajiet għall-awtokonsum ta' sorsi rinnovabbli
inkluż għall-inkwilini;
(e)
jagħti lill-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli,
għall-elettriku rinnovabbli awtoġenerat li jitfgħu fil-grilja,
aċċess mhux diskriminatorju għal skemi ta' appoġġ rilevanti
eżistenti kif ukoll għall-oqsma kollha tas-suq tal-elettriku;
(f)
jiżgura
li
l-awtokonsumaturi
rinnovabbli
jikkontribwixxu b'mod adegwat u bbilanċjat għall-kondiviżjoni
tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema meta l-elettriku jiġi mitfuħ fil-
grilja.
(8)
Sommarju tal-politiki u l-miżuri taħt il-qafas ta' appoġġ u
valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom rispettivament għandhom
jiġu rrappurtati fil-pjant nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima
ta’ Malta u fir-rapporti ta' progress skont ir-Regolament (UE) 2018/
1999. (9)
Dan ir-regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju
għall-Artikoli 107 u 108 TFUE u barra minn hekk għandu japplika
mingħajr preġudizzju ghad-dritt ta’ Malta li teżerċita d-derogi
mogħtija skont l-Artikolu 66 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-
Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli
komuni għas-suq intern għal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/
27/UE (riformulazzjoni).
(1)
Il-qafas regolatorju għall-komunitajiet tal-
enerġija għaċ-ċittadini maħsub mir-regolament 13 tar-Regolamenti
dwar l-Elettriku għandu jiżgura li l-klijenti finali, b'mod partikolari l-
klijenti domestiċi, ikunu intitolati li jipparteċipaw f'komunità tal-
enerġija rinnovabbli filwaqt li jżommu d-drittijiet jew l-obbligi
tagħhom bħala klijenti finali, u mingħajr ma jkunu soġġetti għal
kundizzjonijiet jew proċeduri mhux ġustifikati jew diskriminatorji li
jipprevjenu l-parteċipazzjoni tagħhom f'komunità tal-enerġija
rinnovabbli, b’dana illi, għall-impriżi privati, il-parteċipazzjoni
tagħhom ma tikkostitwixxix l-attività kummerċjali jew professjonali
ewlenija tagħhom.
(2)
Il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-komunitajiet tal-
enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li
(a)
jipproduċu, jużaw, jaħżnu u jbigħu enerġija minn
sorsi rinnovabbli, inkluż permezz ta' ftehim dwar ix-xiri tal-
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;
(b)
jaqsmu fil-komunità tal-enerġija rinnovabbli, l-
enerġija rinnovabbli li tiġi prodotta mill-unitajiet ta'
produzzjoni li huma proprjetà ta' dik il-komunità tal-enerġija
rinnovabbli, soġġetta għar-rekwiżiti l-oħra stipulati f'dan ir-
regolament u għaż-żamma tad-drittijiet u l-obbligi tal-membri
tal-komunità tal-enerġija rinnovabbli bħala klijenti;
(ċ)
jaċċessaw is-swieq tal-enerġija adatti kollha
kemm direttament jew permezz tal-aggregazzjoni b'mod mhux
diskriminatorju.
(3)
Il-Ministru għandu jwettaq valutazzjoni tal-ostakli
eżistenti u tal-potenzjal tal-iżvilupp ta' komunitajiet tal-enerġija
rinnovabbli.
(4)
Il-qafas ta’ awtorizzazzjoni għandu jippromwovi u
jiffaċilita l-iżvilupp tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. Dak il-
qafas għandu jiżgura, inter alia, li
(a)
jitneħħew l-ostakli regolatorji u amministrattivi
mhux ġustifikati għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;
(b)
il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli li jfornu l-
enerġija jew jipprovdu servizzi ta' aggregazzjoni jew servizzi
oħra kummerċjali tal-enerġija huma soġġetti għad-
dispożizzjonijiet rilevanti għal tali attivitajiet;
(ċ)
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni rilevanti
jikkoopera mal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli biex
jiffaċilita t-trasferimenti tal-enerġija fil-komunitajiet tal-
enerġija rinnovabbli;
(d)
il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli huma
soġġetti għal proċeduri ġusti, proporzjonati u trasparenti, inkluż
proċeduri ta' reġistrazzjoni u ta' liċenzjar, u imposti fuq in-
netwerk li jirriflettu l-ispejjeż, kif ukoll imposti, tariffi u taxxi
rilevanti, li jiżguraw li jikkontribwixxu, b'mod adegwat, ġust u
bbilanċjat, għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema
f'konformità ma' analiżi trasparenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta'
sorsi tal-enerġija distribwiti żviluppati mill-awtoritajiet
kompetenti nazzjonali;
(e)
il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli mhumiex
soġġetti għal trattament diskriminatorju fir-rigward tal-
attivitajiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali,
produtturi, fornituri, operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, jew
bħala parteċipanti oħra fis-suq;
(f)
il-parteċipazzjoni
fil-komunitajiet
tal-enerġija
rinnovabbli hija aċċessibbli għall-konsumaturi kollha, inklużi
dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli;
(g)
ikunu disponibbli għodod biex jiffaċilitaw l-
aċċess għall-finanzjament u l-informazzjoni;
(h)
jiġi pprovdut appoġġ regolatorju u tal-bini tal-
kapaċitajiet lil awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu possibbli u
jistabbilixxu komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, u biex
jgħinu lil awtoritajiet biex jipparteċipaw direttament;
(i)
regoli li jiżguraw li t-trattament ugwali u mhux
diskriminatorju tal-konsumaturi li jipparteċipaw fil-komunità
tal-enerġija rinnovabbli ikunu fis-seħħ.
(5)
L-elementi ewlenin tal-qafas ta’ awtorizzazzjoni
msemmi fis-subregolament (4), u tal-implimentazzjoni tiegħu,
għandhom ikunu parti mill-aġġornamenti tal-pjanijiet integrati
nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija u mir-rapporti ta' progress skont
ir-Regolament (UE) 2018/1999.
(6)
Il-qafas regolatorju jista’ jipprovdi li l-komunitajiet tal-
enerġija rinnovabbli jkunu miftuħa għal parteċipazzjoni transkonfinali.
(7)
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 TFUE, il-
Ministru għandu jieħu kont tal-ispeċifiċitajiet ta' komunitajiet tal-
enerġija rinnovabbli meta jfassal l-iskemi ta' appoġġ, sabiex ikunu
jistgħu jikkompetu għall-appoġġ fuq bażi ugwali ma' parteċipanti oħra
tas-suq.
(8)
Dan ir-regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju
għad-dritt ta’ Malta li teżerċita d-derogi mogħtija skont l-Artikolu 66
tad-Direttiva (EU) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-
5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għal-elettriku u
li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni).
(1)
Sabiex jippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli
fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, il-Ministru għandu jagħmel sforz biex
iżid is-sehem ta' enerġija rinnovabbli f'dak is-settur b'1.1 punti
perċentwali indikattivi bħala medja annwali kkalkulata għall-perjodi
2021-2025 u 2026-2030, li jibda mis-sehem tal-enerġija rinnovabbli
fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, espress f'termini ta' sehem
nazzjonali tal-konsum tal-enerġija finali u kkalkulat skont il-
metodoloġija stabbilita fir-regolamenti 7, 8 u 10 mingħajr preġudizzju
għas-subregolamenti (2) sa (5).
(2)
Għall-finijiet tas-subregolament (1), meta jiġi kkalkulat
is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ u ż-
żieda annwali medja skont dak is-subregolament, il-Ministru
(a)
jista’ jgħodd is-sħana u l-kesħa mormija, soġġett
għal limitu ta' erbgħin fil-mija (40%) taż-żieda annwali medja;
(b)
fejn is-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur
tat-tisħin u tat-tkessiħ huwa ogħla minn sittin fil-mija (60%),
jista' jgħodd kwalunkwe tali sehem bħala li jissodisfa ż-żieda
annwali medja; u
(ċ)
fejn is-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur
tat-tisħin u tat-tkessiħ huwa ogħla minn ħamsin fil-mija (50%)
u sa sittin fil-mija (60%), jista' jgħodd kwalunkwe tali sehem
bħala li jissodisfa nofs iż-żieda annwali medja.
(3)
Meta jiddeċiedi liema miżuri għandu jaddotta għall-iskop
ta' provvista ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-
tkessiħ, il-Ministru jista’ jqis l-effettività tan-nefqa li tirrifletti l-ostakli
strutturali li jirriżultaw minn sehem għoli ta' gass naturali jew tkessiħ,
jew minn strutturi ta' insedjament b'densità baxxa ta' popolazzjoni.
(4)
Fejn dawk il-miżuri jirriżultaw f'żieda medja annwali
iktar baxxa minn dik imsemmija fis-subregolament (1), il-Ministru
għandu jagħmel dan pubbliku permezz tal-inklużjoni fir-rapporti
integrati nazzjonali ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima skont l-
Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u jipprovdi lill-
Kummissjoni bir-raġunijiet, inkluż dwar l-għażla tal-miżuri kif
imsemmija fis-subregolament (2).
(5)
Abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, il-
Ministru jista’ jistabbilixxi u jippubblika lista tal-miżuri, u jista’ jaħtar
u jippubblika l-ismijiet tal-entitajiet implimentattivi, bħall-fornituri
tal-karburanti, korpi pubbliċi jew professjonali, li għandhom
jikkontribwixxu għaż-żieda annwali medja msemmija fis-
subregolament (1).
(6)
Sabiex
jippromwovi
l-għanijiet
stipulati
fis-
subregolament (1), il-Ministru jista’ jimplimenta, inter alia, waħda
jew aktar minn dawn l-għażliet li ġejjin
(a)
inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli
jew tas-sħana u l-kesħa mormija fl-enerġija u l-karburant tal-
enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;
(b)
miżuri ta' mitigazzjoni diretti bħall-installazzjoni
ta' sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna
f'bini, jew f'użu tal-enerġija rinnovabbli jew ta' sħana u kesħa
mormija fil-proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali;
(ċ)
miżuri ta' mitigazzjoni indiretti koperti minn
ċertifikati kummerċjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-
obbligi stipulati fis-subregolament (1) permezz ta' appoġġ għal
miżuri ta' mitigazzjoni indiretti, imwettqa minn operatur
ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġiji rinnovabbli
indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija li tipprovdi
servizzi ta' installazzjoni rinnovabbli;
(d)
miżuri ta' politika oħra, b'effett ekwivalenti, biex
tintlaħaq iż-żieda annwali medja kif imsemmija fis-
subregolament (1), inkluż miżuri fiskali jew inċentivi
finanzjarji oħra.
(7)
Meta jkunu qegħdin jiġu adottati u implimentati l-miżuri
msemmija fis-subregolament (6), il-Ministru għandu jimmira għall-
aċċessibbiltà tal-miżuri għall-konsumaturi kollha, b'mod partikolari
dawk f'unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew vulnerabbli, li ma
jkollhomx biżżejjed kapital bil-quddiem biex jibbenefikaw.
(8)
Il-Ministru jista’ juża l-istrutturi stabbiliti taħt l-iskemi
nazzjonali ta' obbligi ta' iffrankar tal-enerġija stabbilit fir-regolament 8
tar-Regolamenti dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija biex jimplimenta u
jissorvelja il-miżuri msemmija fis-subregolament (5).
(9)
Fejn entitajiet ikunu maħtura skont is-subregolament (5),
il-Ministru għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni ta' dawk l-entitajiet
maħtura tista’ titkejjel u tista’ tiġi vverifikata.
(10) L-entitajiet maħtura taħt is-subregolament (5) għandhom
jirrappurtaw annwalment lir-Regolatur dwar
(a)
l-ammont totali ta' enerġija fornuta għat-tisħin u t-
tkessiħ;
(b)
l-ammont totali ta' enerġija rinnovabbli fornuta
għat-tisħin u t-tkessiħ;
(ċ)
l-ammont ta' sħana u kesħa mormija fornuti għat-
tisħin u t-tkessiħ;
(d)
is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u ta' sħana u
kesħa mormija fl-ammont totali tal-enerġija fornuta għat-tisħin
u t-tkessiħ; u
(e)
it-tip tas-sors tal-enerġija rinnovabbli.
(11) Ir-Regolatur għandu jivverifika l-kontribuzzjonijiet
rappurtati sottomessi skont is-subregolament (10) u jirrapporta dwar
dan lill-Ministru fil-qosor.
Il-fornituri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-
prestazzjoni tal-enerġija u s-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-sistemi
ta' tisħin u ta' tkessiħ distrettwali lill-konsumaturi aħħarin tagħhom,
liema informazzjoni għandha tingħata b'mod faċilment aċċessibbli fuq
il-websites tagħhom, fil-kontijiet annwali, u fuq talba speċifika li ssir
għalihom.
(1)
Il-Ministru għandu jistabbilixxi obbligu fuq il-
fornituri tal-karburant biex jiżgura li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli
fi ħdan il-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport ikun mill-
inqas ta’ erbatax fil-mija (14%) sal-2030 (sehem minimu) skont it-
trajettorja indikattiva stabbilita mill-Ministru u kkalkulata skont il-
metodoloġija stabbilita fir-regolamenti 28 u 29.
(2)
Sabiex jiġi stabbilit l-obbligu msemmi fis-subregolament
(1), il-Ministru jista’ jeżenta, jew jagħmel distinzjoni bejn, fornituri
differenti tal-karburant u trasportaturi tal-enerġija differenti meta
jistabbilixxi l-obbligu fuq il-fornituri tal-karburant, u jiżgura li jitqiesu
l-gradi varji tal-maturità u l-ispiża ta' teknoloġiji differenti.
(3)
Għall-kalkolu tas-sehem
minimu
msemmi
fis-
subregolament (1), ir-Regolatur
(a)
għandu jqis karburanti għat-trasport rinnovabbli
likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika ukoll meta
jintużaw bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta'
karburanti konvenzjonali; u
(b)
jista’ jqis karburanti riċiklati tal-karbonju.
(4)
Fis-sehem minimu msemmi fis-subregolament (1), il-
kontribuzzjoni ta' bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti mill-
materja prima elenkata fit-Taqsima A tal-Ħames Skeda bħala sehem
mill-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport għandu jkun tal-
anqas żero punt tnejn fil-mija (0.2%) fl-2022, tal-anqas wieħed fil-
mija (1%) fl-2025 u, tal-anqas tlieta punt ħamsa fil-mija (3.5%) fl-
2030
Iżda l-Ministru jista’ jeżenta lill-fornituri tal-karburant li
jfornu karburant fil-forma ta' elettriku jew karburanti għat-trasport
rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika mir-rekwiżit
ta' konformità mas-sehem minimu ta' bijokarburanti u bijogass
avvanzati prodotti minn materja prima fir-rigward ta' dawk il-
karburanti.
(5)
Meta jistabbilixxi l-obbligu msemmi fis-subregolamenti
(1) u (4) biex jiżgura l-kisba tas-sehem stabbilit hemmhekk, il-
Ministru jista’ jagħmel dan, inter alia, permezz ta' miżuri li jimmiraw
għal volumi, kontenut tal-enerġija jew emissjonijiet ta' gassijiet serra,
dment li jintwera li qed jinkisbu l-ishma minimi msemmija.
(6)
L-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-użu ta'
karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux
bijoloġika għandu jkun mill-anqas sebgħin fil-mija (70%) mill-1 ta'
Jannar 2021.
(1)
Għall-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija
ta' Malta minn sorsi rinnovabbli stabbiliti fir-regolament 8 u s-sehem
minimu msemmi fis-subregolament (1) tar-regolament 27, is-sehem ta'
bijokarburanti u bijolikwidi, kif ukoll mill-karburanti mill-bijomassa
kkunsmati fit-trasport, fejn prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf,
m'għandux ikun aktar minn punt perċentwali wieħed ogħla mis-sehem
ta' tali karburanti fil-konsum finali ta' enerġija fis-setturi tat-trasport
bit-triq u bil-ferrovija fl-2020 f'Malta, b'massimu ta' sebgħa fil-mija
(7%) ta’ konsum finali tal-enerġija fis-setturi tat-trasport bit-triq u bil-
ferrovija
Iżda meta dak is-sehem ikun inqas minn wieħed fil-mija
(1%), jista' jiżdied sa massimu ta' tnejn fil-mija (2%) tal-konsum finali
tal-enerġija fis-setturi tat-trasport bit-triq u bil-ferrovija.
(2)
Il-Ministru jista’ jistabbilixxi limitu aktar baxx u jista’
jiddistingwi, għall-finijiet tar-regolament 3 tar-Regolamenti dwar il-
Kriterji ta’ Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, tal-Bijolikwidi u tal-
Karburanti mill-Bijomassa, bejn tipi differenti ta' bijokarburanti,
bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel
u l-għalf, tenut kont tal-aħjar evidenza disponibbli dwar l-impatt tal-
bidla indiretta fl-użu tal-art, inkluż, pereżempju, l-għażla li
jistabbilixxi limitu aktar baxx għas-sehem minn bijokarburanti
bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel taż-
żejt.
(3)
Fejn is-sehem mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi, kif
ukoll mill-karburanti mill-bijomassa kkunsmati fit-trasport, prodotti
mill-għelejjel tal-ikel u l-għalf f’Malta ikun limitat għal sehem aktar
baxx minn sebgħa fil-mija (7%) jew il-Ministru jiddeċiedi li jillimita s-
sehem aktar, is-sehem minimu msemmi fis-subregolament (1) tar-
regolament 27 jista’ jiġi mnaqqas kif xieraq, sa massimu ta' sebgħa (7)
punti perċentwali.
(4)
Għall-kalkolu tal-konsum finali gross ta' enerġija ta'
Malta minn sorsi rinnovabbli msemmija fir-regolament 8 u s-sehem
minimu msemmi fis-subregolament (1) tar-regolament 27, is-sehem ta'
bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju għoli
ta' tibdil indirett fl-użu tal-art, prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-
għalf, li għalihom hija osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta'
produzzjoni f'art b'ħażna għolja ta' karbonju ma għandux jaqbeż il-
livell ta' konsum ta' tali karburanti f'Malta fl-2019, sakemm ma jkunux
iċċertifikati li huma bijokarburnti, bijolikwidi jew karburanti mill-
bijomass b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art skont
leġiżlazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni għal dan il-għan skont il-
paragrafu 2 tal-Artikolu 26 tad-Direttiva
Iżda mill-1 ta' Jannar 2024, dawn il-karburanti ma
għandhomx jiġu meqjusa għall-finijiet ta’ dawn il-kalkoli.
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI
(1)
Għall-kalkolu tal-ishma minimi msemmija fis-
subregolamenti (1) u (4) tar-regolament 27, għandhom japplikaw id-
dispożizzjonijiet li ġejjin
(a)
għall-kalkolu tad-denominatur, jiġifieri l-kontenut
enerġetiku tal-karburanti għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija
fornuti għal konsum jew użu fis-suq, għandhom jitqiesu l-
petrol, id-diżil, il-bijokarburanti, il-gass naturali, il-bijogass, il-
karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini
mhux bijoloġika, karburanti u elettriku mill-karbonju riċiklat
fornut lis-setturi tat-trasport fit-triq u bil-ferrovija;
(b)
għall-kalkolu tan-numeratur, jiġifieri l-ammont ta'
enerġija minn sorsi rinnovabbli kkunsmat fis-settur tat-trasport
għall-finijiet tas-subregolament (1) tar-regolament 27, għandu
jitqies il-kontenut tal-enerġija tat-tipi kollha ta' enerġija minn
sorsi rinnovabbli fornut lis-setturi kollha tat-trasport, inkluż l-
elettriku rinnovabbli fornut lis-setturi tat-trasport bit-triq u bil-
ferrovija filwaqt li l-karburanti tal-karbonju riċiklat jistgħu jiġu
kkunsidrati wkoll; u
(ċ)
għall-kalkolu kemm tan-numeratur kif ukoll tad-
denominatur, għandhom jintużaw il-valuri li jirrigwardaw il-
kontenut tal-enerġija tal-karburanti għat-trasport kif stabbilit
fit-Tielet Skeda
Iżda għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi ta'
karburanti mhux imsemmija fit-Tielet Skeda, għandhom jintużaw l-
istandards tal-ESO rilevanti, u fejn l-ebda standard ESO ma ġie adottat
għal dak l-għan, għandhom jintużaw l-Istandards tal-Organizzazzjoni
Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (ISO) rilevanti.
(2)
Għall-finijiet li tintwera l-konformità mal-ishma minimi
msemmija fir-regolament 27
(a)
is-sehem ta' bijokarburanti u bijogass għat-
trasport prodott mill-materja prima elenkata fil-Ħames Skeda
jista' jitqies bħala d-doppju tal-kontenut tal-enerġija tiegħu;
(b)
is-sehem ta' elettriku rinnovabbli għandu jitqies
bħala erba' darbiet il-kontenut tal-enerġija tiegħu meta jiġi
fornut lill-vetturi tat-triq u jista' jitqies li huwa 1.5 darbiet il-
kontenut tal-enerġija meta jkun fornut lit-trasport bil-ferrovija;
(ċ)
bl-eċċezzjoni tal-karburanti prodotti minn
għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, is-sehem ta' karburanti fornuti
fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport bil-baħar għandu jitqies li
jkun 1,2 darbiet il-kontenut tal-enerġija tagħhom.
(3)
Għall-kalkolu tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli fl-
elettriku fornut lill-vetturi tat-triq u l-vetturi ferrovjarji għall-finijiet
tas-subregolament (1), għandu jsir riferiment għall-perjodu ta' sentejn
ta' qabel is-sena li fiha l-elettriku jiġi fornut f’Malta.
(4)
B'deroga mis-subregolament (3), biex jiġi ddeterminat is-
sehem tal-elettriku għall-finijiet tas-subregolament (1), fil-każ ta'
elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma' installazzjoni li
tiġġenera l-elettriku rinnovabbli u fornut lill-vetturi tat-triq, dak l-
elettriku għandu jingħadd bħala kollu rinnovabbli.
(5)
Għall-finijiet ta' dan ir-regolament, fejn l-elettriku jintuża
għall-produzzjoni ta' karburanti likwidi u gassużi għat-trasport
rinnovabbli li m’humiex ta’ oriġini bijoloġika, sew direttament jew
inkella għall-produzzjoni ta' prodotti intermedji, jista' jintuża s-sehem
medju tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni,
kif imkejjel sentejn qabel is-sena in kwistjoni, sabiex jiġi ddeterminat
is-sehem tal-enerġija rinnovabbli.
(6)
L-elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma'
installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jista' jingħadd
kollu bħala elettriku rinnovabbli fejn dan jiġi wżat għall-produzzjoni
ta' dawk il-karburanti għat-trasport likwidi u gassużi rinnovabbli mhux
ta’ oriġini bijoloġika dmenti li l-installazzjoni
(a)
tibda taħdem wara, jew fl-istess ħin tal-
installazzjoni li tipproduċi karburanti għat-trasport rinnovabbli
likwidi u gassużi mhux ta' oriġini bijoloġika; u
(b)
mhix konnessa mal-grilja jew hija konnessa mal-
grilja iżda tista' tingħata evidenza li l-elettriku kkonċernat ġie
fornut mingħajr ma ttieħed l-elettriku mill-grilja.
(7)
L-elettriku li jittieħed mill-grilja jista' jingħadd bħala
kollu rinnovabbli sakemm ikun prodott esklussivament minn sorsi
rinnovabbli u l-proprjetajiet rinnovabbli u kriterji xierqa oħra ikunu
intwerew, waqt li jiġi żgurat li l-karatteristiċi rinnovabbli ta' dak l-
elettriku jiġu ddikjarati darba biss u biss f'settur ta' użu aħħari wieħed.
(1) L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom
jissottomettu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u
dwar il-karatteristiċi ta' sostenibbiltà ta' dawn il-karburanti għat-
trasport likwidi u gassużi li huma eliġibbli biex jingħaddu għan-
numeratur imsemmi fil-paragrafu (b) tas-subregolament (1) tar-
regolament 29 jew li jitqiesu għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi (a),
(b) u (ċ) tas-subregolament (1) tar-regolament 3 tar-Regolamenti
dwar il-Kriterji ta’ Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, tal-Bijolikwidi
u tal-Karburanti mill-Bijomassa, inkluż l-emissjonijiet ta' gassijiet
serra tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, mill-punt tal-produzzjoni tagħhom sal-
fornitur tal-karburanti li jqiegħed il-karburant fis-suq.
(2)
Is-sottomissjoni msemmija fis-subregolament (1)
għandha ssir f’forma ta’ entrata magħmula minn operaturi ekonomiċi
fid-database tal-Unjoni kif stabbilita mill-Kummissjoni sabiex ikunu
jistgħu jiġi intraċċcati l-karburanti deskritti fis-subregolament (2).
(3)
Il-fornituri tal-karburanti għandhom idaħħlu l-
informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-
rekwiżiti stipulati fis-subregolamenti (1) u (4) tar-regolament 27 fid-
database tal-Unjoni.
(4)
Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Ministru għandu jieħu
miżuri biex jiżgura d-disponibbiltà ta' karburanti minn sorsi
rinnovabbli għat-trasport inkluż fir-rigward ta' punti ta' iċċarġjar
b'potenza qawwija aċċessibbli għall-pubbliku filwaqt li l-Ministru
responsabbli għat-trasport għandu jiżgura d-disponibbiltà ta
infrastruttura ta' riforniment skont il-qafas ta' politika nazzjonali
mfassal hekk kif meħtieġ mid-Direttiva 2014/94/UE.
(1)
Ir-Regolatur jista’ jimponi penali amministrattiva
fuq kull persuna li tikser xi dispożizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti jew
li tonqos milli tikkonforma ma’ xi direttiva jew deċiżjoni mogħtija
mir-Regolatur biex jiżgura konformità ma’ dawn ir-regolamenti.
(2)
Penali amministrattiva imposta taħt is-subregolament (1)
ma għandhiex teċċedi mitt elf euro (€100,000) għal kull
kontravenzjoni.
PROMOZZJONI TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI