Legislator Case Law & Legislation
sl_545.34 MT

Regolamenti dwar l-Elettriku

72 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (72)

Preambolu Reg. 1 Titolu u għan. L-Ewwel Skeda Reg. 2 Tifsir. Emendat:  It-Tieni Skeda Reg. 3 Għażla ħielsa tal- fornitur. It-Tielet Skeda Reg. 4 Prezzijiet tal- provvista bbażati fis-suq. Ir-Raba’ Skeda Reg. 5 Linji diretti. Reg. 6 Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida. Reg. 7 Drittijiet kuntrattwali bażiċi. Reg. 8 Intitolament għal kuntratt tal- elettriku bi prezz dinamiku. Sostitwit:  Reg. 8A Intitolament għal kuntratt għall- 0provvista tal- elettriku għal terminu fiss bi Reg. 9 Dritt għall-bdil u regoli dwar tariffi marbuta mal-bdil. Reg. 10 Kuntratt ta’ aggregazzjoni. Reg. 11 Għodod għat- tqabbil. Reg. 12 Klijenti attivi. Reg. 13 Komunitajiet tal- enerġija taċ- ċittadin. Reg. 14 Rispons għad- domanda permezz tal-aggregazzjoni. Reg. 15 Kontijiet u informazzjoni dwar il-kontijiet. Reg. 15A Ġestjoni tar-riskju mill-fornitur. Mizjud:  Reg. 16 Sistemi ta' kejl intelliġenti. Reg. 17 Funzjonalitajiet ta' sistemi ta' kejl intelliġenti. Reg. 18 Intitolament għal miter intelliġenti. Reg. 19 Kejl konvenzjonali. Reg. 20 Ġestjoni tad-data. Reg. 21 Rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u proċeduri għall- aċċess għad-data. Reg. 22 Punti uniċi ta’ kuntatt. Reg. 23 Dritt għar- riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim. Reg. 24 Servizz universali. Reg. 24A Fornitur tal-aħħar istanza.  Mizjud:  Reg. 25 Klijenti vulnerabbli. Reg. 26 Faqar enerġetiku. Reg. 26A Protezzjoni mill- iskonnessjonijiet. Mizjud:  Reg. 27 Ħatra tal-operatur ta’ sistema ta’ distribuzzjoni. Reg. 28 Il-kompiti ta’ operaturi ta’ sistema ta' distribuzzjoni. Emendat:  Reg. 29 Regoli tekniċi. Reg. 30 Inċentivi għall-użu ta’ flessibbiltà fin- netwerks ta' distribuzzjoni. Reg. 30A Ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli. Mizjud:  Reg. 31 Integrazzjoni tal- elettromobbiltà fin- netwerk tal- elettriku. Emendat:  Reg. 32 Il-kompiti tal- operaturi tas- sistemi tad- distribuzzjoni fil- ġestjoni tad-data. Reg. 33 Sjieda tal- faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas- sistemi ta’ distribuzzjoni. Reg. 34 L-obbligu tal- kunfidenzjalità għall-operaturi tas- sistemi ta’ distribuzzjoni. Reg. 35 Sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa. Reg. 36 Il-kompiti tal- operaturi ta’ sistemi tat- trażmissjoni. Emendat:  Reg. 37 Reg. 38 Reg. 39 Separazzjoni tas- sjieda ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni. Reg. 40 Żvilupp tan- netwerk u setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti. Reg. 41 Ħatra u ċertifikazzjoni ta’ operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni. Reg. 42 Ċertifikazzjoni fir- rigward ta’ pajjiżi terzi. Reg. 43 Sjieda tal- faċilitajiet tal-ħżin tal- 'enerġija minn operaturi tas- sistema ta’ trażmissjoni Reg. 44 Dritt ta’ aċċess għall-kontijiet. Reg. 45 Separazzjoni tal- kontijiet. Reg. 46 Objettivi ġenerali tar-Regolatur. Reg. 47 Dmirijiet u setgħat tar-Regolatur. Emendat:  Reg. 48 Deċiżjonijiet u lmenti. Reg. 49 Reg. 50 Dmirijiet u setgħat tar-Regolatur fir- rigward ta’ ċentri ta’ operazzjonali reġjonali. Reg. 51 Konformità mal- kodiċijiet tan- netwerk u l-linji gwida. Reg. 52 Żamma ta’ reġistri. Reg. 53 Liċenzi maħruġin qabel. Reg. 54 Ħtieġa ta’ liċenza. Reg. 54A Sostitut tal-prezz tas-suq. Miżjud:  Reg. 55 Sospensjoni, revoka jew kanċellazzjoni ta’ liċenza. Reg. 56 Tmiem ta’ liċenza. Reg. 57 Trasferiment ta’ liċenza. Reg. 58 Punti tal-iċċarġjar. Reg. 59 Reati u pien. Reg. 60 Multi amministrattivi. Reg. 61 Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva.

Statutory Text (72 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 545.34

REGOLAMENTI DWAR L-ELETTRIKU

4 ta’ Ġunju, 2021

L-AVVIŻ LEGALI 235 tal-2021, kif emendat bl-Avviżi Legali 44 tal-

2023, 193 tal-2024, 132, 235 u 236 tal-2025 u 41 tal-2026.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti

dwar l-Elettriku.

(2)

Dawn ir-regolamenti jittrasponu d-Direttiva (UE) 2019/

944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar

regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva

2012/27/UE (riformulazzjoni). Dawn ir-regolamenti

(a)

jistabbilixxu regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-

trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin tal-enerġija u l-provvista

tal-elettriku, flimkien mad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-

konsumatur, bil-għan li jinħolqu swieq tal-enerġija li jkunu

tabilħaqq integrati, kompetittivi, iffukati fuq il-konsumaturi,

flessibbli, ġusti u trasparenti fl-Unjoni;

(b)

permezz tal-vantaġġi ta’ suq integrat, jimmiraw li

jiżguraw prezzijiet tal-enerġija u spejjeż għall-konsumaturi li

huma raġonevoli u trasparenti, livell għoli ta’ sigurtà tal-

provvista u tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn sistema tal-enerġija

b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju;

(ċ)

jistabbilixxu regoli ewlenin li jikkonċernaw l-

organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku tal-Unjoni,

b'mod partikolari regoli dwar l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni

tal-konsumatur, u safejn huma applikabbli, dwar l-aċċess

miftuħ għas-suq integrat, dwar l-aċċess tal-partijiet terzi għall-

infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, rekwiżiti

dwar is-separazzjoni u regoli dwar l-indipendenza tar-

Regolatur;

(d)

jistabbilixxu wkoll mezzi għar-Regolatur u l-

operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jikkooperaw lejn il-

ħolqien ta' suq intern interkonness bis-sħiħ għall-elettriku li jżid

l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli,

kompetizzjoni libera u sigurtà tal-provvista.

(3)

Dawn ir-regolamenti jittrasponu wkoll l-Artikoli 4(9) u

4(11) tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-

karburanti alternattivi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

A.L. 236 tal-

Rekwiżiti Minimi għall-Ħruġ tal-Kontijiet u

2025. Informazzjoni dwar il-Kontijiet

(regolament 15)

1. Informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża fil-kont u

fl-informazzjoni dwar il-kont.

1.1

L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera

b’mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet tagħhom, separata

b’mod distint minn partijiet oħra tal-kont

(a)

il-prezz li għandu jitħallas u tqassim tal-prezz fejn

possibbli, flimkien ma’ dikjarazzjoni ċara li s-sorsi kollha tal-

enerġija jistgħu jibbenefikaw ukoll minn inċentivi li ma kinux

iffinanzjati permezz tas-sisa indikat fit-tqassim tal-prezz;

(b)

id-data li fiha l-ħlas huwa dovut.

1.2

L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera

b’mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet u fl-informazzjoni

dwar il-kont tagħhom, separata b’mod distint minn partijiet oħra tal-

kont u tal-informazzjoni dwar il-kont;

(a)

konsum tal-elettriku għall-perjodu kopert;

(b)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur flimkien

ma’ numru ta’ appoġġ għall-konsumaturi u l-indirizz tal-posta

elettronika;

(ċ)

isem it-tariffa;

(d)

id-data tat-tmiem tal-kuntratt, jekk applikabbli;

(e)

l-informazzjoni

dwar

id-disponibbiltà

u

l-

benefiċċju tal-bdil;

(f)

il-kodiċi tal-bdil tal-klijent finali jew il-kodiċi ta’

identifikazzjoni uniku għall-punt tal-provvista tal-klijent finali;

(g)

informazzjoni dwar id-drittijiet tal-klijent finali

fir-rigward ta’ riżoluzzjoni barra l-qorti ta’ tilwim, inklużi d-

dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli skont ir-regolament

23;

(h)

il-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi skont ir-

regolament 22;

(i)

link jew referenza għal fejn jistgħu jinstabu l-

għodod ta’ tqabbil imsemmija fir-regolament 11;

1.3

Fejn il-kontijiet huma bbażati fuq konsum attwali jew il-

qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun

disponibbli lill-klijenti finali, fil-kontijiet tagħhom u fil-kontijiet ta’

saldu perjodiċi, flimkien magħhom jew f’referenza għalihom

(a)

tqabbil tal-konsum tal-elettriku attwali tal-klijent

finali, flimkien mal-konsum tal-elettriku tal-klijent finali għall-

istess perjodu fis-sena ta' qabel f'forma grafika;

(b)

informazzjoni dwar kif jista' jsir kuntatt ma’

organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, aġenziji tal-elettriku jew

korpi oħra simili, inklużi indirizzi ta’ siti web, minn fejn

wieħed jista’ jsib informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li

jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir li juża l-enerġija;

(ċ)

tqabbil ma’ klijent finali medju normalizzat jew

skont parametri ta’ referenza fl-istess kategorija ta’ utenti.

2. Il-frekwenza tal-ħruġ

tal-kontijiet

u

l-għoti

ta’

informazzjoni dwar il-kontijiet

(a)

il-ħruġ tal-kontijiet abbażi tal-konsum reali

għandu jsir tal-anqas darba fis-sena;

(b)

fejn il-klijent finali ma jkollux miter li jippermetti

lill-operatur li jaqrah mill-bogħod, jew fejn il-konsumatur finali

jkun għażel b’mod attiv li jwaqqaf l-qari mill-bogħod

f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni preċiża dwar

il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tkun disponibbli

għall-klijent finali ta’ lanqas kull sitt (6) xhur, jew darba kull

tliet (3) xhur fuq talba jew fejn il-klijent finali għażel li jirċievi

l-ħruġ tal-kontijiet b’mod elettroniku;

(ċ)

fejn il-klijent finali ma jkollux miter li jippermetti

lill-operatur li jaqrah mill-bogħod, jew fejn il-konsumatur finali

jkun għażel b'mod attiv li jwaqqaf l-qari mill-bogħod

f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi fil-partita (a) u (b)

jistgħu jiġu ssodisfatti permezz ta’ sistema ta’ qari tal-konsum

proprju mill-klijenti finali b'mod regolari, li permezz tiegħu l-

klijent finali jikkomunika l-qari mill-miter lill-operatur;

kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-kontijiet tista’ tkun

bbażata fuq konsum stmat jew rata fissa biss meta l-klijent

finali ma pprovdix qari mill-miter għal perjodu partikolari

għall-kontijiet;

(d) fejn il-klijent finali jkollu miter li jippermetti l-

qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni preċiża dwar il-

kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tiġi pprovduta tal-

anqas kull xahar; tali informazzjoni tista’ wkoll issir

disponibbli permezz tal-internet, u għandha tiġi aġġornata

sikwit skont kif jippermetti l-apparat u s-sistemi ta’ kejl użati.

3. Tqassim tal-prezz tal-klijent finali

Il-prezz tal-klijent huwa t-total tat-tliet komponenti li ġejjin: il-

komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk

(trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkorpora t-taxxi, is-

sisa, it-tariffi u l-imposti.

Fejn it-tqassim tal-prezz tal-klijent finali jiġi ppreżentat fil-

kontijiet, id-definizzjonijiet komuni tat-tliet komponenti f’dak it-

tqassim, stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/1952 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jintużaw.

4. Aċċess għal informazzjoni komplementari dwar il-

konsum storiku

Sa fejn tkun disponibbli dik l-informazzjoni komplementari

dwar il-konsum storiku, tali informazzjoni għandha titqiegħed għad-

dispożizzjoni, fuq talba tal-klijent finali, lill-fornitur jew fornitur tas-

servizzi maħtur mill-klijent finali. Fejn il-klijent finali jkollu installa

miter li jippermetti l-qari mill-bogħod mill-operatur, il-klijent finali

għandu jkollu aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-

konsum storiku biex b’hekk ikun jista’ jwettaq awtokontrolli dettaljati.

L-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku għandha

tinkludi

(a) data kumulattiva għal mill-anqas it-tliet (3) snin

preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista

tal-elettriku, jekk dak il-perjodu jkun iqsar. Id-data għandha

tikkorrispondi għall-perjodi li għalihom ġiet prodotta

informazzjoni frekwenti dwar kontijiet; u

(b) data dettaljata skont il-ħin tal-użu għal kull

ġurnata, ġimgħa, xahar u sena li ssir disponibbli lill-klijent

finali mingħajr dewmien permezz tal-internet jew l-interfaċċja

tal-miter, li tkopri l-perjodu ta’ mill-anqas erbgħa u għoxrin

(24) xahar preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-

provvista tal-elettriku jekk dak il-perjodu jkun iqsar.

5. Divulgazzjoni tas-sorsi tal-enerġija

Il-fornituri għandhom jispeċifikaw fil-kontijiet, il-

kontribuzzjoni għal kull sors tal-enerġija għall-elettriku mixtri mill-

klijent finali skont il-kuntratt tal-provvista tal-elettriku (divulgazzjoni

fuq il-livell tal-prodott). L-informazzjoni li ġejja għandha tkun

disponibbli lill-klijenti finali fi, ma’, jew indikata b'mod ċar fil-

kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet tagħhom

(a)

il-kontribuzzjoni ta’ kull sors tal-enerġija lejn it-

taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur (fil-livell nazzjonali,

jiġifieri fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-

provvista tal-elettriku, kif ukoll fil-livell tal-fornitur jekk il-

fornitur huwa attiv f’diversi Stati Membri) matul is-sena ta’

qabel b’mod komprensibbli u komparabbli b’mod ċar;

(b)

l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali,

f’termini ta’ mill-anqas tal-emissjonijiet ta' CO 2 u l-iskart

radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali

tal-enerġija tal-fornitur matul is-sena preċedenti.

Rigward il-paragrafu (a) ta’ din il-partita fir-rigward tal-

elettriku miksub permezz ta’ electricity exchanges jew importat minn

impriża li tkun tinsab barra l-Unjoni, jistgħu jintużaw figuri aggregati

pprovduti mill-exchange jew mill-impriża inkwistjoni matul is-sena

preċedenti.

Għad-divulgazzjoni

tal-elettriku

mill-koġenerazzjoni

b’effiċjenza għolja, jistgħu jintużaw garanziji tal-oriġini maħruġa

skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/UE. L-iżvelar tal-

elettriku minn sorsi rinnovabbli għandha ssir bl-użu tal-garanziji tal-

oriġini, għajr għall-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu

19(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Ir-Regolatur għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-

informazzjoni mogħtija mill-fornituri lill-klijenti tagħhom skont din il-

partita hija ta’ min joqgħod fuqha u hija provduta f'livell nazzjonali

b'mod komparabbli u b'mod ċar.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma teħtieġx xort’oħra

"aggregatur indipendenti" tfisser parteċipant fis-suq impenjat fl-

aggregazzjoni li mhuwiex affiljat mal-fornitur tal-klijent;

"aggregazzjoni" tfisser funzjoni mwettqa minn persuna fiżika

jew ġuridika li tgħaqqad flimkien tagħbijiet multipli ta’ klijenti jew l-

elettriku ġġenerat minn diversi klijenti għall-bejgħ, ix-xiri jew il-bejgħ

bl-irkant fi kwalunkwe suq tal-elettriku;

"l-aqwa tekniki disponibbli" tfisser, fil-kuntest tal-protezzjoni

tad-data u tas-sigurtà f’ambjent ta' kejl intelliġenti, it-tekniki l-aktar

effettivi, avvanzati u prattikament adatti biex tiġi pprovduta, fil-

prinċipju, il-bażi għall-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-

protezzjoni tad-data u s-sigurtà;

"Att" tfisser l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u

l-Ilma;

"ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali" tfisser ċentru ta'

koordinazzjoni reġjonali stabbilit skont l-Artikolu 35 tar-Regolament

(UE) 2019/943;

"derivattiva tal-elettriku" tfisser strument finanzjarju speċifikat

fil-punt 5, 6, jew 7 fit-Taqsima Ċ tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/

UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn dak l-istrument jirrelata

mal-elettriku;

"Direttiva" tfisser id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-

suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE;

"distribuzzjoni" tfisser it-trasport tal-elettriku fuq sistemi ta’

distribuzzjoni ta’ vultaġġ għoli, vultaġġ medju u vultaġġ baxx bil-

ħsieb li dan jitwassal lill-klijenti, iżda mhux inkluża l-provvista;

"effiċjenza fl-użu tal-enerġija" tfisser il-proporzjon tal-output

tal-prestazzjoni, servizz, prodotti jew enerġija, għall-input tal-enerġija;

"enerġija minn sorsi rinnovabbli" jew "enerġija rinnovabbli"

tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija

mir-riħ, solari (solari termiċi u solari fotovoltajċi) u enerġija

ġeotermika, enerġija osmotika, enerġija ambjentali, mill-marea, mill-

mewġ u forom oħra ta’ enerġija mill-baħar, idroenerġija, enerġija tal-

bijomassa, tal-gass minn landfill, tal-gass minn impjanti għat-

trattament tad-drenaġġ, u bijogass;

"enerġija ta’ bbilanċjar" tfisser enerġija ta’ bbilanċjar kif

imfissra fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;

"entità tal-UE għad-DSO" tfisser l-entità tal-UE għall-operaturi

tas-sistema tad-distribuzzjoni stabbilita taħt ir-Regolament (UE) 2019/

943;

"ENTSO tal-Elettriku" tfisser in-Netwerk Ewropew għall-

Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku;

"faċilità tal-ħżin tal-enerġija" tfisser, fis-sistema tal-elettriku,

faċilità fejn iseħħ il-ħżin tal-enerġija;

"faqar enerġetiku" tfisser in-nuqqas ta’ aċċess ta’ unità

domestika għal servizzi essenzjali tal-enerġija, fejn tali servizzi

jipprovdu livelli bażiċi u standards tal-għajxien u tas-saħħa diċenti,

inkluż tisħin, ilma sħun, tkessiħ, tidwil u enerġija għall-apparati

domestiċi adegwati, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, il-politika soċjali

nazzjonali eżistenti u politiki nazzjonali rilevanti oħra, ikkawżat minn

taħlita ta’ fatturi, inkluż mill-inqas in-nuqqas ta’ affordabbiltà, dħul

disponibbli insuffiċjenti, nefqa għolja għall-enerġija u effiċjenza

enerġetika baxxa tad-djar;

"fornitur tal-aħħar istanza" tfisser fornitur li huwa magħżul

sabiex jieħu f’idejh il-provvista tal-elettriku lil klijenti ta’ fornitur li

ma għadux jopera;

"ftehim ta’ konnessjoni flessibbli" tfisser sett ta’ kundizzjonijiet

miftiehma għall-konnessjoni tal-kapaċità elettrika mal-grilja li jinkludi

kundizzjonijiet sabiex tiġi limitata u kkontrollata l-injezzjoni tal-

elettriku fin-network ta’ trażmissjoni jew fin-network ta’

distribuzzjoni u l-irtirar tal-elettriku minnhom;

"ġenerazzjoni" tfisser il-produzzjoni tal-elettriku;

"ġenerazzjoni distribwita" tfisser installazzjonijiet

ta’

ġenerazzjoni konnessi mas-sistema tad-distribuzzjoni;

"ħżin tal-enerġija" tfisser, fis-sistema tal-elettriku, il-

posponiment tal-użu finali tal-elettriku għal mument aktar tard minn

meta kien iġġenerat, jew il-konverżjoni tal-enerġija elettrika f’forma

ta’ enerġija li tista’ tiġi maħżuna, il-ħżin ta’ tali enerġija u l-użu

sussegwenti ta’ tali enerġija jew ir-rikonverżjoni sussegwenti ta’ tali

enerġija f’enerġija elettrika jew f’użu bħala trasportatur ieħor tal-

enerġija;

"ibbilanċjar" tfisser ibbilanċjar kif imfisser fil-punt 10 tal-

Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;

"impriża tal-elettriku" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li

twettaq mill-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: ġenerazzjoni,

trażmissjoni, distribuzzjoni, aggregazzjoni, rispons tad-domanda, ħżin

tal-enerġija, provvista jew xiri tal-elettriku, u li tkun responsabbli

għall-kompiti kummerċjali, tekniċi jew tal-manutenzjoni relatati ma’

dawk il-funzjonijiet, iżda li ma tinkludix klijenti finali;

"impriża tal-elettriku integrata" tfisser impriża integrata

vertikalment jew impriża integrata orizzontalment;

"impriża integrata vertikalment" tfisser impriża tal-elettriku

jew grupp ta’ impriżi tal-elettriku fejn l-istess persuna jew l-istess

persuni huma intitolati, direttament jew indirettament, li jeżerċitaw

kontroll, u fejn l-impriża jew il-grupp ta’ impriżi jwettqu mill-inqas

waħda mill-funzjonijiet ta’ trażmissjoni jew distribuzzjoni, u mill-

inqas waħda mill-funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jew provvista;

"impriża integrata orizzontalment" tfisser impriża tal-elettriku li

twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni għall-

bejgħ, jew it-trażmissjoni, jew id-distribuzzjoni, jew il-provvista, u

attività oħra li ma tinvolvix l-elettriku;

"impriża relatata" tfisser impriża affiljata kif definita fil-punt 12

tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill, u impriżi tal-istess azzjonisti;

"informazzjoni dwar il-kontijiet" tfisser l-informazzjoni

pprovduta f’kont finali tal-klijenti finali, minbarra talba għall-ħlas;

"interkonnettur" tfisser it-tagħmir

użat

biex

jorbot

b’konnessjoni s-sistemi tal-elettriku;

"interoperabbiltà" tfisser, fil-kuntest tal-kejl intelliġenti, il-

kapaċità li żewġ netwerks, sistemi, apparati, applikazzjonijiet jew

komponenti tal-enerġija jew tal-komunikazzjoni, jew aktar, li

jiskambjaw u jużaw informazzjoni sabiex iwettqu funzjonijiet

meħtieġa;

"intrapriża żgħira" tfisser intrapriża li timpjega inqas minn

ħamsin (50) persuna u li t-total tal-fatturat annwali u/jew tal-karta tal-

bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-għaxar miljun euro (€10,000,000);

"klijent" tfisser klijent bl-ingrossa jew klijent finali tal-elettriku;

"klijent attiv" tfisser klijent finali, jew grupp ta’ klijenti finali li

jaġixxu flimkien, li jikkunsma jew jaħżen jew ibiegħ elettriku li

jiġġenera fuq il-proprjetà tiegħu li tkun tinsab fi ħdan konfini limitati

jew fejn permessi minn Stat Membru, fuq proprjetajiet oħra, jew li

jbiegħ l-elettriku li jiġġenera huwa stess jew jieħu sehem fi skemi ta’

flessibbiltà jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bil-kondizzjoni li

dawk l-attivitajiet ma jkunux jikkostitwixxu l-attività kummerċjali jew

professjonali primarja tiegħu;

"klijent bl-ingrossa" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri

l-elettriku bil-għan li terġa’ tbiegħu ġewwa jew barra mis-sistema fejn

dik il-persuna tkun stabbilita;

"kuntratt dwar prezz dinamiku tal-elettriku" tfisser kuntratt

għall-provvista tal-elettriku bejn fornitur u klijent finali li jirrifletti l-

varjazzjoni fil-prezz fis-swieq spot, inkluż fis-swieq tal-ġurnata bil-

quddiem u dawk fl-istess ġurnata, f’intervalli li tal-anqas ikunu ugwali

għall-frekwenza ta’ tpaċija tas-suq;

"klijent domestiku" tfisser klijent li jixtri l-elettriku għall-

konsum tal-klijent stess fid-dar, esklużi attivitajiet kummerċjali jew

professjonali;

"klijent finali" tfisser klijent li jixtri l-elettriku għall-użu

personali;

"klijent mhux domestiku" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li

tixtri l-elettriku li ma jkunx għall-użu domestiku tagħha stess, inklużi

produtturi, klijenti industrijali, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju,

negozji u klijenti bl-ingrossa;

"komponenti tan-netwerk integrati b’mod sħiħ" tfisser

komponenti tan-netwerk li huma integrati fis-sistemi ta’ trażmissjoni

jew distribuzzjoni, inklużi faċilitajiet ta’ ħżin, u l-iskop waħdieni tal-

użu tagħhom huwa li tiġi żgurata l-operazzjoni sikura u affidabbli tas-

sistema ta’ trażmissjoni jew distribuzzjoni, u mhux għall-ibbilanċjar

jew għall-ġestjoni tal-konġestjoni;

"Komunità" tfisser il-Komunità Ewropea mwaqqfa bit-Trattat

dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bi Trattati sussegwenti;

"komunità tal-enerġija taċ-ċittadin" tfisser entità legali li

(a)

hija bbażata fuq parteċipazzjoni volontarja u

miftuħa u li hija effetivament ikkontrollata minn membri jew

azzjonisti li huma persuni fiżiċi, awtoritajiet lokali, inklużi

muniċipalitajiet, jew intrapriżi żgħar,

(b)

għandha bħala skop primarju tagħha li tipprovdi

benefiċċji komunitarji ambjentali, ekonomiċi jew soċjali lill-

membri jew azzjonisti tagħha jew liż-żoni lokali fejn topera

pjuttost milli tiġġenera profitti finanzjarji, u

(ċ)

tista’ tkun involuta fil-ġenerazzjoni, inkluża dik

minn sorsi rinnovabbli, fid-distribuzzjoni, fil-provvista, fil-

konsum, fl-aggregazzjoni, fil-ħżin tal-enerġija, fis-servizzi ta’

effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fis-servizzi ta’ ċċarġjar għall-

vetturi elettriċi jew tipprovdi servizzi oħra tal-enerġija lill-

membri jew lill-azzjonisti tagħha;

"konġestjoni" tfisser konġestjoni kif definita fil-punt 4 tal-

Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;

"kontroll" tfisser drittijiet, kuntratti jew mezzi oħra li, jew

separatament jew flimkien u filwaqt li jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta’

fatt u ta’ dritt involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza

deċiżiva fuq impriża, b’mod partikolari permezz ta’

(a)

id-dritt tas-sjieda jew id-dritt li jintużaw l-assi

kollha ta’ impriża, jew parti minnhom;

(b)

drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza

deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet

tal-organi ta’ impriża;

"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni Ewropea mwaqqfa bit-

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bi Trattati sussegwenti;

"kuntratt għall-provvista tal-elettriku" tfisser kuntratt għall-

provvista ta’ elettriku, iżda ma tinkludix derivattivi tal-elettriku;

"kuntratt għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz

fiss" tfisser kuntratt għall-provvista tal-elettriku bejn fornitur u klijent

finali li jiggarantixxi li t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali,

inkluż il-prezz, jibqgħu l-istess għad-durata tal-kuntratt, filwaqt li

jista’, fi prezz fiss, jinkludi element flessibbli pereżempju,

varjazzjonijiet fil-prezz fis-sigħat u barra s-sigħat meta d-domanda

tkun fl-aqwa tagħha, u fejn il-bidliet fil-kont riżultanti jistgħu biss

jirriżultaw minn elementi li ma jkunux iddeterminati mill-fornituri,

bħal taxxi u imposti;

"kważi f’ħin reali" tfisser, fil-kuntest tal-kejl intelliġenti,

perjodu ta’ żmien qasir, is-soltu f’termini ta’ sekondi jew sal-perjodu

ta’ saldu tal-iżbilanċ fis-suq nazzjonali;

"linja diretta" tfisser jew linja tal-elettriku li torbot

b’konnessjoni ta’ sit iżolat ta’ ġenerazzjoni ma’ klijent iżolat jew linja

tal-elettriku li torbot b’konnessjoni produttur u impriża ta’ forniment

tal-elettriku biex dawn ifornu direttament lill-bini tagħhom stess, lil

sussidjarji tagħhom u lil klijenti;

"mikrointrapriża" tfisser intrapriża li timpjega inqas minn

għaxar (10) persuni u li t-total tal-fatturat annwali u/jew tal-karta tal-

bilanċ tagħha ma jaqbiżx iż-żewġ miljun euro (€2,000,000);

"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-enerġija;

"miter konvenzjonali" tfisser miter analogu jew elettroniku li

ma għandu la l-kapaċità li jittrażmetti u lanqas li jirċievi d-data;

"operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni" tfisser persuna fiżika

jew ġuridika li tkun responsabbli li tħaddem, li tiżgura l-manutenzjoni

ta’, u jekk ikun meħtieġ li tiżviluppa, is-sistema ta’ distribuzzjoni

f’żona partikolari u, fejn applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma’

sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq

ma’ domandi raġonevoli għad-distribuzzjoni tal-elettriku;

"operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni" jew "DSO" tfisser

persuna fiżika jew ġuridika li hija responsabbli li tħaddem, li tiżgura l-

manutenzjoni ta’, u jekk ikun meħtieġ li tiżviluppa, is-sistema tat-

trażmissjoni f’żona partikolari u, meta jkun applikabbli, l-

interkonnessjonijiet tagħha ma’ sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-

kapaċità fit-tul tas-sistema biex tlaħħaq ma’ domandi raġonevoli għat-

trażmissjoni tal-elettriku;

"parteċipant tas-suq" tfisser parteċipant tas-suq kif imfisser fil-

punt 25 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;

"parti inkarigata mill-ibbilanċjar" tfisser parti inkarigata mill-

ibbilanċjar kif imfissra fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE)

2019/943;

"perjodu ta’ saldu tal-iżbilanċ" tfisser perjodu ta’ saldu tal-

iżbilanċ kif imfisser fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE)

2019/943;

"persuna" tfisser persuna naturali jew ġuridika;

"produttur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tiġġenera l-

elettriku;

"provvista" tfisser il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, ta’

elettriku lill-klijenti;

"punt tal-iċċarġjar" tfisser interfaċċa li kapaċi tiċċarġja vettura

elettrika waħda f’darba partikolari jew tissostitwixxi l-batterija ta’

vettura elettrika waħda f’darba partikolari;

"Regolatur" tfisser ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-

Ilma mwaqqaf bl-Att;

"rispons tad-domanda" tfisser il-bidla fit-tagħbija tal-elettriku

mill-klijenti finali mix-xejriet ta' konsum normali jew attwali tagħhom

b’rispons għas-sinjali tas-suq, inkluż b’rispons għall-prezzijiet tal-

elettriku varjabbli skont il-ħin jew ħlasijiet ta’ inċentiv, jew b’rispons

għall-aċċettazzjoni tal-offerta tal-klijent finali li jbigħ it-tnaqqis jew

iż-żieda tad-domanda bi prezz f’suq organizzat kif definit fil-punt (4)

tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni

(UE) Nru 1348/2014 sew jekk waħidhom jew permezz tal-

aggregazzjoni;

"servizz anċillari" tfisser servizz meħtieġ għat-tħaddim ta’

sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni inklużi servizzi

anċillari ta’ bilanċjar u mhux tal-frekwenza, iżda li ma jinkludux l-

immaniġġjar tal-konġestjoni;

"servizz anċillari mhux tal-frekwenza" tfisser servizz użat minn

operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għall-

kontroll tal-vultaġġ f’qagħda statika, injezzjonijiet ta’ kurrenti reattivi

mgħaġġla, inerzja għall-istabbiltà tal-grilja lokali, kurrent ta’ ċirkwit

kort, kapaċità ta’ startjar minn mitfi totali u kapaċità ta’ operat ta’

netwerk iżolat;

"sigurtà" tfisser kemm is-sigurtà tal-provvista u l-forniment tal-

elettriku, kif ukoll is-sikurezza teknika;

"sistema interkonnessa" tfisser numru ta’ sistemi ta’

trażmissjoni u sistemi ta’ distribuzzjoni konnessi flimkien permezz ta’

interkonnettur wieħed jew aktar;

"sistema iżolata żgħira" tfisser kwalunkwe sistema li kellha

konsum ta’ inqas minn 3 000 GWh fis-sena 1996, fejn inqas minn

ħamsa fil-mija (5%) tal-konsum annwali jinkiseb permezz ta’

interkonnessjoni ma' sistemi oħra;

"sistema konnessa żgħira" tfisser kwalunkwe sistema li kellha

konsum ta' anqas minn 3 000 GWh fis-sena 1996, fejn aktar minn

ħamsa fil-mija (5%) tal-konsum annwali jinkiseb permezz ta’

interkonnessjoni ma’ sistemi oħra;

"sistema ta’ kejl intelliġenti" tfisser sistema elettronika li hija

kapaċi li tkejjel l-elettriku li jingħata fil-grilja jew l-elettriku kkonsmat

mill-grilja, li tipprovdi aktar informazzjoni minn miter konvenzjonali,

u li hija kapaċi tittrasmetti u tirċievi data għall-finijiet ta’

informazzjoni, monitoraġġ u kontroll, permezz ta’ xi forma ta’

komunikazzjoni elettronika;

"sostitut tal-prezz tas-suq" tfisser il-medja tal-istima tal-ispiża

varjabbli għal kull kWh inkors mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni sabiex jissodisfa d-domanda prevista għal sena

partikolari mill-elettriku konvenzjonali ġenerat lokalment u importat,

bl-assunzjoni tad-domanda teskludi dik il-parti tad-domanda prevista

li mhix mistennija li tkun sodisfatta minn elettriku konvenzjonali

ġenerat lokalment u importat;

"Stat Membru" tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

"suq organizzat tal-elettriku" tfisser electricity exchange, sensar

tal-elettriku, pjattaforma tal-kapaċità tal-elettriku jew kwalunkwe

sistema jew faċilità oħra li fiha interessi multipli ta’ xiri jew bejgħ ta’

partijiet terzi fi prodotti tal-elettriku bl-ingrossa li jinteraġixxu b’mod

li jista’ jirriżulta fi tranżazzjoni u li jopera skont prinċipji trasparenti,

mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, soġġetti għal sorveljanza

regolatorja applikabbli fejn meħtieġ

Iżda suq organizzat għandu jitqies aċċessibbli għal

produttur meta jipprovdi mekkaniżmu mhux restrittiv u teknikament

fattibbli, u trasparenti għal tali produttur sabiex joffri u jbigħ l-

elettriku tiegħu taħt termini ġusti, mhux diskriminatorji u

kummerċjalment raġonevoli;

"swieq tal-elettriku" tfisser swieq tal-elettriku inklużi swieq

b'bejgħ dirett ("over-the-counter") u electricity exchanges, swieq

għall-kummerċ ta’ enerġija, ta’ kapaċità kif ukoll servizzi ta’

bbilanċjar u servizzi anċillari f’kull perjodu ta’ żmien, inklużi s-swieq

bil-quddiem, bil-ġurnata l’ quddiem u dawk fl-istess ġurnata;

"tariffa għat-tmiem tal-kuntratt" tfisser imposta jew penali li l-

fornituri jew il-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jimponu

fuq il-klijenti talli jitterminaw kuntratt għall-provvista tal-elettriku jew

kuntratt dwar servizz;

"tariffa marbuta mal-bdil" tfisser imposta jew penali għall-bdil

tal-fornituri jew tal-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni,

inklużi tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt, li hija imposta

direttament jew indirettament fuq il-klijenti mill-fornituri, mill-

parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jew mill-operaturi tas-

sistema;

"trażmissjoni" tfisser it-trasport tal-elettriku fuq is-sistema ta’

vultaġġ għoli ħafna u s-sistema interkonnessa ta’ vultaġġ għoli bil-

ħsieb li dan jitwassal lill-klijenti finali jew lid-distributuri, iżda ma

jinkludix il-provvista;

"utent tas-sistema" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tforni

lil, jew li tkun fornuta minn, sistema tat-trażmissjoni jew sistema ta’

distribuzzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Sistemi ta’ Kejl Intelliġenti

(regolamenti 16, 17 u 18)

1. L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jkun

responsabbli għall-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti f’Malta

li jistgħu jkunu soġġetti għal evalwazzjoni ekonomika tal-ispejjeż u l-

benefiċċji kollhafuq tul ta’ żmien għas-suq u għall-konsumatur

individwali jew skont liema forma ta’ kejl intelliġenti hija

ekonomikament raġonevoli u effiċjenti f’sens ta’ nfiq u liema perjodu

ta' żmien ikun fattibbli għad-distribuzzjoni tagħhom.

2. Evalwazzjoni bħal din għandha tqis il-metodoloġija għal

valutazzjoni tal-kost-benefiċċju u l-funzjonalitajiet minimi għal

sistemi ta’ kejl intelliġenti pprovduti fir-Rakkomandazzjoni tal-

Kummissjoni 2012/148/UE kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli biex

jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data.

3. Soġġett għal dik l-evalwazzjoni, l-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni għandu jħejji skeda ta’ żmien b’mira sa għaxar (10)

snin għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta' kejl intelliġenti. Fejn l-

introduzzjoni ta’ sistemi ta' kejl intelliġenti tingħata evalwazzjoni

pożittiva, tal-anqas tmenin fil-mija (80%) tal-klijenti finali għandhom

ikunu jingħataw miters intelliġenti jew fi żmien seba’ (7) snin mid-

data tal-evalwazzjoni pożittiva jew sal-2024 jekk ikunu bdew l-

introduzzjoni sistematika ta’ sistemi ta’ kejl intelliġenti qabel l-4 ta’

Lulju 2019.

Emendat: 

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Il-klijenti kollha għandhom ikunu ħielsa li jixtru l-

elettriku mill-fornitur li jagħżlu huma u li jkunu ħielsa li jkollhom

aktar minn kuntratt wieħed tal-provvista tal-elettriku fl-istess ħin,

dment li l-konnessjoni meħtieġa u l-punti ta’ kejl meħtieġa jkunu

stabbiliti

Iżda dawn id-drittijiet ma għandhomx jiġu eżerċitati sa

dak iż-żmien li tapplika d-deroga taħt il-paragrafu 5 tal-Artikolu 66

tad-Direttiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

A.L. 236 tal-

Eżenzjonijiet mill-Ħtieġa ta’ Awtorizzazzjoni jew

2025. Liċenza

(regolamenti 6 u 54)

TAQSIMA A. Kapaċità ġdida ta’ ġenerazzjoni

1. Produttur li

(a)

jipproduċi l-elettriku għall-użu tiegħu biss; u

(b)

mhux konness b’mod parallel mas-sistema ta’

distribuzzjoni; u

(ċ)

installa kapaċità totali ta’ ġenerazzjoni massima ta’

inqas minn 1500 kVA,

għandu ikun eżentat mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni sabiex

tinbena kapaċità ġdida ta’ ġenerazzjoni u mir-rekwiżit li jkollu

liċenzja.

2. Produttur li jipproduċi l-elettriku unikament minn enerġija

rinnovabbli jew minn impjant ta’ koġenerazzjoni, b’total continuous

steady state 230/400V AC rating sa 3.68kW (16 Amps) fuq

kwalunkwe fażi, jew sa 4.6kW (20 Amps) fuq kwalunkwe fażi, meta

l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tkun mgħammra b’kontroll volt-var

awtomatiku, għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni

sabiex tinbena kapaċità ġdida ta’ ġenerazzjoni u mir-rekwiżit li jkollu

liċenzja iżda xorta għandu jkun meħtieġ li javża lir-Regolatur, b’tali

forma u mod kif meħtieġ mir-Regolatur qabel il-kostruzzjoni ta’ tali

kapaċità ġdida ta’ ġenerazzjoni, u jissottometti lir-Regolatur tali

informazzjoni kif ir-Regolatur jista’ jitlob minn żmien għal żmien.

TAQSIMA B. Ħżin tal-Enerġija

1. Il-faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija għandhom jiġu

nnotifikati lir-Regolatur b’tali forma u manjiera speċifikati u

magħmula pubbliċi mir-Regolatur.

L-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-fornituri

għandhom

ikunu

ħielsa

li

jiddeterminaw il-prezz li bih jipprovdu l-elettriku lill-klijenti

(2)

Il-Ministru responsabbli mill-politika soċjali għandu

jiżgura l-protezzjoni tal-klijenti domestiċi foqra u vilnerabbli f’termini

ta’ enerġija skont ir-regolamenti 25 u 26

Iżda

l-protezzjoni tal-klijenti domestiċi foqra u

vulnerabbli f’termini ta’ enerġija ma għandhiex tinkiseb permezz ta’

interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku.

(3)

B’deroga mis-subregolamenti (1) u (2), il-Ministru jista’

japplika interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-

elettriku lil klijenti domestiċi foqra jew vulnerabbli f’termini ta’

enerġija. Talil-interventi pubbliċi għandhom ikunu soġġetti għall-

kondizzjonijiet stabbiliti fis-subregolamenti (4) u (5).

(4)

Interventi

pubbliċi

fl-iffissar

tal-prezzijiet

għall-

provvista tal-elettriku għandhom

(a) ikunu mmirati lejn interess ekonomiku ġenerali u

ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiksbu dak

l- interess ekonomiku ġenerali;

(b)

ikunu

definiti

b'mod

ċar,

trasparenti,

nondiskriminatorji u verifikabbli;

(ċ)

jiggarantixxu aċċess ugwali lill-impriżi tal-

elettriku tal-Unjoni għall-klijenti;

(d)

għandhom ikunu limitati fiż-żmien u jkunu

proporzjonati fir-rigward tal-benefiċjarji tagħhom;

(e) ma għandhomx jirriżultaw fi spejjeż addizzjonali

għall-parteċipanti fis-suq b’mod diskriminatorju.

(5)

Meta japplika interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet

għall-provvista tal-elettriku skont is-subregolament (3), il-Ministru

għandu jikkonforma wkoll mal-punt (d) tal-Artikolu 3(3) u mal-

Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999, irrispettivament minn

jekk ikun hemm għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi f’faqar

enerġetiku.

(6)

Għall-fini ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni biex tiġi stabbilita

kompetizzjoni effettiva għal kuntratti ta’ provvista tal-elettriku bejn

fornituri, u biex jinkiseb ipprezzar li huwa totalment effettiv abbażi

tas-suq tal-elettriku bbażat fuq is-suq tal-elettriku skont is-

subregolament (1), il-Ministru jista’ japplika interventi pubbliċi fl-

iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku lill-klijenti domestiċi

u għal mikrointrapriżi li ma jibbenefikawx minn interventi pubbliċi

skont is-subregolament (3).

(7)

L-interventi pubbliċi skont is-subregolament (6)

għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fis-subregolament (4) u

għandhom

(a)

ikunu akkumpanjati minn sett ta’ miżuri biex

tinkiseb kompetizzjoni effettiva u metodoloġija għall-

valutazzjoni tal-progress fir-rigward ta’ dawk il-miżuri;

(b)

jiġu stabbiliti bl-użu ta’ metodoloġija li tiżgura

trattament mhux diskriminatorju tal-fornituri;

(ċ)

jiġu stabbiliti għal prezz li jkun aktar mill-ispiża,

f’livell fejn tista’ sseħħ kompetizzjoni effettiva tal-prezzijiet;

(d)

ikunu mfassla b’tali mod li jimminimizzaw kull

impatt negattiv fuq is-suq bl-ingrossa tal-elettriku;

(e)

għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji kollha ta’

dawn l-interventi pubbliċi jkollhom il-possibilità li jagħżlu l-

offerti kompetittivi tas-suq u huma direttament infurmati minn

tal-inqas kull tliet (3) xhur dwar id-disponibbiltà ta’ offerti u l-

iffrankar fis-suq kompetittiv, b’mod partikolari il-kuntratti

dinamiċi tal-prezz tal-elettriku, u għandhom jiżguraw li dawn

jiġu pprovduti b’assistenza biex jaqilbu għal offerta abbażi tas-

suq;

(f)

għandhom jiżguraw li, skont ir-regolamenti 16 u

18, il-benefiċjarji kollha ta’ dawn l-interventi pubbliċi jkunu

intitolati għal kejl intelliġenti u li jiġu offruti li jkollhom dawn u

li l-kejl intelliġenti jiġu installati mingħajr spejjeż inizjali

miżjuda għal klijent, huma direttament infurmati dwar il-

possibbiltà li jinstallaw kejl intelliġenti u jingħataw l-assistenza

meħtieġa.

(g) ma għandhomx iwasslu għal inter-sussidjarjetà

diretta bejn klijenti fornuti bi prezzijiet tas-suq ħieles u dawk

fornuti bi prezzijiet ta’ provvista regolata.

(8) Il-Ministru għandu jinnotifika l-miżuri meħuda skont is-

subregolamenti (3) u (6) fi żmien xahar (1) wara l-adozzjoni tagħhom,

u jista’ japplikahom immedjatament. In-notifika għandha tkun

akkumpanjata minn spjegazzjoni dwar għaliex strumenti oħra ma

kinux suffiċjenti sabiex jiksbu l-objettiv mixtieq, dwar kif jiġu

sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fis-subregolamenti (4) u (7), u dwar

x’inhuma l-effetti tal-miżuri notifikati fuq il-kompetizzjoni. In-

notifika għandha tiddeskrivi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-benefiċjarji,

it-tul ta’ żmien tal-miżuri u n-numru ta’ klijenti domestiċi affettwati

mill-miżuri, u għandha tispjega kif ġew iddeterminati l-prezzijiet

regolati.

(9)

Sal-1 ta’ Jannar 2022 u l-1 ta’ Jannar 2025, il-Ministru

għandu jippreżenta rapporti lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni

ta’ dan ir-regolament, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-interventi

pubbliċi taħt dan ir-regolament u valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba

ta’ kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri u t-tranżizzjoni għal

prezzijiet ibbażati fuq is-suq. Il-Ministru għandu jirrapporta dwar il-

konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fis-subregolament (7) fir-

rigward tal-applikazzjoni tal-prezzijiet regolati skont is-subregolament

(6), inkluż dwar il-konformità mill-fornituri li huma meħtieġa li

japplikaw tali interventi, kif ukoll fuq l-impatt tal-prezzijiet regolati

fuq il-finanzi ta’ dawk il-fornituri.

(10) Dan ir-regolament ma għandux japplika sa dak iż-żmien

li japplikaw id-derogi taħt il-paragrafi 3 u 5 tal-Artikolu 66 tad-

Direttiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Miżjud: 

A.L. 44 tal-2023. 

(regolament 54A)

Emendat: 

A.L. 193 tal-2024. 

Sostitwit: 

Ir-rata determinata bħala s-sostitut

Sena

A.L. 132 tal-2025; 

tal-prezz tas-suq

A.L. 41 tal-2026.

Għaxar ċenteżmi u tmienja u erbgħin milleżmi

(€0.10,48) għal kull kWh

Għaxar ċenteżmi u sebgħin milleżmi (€0.10,70)

għal kull kWh

Għaxar ċenteżmi u sittin milleżmi (€0.10,60) għal

kull kWh

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

(a) Il-produtturi u l-impriżi fornituri tal-elettriku

kollha stabbiliti ġewwa Malta jistgħu jipprovdu l-elettriku lill-bini

tagħhom stess, lis-sussidjarji tagħhom u lil klijenti permezz ta’ linja

diretta mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri jew spejjeż

amministrattivi sproporzjonati;

(b)

Il-klijenti kollha f’Malta, b’mod individwali jew

konġunt, jistgħu jiġu fornuti permezz ta’ linja diretta minn produtturi u

impriżi fornituri tal-elettriku

Iżda dawn id-drittijiet ma għandhomx jiġu eżerċitati sa

dak iż-żmien li tapplika d-deroga taħt il-paragrafu 5 tal-Artikolu 66

tad-Direttiva.

Il-klijenti kollha ġewwa Malta, b’mod individwali jew

konġunt, jistgħu jiġu fornuti permezz ta’ linja diretta minn produtturi u

impriżi fornituri tal-elettriku.

(2)

Ir-Regolatur għandu jistabbilixxu l-kriterji għall-għoti ta’

awtorizzazzjonijiet għall-bini ta’ linji diretti ġewwa Malta. Dawk il-

kriterji għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji.

(3)

Il-possibbiltà li l-elettriku jkun provdut permezz ta’ linja

diretta kif imsemmi fis-subregolament (1) ma għandhiex taffettwa l-

possibbiltà li l-elettriku jkun mogħti b’kuntratt f’konformità mal-

Artikolu 6 tad-Direttiva

Iżda dawn id-drittijiet ma għandhomx jidħlu fis-seħħ sa

dak iż-żmien li tapplika d-deroga taħt il-paragrafu 5 tal-Artikolu 66

tad-Direttiva.

(4) Ir-Regolatur jista’ jagħti awtorizzazzjoni għall-bini ta’

linja diretta, bla ħsara għar-rifjut ta’ aċċess għas-sistema fuq il-bażi,

kif xieraq, tal-Artikolu 6 tad-Direttiva jew għall-ftuħ ta’ proċedura ta’

soluzzjoni ta’ tilwim taħt ir-regolament 48

Iżda r-rifjut ta’ aċċess għas-sistema fuq il-bażi tal-

Artikolu 6 ma għandux jiġi eżerċitat sa dak iż-żmien li japplikaw id-

derogi taħt il-paragrafu 3 tal-Artikolu 66 tad-Direttiva.

(5)

Ir-Regolatur jista’ jirrifjuta li jawtorizza linja diretta jekk

l-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni ifixkel l-applikazzjoni tad-

dispożizzjonijiet dwar l-obbligi tas-servizz pubbliku fl-Artikolu 9 tad-

Direttiva. Għal rifjut bħal dan għandhom jingħataw raġunijiet

sostanzjati.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-bini ta’ kapaċità ġdida ta' ġenerazzjoni għandha

teħtieġ awtorizzazzjoni mir-Regolatur

Iżda l-ebda awtorizzazzjoni bħal din ma għandha tkun

meħtieġa għall-produtturi elenkati fit-Taqsima A tat-Tielet Skeda.

(2)

Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-bini ta’ kapaċità

ta’ ġenerazzjoni ġdida, għandha titmexxa skont kriterji oġġettivi,

trasparenti u mhux diskriminatorji.

(3)

(a)

Ir-Regolatur, fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet

għall-awtorizzazzjonijiet, għandu jqis id-daqs u l-impatt potenzjali tal-

impjant tal-ġenerazzjoni li l-applikazzjoni tirrelata għalih. Il-proċeduri

ta’ awtorizzazzjoni speċifiċi, simplifikati u abbrevjati għal

ġenerazzjoni żgħira deċentralizzata u, jew distribwita, li jqisu d-daqs

limitat u l-impatt potenzjali tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati

mir-Regolatur.

(b)

Ir-Regolatur meta jipproċessa l-applikazzjonijiet għall-

awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (a) għandu

(i)

jieħu

kont

tar-riżultat

tal-valutazzjoni

komprensiva msemmija fis-subregolamenti (1) u (2) tar-

regolament 21 tar-Regolamenti dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija;

(ii)

jiżgura li r-rekwiżiti tar-regolament 21(1) tar-

Regolamenti dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija jiġu sodisfatti; u

(iii) jieħu kont tar-riżultat tal-analiżi tal-ispejjeż u l-

benefiċċji msemmija fir-regolament 21(2) tar-Regolamenti

dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija.

(4)

Ir-Regolatur, fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-

awtorizzazzjonijiet għall-bini ġdid jew bini mill-ġdid ta’ kapaċità ta’

ġenerazzjoni, għandu jitlob li l-applikant ikun kiseb kull approvazzjoni

u permess rilevanti minn awtoritajiet kompetenti oħra.

(5)

Il-kriterji msemmija fis-subregolament (4) jistgħu jkunu

relatati ma’

(a)

is-sigurtà u s-sikurezza tas-sistema tal-elettriku,

installazzjonijiet u tagħmir assoċjat;

(b)

il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza pubblika;

(ċ)

il-protezzjoni tal-ambjent;

(d)

l-użu tal-art u l-għażla tal-post;

(e)

l-użu tal-art pubblika;

(f)

l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(g)

in-natura tas-sorsi primarji;

(h)

karatteristiċi partikolari għall-applikant, bħal

kapaċitajiet tekniċi, ekonomiċi u finanzjarji;

(i)

konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 9

tad-Direttiva;

(j)

il-kontribuzzjoni tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni

biex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-Unjoni ta’ sehem ta’ mill-

L-ELETTRIKU

anqas tnejn u tletin fil-mija (32%) tal-enerġija tal-Unjoni minn

sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fl-2030

imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(k)

il-kontribuzzjoni tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni lejn

it-tnaqqis tal-emissjonijiet; u

(l)

l-alternattivi għall-bini ta’ kapaċità

ta’

ġenerazzjoni ġdida, bħalma huma s-soluzzjonijiet ta’ rispons

tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija.

(6) Ir-Regolatur għandu jippubblika l-proċeduri relattivi

għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni b’dak il-mod li għandu jiddetermina

sabiex iġibhom għall-attenzjoni ta’ dawk li x’aktarx ikunu affettwati

minnha.

(7)

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni taħt dan ir-

regolament għandha tkun bil-miktub u tkun f’dik il-forma u jkun fiha

dik l-informazzjoni li r-Regolatur jista’ raġonevolment jitlob.

(8)

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tkun

akkumpanjata mid-drittijiet li ġejjin

(a)

għal stazzjon tal-ġenerazzjoni b’kapaċità ugwali

jew akbar minn 40kW u inqas minn 5MW, għandu japplika dritt

mhux rifondibbli ta’ mitejn euro (€200);

(b)

għal stazzjon tal-ġenerazzjoni b’kapaċità ugwali

jew akbar minn 5MW għandu japplika dritt mhux rifondibbli

ta’ ħames mitt euro (€500).

(9)

L-awtorizzazzjoni mogħtija mir-Regolatur taħt dan ir-

regolament, għandha tkun bil-miktub u, sakemm ma tkunx ġiet

revokata qabel skont kull terminu li jinsab fl-awtorizzazzjoni, għandha

tibqa’ fis-seħħ għal dak il-perjodu kif jista’ jkun speċifikat fil-forma

determinata minn jew taħt l-awtorizzazzjoni.

(10)

Fejn ir-Regolatur jirrifjuta li jagħti awtorizzazzjoni

(a)

ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut għandhom ikunu

oġġettivi, mhux diskriminatorji, fundati sewwa u sostanzjati kif

xieraq;

(b)

l-applikant għall-awtorizzazzjoni għandu jkun

notifikat, bil-miktub, mir-Regolatur bir-raġunijiet għar-rifjut; u

(ċ)

l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella lit-

Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva kontra deċiżjoni tar-

Regolatur skont ir-regolament 60.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-klijenti finali kollha għandhom ikunu intitolati

li jkollhom l-elettriku tagħhom ipprovdut minn fornitur, suġġett għal

qbil tal-fornitur, irrispettivament mill-Istat Membru li fih huwa

rreġistrat il-fornitur, sakemm il-fornitur isegwi r-regoli ta’ kummerċ u

l-ibbilanċjar applikabbli

Iżda dawn id-drittijiet ma għandhomx jiġu eżerċitati sa

dak iż-żmien li tapplika deroga taħt il-paragrafu 5 tal-Artikolu 66 tad-

Direttiva.

(2)

Il-klijenti finali għandhom id-dritt ta' kuntratt mal-

fornitur tagħhom li jispeċifika

(a)

l-identità u l-indirizz tal-fornitur;

(b)

is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-

servizzi offruti kif ukoll iż-żmien għall-ewwel konnessjoni;

(ċ)

it-tipi ta' servizzi ta’ manutenzjoni offruti;

(d)

il-mezzi kif tista’ tinkiseb informazzjoni

aġġornata dwar it-tariffi, il-ħlasijiet għall-manutenzjoni

applikabbli u l-prodotti jew is-servizzi magħquda kollha;

(e)

it-tul tal-kuntratt, il-kondizzjonijiet għat-tiġdid u

t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inklużi l-prodotti jew

is-servizzi li huma magħquda ma’ dawk is-servizzi, u jekk

hijiex permessa t-terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt;

(f)

kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta’ rifużjoni

li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizz kuntrattat ma

jintlaħqux, inklużi kontijiet mhux korretti jew li jdumu ma

jinħarġu;

(g)

il-metodu biex tinbeda proċedura

għar-

riżoluzzjoni ta' tilwima skont ir-regolament 23;

(h)

informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur,

inkluż informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-ilmenti u l-

informazzjoni kollha msemmija f'dan il-paragrafu, li hija

kkomunikata b'mod ċar fuq il-kont jew fuq is-sit web tal-

impriża tal-elettriku.

Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew

minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata

qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Fejn xi kuntratti

jkunu konklużi permezz ta’ intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-

kwistjonijiet msemmija f'dan is-subregolament għandha wkoll tkun

provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Il-klijenti finali għandhom

jiġu pprovduti b’sommarju tal-kondizzjonijiet kuntrattwali prinċipali

b'mod prominenti u b’lingwaġġ konċiż u sempliċi.

(3)

Il-fornituri għandhom

(a)

jagħtu lill-klijenti finali avviż xieraq dwar kull

intenzjoni li jimmodifikaw il-kondizzjonijiet kuntrattwali u

għandhom jinfurmaw lill-klijenti dwar id-dritt tagħhom li

jtemmu l-kuntratt meta jingħata l-avviż;

(b)

jinnotifikaw lill-klijenti finali tagħhom, b'mod

trasparenti u li jinftiehem, direttament dwar kwalunkwe

aġġustament fil-prezz tal-provvista u r-raġunijiet u l-

kondizzjonijiet minn qabel għall-aġġustament, kif ukoll l-

ambitu tiegħu, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn

ġimgħatejn (2), jew mhux aktar tard minn xahar (1) fil-każ tal-

klijenti domestiċi, qabel l-aġġustament jidħol fis-seħħ

Iżda l-klijenti finali għandhom ikunu ħielsa li

jitterminawkuntratti jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet kuntrattwali

ġodda jew l-aġġustament tal-prezz tal-provvista notifikati lilhom mill-

fornitur tagħhom.

(4)

Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti finali

informazzjoni trasparenti dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli u

dwar termini u l-kondizzjonijiet standard, fir-rigward tal-aċċess għal u

l-użu tas-servizzi tal-elettriku.

(5)

Il-fornituri għandhom joffru lill-klijenti finali b’għażla

wiesgħa tal-metodi tal-ħlas. Tali metodi ta’ ħlas ma għandhomx

jiddiskriminaw b’mod mhux dovut bejn il-klijenti. Kwalunkwe

differenza fit-tariffi marbuta mal-metodi tal-ħlas jew sistemi ta' ħlas

minn qabel għandha tkun oġġettiva, nondiskriminatorja u

proporzjonata u ma għandhiex taqbeż l-ispejjeż diretti mħarrba mill-

benefiċjarju għall-użu ta’ metodu ta’ ħlas speċifiku jew ta’ sistema ta’

ħlas minn qabel, f’konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE)

2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(6)

Skont is-subregolament (5), il-klijenti domestiċi li

għandhom aċċess għas-sistemi ta’ ħlas minn qabel ma għandhomx

jitqiegħdu fi żvantaġġ mis-sistemi ta’ ħlas minn qabel.

(7)

Il-fornituri għandhom joffru lill-klijenti finali termini

ġenerali u kondizzjonijiet ġusti u trasparenti, li għandhom jiġu

pprovduti b'lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu u ma għandhomx

jinkludu ostakli mhux kuntrattwali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-

klijenti, bħal dokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva. Il-fornituri ma

għandhomx jużaw metodi ta’ bejgħ inġusti jew qarrieqa.

(8)

Il-klijenti finali għandhom id-dritt għal standard tajjeb

ta’ servizz u indirizzar tal-ilmenti mill-fornituri tagħhom. Il-fornituri

għandhom jindirizzaw l-ilmenti b’mod sempliċi, ġust u malajr.

(9)

Meta

jaċċedu

għal

servizz

universali

taħt

id-

dispożizzjonijiet adottati skont ir-regolament 24, il-klijenti finali

għandhom jiġu informati mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

dwar id-drittijiet tagħhom rigward is-servizz universali.

(10) (a)

Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti

domestiċi b'informazzjoni adegwata dwar miżuri alternattivi għall-

iskonnessjoni, biżżejjed minn qabel kwalunkwe skonnessjoni

ppjanata. Tali miżuri alternattivi jistgħu jirreferu għas-sorsi tal-appoġġ

biex tiġi evitata l-iskonnessjoni, pjanijiet ta' ħlas minn qabel, awditjar

tal-enerġija, servizzi ta’ konsulenza dwar l-enerġija, pjanijiet ta’ ħlas

alternattivi, konsulenza dwar il-ġestjoni tad-dejn jew moratorji għall-

iskonnessjoni u ma jikkostitwixxux spiża ulterjuri għall-klijenti li

jkunu qed jaffaċċjaw l-iskonnessjoni;

(b)

Il-fornituri għandhom mill-inqas jistabbilixxu l-miżuri

alternattivi li ġejjin għall-iskonnessjoni

(i)

pjanijiet ta’ ħlas alternattivi;

(ii)

pariri dwar il-ġestjoni tad-dejn;

(iii)

moratoria ta’ skonnessjoni.

(11) Il-fornituri għandhom jipprovdu lill-klijenti finali b’kont

finali ta’ għeluq wara kwalunkwe bidla fil-fornitur mhux aktar tard

minn sitt (6) ġimgħat wara li tali bidla tkun seħħet.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-klijenti finali li għandhom miter intelliġenti

installat jistgħu jitolbu li jikkonkludu kuntratt tal-elettriku bi prezz

dinamiku ma’ tal-inqas fornitur wieħed u ma’ kull fornitur li għandu

aktar minn mitejn elf (200,000) konsummaturi finali.

(2)

Qabel il-konklużjoni jew l-estensjoni ta’ kwalunkwe

kuntratt imsemmi fis-subregolament (1), il-klijenti finali għandhom

jiġu pprovduti b’sommarju tat-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali

ewlenin b’mod prominenti u b’lingwaġġ ċar u konċiż. Dak is-

sommarju għandu jistabbilixxi d-drittijiet imsemmija fir-regolament

7(3) u (4) u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja

(a)

il-prezz totali u t-tqassim tiegħu;

(b)

spjegazzjoni dwar jekk il-prezz huwiex fiss,

varjabbli jew dinamiku;

(ċ)

l-indirizz elettroniku tal-fornitur u d-dettalji tan-

numru ta’ appoġġ għall-konsumaturi; u

(d)

fejn rilevanti, informazzjoni dwar pagamenti ta’

darba, promozzjonijiet, servizzi addizzjonali u

skontijiet.

(3)

Il-fornituri

għandhom

iżommu

lill-klijenti

finali

informati bis-sħiħ dwar l-opportunitajiet, l-ispejjeż u r-riskji ta’ tali

kuntratti bi prezz tal-elettriku dinamiku, u għandhom jipprovdu

informazzjoni lill-klijenti finali kif xieraq, inkluż fir-rigward tal-ħtieġa

li jkollhom installat arloġġ tal-elettriku adegwat

(4)

Ir-Regolatur għandu

(a)

jissorvelja l-iżviluppi tas-suq u jivvaluta r-riskji li

jistgħu jinvolvu prodotti u servizzi ġodda u

jindirizzaw il-prattiki abbużivi;

(b)

jieħu miżuri xierqa fejn jiġu identifikati tariffi għat-

terminazzjoni mhux permissibbli skont ir-

regolament 9(3).

(5)

Il-fornituri għandhom jiksbu l-kunsens ta’ kull klijent

finali qabel tali klijent jaqleb għal kuntratt bi prezz tal-elettriku

dinamiku.

(6)

Għall-inqas għal perjodu ta’ għaxar (10) snin wara li l-

kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku jsiru disponibbli, ir-Regolatur

għandu jissorvelja u jippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi

ewlenin ta’ tali kuntratti, inklużi l-offerti tas-suq, u l-impatt fuq il-

kontijiet tal-konsumaturi, u speċifikament il-livell ta’ volatilità tal-

prezzijiet.

(7)

Dan ir-regolament ma għandux japplika sa dak iż-żmien li

jkun żviluppat suq spot jew suq għal negozju istess ġurnata f’Malta.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-klijenti finali kollha jistgħu jitolbu li

jikkonkludu kuntratt għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi

wieħed (1) u ma’ kull fornitur li għandu aktar minn mitejn elf

(200,000) klijenti finali

Iżda d-drittijiet sabiex jiġi konkluż kuntratt għall-

provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss b’tul ta’ żmien ta’

mill-inqas sena (1), ma’ tal-inqas fornitur wieħed ma għandhomx jiġu

eżerċitati sakemm tibqa’ tapplika d-deroga taħt il-paragrafu 5 tal-

Artikolu 66 tad-Direttiva.

(2)

Il-fornituri ma għandhomx jimmodifikaw unilateralment

it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti għall-provvista tal-elettriku

għal terminu fiss bi prezz fiss u ma għandhomx jitterminaw tali kuntratti

qabel ma jilħqu l-maturità tagħhom.

(3)

Qabel il-konklużjoni jew l-estensjoni ta’ kwalunkwe

kuntratt imsemmi fis-subregolament (1), il-klijenti finali għandhom jiġu

pprovduti b’sommarju tat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali

ewlenin b’mod prominenti u b’lingwaġġ ċar u konċiż. Tali sommarju

għandu jistabbilixxi d-drittijiet imsemmija fir-regolament 7(3) u (4) u

għandu jinkludi mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja

(a)

il-prezz totali u t-tqassim tiegħu;

(b)

spjegazzjoni dwar jekk il-prezz huwiex fiss,

varjabbli jew dinamiku;

(ċ)

l-indirizz elettroniku tal-fornitur u d-dettalji tan-

numru ta’ appoġġ għall-konsumaturi; u

(d)

fejn rilevanti, informazzjoni dwar pagamenti ta’

darba, promozzjonijiet, servizzi addizzjonali u

skontijiet.

(4)

Il-klijenti finali b’kuntratti għall-provvista tal-elettriku

għal terminu fiss u bi prezz fiss ma għandhomx jiġu esklużi milli

jipparteċipaw, meta jiddeċiedu li jagħmlu dan, fir-rispons tad-domanda

u fil-kondiviżjoni tal-enerġija u milli jikkontribwixxu b’mod attiv

għall-kisba tal-ħtiġijiet għall-flessibbiltà tas-sistema nazzjonali tal-

elettriku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-bdil ta' fornitur jew ta’ parteċipant tas-suq

involut f’aggregazzjoni għandu jsir fl-iqsar żmien possibbli.

Il-konsumatur li jixtieq jibdel il-fornituri jew il-parteċipanti fis-

suq involuti fl-aggregazzjoni, filwaqt li jirrispetta l-kondizzjonijiet

kuntrattwali, ikun intitolat għal tali bidla fi żmien massimu ta’tliet (3)

ġimgħat mid-data tat-talba. Sa mhux aktar tard mill-2026, il-proċess

tekniku tal-bdil tal-fornitur ma għandux jieħu aktar minn erbgħa u

għoxrin (24) siegħa u għandu jkun possibbli fi kwalunkwe jum ta’

xogħol

Iżda d-dritt li wieħed jibdel il-fornitur ma għandux jiġi

eżerċitat sa dak iż-żmien li tapplika d-deroga taħt il-paragrafu 5 tal-

Artikolu 66 tad-Direttiva.

(2)

Il-fornituri u l-parteċipant fis-suq ma għandhomx jitolbu

l-ebda tariffa relatata mal-bdil lill-klijenti domestiċi u lill-intrapriżi

żgħar.

(3)

B’deroga mis-subregolament (2), il-fornituri jew il-

parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jistgħu jimponu fuq il-

klijenti tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt fejn dawk il-klijenti

volontarjament itemmu kuntratti għal terminu fiss, bi prezz fiss ta’

provvista tal-elettriku qabel dawn ma jkunu mmaturaw

Iżda tali tariffi jkunu parti minn kuntratt li l-klijent ikun

daħal għalih volontarjament u li tali tariffi jiġu kkomunikati b’mod ċar

lill-klijent qabel ma jidħol għall-kuntratt

Iżda wkoll tariffi bħal dawn għandhom ikunu

proporzjonati u ma għandhomx jeċċedu t-telf ekonomiku dirett għall-

fornitur jew il-parteċipanti tas-suq impenjat fl-aggregazzjoni li

jirriżultaw mit-terminazzjoni mill-klijent tal-kuntratt, inkluż l-ispejjeż

ta’ kull investimenti magħquda jew servizzi li diġà jkunu ġew provduti

lill-klijent bħala parti mill-kuntratt. L-oneru li jiġi pprovat it-telf

ekonomiku dirett għandu jkun fuq il-fornitur jew fuq il-parteċipanti

tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni, u l-permissibbilà tat-tariffi għat-

terminazzjoni tal-kuntratt għandha tkun sorveljata mir-Regolatur.

(4)

Il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jbiddlu l-fornitur

jew il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni b’mod mhux

diskriminatorju rigward l-ispiża, l-isforz u l-ħin

Iżda d-dritt li wieħed jibdel il-fornitur ma għandux jiġi

eżerċitat sa dak iż-żmien li tapplika d-deroga taħt il-paragrafu 5 tal-

Artikolu 66 tad-Direttiva.

(5)

Il-klijenti domestiċi għandhom

ikunu

intitolati

jipparteċipaw fi skemi ta’ bdil kollettiv

Iżda d-dritt li wieħed jibdel il-fornitur ma għandux jiġi

eżerċitat sa dak iż-żmien li tapplika d-deroga taħt il-paragrafu 5 tal-

Artikolu 66 tad-Direttiva.

(6)

Is-subregolamenti (1) sa (5) ma għandhomx japplikaw

matul dak iż-żmien meta d-deroga skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 66

tad-Direttiva 2019/944 tibqa’ tapplika.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1) Il-klijenti kollha għandhom ikunu ħielsa li jixtru u

jbiegħu servizzi tal-elettriku, inkluż l-aggregazzjoni, minbarra l-

provvista, irrispettivament mill-kuntratt ta’ provvista tal-elettriku

tagħhom u minn impriża tal-elettriku li jagħżlu

Iżda dawn id-drittijiet ma għandhomx jiġu eżerċitati sa

dak iż-żmien li japplikaw id-derogi mill-paragrafi 3 u 5 taħt l-Artikolu

66 tad-Direttiva. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-

klijenti li jbigħu s-servizzi tal-elettriku, inkluża l-aggregazzjoni lid-

DSO.

(2)

Meta klijent finali jkun jixtieq jikkonkludi kuntratt ta’

aggregazzjoni, il-klijent finali jkun intitolat jagħmel dan mingħajr il-

kunsens tal-impriża tal-elettriku tal-klijent finali.

Il-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni għandhom

jinfurmaw bis-sħiħ lill-klijenti bit-termini u l-kondizzjonijiet tal-

kuntratti li joffru lilhom.

(3)

Il-klijenti finali għandhom ikunu intitolati jirċievu d-data

kollha rilevanti tar-rispons tad-domanda jew id-data dwar l-elettriku

pprovdut jew mibjugħ mingħajr ħlas għall-inqas kull perjodu li għalih

jinħareġ il-kont jekk dan jintalab mill-klijent.

(4)

Il-klijenti finali għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-

drittijiet imsemmija fis-subregolamenti (2) u (3) b’mod mhux

diskriminatorju fir-rigward ta’ ispiża, isforz jew żmien. B'mod

partikolari, il-klijenti ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti

tekniċi u amministrattivi, proċeduri jew imposti diskriminatorji mill-

fornitur tagħhom abbażi ta’ jekk għandhomx kuntratt ma’ parteċipant

fis-suq involut fl-aggregazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-klijenti domestiċi u l-mikrointrapriżi b’konsum

annwali previst inferjuri għal 100 000 kWh ikollhom aċċess b’xejn,

għal tal-anqas għodda waħda għat-tqabbil tal-offerti tal-fornituri,

inklużi offerti għall-kuntratti dwar prezz dinamiku tal-elettriku. Il-

klijenti għandhom jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta’ tali għodod

fil-kontijiet tagħhom jew flimkien magħhom jew b'modi oħra.

L-għodda għandhom jissodisfaw tal-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin

(a)

ikunu indipendenti mill-parteċipanti kollha fis-suq

u jiżguraw li l-impriżi tal-elettriku jingħataw trattament ugwali

fir-riżultati tat-tiftix;

(b)

jiżvelaw biċ-ċar lis-sidien tagħhom kif ukoll il-

persuna naturali jew ġuridika li topera u tikkontrolla l-għodda,

u anke informazzjoni dwar kif inhuma ffinanzjati l-għodod;

(ċ)

jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom

għandu jkun ibbażat it-tqabbil, inklużi s-servizzi, u

jiddivulgawhom;

(d)

jużaw lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;

(e) jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata u

jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament;

(f)

ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà, billi

jkunu perċepibbli, operattivi, komprensibbli, u robusti;

(g) jipprovdu proċedura effettiva għar-rapportar ta'

informazzjoni żbaljata dwar offerti ppublikati; u

(h)

iqabblu filwaqt li jillimitaw id-data personali

mitluba għal dik strettament neċessarja għat-tqabbil.

Ir-Regolatur għandu jiżgura li mill-inqas għodda waħda tkopri

s-suq kollu kemm hu. Meta diversi għodod ikopru s-suq, dawk l-

għodod għandhom jinkludu, b’mod komplut kemm jista' jkun, firxa ta’

offerti għall-elettriku li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, meta dawk l-

għodod ma jkoprux is-suq għalkollox, dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk,

qabel ma jintwerew ir-riżultati.

(2)

L-għodda msemmija fis-subregolament (1) jistgħu

jitħaddmu minn kwalunkwe entità, inklużi kumpaniji privati u

awtoritajiet jew korpi pubbliċi.

(3)

Ir-Regolatur għandu jkun responsabbli għall-ħruġ ta'

marki ta’ fiduċja għal għodod ta’ tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti

stabbiliti fis-subregolament (1), u biex jiżgura li l-għodod ta’ tqabbil li

jkollhom marka ta’ fiduċja jibqgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti

fis-subregolament (1)

Iżda l-ħruġ ta’ marka ta’ fiduċja ma għandux ikun

meħtieġ meta l-għodda ta’ tqabbil tiġi pprovduta minn awtorità jew

korp pubbliku u meta dan it-tqabbil jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fis-

subregolament (1).

(4)

Kwalunkwe għodda li tqabbel l-offerti tal-parteċipanti

fis-suq għandha tkun eliġibbli għal applikazzjoni għal marka ta’

fiduċja skont tqabbel l-offerti tal-parteċipanti fis-suq għandha tkun

eliġibbli għal applikazzjoni għal marka ta’ fiduċja skont dan ir-

regolament fuq bażi volontarja u mhux diskriminatorja.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-klijenti finali għandhom ikunu intitolati jaġixxu

bħala klijenti attivi mingħajr ma jkunu soġġetti għal rekwiżiti tekniċi

sproporzjonati jew diskriminatorji, rekwiżiti amministrattivi,

proċeduri u ħlasijiet, u għal imposti tan-netwerk li ma jirriflettux l-

ispiża reali.

(2)

(a)

Il-klijenti attivi għandu jkollhom id-dritt li

(i)

joperaw

direttament

jew

permezz

ta’

aggregazzjoni;

(ii)

ibigħu elettriku li jiġġeneraw huma stess, inkluż

permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri tal-elettriku;

(iii) jipparteċipaw fi skemi ta’ flessibbiltà u ta’

effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(iv) jiddelegaw lil parti terza l-ġestjoni tal-

installazzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom, inkluż l-

installazzjoni, l-operazzjoni, it-trattament u l-manutenzjoni tad-

data mingħajr ma dik il-parti terza titqies bħala klijent attiv;

(b)

Il-klijenti attivi għandhom ikunu

(i)

soġġetti għal imposti tan-netwerk li jirriflettu l-

ispiża, li jkunu trasparenti u mhux diskriminatorji u li jirriflettu,

b’mod separat, l-elettriku trażmess lejn il-grilja, kif ukoll l-

elettriku kkunsmat, skont ir-regolament 47(6) u l-Artikolu 18

tar-Regolament (UE) 2019/943, jiżguraw li jikkontribwixxu

b’mod adegwat u bilanċjat għall-qsim tal-ispejjeż ġenerali tas-

sistema;

(ii)

finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li

joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dak il-punt għandhom ikunu

partijiet responsabbli mill-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-

responsabbiltà tal-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-

Regolament (UE) 2019/943

Iżda sa dak iż-żmien li jiġi żviluppat suq likwidu

fl-istess ġurnata d-DSO għandu jerfa’ r-responsabbiltà tal-

ibbilanċjar.

(3)

Skemi eżistenti li ma jagħmlux il-kontijiet b’mod separat

għall-elettriku trażmess fil-grilja kif ukoll l-elettriku kkunsmat mill-

grilja, ma għandhomx jagħtu drittijiet ġodda taħt tali skemi wara l-31

ta' Diċembru 2023. F’kull każ, il-klijenti soġġetti għal skemi eżistenti

għandhom il-possibbiltà f’kwalunkwe ħin li jagħżlu skema ġdida li

tkopri separatament l-elettriku trażmess fil-grilja u l-elettriku

kkunsmat mill-grilja bħala l-bażi għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk.

(4)

Klijenti attivi li jkunu sidien ta’ faċilità ta’ ħżin tal-

enerġija

(a)

għandu jkollhom id-dritt għal konnessjoni mal-

grilja fi żmien raġonevoli wara t-talba, sakemm jiġu sodisfatti l-

kondizzjonijiet kollha meħtieġa, bħall-ibbilanċjar tar-

responsabbiltà u l-metraġġ adegwat;

(b)

ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda tariffa

doppja, inklużi tariffi tan-netwerk, għal elettriku maħżun li

jibqa’ fil-bini tagħhom jew meta jagħtu servizzi ta' flessibbiltà

lill-operaturi tas-sistema;

(ċ)

ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta’ liċenzjar jew

tariffi sproporzjonati;

(d)

ikunu jistgħu jipprovdu diversi servizzi fl-istess

ħin, jekk dan ikun teknikament fattibbli.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-Ministru għandu jipprovdi qafas regolatorju

abilitanti għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, biex b’hekk

jiżguraw li

(a)

il-parteċipazzjoni f’komunità tal-enerġija taċ-

ċittadin għandha tkun miftuħa u volontarja;

(b)

il-membri jew l-azzjonisti ta’ komunità tal-

enerġija taċ-ċittadin għandhom jitħallew jitilqu mill-komunità,

f’liema każ japplika r-regolament 9;

(ċ)

il-membri jew l-azzjonisti ta’ komunità tal-

enerġija taċ-ċittadin ma għandomx jitilfu d-drittijiet u l-obbligi

tagħhom bħala klijenti domestiċi jew klijenti attivi;

(d)

soġġett għal kumpens ġust kif ivvalutat mir-

Regolatur, l-operaturi rilevanti tas-sistema tad-distribuzzjoni

għandhom jikkooperaw mal-komunitajiet tal-enerġija taċ-

ċittadin biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti tal-elettriku fil-

L-ELETTRIKU

komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin;

(e)

il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin għandhom

ikunu soġġetti għal proċeduri u tariffi nondiskriminatorji,

proporzjonati, ġusti u trasparenti, inkluż fir-rigward tar-

reġistrazzjoni u l-liċenzjar, kif ukoll għal tariffi tan-netwerk

trasparenti, nondiskriminatorji u li jirriflettu l-ispiża

f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u

b’hekk jiżguraw li jikkontribwixxu b’mod adegwat u bbilanċjat

għall-qsim tal-ispejjeż globali tas-sistema.

(2)

Il-Ministru jista' jipprovdi fil-qafas regolatorju abilitanti

li komunitajiet ta’ enerġija taċ-ċittadini

(a)

għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni

transkonfinali;

(b)

għandhom ikunu

intitolati

li jkollhom,

jistabbilixxu, jixtru jew jikru netwerks ta’ distribuzzjoni u li

jamministrawhom b’mod awtonomu skont il-konndizzjonijiet

stabbiliti fis-subregolament (4);

(ċ)

għandhom ikunu

soġġetti

għall-eżenzjonijiet

provduti fir-regolament 35(2).

(3)

Il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin għandhom

(a)

ikunu jistgħu jaċċessaw is-swieq tal-elettriku

kollha, direttament jew permezz tal-aggregazzjoni b’mod mhux

diskriminatorju;

(b) ikunu trattati b’mod proporzjonat u mhux

diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet, id-drittijiet u l-

obbligi tagħhom bħala klijenti finali, produtturi, fornituri,

operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jew parteċipanti fis-suq

involuti f’aggregazzjoni;

(ċ)

ikunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi

li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dan il-punt huma

għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew

għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar

tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943

Iżda sa dak iż-żmien li jiġi żviluppat suq likwidu

fl-istess ġurnata d-DSO għandu jerfa’ r-responsabbiltà tal-

ibbilanċjar.

(d)

fir-rigward tal-konsum tal-elettriku li jiġġeneraw

huma stess, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jitqiesu

bħala klijenti attivi skont ir-regolament 12(2)(b)(i);

(e)

ikunu intitolati li jagħmlu arranġamenti fi ħdan il-

komunità tal-enerġija taċ-ċittadin għall-qsim tal-elettriku li jiġi

prodott permezz tal-unitajiet ta’ produzzjoni li jkunu l-proprjetà

tal-komunità, soġġett għal rekwiżiti oħrajn stabbiliti f’dan ir-

regolament u soġġett għall-membri tal-komunità li jżommu d-

drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali.

Għall-finijiet tal-paragrafu (e), meta l-elettriku jinqasam,

dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-imposti u t-tariffi

tan-netwerk applikabbli, skont analiżi trasparenti tal-ispejjeż u

l-benefiċċji tar-riżorsi tal-enerġija distribwita żviluppata mill-

awtorità kompetenti nazzjonali

Iżda l-qsim tal-elettriku msemmi qabel ma

għandux jitwettaq sa dak iż-żmien li tapplika d-deroga taħt il-

paragrafu 5 tal-Artikolu 66 tad-Direttiva.

(4)

Il-Ministru jista’ jiddeċiedi li jagħti lill-komunitajiet tal-

enerġija taċ-ċittadin id-dritt li jmexxu netwerks ta’ distribuzzjoni fil-

qasam tal-operat tagħhom u jistabbilixxu l-proċeduri rilevanti,

mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV tad-Direttiva jew għal regoli u

regolamenti oħra li japplikaw għall-operaturi tas-sistema ta’

distribuzzjoni. Jekk jingħataw dritt bħal dan, il-komunitajiet tal-

enerġija taċ-ċittadini għandhom

(a)

ikunu intitolati li jikkonkludu ftehim dwar l-

operazzjoni tan-netwerk tagħhom mal-operatur rilevanti tas-

sistema ta’ distribuzzjoni jew l-operatur tas-sistema ta’

trażmissjoni li magħha huwa konness in-netwerk tagħhom;

(b)

għandhom ikunu soġġetti għal imposti xierqa tan-

netwerk fil-punti ta’ konnessjoni bejn in-netwerk tagħhom u n-

netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-

ċittadin u li tali imposti tan-netwerk iqisu separatament għall-

elettriku li jiddaħħal fin-netwerk jieħdu kont b’mod separat

għall-elettriku kkunsmat min-netwerk tad-distribuzzjoni barra

l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin skont ir-regolament 47(4);

(ċ)

ma jiddiskriminawx jew jagħmlu ħsara lill-klijenti

li jibqgħu konnessi mas- sistema tad-distribuzzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-klijenti finali għandu jkollhom id-dritt li

jipparteċipaw fir-rispons għad-domanda permezz tal-aggregazzjoni. Il-

klijenti finali, inklużi dawk li joffru rispons tad-domanda permezz tal-

aggregazzjoni, jistgħu jipparteċipaw flimkien ma’ produtturi b’mod

mhux diskriminatorju biex jipprovdu servizzi ta’ rispons għad-

domanda lill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni.

(2)

L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-

sistema tad-distribuzzjoni, meta jakkwistaw servizzi anċillari,

għandhom jittrattaw il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni

tar-rispons għad-domanda b’mod mhux diskriminatorju flimkien mal-

produtturi abbażi tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom.

(3)

(a)

(i) Kull parteċipant tas-suq involut fl-

aggregazzjoni, inklużi aggregaturi indipendenti, jista’ jidħol fis-swieq

tal-elettriku mingħajr il-kunsens tal-parteċipanti oħra fis-suq;

(ii)

parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni

għandhom ikunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li

jikkawżaw fis-sistema tal-elettriku; f’dak il-punt għandhom

ikunu partijiet responsabbli mill-bilanċ jew għandhom

jiddelegaw ir-responsabbiltà tal-ibbilanċjar tagħhom skont l-

Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943

Iżda sa dak iż-żmien li jiġi żviluppat suq likwidu fl-istess

ġurnata d-DSO għandu jerfa’ r-responsabbiltà tal-ibbilanċjar.

(b)

Il-klijenti finali li għandhom kuntratt ma’ aggregaturi

indipendenti ma għandhomx ikunu soġġetti għal pagamenti, penali jew

restrizzjonijiet kuntrattwali indebiti oħra mill-fornituri tagħhom;

(ċ)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Proċeduri

għad-Determinazzjoni ta’ Kwistjonijiet għandhom japplikaw mutatis

mutandis għal tilwim bejn parteċipanti tas-suq involuti

f’aggregazzjoni u parteċipanti oħra fis-suq, inkluża r-responsabbiltà

għall-iżbilanċi.

(4)

(a)

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u, jew l-

operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li jaġixxu f’kooperazzjoni

mill-qrib mal-parteċipanti tas-suq u l-klijenti finali, għandhom

jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni ta’ rispons għad-

domanda fis-swieq kollha tal-elettriku fuq il-bażi tal-karatteristiċi

tekniċi ta’ dawk is-swieq u l-kapaċitajiet ta’ rispons għad-domanda.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikopru parteċipazzjoni li tinvolvi

tagħbijiet aggregati.

(b)

Ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fil-paragrafu (a)

għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika u wara dan

għall-approvazzjoni tar-Regolatur.

(5)

Id-DSO għandu jgħarraf is-servizzi ta’ rispons għad-

domanda li jistgħu jiġu pprovduti mill-klijenti finali u l-parteċipanti

kollha fis-suq.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet

għandhom ikunu preċiżi, jinftiehmu faċilment, ċari, konċiżi, faċli

għall-utent u ppreżentati b'mod li jiffaċilitaw it-tqabbil mill-klijenti

finali. Fuq talba, il-klijenti finali għandhom jirċievu spjegazzjoni ċara

u li tiftiehem ta’ kif il-kont tagħhom ġie dderivat, speċjalment meta l-

kontijiet ma jkunux ibbażati fuq il-konsum attwali.

(2)

Il-klijenti finali għandhom jirċievu l-kontijiet tagħhom u

l-informazzjoni dwar il-kontijiet mingħajr ħlas.

(3)

Il-klijenti finali għandhom ikunu offruti l-għażla ta’

kontijiet elettroniċi u informazzjoni dwar il-kontijiet u jkunu offruti

arranġamenti flessibbli għall-ħlas attwali tal-kontijiet.

(4)

Jekk il-kuntratt jipprovdi għal tibdil futur tal-prodott jew

il-prezz jew roħs, dan għandu jkun indikat fuq il-kont flimkien mad-

data meta t-tibdil iseħħ.

(5)

Kull bidla fir-rekwiżiti għall-kontenut tal-kontijiet

għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-

konsumaturi.

(6)

Il-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet għandhom

jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Ewwel Skeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

L-awtoritajiet regolatorji jew, meta Stat membru

ikunu identifikaw awtorità kompetenti indipendenti alternattiva, tali

awtorità kompetenti identifikati, filwaqt li għandhom iqisu id-daqs tal-

fornitur jew l-istruttura tas-suq inkluż, jekk relevanti, li jitwettqu

testijiet tal-istress, għandhom jiżguraw li l-fornituri

(a)

ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw strateġiji ta’

ħħeġġjar xierqa sabiex jillimitaw ir-riskju ta’

bidliet fil-provvista tal-elettriku bl-ingrossa għall-

vijabbiltà ekonomika tal-kuntratti tagħhom mal-

klijenti, filwaqt li jżommu l-likwidità fis-swieq

għal terminu qasir u s-sinjali tal-prezzijiet minn tali

swieq;

(b)

jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jillimitaw

ir-riskju tagħhom ta’ interruzzjoni fil-provvista.

(2)

L-istrateġiji ta’ ħħeġġjar tal-fornituri jistgħu jinkludu l-

użu ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija kif imfisser fl-Artikolu 2(77)

tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku jew strumenti

xierqa oħra, bħal kuntratti forward.

(3)

Il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u l-komunitajiet

tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jitolbu lir-Regolatur biex jivvaluta l-

aċċessibbiltà tagħhom għall-prodotti tal-iħħeġġjar

Iżda r-Regolatur, abbażi tal-eżitu ta’ tali valutazzjoni,

jekk u fejn jitqies meħtieġ, għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-

Ministru dwar il-bżonn li jiddaħħlu fis-seħħ il-kondizzjonijiet

abilitanti sabiex tissaħħaħ id-disponibbiltà tal-prodotti ta’ ħħeġġjar

għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin u għall-komunitajiet tal-

enerġija rinnovabbli.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-Ministru għandu jassenja r-responsabbiltà

għall-installazzjoni ta’ smart meters lil operatur ta’ sistema ta’

distribuzzjoni. L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu juża

sistemi ta’ kejl intelliġenti li jgħinu l-parteċipazzjoni attiva tal-klijenti

fis-suq tal-elettriku

Iżda dak il-varar jista’ jkun suġġett għal stima ta’ kost-

benefiċċju, jekk il-Ministru jordna hekk, li għandha ssir mill-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni skont il-prinċipji stabbiliti fit-Tieni

Skeda.

(2)

Ir-Regolatur għandu jadotta u jippubblika r-rekwiżiti

funzjonali u tekniċi minimi għas-sistemi tal-kejl intelliġenti li

għandhom jiġu użati, skont ir-regolament 17 u t-Tieni Skeda. Fl-

istabbiliment ta’ dawn ir-rekwiżiti minimi, ir-Regolatur għandu

jiżgura l-interoperabilità ta’ dawk is-sistemi ta’ kejl intelliġenti, kif

ukoll il-kapaċità tagħhom li jipprovdu output għas-sistemi ta’ ġestjoni

tal-enerġija tal-konsumatur. F’dak ir-rigward, ir-Regolatur għandu jqis

kif xieraq l-użu tal-istandards disponibbli rilevanti, inklużi dawk li

jippermettu l-interoperabilità, l-aħjar prattiki u l-importanza tal-

iżvilupp ta’ grilji intelliġenti u l-iżvilupp tas-suq intern għall-elettriku.

(3)

Il-klijenti finali għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż

assoċjati tal-varar ta’ sistemi ta’ kejl intelliġenti b’mod trasparenti u

mhux diskriminatorju. L-istabbiliment tal-kontribuzzjoni magħmula

mill-klijenti għandu jqis il-benefiċċji fit-tul għall-katina tal-valur

kollha. Ir-Regolatur għandu jissorvelja regolarment dik l-introduzzjoni

biex isegwi it-twassil tal-benefiċċji għall-konsumaturi.

(4)

Meta l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kejl intelliġenti jkun

ġie evalwat b’mod negattiv b’riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-

benefiċċju msemmija fis-subregolament (1), l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni għandu jirrevedi din il-valutazzjoni mill-inqas kull erba’

(4) snin, jew aktar ta’ spiss, bi tweġiba għal bidliet sinifikanti fl-

assunzjonijiet sottostanti u b'reazzjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi u

tas-suq. Il-Ministru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultat

tal-valutazzjoni aġġornata tal-kost-benefiċċju kif din issir disponibbli.

(5)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti dwar is-

sistemi ta’ kejl intelliġenti għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet

futuri u għall-installazzjonijiet li jissostitwixxu kejl intelliġenti eqdem.

Is-sistemi ta’ kejl intelliġenti li diġà huma installati, jew li għalihom

"il-bidu tax-xogħlijiet" beda qabel l-4 ta’ Lulju 2019, jistgħu jibqgħu

jaħdmu tul ħajjithom iżda, fil-każ ta’ sistemi ta’ kejl intelliġenti li ma

jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-regolament 17 u t-Tieni Skeda, dawn ma

għandhomx jibqgħu jaħdmu wara l-5 ta’Lulju 2031.

Għall-fini ta’ dan is-subregolament, "bidu tax-xogħlijiet" tfisser

jew il-bidu ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq l-investiment jew l-

ewwel impenn sod li tordna tagħmir jew impenn ieħor li jagħmel l-

investiment irreversibbli, liema minnhom ikun seħħ l-ewwel. Ix-xiri

ta’ art u xogħlijiet ta’ tħejjija bħall-kisba ta’ permessi u t-twettiq ta’

studji ta’ fattibbiltà preliminari mhumiex meqjusa bħala bidu tax-

xogħlijiet. Għall-akkwist, "bidu tax-xogħlijiet" tfisser il-mument tal-

akkwist tal-assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Fejn l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kejl intelliġenti tkun

ġiet ivvalutata b’mod pożittiv b’riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-

benefiċċju msemmija fir-regolament 16(2), jew fejn sistemi ta’ kejl

intelliġenti ikunu ġew introdotti b’mod sistematiku wara l-4 ta’ Lulju

2019, is-sistemi ta’ kejl intelliġenti għandhom jiġu introdotti skont

Standards Ewropej, it-Tieni Skeda u r-rekwiżiti li ġejjin

(a)

is-sistemi ta’ kejl intelliġenti għandhom ikejlu

b’mod preċiż il-konsum reali tal-elettriku u għandhom ikunu

kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu lill-

klijenti finali. Id-data storika tal-konsum ivvalidata għandha

tkun disponibbli faċilment u b’mod sigur u tidher lill-klijenti

finali fuq talba u mingħajr ħlas ulterjuri. Id-data tal-konsum

f’ħin kważi reali mhux ivvalidata għandha wkoll issir

disponibbli faċilment u b’mod sigur għall-klijenti finali

mingħajr ħlas ulterjuri, permezz ta’ interfaċċja standardizzata

jew permezz ta’ aċċess remot, bil-għan li jiġu sostnuti l-

programmi awtomatizzati tal-effiċjenza tal-enerġija, tar-rispons

tad-domanda u servizzi oħra;

(b)

is-sigurtà tas-sistemi ta’ kejl intelliġenti u tal-

komunikazzjoni tad-data għandha tikkonforma mar-regoli

rilevanti dwar is-sigurtà tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-aqwa

tekniki disponibbli biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta’

ħarsien taċ-ċibersigurtà waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-prinċipju

ta’ proporzjonalità;

(ċ)

il-protezzjoni tal-privatezza tal-klijenti finali u

tad-data tagħhom għandha tikkonforma mar-regoli rilevanti tal-

Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza;

(d)

l-operaturi tal-kejl għandhom jiżguraw li l-kejl

tal-klijenti attivi li jgħaddu l-elettriku fil-grilja jistgħu ikejlu l-

elettriku mgħoddi fil-grilja mill-proprjetà tal-klijenti attivi;

(e)

jekk il-klijenti finali jitolbu hekk, id-data dwar l-

elettriku li għaddew fil-grilja u d-data dwar il-konsum tal-

elettriku tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni

tagħhom, skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-

Artikolu 24 tad-Direttiva, permezz ta’ interfaċċja ta’

komunikazzjoni standardizzata jew aċċess remot, jew għal parti

terza li taġixxi f’isimhom, f'format li jinftiehem faċilment, biex

ikunu jistgħu jqabblu offerti li fil-fatt ikunu paragunabbli;

(f)

il-klijenti finali għandhom jingħataw pariri u

informazzjoni xierqa qabel jew fil-mument tal-installazzjoni ta’

kejl intelliġenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal sħiħ

tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-miter u l-

monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija, u dwar il-ġbir u l-

ipproċessar tad-data personali f’konformità mar-regoli

applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

L-ELETTRIKU

(g)

is-sistemi

tal-kejl

intelliġenti

għandhom

jippermettu li l-klijenti finali jkunu soġġetti għal kejl u tpaċija

fl-istess riżoluzzjoni ta’ ħin bħal tal-perjodu ta’ saldu tal-

iżbilanċ fis-suq nazzjonali.

Għall-finijiet tal-paragrafu (e), għandu jkun possibbli għall-

klijenti finali li jaċċessaw id-data tal-kejl tagħhom jew

jittrażmettuhom lil parti oħra mingħajr ħlas addizzjonali u

b’konformità mad-dritt tagħhom ta’ portabbiltà tad-data skont ir-regoli

tal-Unjon dwar il-protezzjoni tad-data i.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Fejn l-introduzzjoni ta’ sistemi ta' kejl intelliġenti

tingħata valutazzjoni negattiva b’riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-

benefiċċju msemmija fir-regolament 16(1) u fejn is-sistemi ta’ kejl

intelliġenti ma jiġux introdotti b’mod sistematiku, kull klijent finali

għandu jkun intitolat fuq talba, filwaqt li jġarrab l-ispejjeż assoċjati,

għall-installazzjoni jew, fejn ikun il-każ, għat-titjib, b’kondizzjonijiet

ġusti, raġonevoli u kosteffikaċi, ta’ miter intelliġenti

(a)

meta jkun teknikament fattibbli, jkun mgħammar,

bil-funzjonalitajiet imsemmija fir-regolament 17, jew b’sett

minimu ta’ funzjonalitajiet li għandhom jiġu definiti u fuq livell

nazzjonali skont it-Tieni Skeda;

(b)

jkun interoperabbli u kapaċi jwassal il-

konnettività mixtieqa tal-infrastruttura tal-kejl mas-sistemi

għall-ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi f’ħin rkważi eali.

(2)

Fil-kuntest ta’ talba tal-klijent għal miter intelliġenti

skont is-subregolament (1), l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni

għandu

(a)

jiżgura li l-offerta lill-klijent finali li jitlob l-

installazzjoni ta’ miter intelliġenti jiddikjara b’mod espliċitu u

jiddeskrivi b’mod ċar

(i)

il-funzjonijiet u l-interoperabilità li jistgħu

jiġu appoġġjati mill-miter intelliġenti u s-servizzi li

huma fattibbli kif ukoll il-benefiċċji li jistgħu jinkisbu

realistikament permezz ta’ miter intelliġenti f'dak il-

mument;

(ii)

kwalunkwe spejjeż assoċjati li għandhom

jitħallsu mill-klijent finali;

(b)

jiżgura li jkun installat fi żmien raġonevoli, mhux

aktar tard minn erba’ (4) xhur wara t-talba tal-klijent;

(ċ)

b’mod regolari, u tal-inqas kull sentejn (2),

jirrevedi u jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-ispejjeż

assoċjati, u jsegwi l-evoluzzjoni ta’ dawk l-ispejjeż b’riżultat

tal-iżviluppi fit-teknoloġija u l-aġġornamenti potenzjali tas-

sistema tal-kejl.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Meta l-klijenti finali ma għandhomx miters

intelliġenti, il-klijenti finali għandhom jiġu pprovduti mill-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni b’miters konvenzjonali individwali li

jkejlu b’mod preċiż il-konsum reali tagħhom.

(2)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jiżgura

li l-klijenti finali jkunu jistgħu jaqraw faċilment il-kejl konvenzjonali

tagħhom, jew direttament jew indirettament permezz ta’ interfaċċja

online jew permezz ta’ interfaċċja oħra xierqa.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Meta jistabbilixxi r-regoli dwar il-ġestjoni u l-

iskambju tad-data, ir-Regolatur għandu jispeċifika r-regoli dwar l-

aċċess għad-data tal-klijent finali min-naħa ta’ partijiet eleġibbli skont

dan ir-regolament u l-qafas ġuridiku applikabbli tal-Unjoni. Għall-

finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, id-data għandha tinftiehem li tinkludi

data dwar il-kejl u l-konsum kif ukoll data meħtieġa biex il-klijenti

jibdlu fornitur, rispons tad-domanda u servizzi oħra.

(2)

Il-ġestjoni tad-data għandha tkun organizzata b’mod li

tiżgura aċċess u skambju effiċjenti u siguri tad-data, kif ukoll

protezzjoni tad-data u sigurtà tad-data.

Indipendentement mid-data fil-mudell ta’ ġestjoni tad-data

applikata, il-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data għandhom

jipprovdu aċċess għad-data tal-klijent finali lil kull parti eliġibbli,

skont is-subregolament (1). Il-partijiet eliġibbli għandu ikollhom id-

data mitluba għad-dispożizzjoni tagħhom b’mod mhux diskriminatorju

u fl-istess ħin. L-aċċess għad-data għandu jkun faċli u l-proċeduri

rilevanti biex jinkiseb aċċess għad-data għandhom ikunu disponibbli

għall-pubbliku.

(3)

Ir-regoli dwar l-aċċess għad-data u l-ħżin tad-data għall-

finijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandhom jikkonformaw mal-liġi

rilevanti tal-Unjoni. L-ipproċessar tad-data personali fi ħdan il-qafas

ta’ dawn ir-regolamenti għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/

679. (4)

Ir-Regolatur, għandu jawtorizza u jiċċertifika jew, fejn

applikabbli, jissorvelja l-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data,

sabiex jiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dawn ir-regolamenti.

Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-uffiċjali tal-protezzjoni

tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679, il-partijiet responsabbli

għall-ġestjoni tad-data għandhom jaħtru uffiċjali ta’ konformità li

għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

tal-miżuri meħuda minn dawk il-partijiet biex jiżguraw aċċess mhux

diskriminatorju għad-data u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawn ir-

regolamenti.

(5)

Ma għandhom jintalbu l-ebda ħlas addizzjonali lill-

klijenti finali għall-aċċess għad-data tagħhom jew għal talba biex id-

data tagħhom issir disponibbli.

Il-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data għandhom ikunu

responsabbli biex jistabbilixxu l-imposti rilevanti għall-aċċess għad-

data mill-partijiet eliġibbli.

Ir-Regolatur għandu jiżgura li kwalunkwe spejjeż imposti minn

entitajiet regolati li jipprovdu servizzi tad-data jkunu raġonevoli u

debitament iġġustifikati.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

L-impriżi tal-elettriku għandhom japplikaw ir-rekwiżiti u

l-proċeduri tal-interoperabbiltà għall-aċċess għad-data msemmija fil-

paragrafu 2 tal-Artikolu 24 tad-Direttiva. Dawk ir-rekwiżiti u l-

proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq prattiki nazzjonali eżistenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Ir-Regolatur għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku,

biex jipprovdi lill-klijenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-

drittijiet tagħhom, il-liġi applikabbli u l-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni ta’

tilwim disponibbli għalihom f’każ ta’ tilwima

Iżda dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-

istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt uniċi oħra li jistgħu jkunu parti mill-

punti ta’ informazzjoni ġenerali għall-konsumatur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-klijenti finali għandu jkollhom aċċess għal

mekkaniżmi barra mill-qorti li jkunu sempliċi, ġusti, trasparenti,

indipendenti, effettivi u effiċjenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim dwar id-

drittijiet u l-obbligi stabbiliti taħt dawn ir-regolamenti u pprovduti mir-

Regolatur.

(2)

Fejn il-klijent finali msemmi fis-subregolament (1) huwa

konsumatur fit-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill, il-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni ta’ tilwim barra l-

qorti għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-kwalità tad-Direttiva

2013/11 /UE.

(3)

Meta jsolvi tilwima fil-każijiet imsemmija fis-

subregolament (2), ir-Regolatur jista’, fejn ġustifikat, jiddeċiedi għal

rimbors u kumpens.

(4)

Entitajiet alternattivi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim

għandhom jikkoperaw biex jipprovdu mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’

tilwim barra mill-qorti li jkunu sempliċi, ġusti, trasparenti,

indipendenti, effettivi u effiċjenti għal kull tilwima li toriġina minn

prodotti jew servizzi marbuta ma’, jew magħquda ma’, kwalunkwe

prodott jew servizz li jaqa’ taħt l-ambitu ta’ dawn ir-regolamenti.

(5)

L-impriżi tal-elettriku għandhom jipparteċipaw b’mod

obbligatorju fir-riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qorti għall-klijenti

domestiċi li tkun provduta mir-Regolatur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-klijenti domestiċi kollha u l-impriżi żgħar,

għandhom igawdu servizz universali, jiġifieri d-dritt li jkunu fornuti

b'elettriku ta’ kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom bi prezzijiet

kompetittivi, kumparabbli faċilment u b’mod ċar, trasparenti u

nondiskriminatorji.

(2)

L-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandhom

ikunu obbligati li jgħaqqdu lill-klijenti man-netwerk tagħhom taħt

termini, kondizzjonijiet u tariffi stabbiliti skont il-proċedura stipulata

fir-regolament 47(4).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-fornitur tal-aħħar istanza għandu jiġi maħtur

mir-Regolatur bħala l-fornitur bl-akbar sehem mis-suq għal kull

kategorija ta’ konsumaturi. Ir-Regolatur għandu jiġi pprovdut bl-

informazzjoni meħtieġa, fuq talba, sabiex jivvaluta l-adegwatezza ta’

tali fornitur sabiex jissodisfa tali rwol.

(2)

Il-klijenti finali li jiġu ttrasferiti lill-fornituri tal-aħħar

istanza għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-drittijiet kollha tagħhom

bħala klijenti, kif stabbilit f’dawn ir-regolamenti.

(3)

Il-fornitur tal-aħħar istanza għandu jikkomunika t-termini

u l-kundizzjonijiet tiegħu lill-klijenti ttrasferiti mingħajr dewmien u

jiżgura kontinwità bla xkiel tas-servizz għal dawk il-klijenti għal

perjodu li jkun meħtieġ sabiex isibu fornitur ġdid, ligħandu ta’ mill-

inqas ikun ta’ sitt (6) xhur.

(4)

Il-fornitur tal-aħħar istanza għandu jiżgura li l-klijenti

finali jingħataw informazzjoni u inkoraġġiment sabiex jaqilbu għal

offerta bbażata fuq is-suq

Iżda dan ir-regolament ma għandux japplika sakemm

tibqa’ tapplika d-deroga taħt il-paragrafu 5 tal-Artikolu 66 tad-Direttiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Klijent vulnerabbli għall-finijiet ta’ dawn ir-

regolamenti jfisser klijenti tal-enerġija fqar li jinkludi klijenti b’livelli

ta’ dħul baxx u li għalihom is-sehem tal-infiq fuq l-enerġija huwa

sinjifikattiv komparat mad-dħul disponibbli tagħhom. Klijenti

vulnerabbli huma wkoll klijenti li jiddependu b’mod kritiku fuq

tagħmir elettriku għal raġunijiet ta’ saħħa jew kriterji oħra determinati

mill-Ministru responsabbli għall-politika soċjali.

(2) Il-qtugħ tal-elettriku lill-klijenti vulnerabbli fi żminijiet

kritiċi huwa pprojbit.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Il-Ministru responsabbli għall-politika soċjali għandu

jistabbilixxi u jippubblika sett ta’ kriterji għall-istima tan-numru ta’

familji f’faqar enerġetiku, li jistgħu jinkludu dħul baxx, in-nefqa

għolja ta’ dħul disponibbli fuq l-enerġija u l-effiċjenza enerġetika

fqira.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-fornituri ma għandhomx jitterminaw il-kuntratti

u ma għandhomx jiskonnettjaw il-klijenti għar-raġunijiet li għalihom

il-klijenti jkunu ppreżentaw ilment f’konformità mar-regolament 7(8)

jew li jkunu soġġetti għal mekkaniżmu għal soluzzjoni alternattiva

għat-tilwim f’konformità mar-regolament 23

Iżda tali lment jew l-użu ta’ tali mekkaniżmu ma

għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tal-partijiet.

(2)

Il-fornituri għandhom jimplimentaw kwalunkwe waħda

mill-miżuri li ġejjin sabiex jippermettu li klijenti vulnerabbli u klijenti

affettwati mill-faqar enerġetiku jevitaw l-iskonnessjoni

(a)

arranġamenti ta’ appoġġ għall-klijenti fil-ġestjoni

tal-użu u l-ispejjeż tal-enerġija tagħhom, inkluż l-

immarkar ta’ żidiet qawwija tal-enerġija mhux tas-

soltu jew l-użu fl-istaġuni tax-xitwa u tas-sajf, l-

offerta ta’ pjanijiet ta’ pagament flessibbli xierqa,

miżuri ta’ konsulenza dwar id-dejn, awtoqari tal-

arloġġ, u komunikazzjoni mtejba mal-klijenti u l-

aġenziji ta’ appoġġ;

(b)

il-promozzjoni

tal-edukazzjoni

u

s-

sensibilizzazzjoni tal-klijenti dwar id-drittijiet

tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tad-dejn;

(ċ)

il-provvista ta’ informazzjoni dwar l-aċċess għal

finanzjament, vawċers jew sussidji sabiex

jappoġġaw il-ħlas ta’ kontijiet;

(d)

l-inkoraġġiment u l-iffaċilitar ta’ awtoqari regolari

tal-arloġġ fejn il-qari remot tal-arloġġ ma jkunx

possibbli skont l-obbligi ta’ frekwenza tal-kontijiet u

l-provvista ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet fl-

Ewwel Skeda;

(e)

il-limitazzjoni

tal-kapaċità

tal-

importazzjoni

b’mod remot.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

L-Enemalta plc hija maħtura bħala l-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni f’Malta.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu

jkun responsabbli biex jiżgura l-kapaċità fuq perjodu ta’ żmien twil

tas-sistema biex tlaħħaq ma’ domandi raġonevoli għad-distribuzzjoni

tal-elettriku, għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp taħt

kondizzjonijiet ekonomiċi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku li

tkun tajba, ta’ min jafdaha u effiċjenti f’Malta, partikolarment f’dak li

għandu x’jaqsam l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika.

(2)

Fi

kwalunkwe

każ,

l-operatur

tas-sistema

tad-

distribuzzjoni ma għandux jiddiskrimina bejn utenti ta’ sistema jew

bejn klassijiet ta’ utenti ta’ sistema, inkluż il-komunitajiet tal-enerġija

rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, b’mod

partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu.

(3)

(a)

L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu

jipprovdi lill-utenti ta’ sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għall-

aċċess effiċjenti għas-sistema, inkluż għall-użu tagħha. B’mod

partikolari, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jippubblika b’mod trasparenti informazzjoni ċara dwar il-kapaċità

disponibbli għal konnessjonijiet ġodda fiż-żoni ta’ tħaddim tiegħu bi

granularità spazjali għolja, filwaqt li jirrispetta s-sigurtà pubblika u l-

kunfidenzjalità tad-data, inkluż il-kapaċità taħt talba għal

konnessjoni u l-possibbiltà ta’ konnessjoni flessibbli f ’żoni

konġestjonati. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni

dwar il-kriterji għall-kalkolu tal-kapaċità disponibbli għal

konnessjonijiet ġodda. L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni

għandu jaġġorna tali informazzjoni fuq bażi regolari, tal-inqas kull

tliet (3) xhur.

(b)

L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu

jipprovdu b’mod trasparenti informazzjoni ċara lill-

utenti tas-sistema dwar l-istatus u t-trattament tat-

talbiet ta’ konnessjoni tagħhom. Huwa għandu

jipprovdi tali informazzjoni fi żmien tliet (3) xhur

mis-sottomissjoni tat-talba. Fejn il-konnessjoni

mitluba la tiġi mogħtija u lanqas ma tkun rifjutata

b’mod permanenti, l-operatur ta’ sistema ta’

distribuzzjoni għandu jaġġorna dik l-informazzjoni

fuq bażi regolari, tal-inqas kull tliet (3) xhur.

(ċ)

L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu

jipprovdu lill-utenti tas-sistema l-għażla li jitolbu

konnessjoni mal-grilja u jissottomettu d-dokumenti

rilevanti esklużivament f’forma diġitali.

(4)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, fid-dispaċċ ta’

installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni, għandu jagħti prijorità lil

installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi rinnovabbli jew li

jużaw il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, f’konformità mal-

Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/943

Iżda d-dispaċċ ta' prijorità għandu jkompli japplika

għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli intermittenti kollha u

koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sakemm jiġi żviluppat suq fl-istess

ġurnata bl-ingrossa likwidu.

(5)

Kull operatur ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jaġixxi bħala faċilitatur tas-suq newtrali fl-akkwist tal-enerġija li juża

biex ikopri t-telf fl-enerġija fis-sistema tiegħu skont proċeduri

trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq, fejn dan ikollu

tali funzjoni.

(6)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jkun

responsabbli għall-akkwist ta’ prodotti u servizzi meħtieġa għat-

tħaddim effiċjenti, affidabbli u sigur tas-sistema ta’ distribuzzjoni. Ir-

regoli adottati mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għal dak l-

iskop għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, u

għandhom jiġu żviluppati f’koordinazzjoni ma’ operaturi tas-sistema

ta’ trażmissjoni u parteċipanti oħra rilevanti fis-suq. It-termini u l-

kondizzjonijiet, inklużi r-regoli u t-tariffi, fejn applikabbli, għall-

forniment ta’ dawn il-prodotti u servizzi lill-operaturi tas-sistema ta’

distribuzzjoni għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regolament 43(4)

b’mod nondiskriminatorju u jirrifletti l-ispejjeż u għandhom jiġu

ppubblikati.

(7)

Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fis-subregolament (6),

l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jakkwista s-servizzi

anċillari mhux tal-frekwenza meħtieġa għas-sistema tiegħu skont

proċeduri trasparenti, nondiskriminatorji u bbażati fuq is-suq, sakemm

r-Regolatur ma tkunx qies li l-forniment ibbażat fuq is-suq ta’ servizzi

anċillari mhux tal-frekwenza huwa ekonomikament mhux effiċjenti u

tkun tat deroga. L-obbligu li jiġu akkwistati servizzi anċillari mhux

tal-frekwenza ma japplikax għal komponenti integrati għal kollox tan-

netwerk.

(8)

L-akkwist tal-prodotti u s-servizzi msemmija fis-

subregolament (6) għandu jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva tal-

parteċipanti kollha tas-suq kwalifikati, inklużi parteċipanti tas-suq li

joffru enerġija minn sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq involuti fir-

rispons għad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u

tas-suq parteċipanti involuti fl-aggregazzjoni. B’mod partikolari, ir-

Regolatur u l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, f’kooperazzjoni

mill-qrib mal-parteċipanti kollha tas-suq, kif ukoll l-operaturi tas-

sistema ta’ trażmissjoni, għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi

għall-parteċipazzjoni f’dawk is-swieq abbażi tal-karatteristiċi tekniċi

ta’ dawk is-swieq u l-kapaċitajiet tal-parteċipanti kollha tas-suq.

(9)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jikkoopera mal-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għall-

parteċipazzjoni effettiva tal-parteċipanti tas-suq konnessi mal-grilja

tagħhom fis-swieq bl-imnut, bl-ingrossa u l-ibbilanċjar. Il-konsenja ta’

servizzi ta’ bilanċ li ġejjin minn riżorsi li jinsabu fis-sistema ta’

distribuzzjoni għandha tkun miftiehma mal-operatur tas-sistema ta’

trażmissjoni rilevanti skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2019/

943 u l-Artikolu 182 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/

1485. (10) L-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jistgħu jwettqu

attivitajiet għajr dawk previsti f’dawn ir-regolamenti u fir-Regolament

(UE) 2019/943, meta dawn l-attivitajiet huma meħtieġa biex l-

operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom

taħt dawn ir-regolamenti jew ir-Regolament (UE) 2019 / 943, dment li

ir-Regolatur jivvaluta l-ħtieġa ta’ tali deroga. Dan is-subregolament

għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni li jkun is-sid ta’, jiżviluppa, jamministra jew jopera

netwerks għajr netwerks tal-elettriku fejn l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni jkun ingħata tali dritt.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Fi żmien speċifikat mir-Regolatur u wara dawk il-

proċessi ta’ konsultazzjoni li r-Regolatur jista’ jordna li jsiru, l-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jipprepara, iżomm

aġġornat u jippubblika "kodiċi tan-netwerk", u dan soġġett għall-

approvazzjoni tar-Regolatur, li jiddefinixxi l-kriterji tekniċi ta’ sigurtà

u r-regoli tekniċi li jistabbilixxu d-disinn tekniku minimu u r-rekwiżiti

operattivi għall-konnessjoni mas-sistema ta’

(a)

installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni;

(b)

ħżin ta’ enerġija;

(ċ)

sistemi ta’ distribuzzjoni;

(d)

tagħmir tal-konsumaturi konness direttament;

(e)

ċirkwiti ta' interkonnetturi;

(f)

linji diretti; u

(g)

komunitajiet ta’ enerġija rinnovabbli u taċ-

ċittadini.

(2)

Il-kodiċi tan-netwerk għandu jistabbilixxi r-regoli

operattivi minimi u l-obbligi dwar is-sigurtà tan-netwerk u ċ-

ċirkostanzi prevedibbli li fihom għandha tinżamm is-sigurtà. Il-kodiċi

tan-netwerk għandu jiżgura l-interoperabilità tas-sistemi u għandu

jkun oġġettiv u mhux diskriminatorju. Il-kodiċi tan-netwerk għandu

jiġi nnotifikat skont ir-Regolamenti dwar Proċedura għall-Għoti ta’

Informazzjoni. Ir-Regolatur jista’ minn żmien għal żmien jagħti

direzzjonijiet, li jistgħu jinkludu kriterji tekniċi ta’ sigurtà, lill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li

għandhom jiġu speċifikati fil-kodiċi tan-netwerk u r-reviżjoni u r-

reviżjoni tiegħu mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-Ministru għandu jipprovdi l-qafas regolatorju

meħtieġ biex jippermetti u jipprovdi inċentivi lill-operaturi tas-sistema

ta’ distribuzzjoni biex jakkwistaw servizzi ta’ flessibilità, inkluż

ġestjoni tal-konġestjoni f’Malta, sabiex itejjeb l-effiċjenzi fl-

operazzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta’ distribuzzjoni. B’mod

partikolari, l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jistgħu

jakkwistaw tali servizzi mingħand fornituri ta’ ġenerazzjoni

distribwita, rispons għad-domanda jew ħażna ta’ enerġija u jagħmlu

użu minn miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, meta dawn is-servizzi jtaffu

b’mod kost-effettiv il-ħtieġa li jtejbu jew jissostitwixxu l-kapaċità tal-

elettriku u jappoġġjaw l-effiċjenza u s-sigurtà fit-tħaddim tas-sistema

ta’ distribuzzjoni.

(2)

L-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandhom

jakkwistaw is-servizzi msemmija fis-subregolament (1) skont

proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq

sakemm ir-Regolatur ikun stabbilixxa li l-akkwist ta’ tali servizzi ma

jkunx ekonomikament effiċjenti jew li dak l-akkwist iwassal għal

distorsjonijiet kbar tas-suq jew għal konġestjoni ogħla.

Iżda fejn il-proċeduri bbażati fuq is-suq ma jkunux

possibbli, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ jakkwista

flessibilità billi joffri ftehim ta’ konnessjoni lill-utenti tan-netwerk u /

jew jipproponi tariffi tan-netwerk iddisinjati biex jinkoraġġixxu lill-

utenti tan-netwerk jibdlu l-imġieba tagħhom għal użu aktar effiċjenti

tan-netwerk ta’ distribuzzjoni.

(3)

(a)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, soġġett

għall-approvazzjoni tar-Regolatur, għandu, fi proċess trasparenti u

parteċipattiv li jinkludi l-utenti kollha rilevanti tas-sistema u l-

operaturi

tas-sistema

ta’

trażmissjoni,

jistabbilixxi

l-

ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ flessibbiltà akkwistati u, fejn

xieraq, prodotti tas-suq standardizzati għal tali servizzi tal-inqas fil-

livell nazzjonali;

(b)

L-ispeċifikazzjonijiet

għandhom

jiżguraw

il-

parteċipazzjoni effettiva u mhux diskriminatorja tal-parteċipanti

kollha tas-suq, inklużi parteċipanti tas-suq li joffru enerġija minn sorsi

rinnovabbli, parteċipanti tas-suq involuti fir-rispons għad-domanda,

operaturi tal-faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija u parteċipanti tas-suq

involuti fl-aggregazzjoni;

(ċ)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jiskambja l-informazzjoni kollha meħtieġa u għandu jikkoordina mal-

operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni sabiex jiżgura l-aħjar użu tar-

riżorsi, jiżgura l-operazzjoni sigura u effiċjenti tas-sistema u jiffaċilita

l-iżvilupp tas-suq

Iżda l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jkun

adegwatament remunerat għall-akkwist ta’ tali servizzi sabiex

jippermettilu jirkupra mill-inqas l-ispejjeż raġonevoli korrispondenti

tiegħu, inklużi l-ispejjeż neċessarji tat-teknoloġija tal-informazzjoni u

tal-komunikazzjoni u l-ispejjeż tal-infrastruttura.

(4)

(a)

L-iżvilupp ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jkun ibbażat fuq pjan ta’ żvilupp tan-netwerk trasparenti li l-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jippubblika mill-inqas kull

sentejn (2) u għandu jissottometti lir-Regolatur.

(b)

Il-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk għandu jipprovdi

trasparenza fuq is-servizzi ta’ flessibbiltà fuq medda medja u twila ta’

żmien meħtieġa, u għandu jistabbilixxi l-investimenti ppjanati għall-

ħames (5) u għaxar (10) snin li ġejjin, b’enfasi partikolari fuq l-

infrastruttura ta’ distribuzzjoni ewlenija li hija meħtieġa sabiex

tikkonnettja kapaċità ta’ ġenerazzjoni ġdida u tagħbijiet ġodda, inklużi

punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi. Il-pjan ta’ żvilupp tan-

netwerk għandu jinkludi wkoll l-użu ta' rispons għad-domanda,

effiċjenza fl-enerġija, faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija jew riżorsi

oħra li l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu juża bħala

alternattiva għall-espansjoni tas-sistema.

(5)

(a)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jikkonsulta lill-utenti tas-sistema rilevanti kollha u lill-operaturi tas-

sistema ta’ trażmissjoni rilevanti fuq il-pjan ta’ żvilupp tan-netwerk.

(b)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jippubblika r-riżultati tal-proċess ta’ konsultazzjoni flimkien mal-pjan

ta’ żvilupp tan-netwerk, u jibgħat ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-

pjan ta’ żvilupp tan-netwerk lir-Regolatur. Ir-Regolatur jista’ jitlob li

jsiru emendi għall-pjan.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur għandu jiżviluppa qafas għall-

operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-

distribuzzjoni sabiex joffri l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ftehimiet ta’

konnessjoni flessibbli f’żoni fejn il-kapaċità tan-network disponibbli

għal konnessjonijiet ġodda tkun limitata jew ma teżistix skont l-

Artikolu 31(3) u l-Artikolu 50(4a), l-ewwel paragrafu, tar-Regolament

(UE) 2019/943. Tali qafas għandu jiżgura li

(a)

bħala regola ġenerali, il-konnessjonijiet flessibbli

ma jdewmux it-tisħiħ tan-network fiż-żoni

identifikati;

(b)

tiġi żgurata konverżjoni minn ftehimiet ta’

konnessjoni flessibbli għal ftehimiet ta’

konnessjoni rigorużi ladarba n-network jiġi

żviluppat abbażi ta’ kriterji stabbiliti; u

(ċ)

għal żoni fejn ir-Regolatur iqis li l-iżvilupp tan-

network ma jkunx l-aktar soluzzjoni effiċjenti,

jagħti lok fejn rilevanti, għal ftehimiet ta’

konnessjoni flessibbli bħala soluzzjoni permanenti,

inkluż għall-ħżin tal-enerġija.

(2)

Il-qafas imsemmi fis-subregolament (1) jista’ jiżgura li l-

ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli jispeċifikaw mill-inqas dan li ġej

(a)

l-injezzjoni u l-irtirar rigorużi massimi tal-elettriku

minn u lejn il-grilja, kif ukoll il-kapaċità

addizzjonali ta’ injezzjoni u rtirar flessibbli li tista’

tiġi konnessa u differenzjata skont il-blokok ta’

żmien matul is-sena;

(b)

it-tariffi tan-network applikabbli kemm għall-

kapaċitajiet ta’ injezzjoni u rtirar fissi kif ukoll għal

dawk flessibbli;

(ċ)

it-tul ta’ żmien maqbul tal-ftehim ta’ konnessjoni

flessibbli u d-data mistennija sabiex tingħata l-

konnessjoni mal-kapaċità rigoruża kollha mitluba.

(3)

L-utent tas-sistema li jaqbad permezz ta’ konnessjoni

flessibbli mal-grilja għandu jiġi meħtieġ jinstalla sistema ta’ kontroll

tal-enerġija li tkun iċċertifikata minn ċertifikatur awtorizzat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu

jikkoopera fuq bażi mhux diskriminatorja ma’ kwalunkwe impriża li

tkun is-sid ta’, tiżviluppa, topera jew tamministra punti tal-irriċarġjar

b’funzjonalitajiet tal-iċċarġjar intelliġenti u funzjonalitajiet tal-

iċċarġjar bidirezzjonali f’konformità mal-Artikolu 20a tad-Direttiva

(UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’

Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi

rinnovabbli (riformulazzjoni) għall-vetturi elettriċi, inkluż fir-rigward

ta’ konnessjoni mal-grilja.

(2)

L-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni ma għandhomx

ikunu sidien ta’, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-

iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, bl-eċċezzjoni ta’ operaturi tas-sistema

ta’ distribuzzjoni li jkunu s-sidien ta’ punti ta’ ċċarġjar privati

unikament għall-użu tagħhom stess.

(3)

B’deroga mis-subregolament (2), l-operaturi tas-sistema

ta’ distribuzzjoni għandhom ikunu permessi jkunu s-sidien ta’,

jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw punti tal-iċċarġjar għall-

vetturi elettriċi, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu

sodisfatti

(a)

partijiet oħra, wara proċedura ta’ sejħa għall-

offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, li hija soġġetta

għal rieżami u approvazzjoni mir-Regolatur, ma jkunux

ingħataw id-dritt li jkunu s-sidien ta’, jiżviluppaw,

jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi

elettriċi, jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi

spejjeż raġonevoli u fil-ħin;

(b)

ir-Regolatur wettaq reviżjoni ex-ante tal-

kondizzjonijiet tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti taħt il-

paragrafu (a) u ta l-approvazzjoni tiegħu;

(ċ)

l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jopera l-

punti tal-iċċarġjar abbażi tal-aċċess għal partijiet terzi skont l-

Artikolu 6 tad-Direttiva u ma jiddiskriminax bejn utenti tas-

sistema jew bejn klassijiet ta’ utenti tas-sistema, u b’mod

partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu.

Ir-Regolatur jista’ jfassal linji gwida jew klawsoli ta’ akkwist

biex jgħin lill-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jiżguraw

proċedura ġusta ta’ sejħa għall-offerti.

(4) Meta l-kondizzjonijiet taħt is-subregolament (3) ikunu

ġew implimentati l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Ordni dwar

Karburanti Alternattivi għandha twettaq, f’intervalli regolari jew mill-

inqas kull ħames (5) snin, konsultazzjoni pubblika sabiex terġa’

tivvaluta interess potenzjali ta’ partijiet oħra biex ikunu sidien ta’,

jiżviluppaw, joperaw jew imexxu punti tal-iċċarġjar għall-vetturi

elettriċi. Fejn il-konsultazzjoni pubblika tindika li partijiet oħra huma

kapaċi li jkunu sidien ta’, jiżviluppaw, joperaw jew jimmaniġġjaw tali

punti, l-attivitajiet tal-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni f’dan ir-

rigward għandhom jitneħħew gradwalment, soġġett għat-tlestija

b’suċċess tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti msemmija fil-paragrafu

(a) tas-subregolament (3). Bħala parti mill-kondizzjonijiet ta’ dik il-

proċedura, ir-Regolatur jista' jippermetti lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni jirkupra l-valur residwu tal-investiment tiegħu fl-

infrastruttura tal-iċċarġjar.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li jkun

assenjat ir-responsabbiltà msemmija taħt ir-regolament 27 mill-

Ministru għandu jagħti lill-partijiet eliġibbli kollha kollha aċċess mhux

diskriminatorju għal data taħt termini ċari u ugwali, skont ir-regoli

rilevanti tal-protezzjoni tad-data.

(2)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni meta jkun

involut fil-ġestjoni tad-data b’mod partikolari f’dak li għandu

x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kejl intelliġenti ma għandux ikollu aċċess

privileġġjat għal data għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ provvista tiegħu li

ma jkunux disponibbli għall-partijiet eliġibbli kollha.

(3)

Meta s-sistemi tal-kejl intelliġenti ġew introdotti skont

ir-regolament 18 u fejn l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni huwa

involut fil-ġestjoni tad-data, il-programmi ta’ konformità msemmija

fil-punt (d) tal-Artikolu 35(2) tad-Direttiva għandhom jinkludu miżuri

speċifiċi sabiex jiġu esklużi aċċess diskriminatorju għal data minn

partijiet eliġibbli kif provdut fir-regolament 20.

(4)

Meta l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni mhumiex

soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 35 tad-Direttiva, l-impriżi integrati

vertikalment ma għandhomx ikollhom aċċess privileġġat għal data

għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ provvista tagħhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

L-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni ma

għandhomx ikunu s-sidien ta’, jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw,

faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.

(2)

B’deroga mis-subregolament (1), l-operaturi tas-sistema

ta’ distribuzzjoni jistgħu ikunu s-sidien ta’, jiżviluppaw,

jimmaniġġjaw jew joperaw faċilitajiet ta’ ħżin ta’ enerġija, fejn huma

integrati għal kollox il-komponenti tan-netwerk u r-Regolatur ikun ta

l-approvazzjoni tiegħu, jew fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin

huma sodisfatti

(a)

partijiet oħra, wara proċedura ta’ sejħa għall-

offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja li hija

soġġetta għal reviżjoni u approvazzjoni mir-Regolatur, ma

ngħatawx id-dritt li jkunu s-sidien ta’, jiżviluppaw,

jimmaniġġjaw jew joperaw dawn il-faċilitajiet, jew ma jistgħux

iwasslu dawk is-servizzi bi prezz raġonevoli u fil-ħin;

(b)

tali faċilitajiet huma meħtieġa biex l-operaturi tas-

sistema ta’ distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt

dawn ir-regolamenti għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sigur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni u l-faċilitajiet ma jintużawx biex

jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku; u

(ċ)

ir-Regolatur ivvaluta l-ħtieġa ta’ deroga bħal din u

wettaq valutazzjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, inklużi

l-kondizzjonijiet tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, u ta l-

approvazzjoni tiegħu.

Ir-Regolatur jista’ jfassal linji gwida jew klawsoli ta’ akkwist

biex jgħin lill-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jiżguraw

proċedura ġusta ta’ sejħiet għall-offerti.

(3)

Ir-Regolatur għandu jwettaq, f’intervalli regolari jew tal-

anqas kull ħames (5) snin, konsultazzjoni pubblika dwar il-faċilitajiet

eżistenti ta’ ħżin tal-enerġija sabiex jivvalutaw id-disponibbiltà u l-

interess potenzjali li jinvesti f’dawn il-faċilitajiet. Meta l-

konsultazzjoni pubblika, kif evalwata mir-Regolatur, tindika li partijiet

terzi jistgħu ikunu sidien ta’, jiżviluppaw, joperaw jew jimmaniġġjaw

tali faċilitajiet b’mod kosteffikaċi, ir-Regolatur għandu jiżgura li l-

attivitajiet tal-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni f’dan ir-rigward

huma jitneħħew gradwalment fi żmien tmintax (18)-il xahar. Bħala

parti mill-kondizzjonijiet ta’ dik il-proċedura, ir-Regolatur jista’

jippermetti lill-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jirċievu

kumpens raġonevoli, b’mod partikolari biex jirkupraw il-valur residwu

tal-investiment tagħhom fil-faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija.

(4)

Is-subregolament (3) ma għandux japplika għal

komponenti ta’ netwerk integrati li huma kompletament integrati jew

għall-perjodu tipiku ta’ deprezzament tal- faċilitajiet ġodda għall-ħżin

tal-batteriji b’deċiżjoni finali dwar l-investiment sal-4 ta’ Lulju 2019,

dment li tali faċilitajiet għall-ħżin tal-batteriji huma

(a)

konnessi mal-grilja sl-aktar tard sa sentejn (2)

wara dan;

(b)

integrati fis-sistema ta’ distribuzzjoni;

(ċ)

intużaw biss għar-restawr reattiv immedjat tas-

sigurtà tan-netwerk f’każ ta’ fallimenti fin-netwerk fejn tali

miżura ta’ restawr tibda immedjatament u jintemm meta l-varar

mill-ġdid regolari jkun jista’ jsolvi l-kwistjoni; u

(d)

ma jintużawx biex jinxtara jew jinbigħ l-elettriku

fis-swieq tal-elettriku, inkluż l-ibbilanċjar.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Mingħajr preġudizzju għar-regolament 44 jew rekwiżit

legali ieħor biex tiġi żvelata informazzjoni, l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni

kummerċjalment sensittiva miksuba waqt it-twettiq tan-negozju

tiegħu, u għandu jipprevjeni informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu

stess li tista’ tkun kummerċjalment vantaġġuża milli tiġi żvelata

b’mod diskriminatorju.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur jista’ jikklassifika sistema li tqassam

l-elettriku fi ħdan sit ġeografikament imwarrab, li jkun industrijali,

kummerċjali jew maqsum, u mingħajr preġudizzju għas-

subregolament (3), ma jipprovdix klijenti fi djar bħala sistema ta’

distribuzzjoni magħluqa jekk

(a) għal raġunijiet tekniċi jew ta’ sigurtà speċifiċi, l-

operazzjonijiet jew il-proċess ta’ produzzjoni tal-utenti ta’ dik

is-sistema huma integrati; jew

(b) dik is-sistema tqassam l-elettriku l-ewwelnett lill-

proprjetarju jew lill-operatur tas-sistema jew lill-impriżi relatati

tagħhom.

(2)

Sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa għandhom jitqiesu

bħala sistemi ta’ distribuzzjoni għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti.

Ir-Regolatur jista’ jeżenta lill-operatur ta’ sistema ta’ distribuzzjoni

magħluqa minn

(a)

ir-rekwiżit taħt is-subregolamenti (5) u (7) tar-

regolament 28 biex jakkwista l-enerġija li juża biex ikopri t-telf

ta’ enerġija u s-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza fis-

sistema

tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux

diskriminatorji u bbażati fuq is-suq;

(b)

ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva li t-

tariffi, jew il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom,

ikunu approvati skont ir-regolament 47(4) qabel id-dħul fis-

seħħ tagħhom;

(ċ)

ir-rekwiżiti taħt ir-regolament 30(1) biex jinkisbu

servizzi ta’ flessibilità u skont ir-regolament 30(3) għall-

iżvilupp tas-sistemi tal-operaturi abbażi ta’ pjanijiet ta’ żvilupp

tan-netwerks;

(d)

ir-rekwiżit skont ir-regolament 31(2) li ma jkunx

is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, punti

L-ELETTRIKU

tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi; u

(e)

ir-rekwiżit taħt ir-regolament 33(1) li ma jkunx is-

sid ta’, lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera,

faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija.

(3)

Fejn tingħata eżenzjoni skont is-subregolament (2), it-

tariffi applikabbli, jew il-metodoloġiji li fuqhom huwa bbażat il-

kalkolu tagħhom, għandhom jiġu riveduti u approvati skont ir-

regolament 47(1) fuq talba minn utent tas-sistema ta’ distribuzzjoni

magħluqa.

(4)

L-użu inċidentali minn numru żgħir ta’ djar

b’assoċjazzjonijiet ta’ impjieg jew simili mal-proprjetarju tas-sistema

ta’ distribuzzjoni u li jinsabu fiż-żona servita mis-sistema ta’

distribuzzjoni magħluqa ma għandux jipprekludi eżenzjoni fl-ambitu

tas-subregolament (2) l-għoti ta’ dawn l-eżenzjonijiet.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Kull operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandu

jkun responsabbli biex

(a) jiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma’

domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku, l-

operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp taħt kondizzjonijiet

ekonomiċi sistemi ta’ trażmissjoni siguri, affidabbli u effiċjenti

b’kont dovut għall-ambjent, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-

operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi tad-

distribuzzjoni ġirien;

(b)

jiżgura l-mezzi adegwati biex jissodisfa l-obbligi

tiegħu;

(ċ)

jikkontribwixxi

għas-sigurtà

tal-provvista

permezz ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni adegwata u affidabbiltà

tas-sistema;

(d)

jamministra l-flussi ta’ enerġija fuq is-sistema,

b’kont meħud ta’ skambji ma’ sistemi interkonnessi oħra. Għal

dak il- għan, l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jkun

responsabbli biex jiżgura sistema tal-elettriku sigura, affidabbli

u effiċjenti u, f’dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibbiltà tas-

servizzi anċillari kollha neċessarji, inklużi dawk provduti minn

faċilitajiet ta’ rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija, kemm-il

darba din id-disponibbiltà tkun waħda indipendenti minn

sistemi tat-trażmissjoni oħrajn li magħhom is-sistema tiegħu

tkun interkonnessa;

(e) jipprovdi lill-operatur ta’ sistemi oħra li magħhom

is-sistema tiegħu tkun interkonnessa, informazzjoni biżżejjed

biex jiżgura l-operazzjoni sigura u effiċjenti, l-iżvilupp

koordinat u l-interoperabilità tas-sistema interkonnessa;

(f)

jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-

utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta’ utenti tas-sistema,

b’mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu;

(g)

jipprovdi lill-utenti ta’ sistema bl-informazzjoni li

jeħtieġu għal aċċess effiċjenti għas-sistema;

(h)

il-ġbir ta’ kirjiet u pagamenti ta’ konġestjoni

skont il-mekkaniżmu ta’ kumpens tal-operatur tas-sistema ta’

inter- trażmissjoni, skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE)

2019/943, li jagħti u jimmaniġġja l-aċċess għall-partijiet terzi u

l-għoti ta' spjegazzjonijiet raġunati meta dan l-aċċess ikun

miċħud, li għandu jkun immonitorjat mill-awtoritajiet

regolatorji; meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-

regolament, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom

jiffaċilitaw primarjament l-integrazzjoni tas-suq;

(i)

jakkwista servizzi anċillari biex tiġi żgurata s-

sigurtà operazzjonali;

(j)

jadotta

qafas

għall-kooperazzjoni

u

l-

koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali;

(k) jipparteċipa fl-istabbiliment tal-valutazzjonijiet

Ewropej u nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi skont il-

Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2019/943;

(l)

id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni;

(m) il-ġestjoni tad-data, inkluż l-iżvilupp ta’ sistemi

ta’ ġestjoni tad-data, iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data,

soġġett għar-regoli applikabbli, u mingħajr preġudizzju għall-

kompetenza ta’ awtoritajiet oħra.

(2)

Minbarra l-kompitu fis-subregolament (1) l-attività tat-

trażmissjoni tal-elettriku għandha tinkludi mill-inqas il-kompiti li

ġejjin

(a) ir-rappreżentanza tal-operatur tas-sistema ta’

trażmissjoni u l-kuntatti lil partijiet terzi u l-awtoritajiet

regolatorji;

(b)

ir-rappreżentanza tal-operatur

tas-sistema

ta’

trażmissjoni fl-ENTSO tal-Elettriku;

(ċ)

l-għoti u l-immaniġġjar ta’ aċċess ta’ parti terza

fuq bażi mhux diskriminatorja bejn utenti tas-sistema jew

klassijiet ta’ utenti tas-sistema;

(d)

il-ġbir tat-tariffi kollha relatati mas-sistema ta’

trażmissjoni inklużi tariffi ta’ aċċess, enerġija għal telf u tariffi

ta’ servizzi anċillari;

(e)

it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp

ta’

sistema ta’ trażmissjoni sigura, effiċjenti u ekonomika;

(f)

ippjanar ta’ investiment li jiżgura l-abbiltà fit-tul

tas-sistema li tissodisfa domanda raġonevoli u tiggarantixxi s-

sigurtà tal-provvista;

(g)

it-twaqqif ta’ impriżi konġunti xierqa, inkluż ma’

operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta’ trażmissjoni, power

exchanges, u l-atturi rilevanti l-oħra li jsegwu l-għanijiet biex

jiżviluppaw il-ħolqien ta’ swieq reġjonali jew biex jiffaċilitaw

il-proċess ta’ liberalizzazzjoni; u

(h)

is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi

legali, il-kontabilità u s-servizzi tal-IT.

(3)

Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fis-subregolament (1),

l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom iqisu r-

rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-ċentri ta’ koordinazzjoni

reġjonali.

(4)

Fit-twettiq tal-kompitu msemmi fil-paragrafu (i) tas-

subregolament (1), l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom

jakkwistaw servizzi ta' bbilanċjar soġġett għal dan li ġej

(a)

proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u

bbażat fis-suq;

(b)

il-parteċipazzjoni

tal-impriżi

tal-elettriku

kwalifikanti u l-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż il-

parteċipanti fis-suq li joffru enerġija minn sorsi rinnovabbli,

parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda,

operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-

suq involuti fl-aggregazzjoni.

Għall-fini tal-paragrafu (b) tas-subregolament (4), ir-Regolatur

u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jistabbilixxu,

f’kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha tas-suq, rekwiżiti

tekniċi għall-parteċipazzjoni f’dawk is-swieq, abbażi tal-karatteristiċi

tekniċi ta’ dawk is-swieq.

(5)

Is-subregolament (3) għandu japplika għall-forniment ta’

servizzi anċillari mhux tal-frekwenza minn operaturi tas-sistema ta’

trażmissjoni, sakemm ir-Regolatur ikun ivvaluta li l-forniment ibbażat

fuq is-suq ta’ servizzi anċillari mhux tal-frekwenza mhuwiex

ekonomikament effiċjenti u jkun ta deroga. B’mod partikolari, il-qafas

regolatorju għandu jiżgura li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni

jistgħu jakkwistaw tali servizzi mingħand fornituri ta’ rispons għad-

domanda jew ħżin ta’ enerġija u għandhom jippromwovu l-adozzjoni

ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, meta dawn is-servizzi jtaffu b’mod

kosteffettiv il-ħtieġa l-kapaċità tal-elettriku tiġi aġġornata jew

sostitwita u jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti u sikur tas-sistema ta’

trażmissjoni.

(6)

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, soġġetti għall-

approvazzjoni mir-Regolatur, jew ir-Regolatur innifsu, għandhom,

permezz ta’ proċess trasparenti u parteċipatorju li jinkludi lill-utenti

kollha rilevanti tas-sistema u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni,

jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għas-servizzi anċillari mhux

frekwenti miksuba u, fejn xieraq, il-prodotti tas-suq standardizzati

għal dawn is-servizzi, tal-inqas fil-livell nazzjonali. L-

ispeċifikazzjonijiet għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva u

mhux diskriminatorja għall-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż

parteċipanti fis-suq li joffru enerġija minn sorsi li jiġġeddu,

parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda, operaturi tal-

faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-suq involuti fl-

aggregazzjoni. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom

jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u għandhom

jikkoordinaw mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni sabiex

jiżguraw l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi, sabiex jiżguraw it-tħaddim

sikur u effiċjenti tas-sistema u sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq. L-

operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom jitħallsu kif xieraq

għall-akkwist ta’ servizzi bħal dawn biex ikunu jistgħu jirkupraw tal-

anqas l-ispejjeż korrispondenti raġonevoli, inkluż l-ispejjeż meħtieġa

għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-ispejjeż tal-

infrastruttura.

(7)

L-obbligu li jiġi akkwistati servizzi anċillari mhux tal-

frekwenza msemmija fis-subregolament (5) ma japplikax għal

komponenti integrati għalkollox tan-netwerk.

(8)

Il-Ministru jista’ jippermetti li l-operaturi tas-sistema ta’

trażmissjoni jkunu jistgħu jwettqu attivitajiet għajr dawk previsti taħt

dawn ir-regolamenti u fir-Regolament (UE) 2019/943 meta dawn l-

attivitajiet huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni

jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dawn ir-regolamenti jew ir-

Regolament (UE) 2019/943, sakemm ir-Regolatur jivvaluta l-ħtieġa ta’

deroga bħal din. Dan is-subregolament għandu jkun mingħajr

preġudizzju għad-dritt tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni li

jkunu sidien ta’, jiżviluppaw, jimmaniġġjaw jew joperaw netwerks

għajr netwerks tal-elettriku meta l-Ministru jkun ta tali dritt.

(9)

Il-Ministru jista’ jassenja waħda jew aktar mir-

responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni kif provdut

fir-regolamenti 36, 38 u 40 lill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Mingħajr preġudizzju għar-regolament 44 jew

dmir legali ieħor biex tiġi żvelata informazzjoni, l-operatur tas-sistema

tat-trażmissjoni u kull proprjetarju ta’ sistema tat-trażmissjoni

għandhom

iżommu

l-kunfidenzjalità

ta’

informazzjoni

kummerċjalment sensittiva miksuba waqt it-twettiq tan-negozju

tagħhom, u għandhom jipprevjenu li informazzjoni dwar l-attivitajiet

tagħhom stess li tista’ tkun kummerċjalment vantaġġuża tiġi żvelata

b’mod diskriminatorju. B’mod partikolari, huma ma għandhomx

jiżvelaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva lill-partijiet l-oħra

tal-impriża, sakemm tali żvelar ma jkunx neċessarju għat-twettiq ta’

tranżazzjoni kummerċjali. Sabiex tkun żgurata l-osservanza sħiħa tar-

regoli dwar is-separazzjoni tal-informazzjoni, il-proprjetarju tas-

sistema tat-trażmissjoni ma jistax juża servizzi konġunti, bħal servizz

legali konġunt, apparti funzjonijiet purament amministrattivi jew tal-

IT.

(2)

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni ma għandhomx,

fil-kuntest ta’ bejgħ jew ta' xiri tal-elettriku minn impriżi relatati,

jużaw b’mod skorrett informazzjoni kummerċjalment sensittiva

miksuba minn partijiet terzi fil-kuntest tal-għoti jew tan-negozjar tal-

aċċess għas-sistema.

(3)

L-informazzjoni neċessarja għal kompetizzjoni effettiva

u għal tħaddim effiċjenti tas-suq għandha tkun ippubblikata. Dak l-

obbligu għandu jitwettaq mingħajr preġudizzju għall-preservazzjoni

tal-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu

jistabbilixxi u jippubblika proċeduri trasparenti u effiċjenti għal

konnessjoni nondiskriminatorja ta’ installazzjonijiet ġodda ta’

ġenerazzjoni u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mas-sistema ta’

trażmissjoni. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu soġġetti għall-

approvazzjoni mir-Regolatur.

(2)

L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ma għandux ikun

intitolat li jirrifjuta l-konnessjoni ta’ installazzjoni ġdida li tiġġenera

jew faċilità tal-ħżin tal-enerġija għal raġunijiet ta’ limitazzjonijiet

futuri possibbli għall-kapaċitajiet tan-netwerk disponibbli, bħal

konġestjoni f’partijiet ’il bogħod tas-sistema ta’ trażmissjoni. L-

operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni

meħtieġa

Iżda dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-

possibbiltà li operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jillimitaw il-

kapaċità ta’ konnessjoni garantita jew joffru konnessjonijiet soġġetti

għal-limitazzjonijiet operattivi, sabiex jiżguraw l-effiċjenza

ekonomika fir-rigward ta’ installazzjonijiet ġodda ta’ ġenerazzjoni jew

faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija, sakemm dawn il-limitazzjonijiet ikunu

ġew approvat mir-Regolatur

Iżda wkoll ir-Regolatur għandu jiżgura li kull

limitazzjoni fil-kapaċità ta’ konnessjoni garantita jew limitazzjonijiet

operazzjonali jiġu introdotti abbażi ta’ proċeduri trasparenti u mhux

diskriminatorji u ma joħolqux ostakoli żejda għad-dħul fis-suq.

(3)

Fejn l-installazzjoni li tiġġenera jew il-faċilità tal-ħżin

tal-enerġija jġarrbu l-ispejjeż relatati mal-iżgurar ta’ konnessjoni

mingħajr limitu, ma għandha tapplika l-ebda limitazzjoni msemmija

fis-subregolament (2).

(4)

L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni ma għandux ikun

intitolat li jirrifjuta punt ta’ konnessjoni ġdid, minħabba li jwassal għal

spejjeż addizzjonali li jirriżultaw miż-żieda meħtieġa fil-kapaċità tal-

elementi tas-sistema fil-firxa mill-qrib mal-punt ta' konnessjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

(a)

Kull impriża li għandha sistema

ta’

trażmissjoni għandha

taġixxi bħala operatur tas-sistema

ta’

trażmissjoni.

(b)

L-istess persuna jew persuni ma għandhomx ikunu

intitolati għal li

(i)

direttament jew indirettament biex teżerċita

kontroll fuq impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta’

ġenerazzjoni jew provvista, u direttament jew indirettament

biex teżerċita kontroll jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq

operatur tas- sistema ta’ trażmissjoni jew fuq sistema ta’

trażmissjoni; jew

(ii)

direttament jew indirettament biex teżerċita

kontroll fuq operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni jew fuq

sistema ta’ trażmissjoni, u direttament jew indirettament biex

teżerċita kontroll jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq impriża li

twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew

provvista;

(ċ) L-istess persuna jew persuni ma għandhomx ikunu

intitolati li jaħtru membri tal-bord superviżorju, il-bord amministrattiv

jew korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, ta’ operatur tas-

sistema ta’ trażmissjoni jew tas-sistema ta’ trażmissjoni, u direttament

jew indirettament biex jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe

dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’

ġenerazzjoni jew provvista; u

(d)

L-istess persuna ma għandhiex tkun intitolata li tkun

membru tal-bord superviżorju, il-bord amministrattiv jew korpi li

legalment jirrappreżentaw l-impriża, kemm ta' impriża li twettaq

kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jew provvista kif

ukoll ta’ operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni jew ta’ sistema ta’

trażmissjoni.

(2)

Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi (b) u (ċ) tas-

subregolament (1) għandhom jinkludu, b’mod partikolari

(a)

is-setgħa li teżerċita d-drittijiet ta’ votazzjoni;

(b)

is-setgħa li taħtar membri tal-bord superviżorju,

il-bord amministrattiv jew korpi li legalment jirrappreżentaw l-

impriża; jew

(ċ)

iż-żamma ta' sehem maġġoritarju.

(3)

Għall-finijiet tas-subregolament (1)(b), il-kunċett ta’

"impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta'

ġenerazzjoni jew provvista" għandha tinkludi "impriża li twettaq

kwalunkwe funzjoni ta’ produzzjoni u provvista" fit-tifsira tad-

Direttiva 2009/73/KE, u t-termini "operatur tas-sistema ta’

trażmissjoni" u "sistema ta’ trażmissjoni" għandhom jinkludu

"operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni" u "sistema ta’ trażmissjoni" fit-

tifsira ta’ dik id-Direttiva.

(4)

L-obbligu stabbilit fis-subregolament (1)(a) għandu

jitqies li ġie sodisfatt f’sitwazzjoni fejn żewġ impriżi jew aktar li jkunu

l-proprjetarji ta’ sistemi ta’ trażmissjoni joħolqu impriża konġunta li

taġixxi bħala operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni f’żewġ Stati

Membri jew aktar għas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati.

L-ebda impriża oħra ma tista’ tkun parti mill-impriża konġunta,

sakemm ma tkunx ġiet approvata taħt l-Artikolu 44 tad-Direttiva bħala

operatur indipendenti tas-sistema jew bħala operatur ta’ trażmissjoni

indipendenti għall-finijiet tat-Taqsima 3 tad-Direttiva.

(5)

Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament, fejn il-

persuna msemmija fis-subregolament (1)(b), (ċ) u (d) hija korp

pubbliku, żewġ korpi pubbliċi separati li jeżerċitaw kontroll fuq

operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema ta’ trażmissjoni

min-naħa, u fuq impriża li twettaq xi waħda mill-funzjonijiet ta’

ġenerazzjoni jew provvista min-naħa l-oħra, għandha titqies li mhix l-

istess persuna jew persuni.

(6)

Impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’

ġenerazzjoni jew provvista ma għandhom fl-ebda każ ikunu jistgħu

jieħdu kontroll ta’ jew jeżerċitaw direttament jew indirettament

kwalunkwe dritt fuq operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni diżassoċjati

li fuqhom huwa applikat il-paragrafu 1 tal-Artikolu 43 tad-Direttiva.

(7)

Dan ir-regolament ma għandux japplika għall-operaturi

tas-sistema ta’ trażmissjoni f’Malta sa id-data li tibqa’ tapplika d-

deroga mill-Artikolu 43 tad-Direttiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Tal-anqas kull sentejn (2), l-operaturi tas-sistema

ta’ trażmissjoni għandhom jippreżentaw lir-Regolatur pjan ta’ għaxar

snin għall-iżvilupp tan-netwerk ibbażat fuq il-provvista u d-domanda

eżistenti u previsti wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha

rilevanti. Dak il-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk għandu jinkludi miżuri

effiċjenti sabiex tkun garantita l-adegwatezza tas-sistema u s-sigurtà

tal-forniment. L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu

jippubblika l-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk fuq is-sit

web tiegħu.

(2)

Il-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network

għandu, b'mod partikolari

(a)

jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi

ewlenin ta’ trażmissjoni li jeħtieġ li jinbnew jew jiġu

mmodernizzati matul l-għaxar (10) snin li ġejjin;

(b)

ikun fih l-investimenti kollha diġà deċiżi u

jidentifika investimenti ġodda li jridu jiġu eżegwiti fit-tliet (3)

snin li ġejjin; u

(ċ)

jipprovdi skeda ta' żmien għall-proġetti kollha ta'

investiment.

(3)

Waqt l-elaborazzjoni tal-pjan ta’ għaxar (10) snin għall-

iżvilupp tan-netwerk, l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu

jqis b’mod sħiħ il-potenzjal għall-użu tar-rispons tad-domanda, il-

faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija jew riżorsi oħra bħala alternattivi għall-

espansjoni tas-sistema, kif ukoll il-konsum mistenni, il-kummerċ ma’

pajjiżi oħra u l-pjanijiet ta’ investiment għal netwerks fl-Unjoni kollha

u reġjonali.

(4)

Ir-Regolatur għandu jikkonsulta l-utenti attwali jew

potenzjali kollha tas-sistema fuq il-pjan ta’ għaxar snin ta' żvilupp tan-

netwerk b’mod miftuħ u trasparenti. Persuni jew impriżi li jitolbu li

jkunu utenti potenzjali tas-sistema jistgħu jkunu meħtieġa biex

jissostanzjaw tali talbiet. Ir-Regolatur għandu jippubblika r-riżultat tal-

proċess ta’ konsultazzjoni, partikolarment il-ħtiġijiet possibbli għal

investimenti.

(5)

(a)

Ir-Regolatur għandu jeżamina jekk il-pjan ta’

għaxar snin għall-iżvilupp ta’ netwerk ikoprix il-bżonnijiet kollha ta’

investiment identifikati matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, u jekk hux

konsistenti mal-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk ta’ għaxar snin għall-

Unjoni kollha (Il-pjan tal-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha)

kif stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2019/

943. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-konformità mal-pjan ta’ għaxar

snin għall-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, r-Regolatur

għandu jikkonsulta lill-ACER. Ir-Regolatur jista’ jitlob lill-operatur

tas-sistema ta’ trażmissjoni sabiex jemenda l-pjan tiegħu ta’ għaxar

snin għall-iżvilupp tan-netwerk.

(b)

L-awtoritajiet

nazzjonali

kompetenti

għandhom

jeżaminaw il-konsistenza tal-pjan ta’ għaxar snin ta’ żvilupp tan-

netwerk mal-pjan nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima sottomess skont

ir-Regolament (UE) 2018/1999.

(6)

Ir-Regolatur għandu jimmonitorja u jevalwa

l-

implimentazzjoni tal-pjan ta’ għaxar snin ta’ żvilupp tan-netwerk.

(7)

F'ċirkostanzi fejn l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni,

minbarra għal raġunijiet imperattivi lil hinn mill-kontroll tiegħu, ma

jwettaqx investiment li, skont il-pjan ta’ għaxar snin ta’ żvilupp tan-

netwerk, kellu jkun eżegwit fit-tliet (3) snin ta’ wara, ir-Regolatur

għandu jieħu tal-anqas waħda mill-miżuri li ġejjin biex tiżgura li l-

investiment in kwistjoni jsir jekk dak l-investiment ikun għadu

relevanti fuq il-bażi tal-aktar pjan reċenti ta’ għaxar snin ta’ żvilupp

tan-netwerk

(a)

li jeħtieġ li l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni

jeżegwixxi l-investimenti in kwistjoni;

(b)

li jorganizza proċedura ta’ sejħa għall-offerti

miftuħa għal kull investitur għall-investiment in kwistjoni; jew

(ċ) jobbliga lill-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni

jaċċetta żieda fil-kapital biex jiffinanzja l-investimenti

meħtieġa u jippermetti l-investituri indipendenti jipparteċipaw

fil-kapital.

(8)

Fejn ir-Regolatur uża l-poteri tiegħu taħt il-paragrafu (b)

tas-subregolament (7), jista’ jobbliga lill-operatur tas-sistema ta’

trażmissjoni sabiex dan jaqbel ma’ element wieħed jew iżjed minn

dawn li ġejjin

(a)

il-finanzjament minn xi parti terza;

(b)

il-kostruzzjoni minn xi parti terza;

(ċ)

jibni l-assi l-ġodda kkonċernati nnifisha;

(d)

jopera l-assi l-ġdid konċernat innifsu.

L-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu jipprovdi lill-

investituri bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-

investiment, għandu jikkollega l-assi l-ġodda man-netwerk ta’

trażmissjoni u għandu ġeneralment jagħmel l-aħjar li jista’ biex

jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ investiment.

L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu soġġetti

għall-approvazzjoni mir-Regolatur.

(9)

Fejn ir-Regolatur għamel użu mis-setgħat tiegħu taħt is-

subregolament (7), ir-regolamenti tat-tariffi rilevanti għandhom ikopru

l-ispejjeż tal-investimenti in kwistjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Kull operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandu

qabel ma jibda kull operazzjoni ta’ sistema ta’ trażmissjoni, jagħmel

applikazzjoni lir-Regolatur għaċ-ċertifikazzjoni skont il-proċedura

stabbilita fis-subregolamenti (4), (5), (6) u fl-Artikolu 51 tar-

Regolament (UE) 2019/943.

(2)

Iċ-ċertifikazzjoni ta’ operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni

bħala li kkonformat mar-rekwiżiti tar-regolament 39 skont il-

proċedura ta’ ċertifikazzjoni f’dan ir-regolament għandha titqies bħala

nominazzjoni. Il-ħatra ta’ operaturi ta’ trażmissjoni għandha tkun

innotifikata mir-Regolatur lill-Kummissjoni Ewropea bil-miktub.

(3)

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom

jinnotifikaw lir-Regolatur bi kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li tista’

teħtieġ stima mill-ġdid tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti

applikabbli tar-regolament 39.

(4)

Ir-Regolatur għandu jissorvelja l-konformità kontinwa

tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni mar-rekwiżiti tar-regolament

39. Huma għandhom jiftħu proċedura ta’ ċertifikazzjoni biex jiżguraw

tali konformità

(a)

fuq notifika mill-operatur

tas-sistema

ta’

trażmissjoni skont is-subregolament (3);

(b)

fuq inizjattiva tagħhom stess meta jkollhom

għarfien li bidla ppjanata fid-drittijiet jew influwenza fuq is-

sidien tas-sistema ta’ trażmissjoni jew l-operaturi tas-sistema

ta’ trażmissjoni tista’ twassal għal ksur tar-regolament 39, jew

fejn għandhom raġuni biex jemmnu li seta’ seħħ tali ksur; jew

(ċ)

fuq talba motivata mill-Kummissjoni.

(5)

Ir-Regolatur għandu jadotta deċiżjoni dwar iċ-

ċertifikazzjoni ta’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fi żmien erba’

(4) xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema ta’

trażmissjoni jew mid-data tat-talba tal-Kummissjoni. Wara l-iskadenza

ta’ dan il-perjodu, iċ-ċertifikazzjoni għandha titqies li ngħatat. Id-

deċiżjoni espliċita jew taċita tal-awtorità regolatorja għandha ssir

effettiva biss wara l-konklużjoni tal-proċedura stabbilita fis-

subregolament (6).

(6)

Id-deċiżjoni espliċita jew taċita dwar iċ-ċertifikazzjoni

ta’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni għandha tiġi nnotifikata

mingħajr dewmien lill-Kummissjoni mill-awtorità regolatorja,

flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta’ dik id-

deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura

stabbilita fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943.

(7)

Ir-Regolatur u l-Kummissjoni jistgħu jesiġu mill-

operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u mill-impriżi li jwettqu

kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jew jipprovdu

kwalunkwe informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom

taħt dan ir-regolament.

(8)

Ir-Regolatur u l-Kummissjoni għandhom jippreservaw il-

kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

(a) Fejn hija meħtieġa minn proprjetarju ta’

sistema ta’ trażmissjoni jew operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni li hija

kkontrollata minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi

terzi, ir-Regolatur għandu jinnotifika lill-Kummissjoni.

(b)

Ir-Regolatur għandu wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni

mingħajr dewmien kull ċirkostanza li tirriżulta f’persuna jew persuni

minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi li jiksbu kontroll tas-sistema ta’

trażmissjoni jew operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni.

(2)

L-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandu jinnotifika

lill-awtorità regolatorja bi kwalunkwe ċirkostanza li tirriżulta

f’persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi li jakkwistaw il-

kontroll fuq is-sistema ta’ trażmissjoni jew l-operatur ta’ sistema ta’

trażmissjoni.

(3)

Ir-Regolatur għandu jadotta abbozz tad-deċiżjoni dwar

iċ-ċertifikazzjoni ta’ operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni fi żmien

erba’ (4) xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema ta’

trażmissjoni. Ir-Regolatur għandu jirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni jekk ma

jkunx ġei ppruvat

(a)

li l-entità kkonċernata tikkonforma mar-rekwiżiti

tar-regolament 39; u

(b)

li l-għoti ta’ ċertifikazzjoni mhux ser ipoġġi

f’riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija f’Malta u fl-Unjoni.

Meta jikkunsidra

l-kwistjoni

tas-sigurtà

tal-provvista

r-

Regolatur għandu jqis

(i)

id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-

rigward ta’ dak il-pajjiż terz li jirriżultaw taħt il-liġi

internazzjonali, inkluż kwalunkwe ftehim konkluż ma’

pajjiż terz wieħed jew aktar li tiegħu l-Unjoni hija parti u

li jindirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-

enerġija;

(ii)

id-drittijiet u l-obbligi ta’ Malta fir-rigward

ta’ dak il-pajjiż terz li jirriżultaw taħt ftehim konklużi

miegħu, sakemm jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni; u

(iii) fatti u ċirkostanzi speċifiċi oħra tal-każ u

tal-pajjiż terz ikkonċernat.

(4)

Ir-Regolatur għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-

Kummissjoni mingħajr dewmien, flimkien mal-informazzjoni rilevanti

kollha fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni.

(5)

Ir-Regolatur għandu, qabel ma jadotta deċiżjoni dwar iċ-

ċertifikazzjoni taħt dan ir-regolament, jitlob opinjoni mill-

Kummissjoni dwar jekk

(a)

l-entità konċernata tikkonforma mar-rekwiżiti tar-

regolament 39; u

(b)

l-għoti ta’ ċertifikazzjoni mhux se jpoġġi f’riskju

s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Unjoni.

(6)

(a)

Ir-Regolatur għandu, fi żmien xahrejn (2) minn

meta jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-

abbozz tad-deċiżjoni tiegħu dwar iċ-ċertifikazzjoni skont dan ir-

regolament jew jekk il-Kummissjoni Ewropea ma tkunx ipprovdiet

opinjoni, fi żmien xahrejn (2) mid-data tal-iskadenza tal-qafas ta’

żmien għal opinjoni, jadotta d-deċiżjoni finali tiegħu dwar iċ-

ċertifikazzjoni. Fl-adozzjoni tad-deċiżjoni finali tiegħu, ir-Regolatur

għandu jqis kemm jista' jkun l-opinjoni tal-Kummissjoni (jekk

ipprovduta). Ir-Regolatur għandu jkollu d-dritt li jirrifjuta

ċertifikazzjoni fejn l-għoti ta’ ċertifikazzjoni jpoġġi f’riskju s-sigurtà

ta’ provvista ta’ enerġija ta’ Malta jew is-sigurtà ta’ provvista ta’

enerġija ta’ Stat Membru ieħor.

(b)

Id-deċiżjoni finali tar-Regolatur u l-opinjoni tal-

Kummissjoni għandhom jiġu ppubblikati flimkien. Fejn id-deċiżjoni

finali tvarja mill-opinjoni tal-Kummissjoni, ir-Regolatur għandu

jipprovdi u jippubblika, flimkien ma’ dik id-deċiżjoni, ir-raġunament

sottostanti tali deċiżjoni.

(7)

Xejn f'dan ir-regolament ma għandu jaffettwa d-dritt tar-

Regolatur jew tal-Ministru li jeżerċita, skont il-liġi tal-Unjoni,

kontrolli legali nazzjonali biex jipproteġi interessi leġittimi ta’ sigurtà

pubblika.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni ma

għandhomx ikollhom, jiżviluppaw, jimmaniġġjaw jew iħaddmu

faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija.

(2)

B’deroga mis-subregolament (1), l-operaturi tas-sistema

ta’ trażmissjoni jistgħu jkunu sidien ta’, jiżviluppaw, jimmaniġġjaw

jew iħaddmu faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija, fejn dawn ikunu

komponenti tan-netwerk integrati għalkollox u r-Regolatur ikun ta l-

approvazzjoni tiegħu, jew fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha

li ġejjin

(a)

partijiet oħra, wara proċedura ta’ sejħa għall-

offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li hija soġġetta

għal rieżami u approvazzjoni mir-Regolatur, ma ngħatawx id-

dritt li jkunu s-sidien ta’, jiżviluppaw, jamministraw jew

joperaw tali faċilitajiet, jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-

servizzi bi prezz raġonevoli u fil-ħin;

(b)

dawn il-faċilitajiet jew servizzi anċillari mhux tal-

frekwenza huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistema ta’

trażmissjoni biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dawn ir-

regolamenti għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-

sistema ta’ trażmissjoni u mhumiex użati biex l-elettriku

jinxtara jew jinbigħ fis-swieq tal-elettriku; u

(ċ)

ir-Regolatur ivvaluta n-neċessità ta’ deroga bħal

din, tkun wettqet reviżjoni ex ante tal-applikabbiltà ta’

proċedura ta’ sejħa għall-offerti, inklużi l-kondizzjonijiet tal-

proċedura ta’ sejħa għall-offerti, u ta l-approvazzjoni tiegħu.

Ir-Regolatur jista’ jfassal linji gwida jew klawsoli ta’ akkwist

biex jgħin lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jiżguraw

proċedura ta’ sejħa għall-offerti ġusta.

(3)

Id-deċiżjoni li tingħata deroga għandha tiġi nnotifikata

lill-Kummissjoni u lill-ACER flimkien mal-informazzjoni rilevanti

dwar it-talba u r-raġunijiet għall-għoti tad-deroga.

(4)

Ir-Regolatur għandu jwettaq, f’intervalli regolari jew

mill-inqas kull ħames (5) snin, konsultazzjoni pubblika dwar il-

faċilitajiet eżistenti ta’ ħżin tal-enerġija sabiex jivvaluta d-

disponibbiltà potenzjali u l-interess ta’ partijiet oħra li jinvestu f’dawn

il-faċilitajiet. Fejn il-konsultazzjoni pubblika, kif evalwata mir-

Regolatur, tindika li partijiet oħra huma kapaċi li jkunu sidien ta’,

jiżviluppaw, joperaw jew jimmaniġġjaw tali faċilitajiet b’mod kost-

effettiv, ir-Regolatur għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-operaturi tas-

sistema ta’ trażmissjoni f’dan ir-rigward jiġu mhux kontinwati fi

żmien tmintax (18)-il xahar. Bħala parti mill-kondizzjonijiet ta’ dik il-

proċedura, ir-Regolatur jista’ jippermetti lill-operaturi tas-sistema ta’

trażmissjoni li jirċievu kumpens raġonevoli, b’mod partikolari biex

jirkupraw il-valur residwu tal-investiment tagħhom fil-faċilitajiet ta’

ħżin tal-enerġija.

(5)

Is-subregolament (4) ma għandux japplika għal

komponenti tan-netwerk integrati għalkollox jew għall-perjodu ta’

deprezzament tas-soltu ta’ faċilitajiet ġodda għall-ħżin tal-batteriji

b’deċiżjoni ta’ investiment finali sal-2024, dment li tali faċilitajiet

għall-ħżin tal-batteriji jkunu

(a)

konnessi mal-grilja l-aktar tard sa sentejn (2) wara

dan;

(b)

integrati fis-sistema ta’ trażmissjoni;

(ċ)

użati biss għar-restawr istantanju reattiv tas-

sigurtà tan-netwerk fil-każ ta’ kontinġenzi tan-netwerk fejn tali

miżura ta’ restawr tibda immedjatament u tintemm meta

dispaċċ mill-ġdid regolari jista’ jsolvi l-kwistjoni; u

(d)

mhux użati biex jixtru jew ibigħu l-elettriku fis-

swieq tal-elettriku, inkluż l-ibbilanċjar.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur għandu jieħu l-passi meħtieġa biex

jiżgura li l-kontijiet tal-impriżi tal-elettriku jinżammu kif stipulat fir-

regolament 45(2). Ir-Regolatur għandu jippreserva l-kunfidenzjalità

ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Ir-Regolatur jista’

jiżvela tali informazzjoni fejn dan ikun meħtieġ sabiex ir-Regolatur

iwettaq il-funzjonijiet tiegħu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur għandu jieħu l-passi meħtieġa biex

jiżgura li l-kontijiet tal-impriżi tal-elettriku jinżammu skont is-

subregolamenti (2) u (3).

(2)

Impriżi tal-elettriku, irrispettivament mis-sistema tas-

sjieda jew forma legali tagħhom, għandhom ifasslu, jippreżentaw

għall-verifika u jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom skont ir-

regoli tal-Att dwar il-Kumpanniji jew leġislazzjoni applikabbli oħra li

tikkonċerna l-kontijiet annwali ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata.

Impriżi li mhumiex legalment obbligati li jippubblikaw il-kontijiet

annwali tagħhom għandhom iżommu kopja tagħhom għad-

dispożizzjoni tal-pubbliku fl-uffiċċju ewlieni tagħhom.

(3)

L-impriżi tal-elettriku għandhom, fis-sistema interna

tagħhom ta’ kif jinżammu l-kontijiet, iżommu kontijiet separati għal

kull waħda mill-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni, trażmissjoni,

distribuzzjoni u provvista tagħhom kif ikunu meħtieġa jagħmlu kieku

l-attivitajiet in kwistjoni twettqu minn impriżi separati, bil-ħsieb li tiġi

evitata diskriminazzjoni, sussidju inkroċjat u distorsjoni tal-

kompetizzjoni. Għandhom iżommu wkoll kontijiet, li jistgħu jiġu

kkonsolidati, għal attivitajiet oħra tal-elettriku li ma għandhomx

x’jaqsmu mat-trażmissjoni jew distribuzzjoni. Dħul mis-sjieda tas-

sistema ta’ trażmissjoni jew distribuzzjoni għandu jkun speċifikat fil-

kontijiet. Fejn xieraq, għandhom iżommu kontijiet konsolidati għal

attivitajiet oħra mhux tal-elettriku. Il-kontijiet interni għandhom

jinkludu karta tal-bilanċ u kont tal-qligħ u t-telf għal kull attività u noti

għall-kontijiet interni separati kif dettaljat fis-subregolament (6).

(4)

Il-verifika msemmija fis-subregolament (2) għandha,

b’mod partikolari, tivverifika li l-obbligu li jiġu evitati

diskriminazzjonijiet u l-inter-sussidjaretà msemmija fis-subregolament

(3) jiġi rispettat.

(5)

Il-kontijiet annwali għandhom jindikaw fin-noti

kwalunkwe transazzjoni ta’ ċertu daqs imwettqa ma’ impriżi relatati.

(6)

(a)

L-impriżi tal-elettriku għandhom jispeċifikaw fin-

noti tal-kontijiet separati msemmija fis-subregolament (3) ir-regoli

għall-allokazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet u nfiq u dħul li huma

jsegwu fit-tfassil tal-kontijiet separati meħtieġa mis-subregolament

(3). Regoli bħal dawn għandhom jintużaw biss wara l-approvazzjoni

tar-Regolatur;

(b)

Ir-regoli msemmija fil-paragrafu (a) jistgħu jiġu

emendati biss bl-approvazzjoni tar-Regolatur u emendi bħal dawn

għandhom jissemmew fin-noti u għandhom ikunu debitament

sostanzjati;

(ċ)

L-impriżi tal-elettriku għandhom jindikaw fin-noti tal-

L-ELETTRIKU

kontijiet separati d-dettalji ta’ kwalunkwe transazzjoni ta’ ċertu daqs

(li tkun ta’ daqs li, fl-opinjoni tar-Regolatur, ikollha impatt

kummerċjali) imwettqa ma’ kwalunkwe

(i)

impriża relatata;

(ii)

impriżi assoċjati fit-tifsira assenjata fl-Att

dwar il-Kumpaniji.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati

f’dawn ir-regolamenti, ir-Regolatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli

kollha biex isegwi l-għanijiet li ġejjin fil-qafas tad-dmirijiet u s-

setgħat tiegħu kif stipulati fir-regolament 47 b’konsultazzjoni mill-

qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra rilevanti, inklużi awtoritajiet ta’

kompetizzjoni, kif ukoll awtoritajiet, inklużi awtoritajiet regolatorji,

minn Stati Membri ġirien u pajjiżi terzi ġirien, kif xieraq, u mingħajr

preġudizzju għall-kompetenza tagħhom

(a) il-promozzjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-

ACER, l-awtoritajiet regolatorji ta’ Stati Membri oħrajn, il-

Kummissjoni u l-ACER, ta’ suq intern għall-elettriku li jkun

kompetittiv, flessibbli, sikur u ambjentalment sostenibbli fi

ħdan l- Unjoni, u ftuħ effikaċi fis-suq għall-konsumaturi u l-

fornituri kollha tal-Unjoni kif ukoll li jkunu żgurati

kondizzjonijiet adegwati għat-tħaddim effikaċi u affidabbli tan-

netwerks tal-enerġija, meta jitqiesu l-objettivi fuq medda twila

ta’ żmien;

(b)

l-iżvilupp ta’ swieq reġjonali transkonfinali,

kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fl-Unjoni bil-għan li

jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu (a);

(ċ)

l-eliminazzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ

fl-elettriku bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta’

kapaċitajiet adatti ta’ trażmissjoni transkonfinali biex tiġi

sodisfatta d-domanda u tittejjeb l-integrazzjoni tas-swieq

nazzjonali li jistgħu jiffaċilitaw il-flussi tal-elettriku fl-Unjoni;

(d)

tingħata għajnuna fil-kisba, bl-aktar mod effikaċi,

tal-iżvilupp ta’ sistemi mhux diskriminatorji sikuri, affidabbli u

effiċjenti li jkunu orjentati lejn il-konsumaturi, u l-promozzjoni

ta’ adegwatezza fis-sistemi u, bi qbil mal-objettivi ġenerali tal-

politika tal-enerġija, effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-

integrazzjoni ta’ produzzjoni tal-elettriku fuq skala kbira u

żgħira minn sorsi li jiġġeddu u ġenerazzjoni mqassma kemm

fin-network ta’ trażmissjoni kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni u

l-faċilitazzjoni tat-tħaddim tagħhom fir-rigward ta’ netwerks

oħra tal-enerġija tal-gass jew tas-sħana;

(e)

il-faċilitazzjoni tal-aċċess għan-netwerk għal

kapaċità ta’ ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet ta’ ħżin tal-

enerġija, b’mod partikolari t-tneħħija ta’ ostakli li jistgħu

jimpedixxu d-dħul għal kompetituri ġodda fis-suq u ta’ elettriku

minn sorsi rinnovabbli;

(f)

jiġi żgurat li l-operaturi tas-sistema u l-utenti tas-

sistema jingħataw inċentivi xierqa, kemm għall-perjodu qasir

kif ukoll għal dak fit-tul, sabiex tiżdied l-effiċjenza, b’mod

speċjali l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fil-prestazzjoni tan-

netwerk u sabiex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq;

(g)

jiġi żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw permezz

tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, waqt li

tkun promossa kompetizzjoni effettiva u tgħin sabiex jiġi żgurat

livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, f’kooperazzjoni

mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur

rilevanti;

(h) tingħata għajnuna fil-kisba ta’ standards għolja ta’

servizz universali u ta’ servizz pubbliku fil-provvista tal-

enerġija, filwaqt li jsir kontribut għall-ħarsien tal-klijenti

vulnerabbli u għall-kompatibilità tal-proċessi neċessarji ta’

skambju tad-data għall-bdil mill-klijenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin

(a)

jiffissa jew japprova, bi qbil mal-kriterji ta’

trasparenza, tariffi ta’ trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni jew il-

metodoloġiji tagħhom, jew it-tnejn li huma;

(b)

jiżgura l-konformità tal-operaturi tas-sistema tat-

trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, u,

meta dan ikun rilevanti, il-proprjetarji tas-sistema, kif ukoll kull

impriża tal-elettriku u parteċipanti oħra fis-suq, mal-obbligi

tagħhom taħt dawn ir-regolamenti, ir-Regolament (UE) 2019/

943, il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati skont l-

Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2019/943, ma’ liġijiet

rilevanti oħrajn tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-kwistjonijiet

transkonfinali, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-ACER;

(ċ)

f’koordinazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet oħra

regolatorji, għall-iżgurar tal-konformità tal-pjattaforma unika

ta’ allokazzjoni stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni

(UE) 2016/1719 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi linja

gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità, mal-

ENTSO tal-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO, mal-obbligi

tagħhom skont dawn ir-regolamenti, ir-Regolament (UE) 2019/

943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019

dwar is-suq intern tal-elettriku, il-kodiċijiet tan-network u l-

linji gwida adottati skont l-Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament

(UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’

Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku, u kwalunkwe liġi

L-ELETTRIKU

oħra tal-Unjoni rilevanti, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet

transfruntiera, kif ukoll mad-deċiżjonijiet tal-ACER, u l-

identifikazzjoni konġunta tan-nuqqas ta’ konformità tal-

pjattaforma unika ta’ allokazzjoni tal-ENTSO tal-Elettriku u

tal-entità tad-DSO tal-UE, mal-obbligi rispettivi tagħhom. Meta

l-awtoritajiet regolatorji ma jilħqux ftehim fi żmien erba’ (4)

xhur mill-bidu tal-konsultazzjonijiet bil-għan li jidentifikaw

konġuntement in-nuqqas ta’ konformità, il-kwistjoni għandha

tiġi rriferita lill-ACER għal deċiżjoni, skont l-Artikolu 6(10)

tar-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni

Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija;

(d)

japprova l-prodotti u l-proċess ta’ akkwist għal

servizzi anċillari mhux tal-frekwenza;

(e)

jimplimenta l-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji

gwida adottati skont l-Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament (UE)

2019/943 permezz ta’ miżuri nazzjonali jew, fejn ikun meħtieġ,

miżuri kkoordinati reġjonali jew fl-Unjoni kollha;

(f)

jikkoopera dwar kwistjonijiet transkonfinali mal-

awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji ta’ dawk l-Istati Membri u

mal-ACER, b’mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni fix-

xogħol tal-Bord tar-Regolaturi tal-ACER skont l-Artikolu 21

tar-Regolament (UE) 2019/942;

(g)

jikkonforma ma’, u jimplimenta, kull deċiżjoni

legalment obbligatorja rilevanti tal-Kummissjoni u tal-ACER;

(h)

jiżgura li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni,

jagħmlu disponibbli kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni sa fejn

ikun possibbli skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/

943;

(i)

jirrapporta kull sena lill-awtoritajiet rilevanti

nazzjonali, lill-Kummissjoni u lill-ACER dwar l-attività tiegħu

u l-qadi ta’ dmirijietu inkluż dwar il-passi kollha li ttieħdu u r-

riżultati li nkisbu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kompiti

elenkati f’dan ir-regolament;

(j)

jiżgura li ma jkunx hemm inter-sussidjarjetà bejn

l-attivitajiet ta’ trażmissjoni, distribuzzjoni u provvista jew

attivitajiet oħra tal-elettriku jew mhux tal-elettriku;

(k)

jissorvelja l-pjanijiet ta’ investiment tal-operaturi

tas-sistema ta’ trażmissjoni, u jipprovdi fir-rapport annwali

tiegħu valutazzjoni tal-pjan ta’ investiment tal-operaturi tas-

sistema ta’ trażmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-

pjan għall-iżvilupp tan-netwerk fl-Unjoni kollha; tali

valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet biex jiġu

emendati dawk il-pjanijiet ta’ investiment;

(l)

jimmonitorja u jivvaluta l-prestazzjoni tal-

operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi

ta' distribuzzjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta’ grilja intelliġenti li

jippromwovi l-effiċjenza tal-enerġija u l-integrazzjoni tal-

enerġija mis-sorsi li jiġġeddu abbażi ta’ sett limitat ta'

indikaturi, u jippubblika rapport nazzjonali kull sentejn (2), li

jkun jinkludi rakkomandazzjonijiet;

(m) jistabbilixxi jew japprova standards u rekwiżiti

għall-kwalità tas-servizz u l-kwalità tal-forniment jew

jikkontribwixxu għalihom, flimkien ma’ awtoritajiet

kompetenti oħra u jissorvelja l-konformità u jirrevedi l-

prestazzjoni fl-imgħoddi tas-sigurtà tan-netwerk u r-regoli ta’

affidabilità u;

(n)

jissorvelja l-livell ta’ trasparenza, inkluż tal-

prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa, u jiżgura l-konformità mal-

obbligi ta’ trasparenza min-naħa tal-impriżi tal-elettriku;

(o)

jissorvelja l-livell u l-effikaċja ta’ ftuħ tas-suq u

ta’ kompetizzjoni fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut,

inklużi electricity exchanges, il-prezzijiet għall-klijenti

domestiċi inklużi s-sistemi ta’ ħlas minn qabel, l-impatt tal-

kuntratti dwar prezz dinamiku tal-elettriku u tal-użu tas-sistemi

tal-kejl intelliġenti, ir-rati ta' bdil, ir-rati ta’ skonnessjoni, it-

tariffi għas-servizzi ta’ manutenzjoni, it-twettiq ta’ servizzi ta’

manutenzjoni, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet domestiċi u l-

prezzijiet bl-ingrossa, l-evoluzzjoni tat-tariffi u l-imposti tal-

grilja u lmenti tal-klijenti domestiċi, kif ukoll kull distorsjoni

jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anke billi jipprovdi kull

informazzjoni rilevanti u jinfurma lill-awtoritajiet rilevanti tal-

kompetizzjoni dwar kwalunkwe każ rilevanti;

(p)

jissorvelja l-prattiċi kuntrattwali restrittivi, inkluż

klawżoli ta’ esklussività, li jistgħu jimpedixxu konsumaturi

milli jagħmlu kuntratt fl-istess ħin ma’ aktar minn fornitur

wieħed jew li jirrestrinġu l-għażla tagħhom li jagħmlu dan, u

fejn xieraq, jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali tal-

kompetizzjoni b’tali prattiċi;

(q)

jissorvelja ż-żmien li jittieħed minn operaturi ta’

sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni

biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet;

(r)

li jiżgura, flimkien ma’ awtoritajiet rilevanti oħra,

li l-miżuri ta’ ħarsien tal-konsumaturi, jkunu effettivi u

infurzati;

(s)

jippubblika

rakkomandazzjonijiet,

għall-anqas

L-ELETTRIKU

kull sena, dwar il-konformità tal-prezzijiet tal-provvista mar-

regolament 4 u jibgħat dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-

awtoritajiet kompetenti, meta dan ikun xieraq;

(t)

jiżgura l-aċċess nondiskriminatorju għad-data

dwar il-konsum tal-klijent, il-forniment, għal użu fakultattiv, ta’

format armonizzat li jinftiehem faċilment fil-livell nazzjonali

għad-data dwar il-konsum u l-aċċess malajr għad-data għall-

konsumaturi kollha skont ir-regolamenti 20 u 21;

(u)

jissorvelja l-implimentazzjoni tar-regoli relatati

mar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ta’

trażmissjoni, tal-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, tal-

fornituri, tal-klijenti u ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq skont ir-

Regolament (UE) 2019/943;

(v)

jissorvelja l-investiment fil-kapaċitajiet ta’

ġenerazzjoni u ta’ ħżin fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista;

(w) jissorvelja l-kooperazzjoni teknika bejn l-Unjoni u

l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni ta’ pajjiż terz;

(x)

jikkontribwixxu għall-kompatibilità ta’ proċessi

ta’ skambju ta’ data għall-proċessi tas-suq l-aktar importanti

fuq livell reġjonali;

(y)

jissorvelja d-disponibbiltà ta’ għodod ta’ tqabbil li

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regolament 11;

(z)

il-monitoraġġ tat-tneħħija ta’ ostakli mhux

ġustifikati għal, u r-restrizzjonijiet fuq l-iżvilupp tal-konsum

tal-elettriku awtoġenerat, il-kondiviżjoni tal-enerġija, il-

komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-

enerġija taċ-ċittadin, inkluż l-ostakli u r-restrizzjonijiet li

jipprevjenu l-konnessjoni tal-ġenerazzjoni flessibbli tal-

enerġija distribwita fi żmien raġonevoli skont ir-regolament

46(d).

(2)

Waqt li jippreserva l-indipendenza tiegħu, mingħajr

preġudizzju għall-kompetenza speċifika tar-Regolatur u konsistenti

mal-prinċipji ta’ regolazzjoni aħjar, ir-Regolatur għandu, kif xieraq,

jikkonsulta lill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u operaturi tas-

sistema ta’ distribuzzjoni, u, kif xieraq, jikkopera mill-qrib ma’

awtoritajiet nazzjonali oħra rilevanti meta jwettaq id-dmirijiet

stabbiliti fis-subregolament (1).

Kwalunkwe approvazzjoni mogħtija mir-Regolatur taħt dawn ir-

regolamenti hija mingħajr preġudizzju għal kull użu futur ġustifikat kif

xieraq tal-poteri tiegħu mir-Regolatur taħt dawn ir-regolamenti jew

għal kull penali imposti minn awtoritajiet rilevanti oħra jew mill-

Kummissjoni.

(3)

Bil-għan li jitwettqu d-dmirijiet tiegħu taħt dawn ir-

regolamenti b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien, ir-Regolatur

għandu jkollu s-setgħat li ġejjin

(a)

li jimponu deċiżjonijiet obbligatorji fuq l-impriżi

tal-elettriku;

(b) li jitlob kull informazzjoni mill-impriżi tal-

elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tiegħu, inkluża

l-ġustifikazzjoni għal kull rifjut ta’ aċċess għall-partijiet terzi, u

kull informazzjoni dwar miżuri meħtieġa biex jissaħħaħ in-

netwerk;

(ċ) drittijiet xierqa ta’ investigazzjonijiet u s-setgħat

rilevanti ta’ istruzzjonijiet għas-soluzzjoni ta’ tilwim taħt is-

subregolamenti (2) u (3) tar-regolament 48.

(4)

Ir-Regolatur, ħlief fejn l-ACER hija kompetenti biex

tistipula u tapprova t-termini u l-kondizzjonijiet jew il-metodoloġiji

għall-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida skont

il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943 skont l-Artikolu 5(2)

tar-Regolament (UE) 2019/942 minħabba n-natura kkoordinata

tagħhom, għandu jkun responsabbli għall-iffissar jew l-approvazzjoni

fi żmien biżżejjed qabel ma jidħlu fis-seħħ għall-inqas tal-

metodoloġiji nazzjonali użati sabiex jiġu kkalkulati jew stabbiliti t-

termini u l-kondizzjonijiet għal

(a) konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali,

inklużi t-tariffi għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni jew il-

metodoloġiji tagħhom, dawk it-tariffi jew il-metodoloġiji

għandhom jippermettu li l-investimenti meħtieġa fin-netwerks

jsiru b’mod li jippermetti lil dawk l-investimenti jiżguraw il-

vijabbiltà tan-netwerks;

(b) forniment ta’ servizzi anċillari li għandhom

jitwettqu bil-mod l-aktar ekonomiku possibbli u jipprovdu

inċentivi xierqa biex l-utenti tan-netwerk jibbilanċjaw l-input u

l-offtakes tagħhom, fejn tali servizzi anċillari għandhom

jingħataw b’mod ġust u mhux diskriminatorju u jkunu msejsa

fuq kriterji oġġettivi; u

(ċ)

aċċess għal infrastrutturi transkonfinali, inklużi l-

proċeduri għall-allokazzjoni ta’ kapaċità u l-immaniġġjar tal-

konġestjoni.

(5)

Il-metodoloġiji jew it-termini u l-kondizzjonijiet

imsemmija fis-subregolament (4) għandhom ikunu ppubblikati.

(6)

Bil-għan li tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-partijiet

ikkonċernati kollha jkollhom l-informazzjoni, deċiżjonijiet jew

proposti meħtieġa għal deċiżjoni dwar it-tariffi ta’ trażmissjoni u

distribuzzjoni kif imsemmi fir-regolament 48(3), ir-Regolatur għandu

jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-metodoloġija dettaljata u l-

ispejjeż sottostanti użati għall-kalkolu tat-tariffi rilevanti tan-netwerk,

filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali

sensittiva.

(7)

Ir-Regolatur għandu jissorvelja l-immaniġġjar tal-

konġestjoni tas-sistemi nazzjonali tal-elettriku inklużi l-

interkonnetturi, u l-implimentazzjoni ta’ regoli tal-immaniġġar tal-

konġestjoni. Għal dak il-għan, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni

jew operaturi tas-suq għandhom jissottomettu r-regoli ta’ ġestjoni tal-

konġestjoni tagħhom, inkluż l-allokazzjoni tal-kapaċità, lir-Regolatur.

Ir-Regolatur jista’ jitlob emendi għal dawk ir-regoli.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur jista’ jitlob li l-operaturi tas-sistema

ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, jekk

meħtieġ, jimmodifikaw it-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi t-tariffi u

l-metodoloġiji msemmija fir-regolament 47, biex jiżguraw li jkunu

proporzjonati u applikati b’mod mhux diskriminatorju, skont l-

Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943. F’każ ta’ dewmien fl-

iffissar tat-tariffi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni, ir-Regolatur għandu

jkollu s-setgħa li jiffissa jew japprova tariffi jew metodoloġiji

proviżorji ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni u jiddeċiedi dwar il-miżuri

kumpensatorji xierqa jekk it-tariffi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni

finali jew metodoloġiji jiddevjaw minn dawk it-tariffi jew

metodoloġiji proviżorji.

(2)

Kwalunkwe parti li għandha ilment kontra operatur tas-

sistema tat-trażmissjoni jew distribuzzjoni b’rabta mal-obbligi ta’ dak

l-operatur taħt dawn ir-regolamenti tista’ tirreferi l-ilment lir-

Regolatur li, waqt li jkun qiegħed jaġixxi bħala awtorità li ssolvi t-

tilwim, għandu jagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn (2) minn meta jirċievi

l-ilment. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b'xahrejn (2) fejn tkun qiegħda

tintalab informazzjoni addizzjonali mir-Regolatur. Dan il-perjodu

jista’ jiġi estiż bil-qbil tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Id-

deċiżjoni tar-Regolatur għandha jkollha effett vinkolanti kemm-il

darba u sakemm tiġi rrevokata b'appell.

(3)

Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li

tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skont ir-

regolament 47 jew, fejn ir-Regolatur ikollu l-obbligu li jikkonsulta

ruħu dwar it-tariffi jew il-metodoloġiji proposti, dan jista’, fi żmien

xahrejn (2), wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-

deċiżjoni, jissottometti l-ilment għal reviżjoni. Tali lment ma għandux

ikollu effett sospensiv.

(4)

Ir-Regolatur għandu jieħu l-miżuri xierqa li jinkludu

azzjoni amministrattiva jew proċedimenti kriminali f’konformità mal-

liġi, kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli meta r-regoli ta’

kunfidenzjalità imposti minn dawn ir-regolamenti ma jiġux rispettati.

(5)

L-ilmenti msemmija fis-subregolamenti (2) u (3)

għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet

tal-appell skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

(6)

Id-deċiżjonijiet meħuda mir-Regolatur għandhom ikunu

motivati u ġustifikati għal kollox biex tkun tista’ ssir ir-reviżjoni

ġuridika. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku

filwaqt

li

tinżamm

il-kunfidenzjalità

ta’

informazzjoni

kummerċjalment sensittiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur għandu jikkoopera mill-qrib u

jikkonsulta ma' awtoritajiet regolatorji oħra, b'mod partikolari fi ħdan

l-ACER, u għandhomjipprovdu lil xulxin u lill-ACER kwalunkwe

informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt id-

Direttiva. Fir-rigward tal-informazzjoni skambjata, ir-Regolatur

għandu jiżgura l-istess livell ta’ kunfidenzjalità bħal dik meħtieġa

mill-awtorità mittenti tal-informazzjoni kkonċernata.

(2)

Ir-Regolatur

għandu

jikkopera

mill-inqas

f’livell

reġjonali biex

(a)

iħeġġeġ il-ħolqien ta’ arranġamenti operattivi

sabiex tkun possibbli l-aħjar ġestjoni tan-netwerk, jiġu

promossi electricity exchanges konġunti u l-allokazzjoni ta’

kapaċità transkonfinali, u sabiex ikun possibbli livell xieraq ta’

kapaċità

ta’

interkonnessjoni,

anke

permezz

ta’

interkonnessjonijiet ġodda, fir-reġjun u bejn ir-reġjuni sabiex

jitħalla lok għall-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva u t-titjib

tas-sigurtà tal-provvista, bla ma jkun hemm diskriminazzjoni

bejn il-fornituri fi Stati Membri differenti;

(b) jikkoordina s-superviżjoni konġunta tal-entitajiet

li jeżerċitaw funzjonijiet fuq livell reġjonali;

(ċ)

jikkoordina, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet

involuti l-oħra, is-superviżjoni konġunta tal-valutazzjonijiet

nazzjonali, reġjonali u Ewropej tal-adegwatezza tar-riżorsi;

(d)

ikun ikkoordinat l-iżvilupp tal-kodiċijiet kollha

tan-netwerks u l-linji gwida għall-operaturi rilevanti tas-sistemi

ta’ trażmissjoni u għal parteċipanti oħra fis-suq; u

(e)

ikun ikkoordinat l-iżvilupp

tar-regoli

li

jiggvernaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni.

(3)

Ir-Regolatur għandu d-dritt li jikkonkludi ftehimiet ta’

kooperazzjoni ma’ regolaturi oħra biex titrawwem il-kooperazzjoni

regolatorja.

(4)

L-azzjonijiet

imsemmija

fis-subregolament

(2)

għandhom jitwettqu, fejn ikun il-każ, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-

awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra u mingħajr preġudizzju għall-

kompetenza speċifika tagħhom.

L-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur, meta jifforma parti mir-reġjun ta’

operazzjoni tas-sistema li fih huwa stabbilit ċentru ta’ koordinazzjoni

reġjonali, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet regolatorji

reġjonali oħra

(a)

japprova l-proposta għall-istabbiliment ta’ ċentri

ta’ koordinazzjoni reġjonali f’konformità mal-Artikolu 35(1)

tar- Regolament (UE) 2019/943;

(b)

japprova l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet taċ-

ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali, li għandhom ikunu

responsabbli għalihom l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u

għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi, dment li jkunu

raġonevoli u xierqa;

(ċ)

japprova l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet

b’mod kooperattiv;

(d)

jiżgura li ċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali

jkunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji

kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-

Direttiva u biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod indipendenti

u imparzjali;

(e)

jipproponi, flimkien ma’ awtoritajiet regolatorji

oħra ta’ reġjun ta’ operazzjoni tas-sistema, kompiti u setgħat

addizzjonali li għandhom jiġu assenjati liċ-ċentri operazzjonali

reġjonali mill-Istati Membri tar-reġjun ta’ operazzjoni tas-

sistema;

(f)

jiżgura l-konformità mal-obbligi skont id-

Direttiva u liġi rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-

rigward ta’ kwistjonijiet transkonfinali u jikkonsulta sabiex

b’mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità taċ-ċentri ta’

koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi rispettivi tagħhom; fejn l-

awtoritajiet regolatorji ma rnexxilhomx jilħqu qbil fi żmien

erba’ (4) xhur wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet sabiex b’mod

konġunt jidentifikaw in-nonkonformità, il-kwistjoni għandha

tiġi riferuta lill-ACER għal deċiżjoni, skont l-Artikolu 6(10)

tar-Regolament (UE) 2019/942;

(g)

jimmonitorja l-prestazzjoni tal-koordinazzjoni

tas-sistema u jirrapporta kull sena lill-ACER f'dan ir-rigward

f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/943.

(2)

Għal għan li jitwettqu d-dmirijiet imsemmija fis-

subregolament (1) b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien, ir-Regolatur

għandu jkollu s-setgħat li ġejjin

(a)

li

jitlob

informazzjoni

miċ-ċentri

ta’

koordinazzjoni reġjonali;

(b) li jwettaq spezzjonijiet, inklużi dawk mhux

imħabbra, fil-proprjetà taċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali;

(ċ)

li joħroġ deċiżjonijiet vinkolanti konġunti fuq iċ-

ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali.

(3)

Ir-Regolatur, meta ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali

jkollu s-sede tiegħu f’Malta, jista’ jimponi penali effikaċi,

proporzjonati u dissważivi fuq iċ-ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali

fejn dan ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu taħt dawn ir-

regolamenti, ir-Regolament (UE) 2019/943 jew kwalunkwe deċiżjoni

rilevanti legalment obbligatorja tar-Regolatur jew tal-ACER.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur, jista’ jitlob l-opinjoni tal-ACER

dwar il-konformità ta’ deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja

mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida msemmija fid-Direttiva jew

fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943.

(2)

Ir-Regolatur jista’ jinforma lill-Kummissjoni fejn iqis li

deċiżjoni rilevanti għall-kummerċ transkonfinali meħuda minn

awtorità regolatorja oħra ma tikkonformax mal-kodiċijiet tan-netwerk

u l-linji gwida msemmija f’dawn ir-regolamenti jew fil-Kapitolu VII

tar-Regolament (UE) 2019/943 fi żmien xahrejn (2) mid-data ta’ dik

id-deċiżjoni.

Ir-Regolatur

għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-

Kummissjoni li titlobha sabiex tirtira d-deċiżjoni tagħha fi żmien

xahrejn (2) u għandu jinforma lill-Kummissjoni kif meħtieġ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-fornituri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni

tal-awtoritajiet nazzjonali, inklużi r-Regolatur, l-awtorita nazzjonali

tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għat-twettiq tal-kompiti tagħhom,

għal mill-anqas ħames (5) snin, id-data rilevanti fir-rigward tat-

tranżazzjonijiet kollha fil-kuntratti tal-provvista tal-elettriku u d-

derivattivi elettriċi ma’ klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema ta’

trażmissjoni.

(2)

Id-data għandha tinkludi dettalji dwar karatteristiċi

finanzjarji, bħal tul ta’ żmien, regoli dwar il-forniment u l-għeluq tat-

tranżazzjonijiet rilevanti, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-

eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-

identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji

speċifiċi dwar il-pożizzjonijiet kollha miftuħin fil-kuntratti tal-

provvista tal-elettriku u tad-derivattivi tal-elettriku.

(3)

Ir-Regolatur jista’ jiddeċiedi li jagħmel disponibbli lill-

parteċipanti fis-suq, l-elementi ta’ din l-informazzjoni

Iżda informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittivi

dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali

ma għandhiex tiġi rilaxxata

Iżda wkoll dan is-subregolament ma għandux japplika

għal informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu

tad-Direttiva 2014/65/UE.

(4)

Dan ir-regolament ma għandux joħloq obbligi

addizzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet imsemmija fis-subregolament (1)

għall- entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2014/65/UE.

(5)

Fil-każ li l-awtoritajiet imsemmija fis-subregolament (1)

jeħtieġu aċċess għad-data miżmuma mill-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu

tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet responsabbli taħt dik id-

Direttiva għandhom jipprovdu dawk l-awtoritajiet bid-data meħtieġa.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Kull min qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti

kellu liċenza taħt, u kull liċenza maħruġa taħt ir-Regolamenti tal-2004

dwar l-Elettriku u r-Regolamenti dwar is-Suq tal-Elettriku, għandu

jitqies li tkun inħarġet lilu liċenza jew li dik il-liċenza tkun inħarġet

taħt dawn ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti

għandhom ikunu mutatis mutandis japplikaw għal dik il-persuna u dik

il-liċenza

Iżda dik il-persuna tista’ tkompli twettaq dawk l-

operazzjonijiet jew attivitajiet skont il-liċenza li jkollha taħt

kondizzjonijiet tal-liċenza eżistenti, kemm-il darba ma tkunx meħtieġa

mir-Regolatur tapplika għal liċenza ġdida taħt dawn ir-regolamenti

Iżda wkoll kull persuna bħal dik għandha tħares dawk il-

kondizzjonijiet ta’ liċenza kif stabbiliti fil-liċenza l-ġdida li tista’

tinħareġ mir-Regolatur b’seħħ minn dik id-data li r-Regolatur jista’

jistabbilixxi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Dawn l-operazzjonijiet u attivitajiet li ġejjin

għandhom jeħtieġu liċenza maħruġa mir-Regolatur u skont dawk it-

termini u kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati fil-liċenza

(a)

il-ġenerazzjoni tal-elettriku;

(b)

il-provvista tal-elettriku;

(ċ)

it-twettiq ta’ kwalunkwe funzjoni ta’ operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni

(d)

it-twettiq ta’ kwalunkwe funzjoni ta’ operatur tas-

sistema ta’ trażmissjoni

Iżda b’riżultat tad-derogi mill-applikazzjoni tal-Artikoli

4 u 6 tad-Direttiva mogħtija lil Malta skont l-Artikolu 66 tad-Direttiva

u sakemm jibqgħu fis-seħħ id-derogi msemmija qabel, il-liċenza għall-

provvista tal-elettriku għandha tkun maħruġa biss lill-operatur tas-

sistema tad-distribuzzjoni, nominat skont ir-regolament 27.

(2)

Ebda liċenza ma għandha tkun meħtieġa għall-kategoriji

speċifikati fit-Tielet Skeda għat-twettiq tal-operazzjonijiet jew

attivitajiet imsemmija fiha, inklużi l-faċilitajiet għall-ħżin tal-enerġija.

(3)

Mingħajr preġudizzju għal kull liġi oħra, liċenzi jistgħu

jingħataw jew jiġu rifjutati abbażi tal-kriterji li ġejjin

(a)

il-konformità tal-applikant mal-permessi u l-

awtorizzazzjonijiet l-oħra kollha rilevanti, jkunu kif ikunu

deskritti,inklużi dawk maħruġa minn xi awtorità pubblika jew

Dipartiment tal-Gvern ieħor;

(b)

il-kapaċità

tal-applikant

li

jiżgura

l-

kondizzjonijiet ta’ sigurtà fil-kuntest tal-liċenza li għaliha jkun

qiegħed japplika;

(ċ)

l-integrità privata u professjonali tal-applikant;

(d)

il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

(e)

il-protezzjoni tal-ambjent;

(f)

ir-record ta’ konformità ta’ dawn ir-regolamenti u

ta’ kull liġi oħra rilevanti mill-persuna jew entità li fuqha tkun

ser tingħata d-deċiżjoni;

(g)

konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà, saħħa,

sigurezza, sustanzi perikolużi, ambjent, użu tal-art u, tal-

ippjanar.

(4)

Applikazzjoni għal liċenza ġdida jew għat-tiġdid tagħha

taħt dawn ir-regolamenti

(a)

għandha ssir bil-miktub u f’dik il-forma u għandu

jkun fiha dik l-informazzjoni li r-Regolatur jista’ jeħtieġ;

(b)

għandu jkollha magħha dawk id-drittijiet,

garanziji bankarji u poloz tal-assigurazzjoni hekk kif ir-

Regolatur jista’ jistabbilixxi u jqis li jkun xieraq. Id-drittijiet

kollha jitħallsu hekk kif issir l-applikazzjoniu kull garanzija

bankarja u, jew polza tal-assigurazzjoni tkun effettiva mid-data

tal-ħruġ tal-liċenza u għandha tibqa’ valida għal kemm din

iddum fis-seħħ. Għandu jitħallas imgħax u pieni, kif stabbiliti

mir-Regolatur, fil-każ ta’ xi nuqqas fil-ħlas dovut ta’ drittijiet

Iżda liċenza mogħtija taħt dawn ir-regolamenti ma

għandhiex teħles lid-detentur tal-liċenza mill-ħtieġa ta’ kull

liċenza, permess jew awtorizzazzjoni oħra, jew minn kull

obbligu li joriġina minn kull liġi oħra.

(5)

Liċenza mogħtija taħt dawn ir-regolamenti tista’ tinkludi

dawk il-kondizzjonijiet li r-Regolatur jidhrulu li jkunu meħtieġa jew

spedjenti, wara kunsiderazzjoni xierqa tad-dmirijiet tar-Regolatur.

(6)

Ir-Regolatur għandu jikkomunika lill-applikant bil-

miktub fi żmien raġonevoli, li ma jkunx wieħed ta’ iżjed minn sitt (6)

xhur mid-data meta tasal għandu applikazzjoni valida, kull deċiżjoni

meħuda dwar applikazzjoni għal liċenza jew applikazzjoni għat-tiġdid

ta’ liċenza jew kull raġuni valida li żżomm lir-Regolatur milli jasal

għal deċiżjoni bħal dik.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1) L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

joffri li jixtri l-elettriku kollu ġġenerat u esportat lejn il-grilja minn

kwalunkwe installazzjoni approvata li tiġġenera l-elettriku minn

enerġija rinnovabbli jew impjant ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza

għolja bis-sostitut tal-prezz tas-suq stabbilit fir-Raba’ Skeda,

sakemm kwalunkwe suq organizzat tal-elettriku li fih dawn il-

produtturi jkunu jistgħu jbigħu l-elettriku tagħhom isir aċċessibbli

Iżda l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jkompli joffri li jixtri l-elettriku kollu ġġenerat u esportat lejn il-grilja

minn kwalunkwe installazzjoni fuq skala żgħira approvata li

tiġġenera elettriku minn enerġija rinnovabbli minn hemm ’il

quddiem

Iżda wkoll għall-finijiet ta’ dan ir-regolament

installazzjoni li tiġġenera l-elettriku minn enerġija rinnovabbli

għandha titqies fuq skala żgħira jekk il-kapaċità tagħha tkun taħt

(a)

400kW għal faċilitajiet li jiġġeneraw l-enerġija

kkummissjonati sal-31 ta’ Diċembru 2025; jew

(b)

200kW għal faċilitajiet li jiġġeneraw l-enerġija

kkummissjonati mill-1 ta’ Jannar 2026.

(2)

Is-sostitut tal-prezz tas-suq għall-elettriku għas-sena

partikolari għandu jiġi approvat mir-Regolatur.

(3)

Ir-Regolatur jista’ jiddefinixxi liema spejjeż għandhom

jitqiesu sabiex jiġi stabbilit is-sostitut tal-prezz tas-suq tal-elettriku

inkors mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

Ir-Regolatur jista’, f’kull waqt fil-kors tal-perjodu li

dwarhom liċenza tkun valida, jordna s-sospensjoni, revoka jew

kanċellazzjoni tagħha meta r-Regolatur ikun sodisfatt li

(a)

id-detentur tal-liċenza ikun naqas jew ikun

qiegħed jonqos milli jħares xi kondizzjoni tal-liċenza jew dawn

ir-regolamenti; jew

(b)

id-detentur tal-liċenza ma jkollux kull liċenza,

permess u awtorizzazzjoni rilevanti oħra jkunu kif ikunu

msemmija li jkunu meħtieġa minn xi awtorità pubblika oħra

jew dipartiment tal-gvern ieħor; jew

(ċ)

id-detentur tal-liċenza jkun qiegħed jikser kull

rekwiżit impost bil-liġi; jew

(d)

id-detentur tal-liċenza jonqos milli jħares xi

direttiva mogħtija mir-Regolatur; jew

(e)

kull informazzjoni preżentata fl-applikazzjoni

għal liċenza jew l-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ liċenza u li

dwarha tkun inħarġet jew iġġeddet il-liċenza, kif ikun il-każ,

tiġi deċiża li tkun falza; jew

(f)

jekk id-detentur tal-liċenza ma jħarisx il-kriterji

dwar xi wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fir-regolament

53(3)

Iżda meta tkun qiegħda teżerċita s-setgħat li għandha

għas-sospensjoni, revoka jew kanċellazzjoni ta’ liċenzi, ir-Regolatur

jista’ jikkunsidra x-xorta tan-nuqqas, jew il-fatt li d-detentur tal-

liċenza jkun qiegħed jieħu l-passi adatti li r-Regolatur iqis li jkunu

meħtieġa biex iħares il-kondizzjonijiet tal-liċenza, dawn irregolamenti

jew kull ħtieġa oħra li r-Regolatur jista’ iqis li tkun rilevanti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Meta d-detentur ta’ liċenza li tkun inħarġet taħt

dawn ir-regolamenti, jiddeċiedi jew li jissospendi jew li jtemm il-

liċenza tiegħu, dak id-detentur għandu minnufih javża lir-Regolatur

bil-mod stabbilit mir- Regolatur, biex javża dak it-tmiem jew

sospensjoni.

(2)

Mar-riċevuta mir-Regolatur lid-detentur ta’ liċenza tal-

avviż imsemmi fis-subregolament (1), il-liċenza għandha titqies li ma

tkunx għada fis-seħħ u b’effett minnufih mid-data ta’ dik li rċevut dak

id-detentur għandu jitqies li jkun bla liċenza.

(3)

Minkejja kull avviż għat-tmiem jew sospensjoni ta’

liċenza, id-detentur tal-liċenza għandu jibqa’ responsabbli għall-ħlas

ta’ kull dritt dovut lir-Regolatur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Liċenza maħruġa mir-Regolatur taħt dawn ir-

regolamenti ma għandhiex tiġi trasferita b’mod validu inter vivos lil xi

persuna oħra dment

(a)

min jittrasferixxi ma javżax bil-miktub lir-

Regolatur b’dak il-mod u manjiera kif ir-Regolatur għandu

jistabbilixxi;

(b)

ir-Regolatur huwa sodisfatt li minn tal-inqas l-

istess kriterji kif elenkati fit-Tielet Skeda jkunu qegħdin jiġu

mħarsa;

(ċ)

it-trasferiment huwa soggett għall-kondizzjonijiet

stabbiliti fil-liċenza; u

(d)

ir-Regolatur japprova bil-miktub it-trasferiment

tal-liċenza.

(2)

Liċenza maħruġa mir-Regolatur taħt dawn ir-regolamenti

ma għandhiex tiġi trasferita b’mod validu causa mortis lil xi persuna

oħra dment

(a)

min jittrasferixxi javża bil-miktub lir-Regolatur

b’dak il-mod u manjiera kif ir-Regolatur għandu jistabbilixxi;

(b)

ir-Regolatur huwa sodisfatt li minn tal-inqas l-

istess kriterji kif elenkati fir-regolament 54(3) ikunu qegħdin

jiġu mħarsa;

(ċ)

it-trasferiment huwa soġġett għall-kondizzjonijiet

stabbiliti fil-liċenza; u

(d)

ir-Regolatur japprova bil-miktub it-trasferiment

tal-liċenza

Iżda liċenza maħruġa skont dawn ir-regolamenti għandha

tkun dritt indiviżibbli

Iżda wkoll fil-każ li r-Regolatur japprova t-trasferiment

tal-liċenza kif imsemmi hawn qabel, it-trasferiment għandu jkollu

effett retrospettiv mid-data tal-mewt tad-decujus.

(3)

Fejn id-detentur tal-liċenza jkun korp fiżiku jew xi korp

ieħor ta’ persuni, bidla fil-kontroll tal-proprjetà jew fit-tmexxija ta’

dak il-korp għandha titqies bħala li tkun ekwivalenti għat-trsferiment

tal-liċenza għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tar-Regolatur.

Għall-fini ta’ dan is-subregolament, trasferiment fil-kontroll tal-

proprjetà ta’ korp fiżiku jew ta’ xi korp ieħor ta’ persuni għandu jitqies

li jkun ġara f’kull każ meta trasferiment tal-kapital, ishma, stocks jew

drittijiet oħra miżmuma fil-korp fiżiku jew f’korp ieħor ta’ persuni

jkun iwassal għal bidla fil-persuna li jkollha l-kontroll relattiv tal-

interessi tal-korp.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Il-fornitur tal-elettriku jew l-operatur ta’

kwalunkwe punt tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku għandu

jipprovdi għall-possibbiltà għall-utenti tal-vetturi elettriċi li jerġgħu

jiċċarġjaw fuq bażi ad hoc mingħajr ma jidħlu f'kuntratt.

(2)

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jikkopera fuq bażi mhux diskriminatorja ma’ kwalunkwe persuna li

tistabbilixxi jew topera punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Kull min jikser xi dispożizzjoni ta’ dawn ir-

regolamenti jew ta’ xi kondizzjoni tal-liċenzja jew ta’ xi

awtorizzazzjoni jew approvazzjoni maħruġa taħthom, ikun ħati ta’ reat

u jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux iżjed minn disgħa u

sittin elf euro (€69,000) jew ta’ elf u tliet mitt euro (€1,300) għal kull

ġurnata li matulha jkompli dak ir-reat.

(2)

Kwalunkwe persuna li, meta tkun meħtieġa jew tiġi

mitluba informazzjoni taħt dawn ir-regolamenti mir-Regolatur

xjentement jew b’negligenza -

(a)

tagħti informazzjoni falza, mhux eżatta jew

qarrieqa; jew

(b)

tipprovdi informazzjoni mhux kompluta; jew

(ċ)

tonqos, mingħajr ebda raġuni valida, milli

tipprovdi l-informazzjoni mitluba fiż-żmien mogħti lilha; jew

(d)

twaqqaf jew tfixkel xi investigazzjoni; jew

(e)

iġġib jew tipprovdi, jew tikkaġuna jew xjentement

tippermetti li jinġieb jew jiġi provdut, xi dokument jew

informazzjoni li tkun taf li hija falza f’xi aspett materjali,

tkun ħatja ta’ reat u tista’, meta tinstab ħatja, teħel multa ta’

mhux inqas minn elf euro (€1,000) u mhux iżjed minn sittin elf euro

(€60,000) għal kull ġurnata li matulha jkompli dak in-nuqqas.

(3)

Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dawn ir-regolamenti,

meta persuna tonqos milli tħares id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-

regolamenti jew ta’ xi liċenza jew kondizzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal

perjodu ta’ mhux iżjed minn tliet (3) xhur, ir-Regolatur jista’ jirrevoka

dik il-liċenza jew awtorizzazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

(1)

Ir-Regolatur jista’ jimponi multa amministrattiva

fuq kull persuna li tikser xi dispożizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti jew

li tonqos milli tikkonforma ma’ xi direttiva jew deċiżjoni mogħtija

mir-Regolatur biex jiżgura konformità ma’ dawn ir-regolamenti.

(2)

Multa amministrattiva imposta taħt is-subregolament (1)

ma għandhiex taqbeż mitt elf euro (€100,000) għal kull kontravenzjoni

u, jew sitt mitt euro (€600) għal kull ġurnata ta’ nuqqas ta’ konformità,

mid-data tal-għoti tad-deċiżjoni tar-Regolatur

Iżda, f’każ ta’ intrapriżi, inklużi intrapriżi integrati

vertikalment jew korp ġuridiku, multa sa għaxra fil-mija (10%) tal-

qligħ annwali konċernat fis-sena kummerċjali preċedenti tista’ tiġi

imposta ukoll jekk dik il-multa tirriżulta f’ammont li jaqbeż il-limitu

provdut taħt dan is-subregolament.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.34 — Regolamenti dwar l-Elettriku

It-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva mwaqqaf bl-

artikolu 5 tal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva għandu jkollu

ġurisdizzjoni li jisma’ u jiddeċiedi appelli minn deċiżjonijiet tar-

Regolatur magħmula taħt dawn ir-regolamenti. Sakemm ma jkunx

provdut b’mod ieħor mil-liġi, appell kontra deċiżjoni tar-Regolatur

magħmula taħt dawn ir-regolamenti għandu jsir quddiem it-Tribunal

ta’ Reviżjoni Amministrattiva skont l-artikolu 32 tal- Att.

L-ELETTRIKU

Emendat: 

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →