Legislator Case Law & Legislation
sl_545.1 MT

Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

93 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (93)

Preambolu Reg. 1 Titolu. L-Ewwel Skeda Reg. 2 Tifsir. Emendat It-Tieni Skeda Reg. 3 Identifikazzjoni ta’ uffiċjali. Emendat It-Tielet Skeda Reg. 4 Applikazzjonijiet. Sostitwit Il-Ħames Skeda Reg. 5 Djar ammobiliti. Emendat Reg. 6 Il-persuna marbuta in solidum titqies li hi l-konsumatur. Reg. 7 Djar mgħammrin minn iżjed minn familja waħda. Reg. 8 Depożiti. Emendat Reg. 9 Għoti lura tas- somma. Emendat Reg. 10 Pleġġ. Emendat Reg. 11 Meta bini jew appartament jinkera għal iżjed minn tliet xhur. Miżjud: N.G. 478 tal-1945. Emendat Reg. 12 Meta bini jew appartament jinkera għal inqas minn tliet xhur. Miżjud: N.G. 478 tal-1945. Emendat Reg. 13 Applikabilità tar- regolamenti 11 u Reg. 15 Reg. 16 Impjanti. Sostitwit: N.G. 339 tal-1955; Reg. 17 Circuit breaker b’żewġ poli jew bi tliet poli. Sostitwit: N.G. 339 tal-1955. Emendat Reg. 18 Impjanti li ma jkunux saru mill- operatur tas- sistema ta’ distribuzzjoni. Emendat Reg. 19 Ħruġ ta’ liċenżi. Sostitwit: N.G. 509 tal-1944. Emendat: N.G. 734 tal-1956; Reg. 20 Kondizzjoni u adattibilità tal- impjant. Sostitwit: N.G. 339 tal-1955. Emendat Reg. 21 Testijiet. Emendat Reg. 22 Riżultati tat- testijiet. Sostitwit Reg. 23 ~ertifikar minn inġinier. Emendat Reg. 24 Eżami tal-formula. Sostitwit: N.G. 339 tal-1955; Reg. 25 ~ertifikati mibgħutin lura. Emendat Reg. 26 Sospensjoni tal- provvista sakemm isiru l- alterazzjonijiet. Emendat Reg. 27 Stallazzjoni għandha tiġi rranġata biex titqabbad mas- sistema. Sostitwit: N.G. 339 tal-1955. Emendat Reg. 28 Dritt li jitħallas għat-test mill-ġdid. Emendat Reg. 29 Tibdil jew żieda ta’ xogħol f’impjant. Emendat Reg. 30 Tibdil jew żieda ta’ xogħol mhux mgħarrfa. Emendat Reg. 31 Ħlas tal-ispejjeż. Emendat Reg. 32 Għoti ta’ kurrent elettriku lil post ieħor. Emendat Reg. 33 Iċ-Chairman jista’ jippermetti l- provvista tal- kurrent għal post ieħor. Emendat Reg. 34 Pagamenti għall- estenzjoni tal- elettriku u/jew kontribuzzjoni għall-vultaġġ għoli. Emendat Reg. 35 L-impjant jibqa’ proprjetà tal- operatur tas- sistema ta’ distribuzzjoni. Emendat Reg. 36 Reg. 37 Miters tal-VE. Miżjud Reg. 38 Tariffa għal provvista tal- elettriku għal postijiet industrijali. Sostitwit Reg. 39 Illuminazzjonijiet temporanji. Sostitwit Reg. 40 Iċ-Chairman jiddeċiedi t-tip ta’ postijiet. Sostitwit Reg. 41 Kurrent elettriku għal bċejjeċ tal- baħar. Miżjud Reg. 42 Rati speċjali. Sostitwit Reg. 43 Qari tal-meter minnufih qabel l-1 ta’ Ottubru, 1974. Miżjud Reg. 44 Tariffi għal impjanti tar- reverse osmosis. Miżjud Reg. 45 Main fuse. Emendat Reg. 46 Il-kaxxa tal-main fuse għandha tkun issiġġillata. Emendat Reg. 47 Il-main fuse jibqa’ proprjetà tal- operatur tas- sistema ta’ distribuzzjoni. Emendat Reg. 48 Meters. Emendat Reg. 49 Konsum mhux imkejjel. Miżjud Reg. 50 Il-meters proprjetà tal-operatur tas- sistema ta’ distribuzzjoni. Emendat Reg. 51 Il-meter għandu jitwaħħal fid-dar jew lok tal- konsumatur. Emendat Reg. 52 Il-meters għandhom jiġu ssiġillati. Emendat Reg. 53 Tqegħid mill-ġdid ta’ meter. Emendat Reg. 54 Opposizzjoni għat- tneħħija ta’ meter. Emendat Reg. 55 Meters tas-slot. Emendat Reg. 56 Tfigħ ta’ xi ħaġa oħra barra minn muniti fil-meter. Emendat Reg. 57 Testjar ta’ meters. Emendat Reg. 58 Riżultat tat-test. Emendat Reg. 59 Dritt li jitħallas mill-konsumatur. Sostitwit Reg. 60 Meters imħassra. Reg. 61 Kalkolu tal- konsum tal- kurrent. Sostitwit Reg. 62 Qari speċjali ta’ meters. Reg. 63 Drittijiet li jinġabru dwar qari speċjali. Sostitwit Reg. 64 Qari speċjali fi ġranet mhux ta’ xogħol. Reg. 65 Qari speċjali minħabba fit-tibdil ta’ dar. Emendat Reg. 66 Kontijiet. Emendat Reg. 67 Meta ma jitħallsux il-kontijiet. Sostitwit Reg. 68 Meta ma jkunx possibbli d-dħul ġewwa dar jew lok. Emendat Reg. 69 Meta l-kont idum ma jitħallas. Emendat Reg. 70 Meta jsir il- pagament. Emendat Reg. 71 Reconnection fee. Sostitwit Reg. 72 Meta l-konsumatur mhux obbligat iħallas. Emendat Reg. 73 Qtugħ tal-kurrent. Emendat Reg. 74 Reg. 75 Liċenza biex jiġi ġenerat il-kurrent elettriku. Reg. 76 Regolamenti li għandhom jitħarrsu. Reg. 77 Muturi elettriċi. Reg. 78 Muturi bir-rati ta’ ’l fuq minn 40 BHP. Emendat Reg. 79 Muturi bir rati ta’ 1 1 / 2 BHP. Sostitwit: N.G. 339 tal-1955. Emendat Reg. 80 Startjar across the line. Sostitwit: N.G. 339 tal-1955. Emendat Reg. 81 Meta regolamenti 77, 79 u 80 ma jgħoddux. Miżjud Reg. 82 Apparat li ma jħallix muturi jistartjaw awtomatikament. Miżjud Reg. 83 Dħul f’bini privat. Sostitwit Reg. 83A Notifikazzjoni ta’ appuntamenti biex jiġu istallati eċċ., smart meters. Miżjud Reg. 84 Meta ma jingħatawx faċilitajiet għall- qari ta’ meters. Sostitwit Reg. 85 |amma tal-kurrent elettriku. Emendat Reg. 86 Tibdil ta’ fuses. Emendat Reg. 87 Restrizzjonijiet dwar l-użu tal- provvista. Miżjud Reg. 88 Tbagħbis ta’ meters, serq tal- elettriku u konsum mhux reġistrat. Miżjud

Statutory Text (93 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 545.01

REGOLAMENTI FUQ IL-PROVVISTA

TAL-ELETTRIKU *

21 ta’ Mejju, 1940

In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 223 tal-1940, kif emendata bin-

Notifikazzjonijiet tal-Gvern 90 tal-1941, 509 tal-1944, 478 tal-1945, 160

tal-1946, 34 tal-1947, 285 tal-1948, 530 tal-1949, 186 tal-1954, 339 tal-

1955, 734 tal-1956; bl-Avviżi Legali 88 tal-1959 u 35 tal-1960; bl-Att

XXIV tal-1963; u bl-Avviżi Legali 84 tal-1966; 21 u 74 tal-1967; 42 u 99

tal-1972; 17, 66, 119 u 125 tal-1974; 92 tal-1975; 70 tal-1978; 12, 38, 59

u 125 tal-1979; 11 u 103 tal-1980; 102 u 117 tal-1981; 75 tal-1982; 56 tal-

1983; 2 u 34 tal-1987; 172 tal-1990; 126 tal-1991; 77 u 165 tal-1993; 27

tal-1999; 99 tal-2003; 440 tal-2004; 132 u 409 tal-2005; 18, 37, 109, 138,

172, 236 u 283 tal-2006; 12, 4, 249 u 426 tal-2007; 187, 330 u 338 tal-

2008, 164 tal-2009, 34 u 52 tal-2010, 103 tal-2012 u 108 tal-2014; bl-Att

XXXIV tal-2014; bl-Avviżi Legali 308, 390 u 449 tal-2014, u 107 tal-2015;

bl-Att XXV tal-2015 u bl-Avviżi Legali 337 tal-2021 u 162 u 244 tal-2022.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti fuq il-

Provvista tal-Elettriku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Miżjuda

A.L. 35 tal-1960.

Regolament 36(6)

Emendata

A.L. 49 tal-1972;

A.L. 99 tal-1972.

Sostitwita

A.L. 17 tal-1974.

Emendata

A.L. 119 tal-1974.

A.L. 92 tal-1975;

A.L. 12 tal-1979;

A.L. 38 tal-1979;

A.L. 125 tal-1979;

A.L. 103 tal-1980.

Sostitwita

A.L. 27 tal-1999.

Emendata

A.L. 132 tal-2005;

A.L. 409 tal-2005;

A.L. 37 tal-2006;

A.L. 109 tal-2006;

A.L. 138 tal-2006;

A.L. 172 tal-2006;

A.L. 236 tal-2006;

A.L. 283 tal-2006;

A.L. 12 tal-2007;

A.L. 45 tal-2007;

A.L. 249 tal-2007.

Sostitwita

A.L. 426 tal-2007.

Emendata

A.L. 187 tal-2008.

Sostitwita

A.L. 330 tal-2008.

Emendata

A.L. 338 tal-2008;

A.L. 164 tal-2009’

A.L. 34 tal-2010;

A.L. 103 tal-2012;

A.L. 108 tal-2014;

XXXIV. 2014.39.

Sostitwita

A.L. 244 tal-2022.

1. Tariffa Massima għal Servizz għall-Post Residenzjali

(1)

Servizz għall-Post Residenzjali għandu jiġi ffatturat, għal kwalunkwe

perjodu jew perjodi li jista’ jiġi ddeterminat minn żmien għal żmien mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni, dawk id-drittijiet u t-tariffi li m’għandhomx jeċċedu s-

segwenti drittijiet u tariffi

(a) bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz

għall-Post Residenzjali għandu jkun soġġett għal Dritt għas-Servizz

Annwali ta’ ħamsa u sittin Euro (€65) għal Servizz Single Phase u mija

u ħamsa u disgħin Euro (€195) għal Servizz Three Phase; u

(b) bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz

għall-Post Residenzjali għandu jkun soġġett għas-segwenti Tariffa tal-

Konsum massima, li tista’ tiġi ffatturata fuq bażi pro rata. Din it-Tariffa

tal-Konsum massima għandha tiġi bbażata fuq konsum kumulattiv, li

għandha tikkonsisti mill-ammonti li jiġu dderivati mill-applikazzjoni

kumuluttiva ta’ kull waħda mis-segwenti livelli per annum

(i)

għal kull kWh tal-ewwel elfejn (2,000) kWh…… żero punt

wieħed żero erbgħa sebgħa Euro (€0.1047); u

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

(ii)

għal kull kWh fuq l-erbat elef (4,000) kWh li jmiss…… żero punt

wieħed tnejn disgħa tmienja Euro (€0.1298); u

(iii) għal kull kWh fuq l-erbat elef (4,000) kWh li jmiss …… żero punt

wieħed sitta żero sebgħa Euro (€0.1607); u

(iv) għal kull kWh fuq l-għaxart elef (10,000) kWh li jmiss …… żero

punt tlieta erbgħa tnejn żero Euro (€0.3420); u

(v) għal kull kWh mill-bqija tal-konsum …… żero punt sitta żero

sebgħa sitta Euro (€0.6076).

(2) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz

għall-Post Residenzjali Three Phase li jkun jeċċedi s-sittin (60) Amps għal kull

phase għandu jkun soġġett għall-ħlas ta’ Tariffa ta’ Domanda Massima b’rata ta’

wieħed u għoxrin Euro u ħames ċenteżmi (€21.05) għal kull kW tad-Domanda

Massima fi kwalunkwe perjodu matul is-sena.

(3) Ir-rati kollha kif provduti fil-partiti 1(1) u (2) huma inklużivi mit-Taxxa fuq

il-Valur Miżjud.

2. Metodoloġija għall-Komputazzjoni tat-Tariffi għal Servizz għall-Post

Residenzjali

(1) L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jkun intitolat li juża d-

diskrezzjoni tiegħu dwar kif jikkomputa u jiffattura l-ammonti li jkunu derivati mill-

applikazzjoni tat-Tariffa tal-Konsum fil-partita 1(1)(b) fuq bażi pro rata

Iżda li

(a)

l-ammont li jiġi ffatturat mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

għal perjodu ta’ sena kalendarja m’għandhux jeċċedi l-ammonti li jkunu derivati

mill-applikazzjoni tat-Tariffa Massima hekk kif stabbilita mir-Regolatur skont ir-

regolament 36 u fil-limiti stabbiliti fil-partita 1; u

(b)

l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jżomm lir-Regolatur

infurmat dwar kwalunkwe metodoloġija illi jadotta sabiex jikkomputa u jiffattura

t-Tariffa tal-Konsum fuq bażi pro rata.

(2) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-partita 2(1)(a) u li l-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni jista’ jadotta mekkaniżmu ta’ aġġustament sabiex jassigura l-

ħarsien tad-dispożizzjonijiet tal-partita 2(1)(a), kwalunkwe kont maħruġ mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, sew jekk għal perjodu pro rata ta’

kwalunkwe sena kalendarja jew xort’oħra, għandu jkun dovut li jiġi mħallas sad-data

indikata fuq l-istess kont mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, minkejja li tali

kont jista’ jkun jappartjeni biss għal parti minn sena kalendarja.

(3) Sabiex jagħti effett lid-dispożizzjonijiet tal-partita 2(1), l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni għandu jagħmel ħiltu u juża kull proċedura raġjonevoli,

skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, sabiex jikseb il-qari attwali tal-

konsum tal-konsumatur. Fejn l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni ma jkunx jista’

jikseb dan il-qari tal-konsum attwali għal raġunijiet li m’għandux kontroll fuqhom,

hu jista’ jistrieħ fuq stimi tal-konsum attwali tal-konsumatur.

(4) Fejn Servizz għall-Post Residenzjali jingħata biss għal parti minn sena

kalendarja, it-Tariffa tal-Konsum massima għandha tiġi kkomputata billi jiġu

applikati l-limiti kumuluttivi msemmija fil-partita 1(2) proporzjonalment għall-

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

ġranet fejn Servizz għall-Post Residenzjali attwalment ġie mogħti mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni, sabiex kull unit (kWh) imsemmi fil-partita 1(2) għandu

jiġi diviż bin-numru ta’ ġranet f ’sena kalendarja u jiġi applikat kif jeħtieġ għall-

ġranet li fihom attwalment ingħata s-Servizz għall-Post Residenzjali.

(5) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz

għall-Post Residenzjali, mogħti f ’residenza prinċipali ta’ individwu, għandu jkun

eliġibbli għall-eco-reduction tal-ammont dovut għall-konsum tal-elettriku għall-

perjodu kopert mill-kont, li għandha tiġi kkomputata skont ir-rati li ġejjin, fuq bażi

pro rata tal-perjodu kopert mill-kont relattiv

(a) fejn individwu wieħed (1) biss huwa rreġistrat fuq Servizz għall-Post

Residenzjali, is-Servizz għandu jkun eliġibbli għal eco-reduction ta’

ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) tal-ammont kollu dovut għall-konsum

tal-elettriku għall-perjodu kopert mill-kont jekk il-konsum ma jeċċedix

il-konsum pro rata ekwivalenti għall-konsum annwu ta’ elfejn (2,000)

kWh; jew

(b) fejn iktar minn individwu wieħed (1) huwa rregistrat fuq Servizz għall-

Post Residenzjali, is-Servizz għandu jkun eliġibbli għal eco-reduction li

ġejja

(i)

fejn il-konsum għall-perjodu kopert mill-kont in kwistjoni, ma

jeċċedix il-konsum pro rata ekwivalenti għall-konsum annwu ta’

elf (1,000) kWh għal kull individwu rreġistrat, eco-reduction ta’

ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) tal-ammont kollu dovut għall-

konsum tal-elettriku għal dak il-perjodu in kwistjoni; jew

(ii)

fejn il-konsum għall-perjodu in kwistjoni kopert mill-kont jeċċedi

l-konsum pro rata ekwivalenti għall-konsum annwu ta’ elf

(1,000) kWh għal kull individwu rreġistrat iżda ma jeċċedix jew

ikun ugwali għall-konsum pro rata ekwivalenti għall-konsum

annwu ta’ elf seba’ mija u ħamsin (1,750) kWh għal kull

individwu rreġistrat, eco-reduction ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija

(25%) għal dik il-parti tal-konsum li tkun pro rata ekwivalenti

għall-elf (1,000) kWh fis-sena għal kull individwu rreġistrat u ta’

ħmistax fil-mija (15%) għall-bqija li jkun pro rata ekwivalenti

għall-konsum fis-sena ta’ seba’ mija u ħamsin (750) kWh għal

kull individwu rreġistrat għall-perjodu in kwistjoni

Iżda li l-ebda individwu m’għandu jkun rreġistrat fuq aktar minn

Servizz wieħed (1) fl-istess waqt u l-eco-reduction għandha

tapplika biss għar-residenza prinċipali ta’ individwu rreġistrat

skont ir-regolament 36(6)

Iżda wkoll li l-eco-reduction għandha tiġi kkalkolata biss fuq il-bażi

ta’ Qari Attwali tal-konsum li jsir minn rappreżentant tal-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni jew fuq il-bażi ta’ Qari tal-Konsumatur

li jingħata lil rappreżentant tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

skont proċedura stabbilita mill-konsumatur rreġistrat fuq is-Servizz,

u minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe liġi oħra, jekk għall-

perjodu kopert mill-kont, Qari Attwali jew Qari tal-Konsumatur kif

definit f’dan il-proviso mhumiex disponibbli, l-eliġibilita’ tas-

Servizz għall-eco-reduction għal dak il-kont għandha tintilef għal

kollox.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) F’dawn ir-regolamenti u regoli, kemm-il darba s-sens

tal-kliem ma jitlobx xort’oħra, dawn l-espressjonijiet ikollhom it-

tifsirijiet mogħtijin għat kull waħda minnhom

"applikazzjoni" tfisser applikazzjoni għal provvista tal-elettriku

li ssir liċ-Chairman skond dawn ir-regolamenti;

"BHP" tfisser Break Horse Power;

"Chairman" tfisser iċ-Chairman tal-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni;

"domanda massima li ssir f ’xi perjodu" tfisser id-doppju tal-

akbar numru ta’ units li jiġu fornuti matul kull tletin minuta

konsekuttiva matul is-sena jew, kif jista’ jkun il-każ, il-kwart, kif

ikun reġistrat mill-indikatur tad-domanda massima tal-meter li jkun

ġie istallat f ’dak il-fond mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni

Iżda -

(a) meta s-siġill tal-indikatur tad-domanda massima tal-

meter ikun instab miksur jew ikun mimsus, l-indikatur

għandu jkun meqjus b’mod konklussiv li jkun

irreġistra l-ogħla domanda f’KW jew f’KVA, skond it-

tariffa li tkun tapplika, li l-meter ikun kapaċi

jirreġistra; jew

(b) meta l-indikatur tad-domanda massima tal-meter ikun

instab difettuż, għal raġunijiet oħra minbarra xi ksur

jew tbagħbis, għandha tkun tapplika d-domanda

massima li tkun saret f’kull perjodu matul l-aħħar sena

preċedenti jew, kif jista’ jkun il-każ, matul l-aħħar

kwart preċedenti li jkun jikkorrispondi, kemm-il darba

ma jkunx miftiehem xort’oħra bejn l-operatur tas-

*Dawn ir-regolamenti ġew imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

sistema ta’ distribuzzjoni u l-konsumatur, għas-sena

jew, kif jista’ jkun il-każ, għall-kwart li għalih dak l-

indikatur ikun instab difettuż, sakemm l-indikatur ma

jkunx ġie msewwi jew sostitwit mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni

Iżda wkoll, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-

oħra ta’ dawn ir-regolamenti, u għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu

biss, "sena" tfisser perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor tnax-il xhar

konsekuttiv li jiskadi f’dik il-ġurnata li taħbat mhux qabel l-24 ta’

Marzu u mhux aktar tard mis-7 ta’ April meta jkun ittieħed il-qari;

"impjant" tfisser is-sistema tal-fili, u magħhom il-holders, il-

plugs, is-switches, u rkaptu ieħor ta’ armar li huma maħsubin biex

jieħdu jew jaqtgħu l-kurrent, u lampi u apparat ieħor li jikkonsma l-

kurrent fuq il-ġenb tat-terminali għall-provvista tal-konsumatur,

jew ġewwa bini jew post illi s-sid tagħhom jew persuna li toqgħod

fihom għandu liċenza biex jiġġenera kurrent elettriku għall-użu

ġewwa dan il-bini jew post;

"I.E.E. Regulations" tfisser ir-Regolamenti għat-Tagħmir ta’ Bini

ippubblikati mill-Institutton of Electrical Engineers illi għal dak iż-

żmien ikunu jseħħu;

"kodiċi tan-netwerk" tfisser il-kodiċi li jinżamm aġġornat u

ppubblikat mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li jiddefinixxi l-

kriterji tekniċi ta’ sigurtà u r-regoli tekniċi li jistabbilixxu d-disinn

tekniku minimu u r-rekwiżiti operattivi għall-konnessjoni mas-sistema

ta’ distribuzzjoni u dan skont ir-Regolamenti dwar l-Elettriku;

"konsum matul il-jum" tfisser konsum tal-elettriku reġistrat bejn

is-6.00 ta’ filgħodu u l-10.00 ta’ filgħaxija tal-istess jum;

"konsum matul il-lejl" tfisser konsum tal-elettriku reġistrat bejn

l-10.00 ta’ filgħaxija ta’ jum u s-6.00 ta’ filgħodu tal-għada;

"konsumatur" tfisser il-persuna li lilha, jew li akkont tagħha,

jingħata l-kurrent elettriku mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni;

"kontribuzzjoni H.T." tfisser kontribuzzjoni b’tensjoni għolja;

"kVAh" tfisser kilo Volt Ampere hour;

"kWh" tfisser kilo Watt hour;

"membru tal-familja fil-qrib" tfisser ġenituri, il-mara jew ir-raġel

jew it-tfal tal-konsumatur;

"miter tal-VE" tfisser miter tal-elettriku installat jew approvat

mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għall-iskop li jitkejjel il-

konsum tal-elettriku għall-iċċarġjar ta’ VE;

"operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni" għandu jkollha l-istess

tifsira bħalma hemm fir-Regolamenti dwar is-Suq tal-Elettriku;

"qari" tfisser, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ

xort’oħra, qari tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-kurrent

tal-elettriku minn uffiċjal awtorizzat mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni biex jieħu dak il-qari, jew minn mekkaniżmu remot

tal-qari;

"qari speċjali tal-meters" tfisser meter reading li jsir fuq talba

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

tal-konsumatur;

"residenza prinċipali" tfisser id-dar ta’abitazzjoni fejn individwu

jkun abitwalment joqgħod bħala l-post ta’ abitazzjoni prinċipali

tiegħu, kemm f ’Malta jew band’oħra, kif ikun jista’ jiġi stabbilit

permezz ta’evidenza dokumentarja

Iżda dar ta’ abitazzjoni ma titqiesx bħala residenza

prinċipali jekk il-proprjetà tiġi wżata b’mod predominanti wkoll

għal skopijiet kummerċjali jew ta’ manifattura, jew għal kull tip ta’

sengħa jew professjoni;

"ir-Regolatur" tfisser ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-

Ilma stabbilita bl-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-

Ilma;

"residenza sekondarja" tfisser kull proprjetà immobbli wżata biss

għal finijiet residenzjali, li ma tkunx isservi bħala r-residenza

prinċipali tal-individwu;

"smart meter" tfisser meter tal-elettriku avvanzat li jiġbor data li

jkollhom x’jaqsmu mal-konsum tal-elettriku li jkun jippermetti

trasferiment reċiproku ta’ data permezz ta’ network primarjament

għal fininijiet ta’ monitoraġġ u ħlas;

"stazzjon tal-iċċarġjar pubbliku" tfisser għall-finijiet ta’ dawn ir-

regolamenti, stazzjon tal-iċċarġjar tal-VE li jinsab fi triq pubblika

jew spazju pubbliku fejn id-domanda hija relatata biss mal-

iċċarġjar tal-VE;

"Uffiċċju" tfisser l-uffiċċju reġistrat tal-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni;

"vettura elettrika" jew "VE" tfisser vettura bil-mutur mgħammra bil-

powertrain li fiha tal-inqas magna elettrika mhux periferika waħda (1)

bħala konvertitur tal-enerġija b’sistema ta’ ħażna ta’ enerġija elettrika

rikarikabbli, li tista’ tiġi rikarigata esternament.

(2) F’dawn ir-regolamenti u regoli l-kelmiet "dawn ir-

Regolamenti" għandhom jitqiesu li jirriferixxu wkoll għal kull

regola li hemm fihom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Miżjuda

A.L. 35 tal-1960.

Regolament 36(7)

Emendata

A.L. 49 tal-1972;

A.L. 99 tal-1972.

Sostitwita

A.L. 17 tal-1974;

A.L. 119 tal-1974.

Emendata

A.L. 92 tal-1975;

A.L. 12 tal-1979;

A.L. 125 tal-1979;

A.L. 103 tal-1980.

Sostitwita

A.L. 56 tal-1983.

Emendata

A.L. 172 tal-1990;

A.L. 27 tal-1999;

A.L. 99 tal-2003;

A.L. 132 tal-2005;

A.L. 409 tal-2005;

A.L. 37 tal-2006;

A.L. 109 tal-2006;

A.L. 138 tal-2006;

A.L. 172 tal-2006;

A.L. 236 tal-2006;

A.L. 283 tal-2006;

A.L. 12 tal-2007;

A.L. 45 tal-2007;

A.L. 249 tal-2007.

Sostitwita

A.L. 426 tal-2007.

Emendata

A.L. 187 tal-2008.

Sostitwita

A.L. 330 tal-2008.

Emendata

A.L. 164 tal-2009;

A.L. 34 tal-2010;

XXXIV. 2014.39;

A.L. 107 tal-2015.

Sostitwita

A.L. 244 tal-2022.

1. Tariffa Massima għal Servizz għall-Post Non-Residenzjali

Servizz għall-Post Non-Residenzjali għandu jiġi ffatturat, għal kwalunkwe

perjodu jew perjodi li jista’ jiġi ddeterminat minn żmien għal żmien mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni, dawk id-drittijiet u t-tariffi li m’għandhomx jeċċedu s-

segwenti drittijiet u tariffi

(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz

Single Phase għall-Post Non-Residenzjali għandu jkun soġġett għal Dritt għas-

Servizz annwali ta’ mhux aktar minn mija u għoxrin Euro (€120) u Servizz Three

Phase għall-Post Non-Residenzjali għandu jkun soġġett għal Dritt għas-Servizz

annwali ta’ mhux aktar minn tlett mija u sittin Euro (€360).

(2) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz għal

Post Non-Residenzjali għandu jkun soġġett għal waħda (1) mis-segwenti Tariffi tal-

Konsum annwali li jistgħu jiġu kkomputati fuq bażi pro rata

Iżda li l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ japplika drittijiet u

tariffi li jkunu irħas għal kull kategorija imsemmija hawn taħt li jistgħu jiġu

approvati minn żmien għal żmien skont ir-regolament 36

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

(a) il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mkejjel f’kWh u għandu jiġi ffatturat

skont it-tariffi li ġejjin

(i)

għal kull kWh tal-ewwel elfejn (2,000) kWh…….. żero punt

wieħed tnejn wieħed ħamsa Euro (€0.1215); u

(ii)

għal kull kWh tal-erbat elef (4,000) kWh li jmiss…….. żero

punt wieħed tnejn sebgħa ħamsa Euro (€0.1275); u

(iii) għal kull kWh tal-erbat elef (4,000) kWh li jmiss…….. żero

punt wieħed tlieta sebgħa tlieta Euro (€0.1373); u

(iv) għal kull kWh tal-għaxart elef (10,000) kWh li jmiss……..

żero punt wieħed erbgħa tmienja ħamsa Euro (€0.1485); u

(v)

għal kull kWh tal-erbgħin elf (40,000) kWh li jmiss ……..

żero punt wieħed sitta wieħed tlieta Euro (€0.1613); u

(vi) għal kull kWh tal-erbgħin elf (40,000) kWh li jmiss……..

żero punt wieħed ħamsa żero żero Euro (€0.1500); u

(vii) għal kull kWh tad-disa’ mitt elf (900,000) kWh ta’

wara…….. żero punt wieħed erbgħa żero tlieta Euro (€0.1403); u

(viii) għal kull kWh tal-erba’ miljun (4,000,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed sebgħa ħamsa Euro (€0.1275); u

(ix) għal kull kWh mill-bqija tal-konsum…….. żero punt wieħed

żero tmienja żero Euro (€0.1080); jew

(b) il-konsumatur rreġistrat fuq Servizz għall-Post Non-Residenzjali

b’konsum li jaqbeż il-ħames miljun (5,000,000) kWh jista’ japplika

biex il-kont jinħadem fuq rati kWh ta’ matul il-jum u ta’ matul il-lejl,

skont it-tariffi li ġejjin

(i)

il-konsum matul il-jum għandu jkun soġġett għat-tariffa li

ġejja

(aa) għal kull kWh tal-ewwel elfejn (2,000) kWh……..

żero punt wieħed tnejn tlieta żero Euro (€0.1230); u

(bb) għal kull kWh tal-erbat eleft (4,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed tnejn disgħa żero Euro (€0.1290); u

(ċċ) għal kull kWh tal-erbat elef (4,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed tlieta tmienja tmienja Euro (€0.1388);

u

(dd) għal kull kWh tal-għaxart elef (10,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed ħamsa żero żero Euro (€0.1500); u

(ee) għal kull kWh tal-erbgħin elf (40,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed sitta tnejn tmienja Euro (€0.1628); u

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

(ff)

għal kull kWh tal-erbgħin elf (40,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed ħamsa wieħed ħamsa Euro (€0.1515);

(gg) għal kull kWh tad-disa’ mitt elf (900,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed erbgħa wieħed tmienja Euro

(€0.1418); u

(hh) għal kull kWh tal-erba’ miljun (4,000,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed tnejn disgħa żero (€0.1290); u

(ii)

għal kull kWh mill-bqija tal-konsum…….. żero punt

wieħed żero disgħa ħamsa Euro (€0.1095); u

(ii)

il-konsum matul il-lejl għandu jkun soġġett għat-tariffa li

(aa) għal kull kWh tal-ewwel elfejn (2,000) kWh……..

żero punt żero disgħa ħamsa tlieta Euro (€0.0953); u

(bb) għal kull kWh tal-erbat elef (4,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed żero wieħed tlieta Euro (€0.1013); u

(ċċ) għal kull kWh tal-erbat elef (4,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed wieħed wieħed żero Euro (€0.1110); u

(dd) għal kull kWh tal-għaxart elef (10,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed tnejn tnejn tlieta Euro (€0.1223); u

(ee) għal kull kWh tal-erbgħin elf (40,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed tlieta ħamsa żero Euro (€0.1350); u

(ff) għal kull kWh tal-erbgħin elf (40,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed tnejn tlieta tmienja Euro (€0.1238); u

(gg) għal kull kWh tad-disa’ mitt elf (900,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed wieħed erbgħa żero Euro (€0.1140); u

(hh) għal kull kWh tal-erba’ miljun (4,000,000) kWh li

jmiss…….. żero punt wieħed żero wieħed tlieta Euro (€0.1013); u

(ii)

għal kull kWh mill-bqija tal-konsum…….. żero punt

żero tmienja wieħed tmienja Euro (€0.0818); jew

(ċ) il-konsumatur rreġistrat fuq Servizz għall-Post Non-Residenzjali li

għandu rata ogħla minn mitt (100) Amps għal kull phase jista’ japplika

biex il-kont tiegħu jitkejjel f’kVAh u jiġi ffatturat skont it-tariffi li

(i)

għal kull kVAh tal-ewwel elfejn (2,000) kVAh…… żero punt

wieħed wieħed wieħed tmienja Euro (€0.1118); u

(ii)

għal kull kVAh tal-erbat elef (4,000) kVAh li jmiss…… żero

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

punt wieħed wieħed sebgħa żero Euro (€0.1170); u

(iii) għal kull kVAh tal-erbat elef (4,000) kVAh li jmiss…… żero

punt wieħed tnejn sitta żero Euro (€0.1260); u

(iv) għal kull kVAh tal-għaxart elef (10,000) kVAh li jmiss……

żero punt wieħed tlieta sitta ħamsa Euro (€0.1365); u

(v)

għal kull kVAh tal-erbgħin elf (40,000) kVAh li jmiss……

żero punt wieħed erbgħa tmienja ħamsa Euro (€0.1485); u

(vi) għal kull kVAh tal-erbgħin elf (40,000) kVAh li jmiss……

żero punt wieħed tlieta tmienja żero Euro (€0.1380); u

(vii) għal kull kVAh tad-disa’ mitt elf (900,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed tnejn disgħa żero Euro (€0.1290); u

(viii) għal kull kVAh tal-erba’ miljun (4,000,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed wieħed sebgħa żero Euro (€0.1170); u

(ix) għal kull kVAh mill-bqija tal-konsum…… żero punt żero

disgħa disgħa żero Euro (€0.0990); jew

(d) il-konsumatur rreġistrat fuq Servizz għall-Post Non-Residenzjali li

għandu rata ogħla minn mitt (100) Amps għall kull phase u b’konsum li

jaqbeż il-ħames miljun ħames mitt elf (5,500,000) kVAh jista’ japplika

biex il-kont jinħadem fuq rati kVAh ta’ matul il-jum u ta’ matul il-lejl,

skont it-tariffi li ġejjin

(i)

il-konsum matul il-jum għandu jkun soġġett għat-tariffa li

ġejja

(aa) għal kull kVAh tal-ewwel elfejn (2,000) kVAh……

żero punt wieħed wieħed wieħed tlieta Euro (€0.1113); u

(bb) għal kull kVAh tal-erbat elef (4,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed wieħed tmienja ħamsa Euro (€0.1185);

u

(ċċ) għal kull kVAh tal-erbat elef (4,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed tnejn sebgħa ħamsa Euro (€0.1275); u

(dd) għal kull kVAh tal-għaxart elef (10,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed tlieta tmienja żero Euro (€0.1380); u

(ee) għal kull kVAh tal-erbgħin elf (40,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed ħamsa żero żero Euro (€0.1500); u

(ff) għal kull kVAh tal-erbgħin elf (40,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed tlieta disgħa ħamsa Euro (€0.1395); u

(gg) għal kull kVAh tad-disa’ mitt elf (900,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed tlieta żero ħamsa Euro (€0.1305); u

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

(hh) għal kull kVAh tal-erba’ miljun (4,000,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed wieħed tmienja ħamsa Euro (€0.1185);

(ii)

għal kull kVAh mill-bqija tal-konsum…… żero punt

wieħed żero żero ħamsa Euro (€0.1005); u

(ii)

il-konsum matul il-lejl għandu jkun soġġett għat-tariffa li

(aa) għal kull kVAh tal-ewwel elfejn (2,000) kVAh……

żero punt żero tmienja ħamsa ħamsa Euro (€0.0855); u

(bb) għal kull kVAh tal-erbat elef (4,000) kVAh li

jmiss…… żero punt żero disgħa żero tmienja Euro (€0.0908); u

(ċċ) għal kull kVAh tal-erbat elef (4,000) kVAh li

jmiss…… żero punt żero disgħa disgħa tmienja Euro (€0.0998); u

(dd) għal kull kVAh tal-għaxart elef (10,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed wieħed żero tlieta Euro (€0.1103); u

(ee) għal kull kVAh tal-erbgħin elf (40,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed tnejn tnejn tlieta Euro (€0.1223); u

(ff)

għal kull kVAh tal-erbgħin elf (40,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed wieħed wieħed tmienja Euro (€0.1118);

(gg) għal kull kVAh tad-disa’ mitt elf (900,000) kVAh li

jmiss…… żero punt wieħed żero tnejn tmienja Euro (€0.1028); u

(hh) għal kull kVAh tal-erba’ miljun (4,000,000) kVAh li

jmiss…… żero punt żero disgħa żero tmienja Euro (€0.0908); u

(ii)

għal kull kVAh mill-bqija tal-konsum…… żero punt

żero sebgħa tnejn tmienja Euro (€0.0728).

(3) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti Servizz

għall-Post Non-Residenzjali Three Phase li jkun jeċċedi s-sittin (60) Amps għal kull

phase għandu jkun soġġett għall-ħlas tat-Tariffa ta’ Domanda Massima skont ir-rati

bbażati fuq konsum kumulattiv annwali li ġejjin

(a) fejn il-konsum ma jeċċedix jew ikun ta’ ħames miljun (5,000,000) kWh,

b’rata ta’ għoxrin Euro u ħamsin ċenteżmu (€20.50) għal kull kWh tad-

Domanda Massima ta’ dik is-sena; jew

(b) fejn il-konsum ma jeċċedix jew ikun ta’ ħames miljun u ħames mitt elf

(5,500,000) kVAh, b’rata ta’ dsatax-il Euro u għoxrin ċenteżmu

(€19.20) għal kull kVAh tad-Domanda Massima ta’ dik is-sena;

(ċ) fejn il-konsum jeċċedi l-ħames miljun (5,000,000) kWh jew il-ħames

miljun u ħames mitt elf (5,500,000) kVAh, b’rata ta’ sbatax-il Euro u

għoxrin ċenteżmu (€17.20) tad-Domanda Massima ta’ dik is-sena.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

(4)

Ir-rati kollha f’din l-Iskeda huma esklużivi mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.

2. Metodoloġija għall-Komputazzjoni tat-Tariffi għal Provvista ta’ Servizz

għall-Post Non-Residenzjali

(1) L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jkun intitolat illi juża d-

diskrezzjoni tiegħu dwar kif jikkomputa u jiffattura l-ammont li jkun derivat mill-

applikazzjoni tat-Tariffa tal-Konsum għal Servizz għall-Post Non-Residenzjali fil-

partita 1(2) fuq bażi pro rata, b’mod illi l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

għandu jkun ukoll intitolat illi japporzjona l-limiti relattivi fit-Tariffi tal-Konsum

imsemmija fil-partita 1(2) fuq perjodi speċifiċi koperti mill-kont matul sena fid-

diskrezzjoni tiegħu, u japplika l-istess limiti b’dak il-mod, fuq bażi pro rata

Iżda li l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jżomm lir-Regolatur

infurmat dwar kwalunkwe metodoloġija illi jadotta sabiex jikkomputa u jiffattura t-

Tariffi tal-Konsum fuq bażi pro rata.

(2) Kwalunkwe kont maħruġ mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għal

Servizz għall-Post Non-Residenzjali, sew jekk għal żmien pro rata minn kwalunkwe

sena kalendarja jew xort’oħra, għandu jkun dovut li jiġi mħallas sad-data indikata

fuq il-kont mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, minkejja illi tali kont jista’

jkun jappartjeni għal parti minn sena kalendarja.

(3) Sabiex jagħti effett lid-dispożizzjonijiet tal-partita 2(1), l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni għandu jagħmel ħiltu u juża kull proċedura raġjonevoli,

skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, sabiex jikseb il-qari attwali tal-

konsum tal-konsumatur. Fejn l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni ma jkunx jista’

jikseb l-istess qari tal-konsum attwali għal raġunijiet li m’għandux kontroll fuqhom,

hu jista’ jistrieħ fuq stimi tal-konsum attwali tal-konsumatur.

(4) Fejn Servizz għall-Post Non-Residenzjali jingħata biss għal parti minn sena

kalendarja, it-Tariffa tal-Konsum massima għandha tiġi kkomputata billi jiġu

applikati l-limiti kumuluttivi msemmija fil-partita 1(2) proporzjonalment għall-

ġranet li fih Servizz għall-Post Non-Residenzjali attwalment ġie mogħti mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, b’tali mod li kull unit (kWh jew kVAh) li

hemm imsemmi fil-partita 1(2) għandu jiġi diviż bin-numru ta’ ġranet f ’sena

kalendarja u jiġi applikat għall-perjodu tal-kont li fihom attwalment ingħata s-

Servizz għall-Post Non-Residenzjali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Kolletturi tal-kontijiet, qarrejja tal-meters u kull

uffiċjal tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li jkunu qed

iwettqu dmirijiet ta’ servizz u li jkunu jeħtiegu aċċess għal ġo fond

privat, għandhom meta jkunu fuq xogħol u jkunu qegħdin iżuru l-

fond, jidentifikaw ruħhom b’mod ċar bħala li jkunu qegħdin

jaġixxu f’isem l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni.

(2) Mingħajr preġudizzju għal kull liġi oħra li tkun tippermetti

d-dħul ġo xi fond f ’kull ħin raġonevoli lil provditur ta’ servizz,

dawk l-uffiċjali għandhom iġorru dokument ta’ identifikazzjoni li

jinħareġ mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni u dak id-

dokument għandu jkun preżentat kull darba li tali persuna titlob li

tidħol ġo xi fond privat matul ix-xogħol tagħha

Iżda l-konsumatur jista’ jirrifjuta aċċess għal ġol-fond

tiegħu lil dawk l-uffiċjali li jonqsu milli jippreżentaw dokument

Iżda wkoll persuni li jkunu qegħdin jaġixxu f’isem, jew li

jiġu mqabbda mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni biex

iwettqu xogħol f ’isimha, għandhom jippreżentaw dokument ta’

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

identifikazzjoni bħal dak meta jkunu qegħdin iżuru l-fond ta’

konsumatur biex jagħmlu dak ix-xogħol.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Miżjuda

A.L. 164 tal-2009.

Regolament 36(8)

Emendata

A.L. 34 tal-2010;

A.L. 103 tal-2012;

A.L. 108 tal-2014;

XXXIV. 2014.39.

Sostitwita

A.L. 244 tal-2022.

1. Tariffa Massima għal Servizz għall-Post Domestiku

Servizz għall-Post Domestiku għandu jiġi ffatturat, għal kwalunkwe perjodu jew

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

perjodi li jista’ jiġi ddeterminat minn żmien għal żmien mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni, dawk id-drittijiet u t-tariffi li m’għandhomx jeċċedu s-segwenti drittijiet u

tariffi

(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz

għall-Post Domestiku għandu jkun soġġett għal Dritt għas-Servizz Annwali ta’

ħamsa u sittin Euro (€65) għal Servizz Single Phase u mija u ħamsa u disgħin Euro

(€195) għal Servizz Three Phase.

(2) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz għal

Post Domestiku għandu jkun soġġett għas-segwenti Tariffa tal-Konsum massima, li

tista’ tiġi ffatturata fuq bażi pro rata. Din it-Tariffa tal-Konsum massima għandha

tiġi bbażata fuq konsum kumulattiv, li għandha tikkonsisti mill-ammonti li jiġu

dderivati mill-applikazzjoni kumuluttiva ta’ kull waħda mis-segwenti limiti per

annum

(a) għal kull kWh tal-ewwel elfejn (2,000) kWh…… żero punt wieħed

tlieta sitta ħamsa Euro (€0.1365); u

(b) għal kull kWh fuq erbat elef (4,000) kWh li jmiss…… żero punt wieħed

sitta sebgħa tlieta Euro (€0.1673); u

(ċ) għal kull kWh fuq erbat elef (4,000) kWh li jmiss …… żero punt tnejn

żero tnejn tlieta Euro (€0.2023); u

(d) għal kull kWh fuq għaxart elef (10,000) kWh li jmiss …… żero punt

erbgħa wieħed tmienja żero Euro (€0.4180); u

(e) għal kull kWh mill-bqija tal-konsum …… żero punt sitta tmienja sitta

żero Euro (€0.6860).

(3) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz

għall-Post Domestiku li jkun jeċċedi s-sittin (60) Amps għal kull phase għandu jkun

soġġett għall-ħlas tat-Tariffa ta’ Domanda Massima b’rata ta’ wieħed u għoxrin Euro

u ħames ċenteżmi (€21.05) fis-sena għal kull kW tad-Domanda Massima fi

kwalunkwe perjodu matul is-sena.

(4)

Ir-rati kollha f’din l-Iskeda huma inklużivi mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.

2. Metodoloġija għall-Komputazzjoni tat-Tariffi għal Servizz għall-Post

Domestiku

(1) L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jkun intitolat illi juża d-

diskrezzjoni tiegħu dwar kif jikkomputa u jiffattura l-ammont li jkun derivat mill-

applikazzjoni tat-Tariffa tal-Konsum fil-partita 1(2) fuq bażi pro rata

Iżda li

(a) l-ammont illi jiġi ffatturat mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

għal perjodu ta’ sena kalendarja m’għandhux jeċċedi l-ammont li jkun

derivat mill-applikazzjoni tat-Tariffa Massima hekk kif stabbilita mir-

Regolatur skont ir-regolament 36 u fil-limiti stabbiliti fil-partita 1; u

(b) l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jżomm lir-Regolatur

infurmat dwar kwalunkwe metodoloġija illi jadotta sabiex jikkomputa u

jiffattura t-Tariffa tal-Konsum fuq bażi pro rata.

(2)

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-partita 2(1)(a) u illi l-operatur tas-

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

sistema ta’ distribuzzjoni jista’ jadotta mekkaniżmu ta’ aġġustament sabiex jassigura

l-ħarsien tad-dispożizzjonijiet tal-partita 2(1)a), kwalunkwe kont maħruġ mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, sew jekk għal żmien pro rata minn sena

kalendarja jew xort’oħra, għandu jkun dovut li jiġi mħallas sad-data indikata fuq il-

kont mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, minkejja illi l-kont jista’ jkun

jappartjeni għal parti minn sena kalendarja.

(3) Sabiex jagħti effett lid-dispożizzjonijiet tal-partita 2(2), l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni għandu jagħmel ħiltu u juża kull proċedura raġjonevoli,

skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, sabiex jikseb il-qari attwali tal-

konsum tal-konsumatur. Fejn l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni ma jkunx jista’

jikseb l-istess qari tal-konsum attwali għal raġunijiet li m’għandux kontroll fuqhom,

hu jista’ jistrieħ fuq stimi tal-konsum attwali tal-konsumatur.

(4) Fejn Servizz għall-Post Domestiku jingħata biss għal parti minn sena

kalendarja, it-Tariffa tal-Konsum massima għandha tiġi kkomputata billi jiġu

applikati l-limiti kumuluttivi msemmija fil-partita 1(2) proporzjonalment għall-

ġranet li fihom is-Servizz għall-Post Domestiku attwalment ġie mogħti mill-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni, sabiex kull unit (kWh) li hemm imsemmi fil-partita

1(2) għandu jiġi diviż bin-numru ta’ ġranet f’sena kalendarja u jiġi applikat għall-

ġranet li fihom attwalment ingħata s-Servizz għall-Post Domestiku.

IR-RABA SKEDA

Miżjuda

A.L. 337 tal-2021.

(Regolament 36)(14)

1. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, is-

servizz għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’Post mhux Residenzjali għandu jkun suġġett

għall-ħlasijiet ta’ kull xahar li ġejjin

(a)

ħlas ta’ servizz ta’ sitt euro (€6) fix-xahar (VAT inkluż) f'każ ta’

miter tal-VE single-phase; u

(b)

ħlas ta’ servizz ta’ tmien euro (€8) fix-xahar (VAT inkluż) f’każ ta’

miter tal-VE three-phase.

Fil-każ ta’ stazzjonijiet pubbliċi ta’ ċċarġjar ta’ VE il-ħlas għas-servizz u t-tariffi

fit-Tieni Skeda m’għandhomx japplikaw u minflok għandhom japplikaw il-ħlas għas-

servizz u t-tariffi f’din l-Iskeda.

2. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, il-

konsum għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’Post mhux residenzjali, kif imkejjel bil-

miter VE installat għal dan il-għan, u matul il-perjodi ta’ ħin bejn nofs il-lejl (00:00am) u

l-ħamsa u disgħa u ħamsin (05:59a.m.) u bejn nofs in-nhar (12:00p.m.) u ħmistax u

disgħa u ħamsin (15:59p.m), u l-Ħdud il-ġurnata kollha minn nofs il-lejl (00:00a.m.) sa

tlieta u għoxrin, disgħa u ħamsin (23:59p.m.) għandhom jiġu mħallsa bir-rata ta’ zero

punt wieħed, tnejn, disgħa, tmienja (€0.1298/kWh), li tinkludi l-VAT.

3. Il-konsum tal-elettriku għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f'Post mhux

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Residenzjali kif imkejjel mill-miter VE barra mill-perjodi ta’ ħin bejn nofs il-lejl

(00:00a.m.) u l-ħamsa u disgħa u ħamsin (05:59a.m.), bejn nofs in-nhar (12:00p.m.) u

ħmistax u disgħa u ħamsin (15:59 p.m.) u l-Ħdud il-ġurnata kollha bejn nofs il-lejl

(00:00am) sa tlieta u għoxrin u disgħa u ħamsin (23:59pm) u kif imkejjel bil-miter

installat għal dak l-iskop għandhom jiġu mħallsa bir-rata ta’ zero punt wieħed, erbgħa,

tmienja, ħamsa (€0.1485/kWh), li tinkludi l-VAT.

4. Fejn il-miter tal-VE huwa installat bħala miter supplimentari għall-miter

tal-konsum ewlieni li jforni l-post, il-konsum kif imkejjel mill-miter tal-VE għandu

jitnaqqas għall-finijiet tal-akkontar mill-konsum imkejjel mill-miter tal-konsum ewlieni.

5. Fil-każ ta’ stazzjonijiet pubbliċi tal-iċċarġjar tal-VE, għandhom japplikaw

biss it-tariffi tas-servizz u t-tariffi ta’ din l-Iskeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Applikazzjonijiet għall-provvista tal-kurrent elettriku

għandhom jiġu magħmula liċ-Chairman f ’dik il-formula li ċ-

Chairman jista’ minn żmien għal żmien jeħtieġ.

(2)

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

(3) F’applikazzjoni għal servizz ġdid ikun irid jingħata t-

tagħrif kollu meħtieġ rigward l-istallazzjoni inkluż il-vultaġġ, il-

kapaċità espressa f’kilowatts (KW), il-power factor u kull tagħrif

ieħor relatat mal-provvista tal-elettriku kif indikat fl-applikazzjoni.

(4) Meta konsumatur li jkun reġistrat mal-operatur tas-sistema

t a ’ d i s t r i b u z z j o n i d w a r x i p o s t i m u r f ’ x i p o s t i e ħ o r, i d -

dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom jgħoddu għall-

provvista tal-kurrent elettriku lil dak il-konsumatur f’dak il-post l-

ieħor bħallikieku kienet provvista ġdida, kemm jekk dak il-post

kien qabel provdut bil-kurrent elettriku mill-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni kemm jekk le.

(5) Il-partikolaritajiet li jkun hemm fl-applikazzjoni jistgħu

jiġu verifikati miċ-Chairman, u ċ-Chairman jista’, għal dan l-

iskop -

(a) jitlob lill-applikant li jagħtih bil-miktub

kull

partikolarità oħra dwar l-applikazzjoni; u

(b) jara li ssir spezzjoni tal-post jew tal-istallazzjoni li

għaliha tirriferixxi l-applikazzjoni.

(6) Servizz tal-elettriku wieħed jiġi installat ġo djar,

appartamenti, fabbriki, lukandi, ħwienet, uffiċċji u bini ieħor li

fiżikament jinfdu minn ġewwa, jekk ma jkunx hemm il-permess

taċ-Chairman bil-miktub.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Miżjuda

A.L. 337 tal-2021.

(Regolament 36)(15)

Emendat

A.L. 162 tal-2022.

1. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, is-

servizz għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f'Post Residenzjali jew Domestiku għandu jkun

soġġett għall-ħlasijiet għas-servizz ta’ kull xahar li ġejjin

(a)

erbgħa euro (€4) fix-xahar f’każ ta’ installazzjoni ta’ miter tal-VE

single-phase; u

(b)

sitt euro (€6) fix-xahar f’każ ta’ installazzjoni ta’ miter tal-VE

three-phase.

2. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, il-

konsum għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f'Post Residenzjali jew Domestiku, kif

imkejjel bil-miter installat għal dak l-iskop, u matul il-perjodi ta’ ħin bejn nofs il-lejl

(00:00a.m.) u l-ħamsa u disgħa u ħamsin (05:59a.m.) u bejn nofs in-nhar (12:00p.m.) u

ħmistax u disgħa u ħamsin (15:59p.m.) u l-Ħdud il-ġurnata kollha bejn nofs il-lejl

(00:00a.m.) sa tlieta u għoxrin u disgħa u ħamsin (23:59p.m.) għandhom jiġu ċċarġjati

bir-rata ta’ zero punt wieħed, tnejn, disgħa, tmienja (€0.1298/kWh), li tinkludi l-VAT.

Kwalunkwe konsum tal-elettriku għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’Post

Residenzjali jew Domestiku mkejjel barra mill-perjodi ta’ ħin bejn nofs il-lejl

(00:00a.m.) u l-ħamsa u disgħa u ħamsin (05:59a.m.) u bejn nofs in-nhar (12:00p.m.) u

ħmistax u disgħa u ħamsin (15:59p.m.) u l-Ħdud il-ġurnata kollha bejn nofs il-lejl

(00:00a.m.) sa tlieta u għoxrin u disgħa u ħamsin (23:59p.m.) għandhom jiżdiedu mal-

konsum normali tas-servizz ta’ Post Residenzjali jew Domestiku għall-perjodu tal-ħlas

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

rispettiv u għandhom jitħallsu skont l-Ewwel Skeda jew it-Tielet Skeda.

Fejn il-miter tal-VE huwa installat bħala miter supplimentari għall-miter tal-

konsum ewlieni li jforni l-post, il-konsum kif imkejjel mill-miter tal-VE matul il-perjodi

ta’ ħin bejn nofs il-lejl (00:00a.m.) u l-ħamsa u disgħa u ħamsin (05:59a.m.) u bejn nofs

in-nhar (12:00p.m.) u ħmistax u disgħa u ħamsin (15:59p.m.) u l-Ħdud il-ġurnata kollha

bejn nofs il-lejl (00:00a.m.) sa tlieta u għoxrin u disgħa u ħamsin (23:59p.m.) għandu

jitnaqqas għall-finijiet tal-akkontar mill-konsum imkejjel mill-miter tal-konsum ewlieni.

Fil-każ ta’ istallazzjoni tal-VE skont ir-regolament 37 (6), fejn il-miter tal-VE ma

jkunx installat bħala miter supplimentari, kull konsum ta’ elettriku għall-iċċarġjar ta’

vetturi elettriċi kif imkejjel barra l-perjodi ta’ ħin bejn nofs il-lejl (00:00am) u l-ħamsa u

disgħa u ħamsin (05:59a.m.) u bejn nofs in-nhar (12:00p.m.) u l-ħmistax u disgħa u

ħamsin (15:59p.m), u l-Ħdud il-ġurnata kollha bejn nofs il-lejl (00:00a.m.) u t-tlieta u

għoxrin, disgħa u ħamsin (23:59p.m.) għandhom jiġu mħallsa skont it-Tielet Skeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Iċ-Chairman jista’ jġiegħel lil min jikri lil ħaddieħor dar

jew appartament ammobilit, jew biċċa minnu ammobilit, sabiex dan

jobbliga ruħu in solidum flimkien mal-kerrej għall-ħlas regolari tal-

ammonti kollha li jkollhom jingħataw lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni għall-ħlas tal-meters jew provvista tal-kurrent

elettriku f’dawn id-djar jew appartamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-persuna li tikri lil ħaddieħor u li b’hekk tista’ tkun

marbuta in solidum flimkien mal-kerrej għandha titqies li hi l-

konsumatur għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Meta dar, sew jekk mikrija bil-mobbli kemm bla mobbli,

hija mgħammra minn żewġ familji għalihom jew iżjed minn żewġ

familji għalihom, u jkollha meter wieħed, min jikri lil dawn il-

f a m i l j i g ħ a n d u j i t q i e s l i h u l - k o n s u m a t u r s k o n d d a w n i r-

regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Qabel ma jingħata l-kurrent akkont ta’ konsumatur, jew

f ’xi żmien wara, iċ-Chairman jista’ jordna lil dan il-konsumatur

biex iqiegħed fl-Uffiċċju somma ta’ flus li għandha tiġi ffissata

miċ-Chairman bħala pleġġ għall-ħlas regolari tal-ammonti kollha li

jkollhom jingħataw lill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

għall-provvista tal-kurrent elettriku akkont ta’ dan il-konsumatur.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Is-somma, li titqiegħed skond ma jingħad fl-arlikolu ta’

qabel dan, tingħata lura lil min ikun qiegħdha bħala depożitu malli

dan ma jibqax konsumatur, kemm-il darba l-ammonti kollha, li

għandhom jingħataw lill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

għall-provvista tal-kurrent elettriku akkont ta’ din il-persuna jkunu

tħallsu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Iċ-Chairman jista’ minflok ma jordna li jsir depożitu, kif

hemm stabbilit fir-regolament 8, jordna lill-konsumatur iġib

garanzija minn persuna oħra, li togħġob liċ-Chairman, sabiex din

tintrabat in solidum flimkien mal-konsumatur, għall-ħlas regolari

tal-ammonti kollha li jkollhom jingħataw lill-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni għall-provvista tal-kurrent elettriku, akkont ta’

dan il-konsumatur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Kull min ikollu tiegħu jew jamministra jew jkollu taħt

idejh xi bini jew appartament fornut bil-kurrent elettriku mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu, meta jikri għal iżjed

minn tliet xhur dak il-bini jew appartament lil xi ħaddieħor li ma

jkunx jirrisjedi permanentement f ’dawn il-Gżejjer, igħarraf b’dan

bil-miktub liċ-Chairman billi jsemmi l-isem sħiħ tal-kerrej, it-

tagħrif kollu dwar il-kerrej u ż-żmien miftiehem għall-kera; u

sakemm dik it-tagħrifa tkun għadha ma ngħatatx jew jekk it-tagħrif

mogħti ma jkunx sewwa, sid il-kera jkun, mingħajr ħsara għad-

dispożizzjonijiet tar-regolament 12, responsabbli in solidum mal-

kerrej għall-ħlas tal-arloġġ u l-fornitura tal-kurrent elettriku fil-

fond. Tkun tenħtieġ irċevuta bil-miktub mingħand iċ-Chairman

sabiex min jikri lil ħaddieħor ikun jista’ juri li huwa ta t-tagħrifa

hawn fuq imsemmija.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Meta biċċa bini jew appartament fornuti bil-kurrent

elettriku mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jinkrew lil xi

bniedem, sew espressament jew bis-skiet, bil-ġimgħa, bix-xahar

jew għal inqas minn tliet xhur, jew meta l-biċċa bini, li tkun mikrija

għal iżjed minn tliet xhur, tkun fil-fatt okkupata mill-kerrej għal

i n q a s m i n n t l i e t x h u r, i l - b n i e d e m l i j k o l l u t i e g ħ u , j e w l i

jamministra, jew li jkollu taħt idejh dik il-biċċa bini jew

appartament ikun responsabbli in solidum mal-kerrej għal kull dejn

li dan tal-aħħar jagħmel fuq il-ħlas tal-arloġġ u l-fornitura tal-

kurrent elettriku fil-fond.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 52 tal-2010).

12. 14.(1)(a) Is-servizzi tal-elettriku għandhom jitwasslu mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni.

(b) Servizzi jikkonsistu f’dawk single phase li ma

jeċċedux il-kapaċità ta’ 40 Amps, u dawk 3 phase li

ma jeċċedux il-kapaċità ta’ 60 Amps għal kull phase u

fejn il-kapaċità tkun taqbeż is-60 Amps għal kull

phase, provdut minn meter wieħed, is-servizz jitqies

bħala Bulk Supply għall-finijiet ta’ dawn ir-

regolamenti.

(ċ) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-

regolamenti ma’ kull applikazzjoni ġdida għal servizz

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

għandu jsir ħlas għall-installazzjoni li jammonta għal

€300 għas-Servizz Single Phase u għal €900 għas-

Servizz Three Phase

Iżda kull tibdil minn Servizz Single Phase għas-

Servizz Three Phase jew minn Servizz Three Phase

għas-Servizz Single Phase jitqies bħala applikazzjoni

ġdida għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u jkun

soġġett

għall-ħlasijiet

stabbiliti

b’dan

is-

subregolament għal applikazzjoni ġdida

Iżda ukoll, fil-każ biss ta’ Servizz għall-Post

Residenzjali jew Servizz għal Post Domestiku, sat-30

ta’ Ġunju 2009, tibdil minn Servizz Three Phase għal

Servizz Single Phase ikun soġġett għall-ħlas ta’

€163.06 iżda minn hemm ’il quddiem jitqies bħala

applikazzjoni ġdida għall-finijiet ta’ dawn ir-

regolamenti u jkun soġġett għall-ħlasijiet stabbiliti

minn dan is-subregolament għal applikazzjoni ġdida.

(d) Meta d-distanza tkun ta’ iżjed minn 150 metru mis-

sors adegwat l-applikant ikollu jħallas l-ispiża kollha

għall-estenzjoni mill-liema spiża jitnaqqsu l-ħlasijiet

elenkati fil-paragrafu (ċ). Il-ħlas minimu jkun ta’ €430

għal servizz single phase u €1300 għal servizzi 3

phase. Estenzjonijiet ta’ iżjed minn 150 metru isiru

biss b’materjal standard u sakemm ir-regolazzjoni tal-

vultaġġ tkun tista’ tinżamm sa 6% mill-valur nominali.

(e) Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn

ir-regolamenti

(i)

ħlas għall-installazzjoni ta’ darba ta’

ħamsin euro (€50) għandu jkun applikabbli għal kull

applikazzjoni ġdida għal miter addizzjonali ta’ single-

phase għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’Post Non-

Residenzjali li jkun diġà pprovdut b’servizz single-phase

jew three-phase;

(ii)

ħlas għall-installazzjoni ta’ darba ta’

tmenin euro (€80) għandha tkun applikabbli għal kull

applikazzjoni ġdida għal miter three phase addizzjonali

għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’Post Non-

Residenzjali li jkun diġà pprovdut b'servizz bi three

phase

Iżda li, miter tal-VE addizzjonali wieħed

(1) biss għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi jista’ jiġi

pprovdut fuq kwalunkwe kont ta’ single phase jew three

phase

Iżda wkoll li, l-miter addizzjonali għall-

iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi installat bħala miter

supplimentari tal-miter tal-konsum ewlieni u fuq servizz

eżistenti għandu jkun installat fil-viċinanza qariba tal-

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

miter tal-konsum f’post xieraq kif jista’ jiġi determinat

mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni;

(iii) servizz ġdid tal-elettriku jew aġġornament

jew modifika ta’ servizz eżistenti għal stazzjon tal-

iċċarġjar pubbliku għandu jiġi pprovdut skont il-ħlasijiet

applikabbli stabbiliti taħt dan ir-regolament.

(f)

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn

ir-regolamenti

(i)

il-ħlas ta’ installazzjoni ta’ darba ta’

ħamsin euro (€50) għandu jkun applikabbli għal kull

applikazzjoni ġdida għal miter single-phase addizzjonali

għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’Post Residenzjali jew

Domestiku diġa provdut b’servizz single-phase jew

three-phase;

(ii)

ħlas ta’ installazzjoni ta’ darba ta’ tmenin

euro (€80) għandu jkun applikabbli għal kull

applikazzjoni ġdida għal miter ta’ three-phase

addizzjonali għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi f’Post

Residenzjali jew Domestiku diġà pprovdut b’servizz ta’

three-phase

Iżda li, miter addizzjonali wieħed (1) biss

għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi jista’ jiġi pprovdut fuq

kwalunkwe servizz u kont ta’ konsum ta’ single-phase

jew three-phase

Iżda wkoll li, l-miter addizzjonali għall-

iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi installati bħala miter

supplimentari tal-miter tal-konsum ewlieni u fuq servizz

eżistenti għandu jkun installat fil-viċinanza qariba tal-

miter tal-konsum f’post xieraq kif jista’ jiġi determinat l-

operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni;

(iii) bla ħsara għall-ħlasijiet applikabbli

stabbiliti taħt dan ir-regolament, servizz ġdid tal-elettriku

jew titjib jew modifika ta’ servizz eżistenti għall-

istallazzjoni ta’ miter tal-VE skont ir-regolament 37 (6)

jista' jiġi pprovdut għal parkeġġ privat komunali għal

vettura jew spazji privati riżervati għal vettura fil-konfini

tal-blokk tal-appartamenti, u fejn l-utent tal-parkeġġ

privat komunali għal vettura jew tal-ispazji privati

riżervati għal vettura ma għandux kont residenzjali jew

domestiku u, jew ma għandux appartament fl-istess

blokka.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

(2)

(a) Grupp ta’ konsumaturi ġo żvilupp wieħed jista’

jikkonsisti minn postijiet Residenzjali jew Non-

Residenzjali jew Domestiċi jew taħlita ta’ postijiet

Residenzjali jew Non-Residenzjali jew Domestiċi li l-

ebda waħda minnhom ma tkun tirrikjedi provvista ta’

iżjed minn 60 Amps għal kull phase.

(b) Il-provvista tal-elettriku tiġi estiża mis-sistema ta’

distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx lill-iżvilupp ta’ grupp

ta’ konsumaturi fejn tiġi sodisfatta waħda miż-żewġ

kondizzjonijiet li ġejjin

(i)

għal żvilupp ta’ grupp ta’ konsumaturi fi skema

ta’ żvilupp ta’ bini li jikkonsisti minn 22 unit

jew inqas u jkun ta’ distanza inqas minn 150

metru ’l bogħod mill-eqreb sors adegwat ta’

vultaġġ baxx. Fejn ir-route length ikun iżjed

minn 150 metru l-ispejjeż stipulati fis-

subregolament (1)(d) jiġu applikati. (Unit waħda

tikkonsisti f’servizz 40 Amps single phase u

servizz 3 phase 60 Amps huwa kkonsidrat bħala

4.5 units). Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu

postijiet industrijali/kummerċjali ser jiġu

kkunsidrati bħala 4.5 units ukoll meta l-

applikazzjoni tkun għal servizz 40 Amps;

(ii) l-iżvilupp jissodisfa l-kondizzjonijiet (1) sa (5)

kollha li ġejjin

(1) l-għadd ta’ units ma jkunx iżjed minn 50;

(2) ir-route length ma tkunx iżjed minn 300

metru minn substation jew transformer

center eżistenti;

(3) il-prodott tal-għadd ta’ units u route

length f’metri ma jkunx iżjed minn 6,600

unit meters;

(4) il-peak load tas-substation li tkun qed

tintuża fiż-żmien tal-applikazzjoni u l-

load addizzjonali stmati fuq 4 Amps għal

kull unit ma jeċċedux 90% tat-transformer

rating, meta t-transformer ma jkunx jista’

jiġi mkabbar;

(5) l-iżvilupp ikun fi skema ta’ żvilupp ta’

bini;

(ċ) Meta waħda mill-kriterji tal-paragrafu (b) tkun

sodisfatta l-ħlas għall-konnessjoni koperti mis-

subregolamenti (1)(ċ) u, jew (1)(d) ikunu applikabbli

għal kull post rispettiv ġewwa l-iżvilupp.

(d) Servizz fi żvilupp għal grupp ta’ konsumaturi jkunu

kkunsidrati bħala bulk supply, kif provdut fis-

subregolament (3), jekk jirrikjedu iżjed minn 60 Amp

3 phase.

(e) Bla ħsara għar-regolament 15(ċ)(i), substation ġdida

għandha tkun meħtieġa biex tipprovdi l-provvista lil

żvilupp ta’ grupp ta’ konsumaturi fejn il-kriterji fis-

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

subparagrafi (i) u (ii) tal-paragrafu (b) mhumiex

sodisfatti, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni

teknika mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li turi

li provvista estiża minn substation eżistenti hija adegwata

sabiex tissodisfa d-domanda totali tal-iżvilupp ta’ grupp

ta’ konsumaturi kollu u r-rekwiżiti tal-kodiċi tan-

netwerk.

(3)

(a) Is-servizzi tal-elettriku bulk għandhom jitwasslu mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni.

(b) Servizzi bulk jikkonsistu f’servizzi 3 phase ta’ iżjed

minn 60 Amps għal kull phase u li jiġu provduti minn

meter wieħed.

(ċ) Servizzi bulk ma jiġux imqabbda mas-sistema ta’ fili ’l

fuq mill-art, u l-anqas minn fili ta’ taħt l-art jekk dawn

ikunu oriġinarjament ġejjin minn fili minn fuq.

(d) Servizzi bulk mis-sistema eżistenti tad-distribuzzjoni

ta’ vultaġġ baxx jingħataw biss meta jkunu sodisfatti t-

tliet kondizzjonijiet li ġejjin

(i)

l-ammont neċessarju f ‘mps għal kull fażi

moltiplikat bid-distanza f’metri bejn il-metering

point fil-post li għalih tkun saret l-applikazzjoni

u l-panel ta’ vultaġġ baxx fis-substation

adegwata l-aktar viċina m’għandux jeċċedi l-

ammont ta’ 30,000 Amp metru. Għal dan il-għan

il-kurrent tal-elettriku mitlub għandu jkun ta’

wieħed mill-istandard values li ġejjin: 100

Amps, 125 Amps, 160 Amps, 200 Amps, 250

Amps, 315 Amps, 355 Amps, 400 Amps, 450

Amps, 500 Amps;

(ii) id-distanza f’metri bejn il-metering point fil-

post li fiha tkun saret l-applikazzjoni u l-panel

ta’ vultaġġ baxx fis-substation adegwata l-aktar

viċina m’għandux ikun iżjed minn 300 metru;

(iii) is-servizz bulk mitlub m’għandux jeċċedi 500

Amps għal kull phase.

(e) L-ispejjeż kollha għall-estenzjoni ta’ servizz bulk ser

jitħallsu mill-applikant. Ħlas ta’ €81.52 għal kull kVA

mitlub irid jitħallas ukoll mill-applikant bħala

kontribuzzjoni għall-użu ta’ sistema ta’ vultaġġ għoli.

(f)

Servizzi ta’ vultaġġ baxx li ma jissodisfawx waħda jew

iżjed mill-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi (d)(i),

(d)(ii) u (d)(iii) ikunu jirrikjedu substation ġdida

skond kif stipulat fir-regolament 15.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(a) Ikun hemm bżonn ta’ substation ġdida ġewwa l-

Estenzjoni ta’

provvisti tal-

iżvilupp f’dawn iċ-ċirkostanzi

elettriku li jeħtieġu

substation ġdida

(i)

meta l-kondizzjonijiet neċessarji sabiex jingħata

jew provvisti bis-

servizz lill-grupp ta’ konsumaturi fi żvilupp

sistema ta’ 11kv

wieħed kif spjegat fir-regolamenti 14(2)(b)(i)

jew aktar.

Miżjud

jew (ii) ma jkunux sodisfatti;

A.L. 165 tal-1993.

(ii)

meta l-kondizzjonijiet neċessarji għal servizzi

Sostitwit

A.L. 27 tal-1999.

bulk kif spjegat fir-regolamenti 14(3)(d)(i) jew

Emendat

(ii) jew (iii) ma jkunux sodisfatti;

A.L. 52 tal-2010;

XXXIV. 2014.39.

(iii)

meta ma jkunx hemm substation fil-viċinanza li

minnha jkun teknikament possibbli li tingħata

provvista sodisfaċenti ta’ vultaġġ baxx lill-

iżvilupp.

(b)

(i)

F’każi ta’ servizzi bulk l-ispejjeż għal substation

ġdida jitħallsu jew -

(1) mill-applikant/applikanti; jew

(2) mill-applikant/applikanti u l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni fuq bażi cost

sharing f’każi fejn l-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni jkun irid jutilizza s-

substation.

Fi kwalunkwe każ is-substation issir proprjetà

tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni hekk

kif

tiġi

magħquda

mas-sistema

tad-

distribuzzjoni tal-elettriku u għalhekk irid jiġi

provdut aċċess għal ħaddiema, kuntratturi u

apparat

tal-operatur

tas-sistema

ta’

distribuzzjoni f’kull ħin. L-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni jagħmel tajjeb ukoll għall-

ispejjeż tas-substation u l-apparat assoċjat.

(ii)

Sakemm is-substation tintuża biss mill-

applikant/applikanti s-sistema tal-metering għal

konsum ser jiġi installat fuq il-high voltage.

(iii)

F’każi

fejn

l-operatur

tas-sistema

ta’

distribuzzjoni u l-applikant/applikanti jifthiemu

li jaqsmu l-ispejjeż tas-substation u l-applikant/

applikanti jipprovdi l-art, ix-xogħolijiet ċivili u

xi tibdil strutturali l-applikant/applikanti

jingħata kumpens ta’ mhux iżjed minn €23,293 u

l-cost sharing ikun applikat fuq bażi pro rata

kkalkolata fuq il-proporzjon tal-load użata minn

kull parti. Għall-iskop tal-cost sharing kull

kumpens imħallas mill-applikant/applikanti jiġi

miżjud ma’ l-ispejjeż li jkunu saru biex is-

substation tiġi mgħammra u mqabbda mal-

provvista tal-elettriku.

(iv)

Meta

s-substation

tkun

iffinanzjata

kompletament mill-applikant/applikanti dawn

tingħatalhom rifużjoni ta’ €58.23 għal kull kVA

mogħtija lill-kwalunkwe applikant/applikanti

ġodda. Dan japplika wkoll f’każi fejn l-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni jiddeċiedi li

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

jestendi provvista ta’ vultaġġ baxx lill-pubbliku

ġenerali mis-substation. Din il-kondizzjoni

tibqa’ tgħodd sa 10 snin mid-data ta’ meta s-

substation jkun ġie mħaddem.

(v) Meta s-substation tkun iffinanzjata fuq bażi ta’

cost sharing l-applikant/applikanti ma jkunx

intitolat għar-rifużjoni indikata fis-subparagrafu

(iv).

(ċ)

(i) F’każi ta’ grupp ta’ konsumaturi fi żvilupp

wieħed li jirrikjedi substation skond ir-

regolament

14(2)(e)

l-applikant/applikanti

għandhom jipprovdu kamra adegwata għall-użu

bħala substation ġewwa l-iżvilupp. L-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni ser jagħti kumpens

massimu ta’ €23,293 lill-applikant/applikanti

bħala kumpens għall-art, xogħlijiet ċivili u/jew

tibdil strutturali li jkun hemm bżonn. L-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni ser jagħmel bi

spejjeż tiegħu x-xogħlijiet l-oħra neċessarji

sabiex titlesta s-substation iżda jżomm id-dritt li

jagħti provvista mis-substation lill-applikant/

applikanti barra l-iżvilupp mingħajr l-obbligu li

jagħti kumpens addizzjonali lill-applikant/

applikanti oriġinali.

(ii) Għal kull applikazzjoni minn applikanti fi grupp

fi żvilupp wieħed ser jitħallsu l-ispejjeż tal-

applikazzjoni stipulati fir-regolament 14(1)(ċ).

(d) Għal provvista fuq is-sistema ta’ 11kV jew iżjed irid

ikun hemm ħlas skond in-nefqa kif ukoll ħlas

negozzjabbli għall-użu tal-infrastruttura eżistenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-regolament 20(2) u

(3), l-impjanti tal-kurrent elettriku għandhom isiru skond dawn ir-

regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-konsumatur għandu huwa stess, jew bi spejjeż tiegħu,

jipprovdi u jwaħħal dritt wara l-meter u fuq in-naħa tiegħu circuit

breaker b’żewġ poli jew bi tliet poli mgħaqqdin u b’overload trip

fuq kull phase conductor; jew switch b’żewġ poli jew bi tliet poli

mgħaqqdin u fusible cut-out ta’ għamla mgħoddija miċ-Chairman,

iżda ebda fusible cut-out bħal din ma għandu jiġi komunikat mal-

konduttur newtru. Għandu jiġi stallat fuq in-naħa tal-istallazzjoni

interna ħdejn is-switch prinċipali earth leakage circuit breaker.

Dan l-earth leakage circuit breaker irid ikollu sensittività biex

jinqata’ ta’ mhux aktar minn 30 mA ta’ passaġġ ta’ kurrent to earth

fejn l-istallazzjoni interna tkun sa 60 Amps. Dan l-earth leakage

circuit breaker irid ikollu l-faċilità isirulu testijiet li jikkonfermaw

l-intervent tiegħu meta jkun hemm passaġġ ta’ kurrent to earth.

Barra minn hekk kull konsumatur irid jipprovdi earthing separat

form a ta’ e a r th e le c t ro d e, li t r i d t i ġ i s t a l l a t a k i f j i to l b u r-

regolamenti tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni. Pajpijiet tal-

ilma ma humiex aċċettabbli aktar għal earthing. Il-kurrent għandu

jiġi mqassam sewwa fuq il-linji u l-isbilanċ ma għandux ikun ta’

iktar minn 10 fil-mija tal-kurrent li jista’ jieħu l-impjant meta l-

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

komunikazzjonijiet sew tad-dawl kemm tal-muturi, kif ukoll tas-

sħana, jkunu kollha wżati.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

L-impjanti tal-kurrent elettriku li ma jkunux saru mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jistgħu jiġu biss

ikkomunikati mas-sistema kemm-il darba dawn isiru minn jew taħt

id-direzzjon u responsabbiltà ta’ persuna li għandha permess mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni biex tagħmel dan ix-xogħol.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Għandu jkun hemm żewġ kwalitajiet ta’ liċenzi

(a) wireman’s licence A għal dawk il-persuni li jkunu

awtorizzati li jagħmlu stallazzjonijiet tas-single phase

biss; u

(b) wireman’s licence B għal dawk il-persuni li jkunu

awtorizzati li jagħmlu stallazzjonijiet kemm fuq is-

single phase kif ukoll fuq it-three phase.

(2) Il-liċenzi tal-wireman jinħarġu miċ-Chairrnan tal-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni fuq rakkomandazzjonijiet tal-Bord

tal-Liċenzi tal-Elettriku lill-persuni li jkunu

(a) għaddew mill-eżami miżmum apposta mir-Reġistratur

tal-Eżamijiet għan-nom tal-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni, u

(b) li jkunu għalqu t-tmintax-il sena, u

(ċ) li jkollhom sena esperjenza fuq ix-xoghol ta’

stallazzjonijiet tal-elettriku għal dawk li jridu liċenza

A u sentejn esperjenza għal dawk li jridu liċenza B.

(3)

(a) L-eżami għal dawn il-liċenzi għandu jsir mill-inqas

darba fis-sena f’data jew dati stabbiliti mir-Reġistratur

tal-Eżamijiet. Avviż jiġi mogħti tal-anqas xahrejn

qabel ma jsir l-eżami fil-Gazzetta tal-Gvern.

(b) Is-sillabus għal dan l-eżami jiġi stabbilit mill-Bord tal-

Liċenzi tal-Elettriku.

(ċ) Meta s-sillabus jiġi rivedut għandu jiġi pubblikat

sentejn qabel ma jsir xi eżami fuqu.

(4) Il-liċenzi tal-wireman iridu jiġġeddu kull sena u jibqgħu

validi għal sena li tibda sseħħ mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena li

jkunu ħarġu fiha. Ikun irid isir ħlas ta’ €11.65 biex tinħareġ jew

tiġġedded liċenza A u €23.29 biex tinħareġ jew tiġġedded liċenza

B. Id-detentur tal-liċenza B ikollu wkoll id-drittijiet tal-liċenza A.

Jekk applikazzjoni ma ssirx sa xahrejn wara li jkun għalaq iż-żmien

li fih il-liċenza ta’ qabel tkun valida, biex tiġġedded liċenza, ikun

irid isir ħlas addizzjonali ta’ €11.65.

(5)

(a) L-applikazzjoni biex tinħareġ xi liċenza tal-wireman

trid issir liċ-Chairman tal-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni. L-applikazzjoni trid tkun akkompanjata

miċ-ċertifikat tal-eżami li juri li l-applikant ikun

għadda fih, ċertifikat tat-twelid maħruġ mir-Reġistru

Pubbliku u ċertifikati oħra li jikkonfermaw l-

esperjenza fix-xogħol tal-istallazzjonijiet tal-elettriku

mill-applikant. Iċ-ċertifikati tal-esperjenza fix-xogħol

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

għandhom jiġu firmati minn persuna oħra li tkun diġà

liċenzjata f ’dan ix-xogħol u li taħtu tkun ittieħdet l-

esperjenza prattika.

(b) Il-Bord

tal-Liċenzi

tal-Elettriku

jeżamina

l-

applikazzjonijiet u jiddeċiedi jekk l-esperjenza prattika

li tkun ittieħdet tkunx ta’ livell sodisfaċenti.

(6) Iċ-Chairman, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Liċenzi

tal-Elettriku jista’ jeżenta lil applikant milli joqgħod jew għall-

eżami kollu jew xi parti minnu, jekk l-istess Bord ikun sodisfatt li

l-applikant għandu kwalifiki tajba biżżejjed li jeżentawh milli

joqgħod għall-eżami kollu jew parti minnu. Ħlas ta’ €11.65 ikun

irid isir ma’ kull applikazzjoni f’dan ir-rigward.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) L-electrician li jkollu l-liċenza jrid jissodisfa ruħu

dwar il-kondizzjoni tal-istallazzjoni li jkun lesta u jekk din tkunx

adattata qabel jiffirma kull applikazzjoni dwar is-servizz tal-

elettriku, jiġifieri jikkonferma li l-fili, l-fittings u kull apparat ieħor

li jġorr il-kurrent ikunu ta’ daqs u ta’ saħħa biżżejjed għall-iskop li

għalih l-elettriku jkun ser jintuża, u jkunu magħmula, stallati u

protetti biex jiġi evitat il-periklu sakemm huwa raġonevolment

possibbli. Id-detentur tal-liċenza jkun irid jissodisfa ruħu

(a) l-insulation resistance bejn il-kondutturi u l-earth

mhix taħt l-I.E.E. Standard;

(b) is-switches kollha ta’ pole wieħed u l-fusible cut-outs

kollha jkunu komunikati fil-phase conductors biss;

(ċ) meta jkun hemm bżonn, is-circuits tal-impjanti jkunu

mqassmin f’sub-circuits finali; u li socket outlets ikunu

komunikati ma’ sub-circuit finali differenti għal kollox

minn circuits tad-dwal;

(d) l-appliances u l-aċċessorji kollha nklużi s-switches u l-

holders jekk ma jkunux tat-tip iżolat għal kollox ikunu

earthed sewwa u li, meta jistgħu jinġarru, ikunu

komunikati ma’ l-earth permezz ta’ 3-pin plugs;

(e) il-wiring kollu li jkun attakkat ikun imwaħħal

b’saddles jew bi clamps u mhux bi staples imsammrin;

(f)

il-metall kollu li jifforma parti mill-oġġetti tal-

elettriku fil-kmamar tal-banju barra mill-wires li

jservu biex jgħaddi l-kurrent u l-oġġetti l-oħra kollha

tal-metall mikxufa f’dawn il-kmamar inklużi l-piping

u l-banju iżda esklużi l-gwarniċ tat-twieqi, serraturi

tal-bibien u oġġetti oħra bħal dawn ikunu komunikati

flimkien permezz ta’ uniform potential conductor li

jkun earthed b’mod permanenti;

(g) is-switches, holders u aċċessorji oħra li jkunu fil-

kmamar tal-banju ma jkunux jistgħu jintlaħqu minn

persuna li tkun qiegħeda f’banju jew fuq il-banju jew

taħt doċċa;

(h) il-casing tal-injam ma jkunx imwaħħal b’mod li jkun

travers jew taħt il-pajpijiet tal-ilma;

(i)

kull aċċessorju jew fitting f’garages sakemm ma jkunx

tat-tip għal kollox magħluq għalih ikun imwaħħal

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

mhux anqas minn metru punt tnejn ’il fuq mill-livell

tal-art;

(k) fejn il-provvista tal-ilma ġo post tkun ġejja minn xi

tank tal-ilma fuq il-bejt, il-pajpijiet tal-metall tad-dħul

u l-ħruġ iridu jiġu magħqudin ma’ xulxin għal skop ta’

elettriku;

(l)

jekk xi konsumatur ikollu l-liċenza biex jopera

ġeneratur stand-by fl-istallazzjoni tiegħu, il-ġeneratur

irid jkun ikkonnettjat ma’ l-istess stallazzjoni permezz

ta’ four pole changeover switch;

(m) fejn jinstab li waqt li konsumatur ikun qed juża l-

elettriku jkun qed jeffettwa ħażin is-servizz mogħti

mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni lill-

konsumaturi oħra, l-ewwel konsumatur ikun irid

jinstalla bi spejjeż tiegħu u fuq il-post tiegħu apparat

biex

jikkoreġi

u

jipproteġi

s-sistema

tad-

distribuzzjoni. Dawn il-każi jinkludu fost oħrajn

varjazzjoni irregolari tal-vultaġġ u ġenerazzjoni ta’

harmonics.

(2) Kull stallazzjoni li tkun tikkonforma mar-regolamenti tal-

I.E.E. titqies li tkun tikkonforma ma’ dawn ir-regolamenti.

(3) Iċ-Chairman iżomm id-dritt li jitlob li stallazzjoni qabel

ma tiġi konnettjata mal-provvista tal-elettriku tal-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni tkun tikkonforma ma’ xi regolamenti tal-

I.E.E.

(4) Kull apparat u makkinarju ’il fuq min 1.5 KW ma għandux

jiġi kkonnetjat mas-sistema tal-elettriku sakemm ma jkollux l-

apparat neċessarju biex jopera b’power factor ta’ mhux anqas minn

0.9 lagging fuq id-domanda massima.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

It-testijiet fuq l-istallazzjoni wara li titlesta jridu jsiru mill-

persuna li tkun liċenzjata bħala electrician, u jkun irid jissottometti

r-riżultati ffirmati u stampati minnu ma’ l-applikazzjoni għas-

servizz tal-elettriku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Ir-riżultati tat-testijiet jkunu jridu jitniżżlu fuq formula

preskritta ma’ l-applikazzjoni għas-servizz tal-elettriku. Dawn ir-

riżultati flimkien ma’ schematic u wiring layout drawings tal-

istallazzjoni tal-elettriku jintbagħtu ma’ l-applikazzjoni għas-

servizz tal-elettriku. Id-drawings ikunu jridu juru t-tip u l-

kompożizzjoni taċ-ċirkwiti u l-mezzi u l-post tal-protezzjoni u

isolazzjoni fl-istallazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Id-disinn ta’ stallazzjoni ta’ kapaċità ta’ 300 Amp jew

iktar, kif ukoll ir-riżultat tat-testijiet tal-istess stallazzjoni meta

titlesta jridu jkunu wkoll ċertifikati minn inġinier kwalifikat fl-

inġinerija elettrika.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jeżamina l-

formula tal-applikant u ċ-ċertifikati tat-testijiet. Jekk dawn ikunu

aċċettabli, l-applikant jingħata s-servizz.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Jekk iċ-ċertifikati tat-testijiet ma jissodisfawx lill-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni, dawn jintbagħtu lura lill-applikant u

dan ikun irid iħallas is-somma ta’ €11.65.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(a) L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jżomm id-dritt

li jivverifika kull stallazzjoni f ’kull ħin diment li din

tkun ikkonnettjata mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-

elettriku. Jekk f ’xi ħin din ma tinstabx konformi ma’

dawn ir-regolamenti, il-provvista tal-elettriku tista’ tiġi

sospiża sakemm isiru l-alterazzjonijiet u t-tiswijiet

meħtieġa fl-istallazzjoni biex din tikkonforma mar-

regolamenti.

(b) Fejn stallazzjoni, wara li tiġi ttestjata mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni, tinstab difettuża jew ma

taqbilx mal- wiring diagram li tintbagħat ma’ l-

applikazzjoni, id-detentur tal-liċenza jiġi mwissi bil-

miktub fuq l-ewwel każ. Jekk imbagħad l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni jerġa’ jsib xi stallazzjoni

oħra difettuża li tkun ġiet ċertifikata mill-istess

detentur, il-liċenza ta’ dak id-detentur tiġi sospiża.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Jekk stallazzjoni li tkun instabet difettuża ma tiġix

irranġata biex titqabbad mas-sistema fi żmien xahar mid-data tal-

ewwel test, il-konsumatur ikun irid iħallas l-ispejjeż kollha li jkun

għamel l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni biex iwassal is-

servizz tal-elettriku fil-post u biex iwaħħal il-main fuse box u l-

meter u dan suġġett għal ħlas ta’ ammont minimu ta’ €232.93.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Ikun irid isir ħlas ta’ €11.65 għal kull darba li jsir xi test

fuq dik l-istallazzjoni wara li tkun instabet difettuża.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jiġi

mgħarraf minnufih b’kull tibdila jew żieda ta’ xogħol li ssir

f’impjant wara t-test tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni; u l-

impjant li fih ikun sar dan it-tibdil jew żieda jkun suġġett għall-

kondizzjonijiet imsemmijin fir-regolament 27.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Jekk f’xi spezzjon ta’ impjant li jkun diġà kkominikat mas-

sistema, jinstab li l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni ma ġiex

imgħarraf b’xi tibdil jew żieda kif meħtieġ mir-regolament 29, il-

kurrent jista’ jiġi maqtugħ sakemm l-impjant jiġi spezzjonat u

ttestjat. Dak li hemm meħtieġ fir-regolamenti 18 u 20 jgħodd ukoll

għal dan il-każ.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Kull konsumatur jista’ jiġi obbligat iħallas l-ispejjeż li, fuq

talba magħmula minnu, ikun għamel l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni fil-komunikazzjoni ta’ impjant mas-sistema, jekk hu

jordna li l-impjant jiġi maqtugħ u li jitneħħa l-meter fi żmien sena

mid-data li fiha tkun saret il-komunikazzjoni, jew kemm-il darba

hu ma jaċċettax li jitqiegħed il-meter fi żmien ġimgħa wara li jkun

intbagħad lilu avviż bil-miktub dwar l-intenzjoni l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni li jitqiegħed dan il-meter.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Kull konsumatur li jagħti kurrent jew li jħalli li jittieħed

kurrent li jgħaddi mill-meter tiegħu għal ġewwa post li ma jkunx

dak li għalih il-kurrent kien maħsub ikun suġġett li jinqatagħlu il-

k u r r e n t m i l l - p os t t i e g ħ u g ħ a l da k i ż -ż m i e n li j i dd e ċ i e d i ċ -

Chairman

Iżda d-dispożizzjoni ta’ dan ir-regolament ma tapplikax

meta l-post l-ewwel imsemmi jkun garage privat, u -

(a) ikun jew qiegħed ma’ ġenb il-post residenzjali okkupat

mill-konsumatur, kemm jekk ikollu aċċess dirett minn

dak il-post kif ukoll jekk le, jew

(b) ikun fil-preċenti ta’ jew fuq l-istess art appartenenti

lill-post residenzjali ta’ dak il-konsumatur,

u, barra minn hekk, il-garage ikun qed jintuża mill-imsemmi

konsumatur u ebda persuna oħra ma jkollha jedd, bi ħlas, tagħmel

użu mill-istess garage.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Iċ-Chairman jista’ f’każijiet speċjali u għal ċertu żmien

wara talba magħmula mill-konsumatur, jippermetti l-provvista tal-

kurrent minn meter ta’ dan il-konsumatur għal post jew iżjed minn

post wieħed li ma jkunx dak li għalih il-provvista tal-kurrent kienet

irreġistrata.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

L-ispejjeż

għall-estenzjoni

tal-elettriku

u,

jew

kontribuzzjoni għall-vultaġġ għoli jkunu jridu jitħallsu lill-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni kif ġej

(a) stimi taħt l-€2,329 jkunu jridu jitħallsu kollha mal-

kuntratt;

(b) stimi ’l fuq minn €2,329 jkunu jridu jitħallsu 50% mal-

kuntratt u 50% qabel ma din l-estenzjoni tiġi

konnettjata mas-sistema tal-elettriku tal-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni iżda suġġetta għall-ewwel

ħlas minimu ta’ €2,329.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

L-impjant jibqa’ proprjetà tal-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni sakemm titħallas is-somma kollha li għandha

titħallas; u s-sid tal-bini fejn ikun sar ix-xogħol ta’ impjant ikollu

jintrabat li ma għandu bl-ebda mod ifixkel lill-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni biex ineħħi dan l-impjant fil-każ illi l-konsumatur

jonqos u ma jħallasx regolarment is-somma kollha jew xi biċċa

mis-somma li jkollu jagħti tal-ispiża u mgħax fuqha kif hemm

kalkolat fir-regolament 34(b).

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ jidħol fi

ftehim speċjali sabiex iżomm prezzijiet minbarra dawk stabbiliti

minn dawn ir-regolamenti, sakemm dawn il-prezzijiet ikunu inqas

minn dawk stabbiliti b’tariffa.

(2) Ir-Regolatur għandu japprova kull tariffa proposta li tkun

preżentata minn operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li tkun

tipprovdi dħul suffiċjenti lill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

f’kull sena finanzjarja fir-rigward ta’ ġenerazzjoni, distribuzzjoni u

bejgħ ta’ elettriku

(a) sabiex tkopri l-ispiża sħiħa tagħha li għandha tinkludi

l-ispejjez kollha operattivi, amministrattivi u

finanzjarji

li

jkunu

ntefqu

fil-ġenerazzjoni,

distribuzzjoni u bejgħ ta’ units ta’ elettriku li jkun

jinkludi iżda mhux limitat għal spejjeż li jkollhom

x’jaqsmu ma’ indeboliment tal-assi operattivi, taxxa u

dazji mhux rikuperabbli (li jkunu jeskludu taxxa

korporattiva fuq il-profitti), u telf akkumulat;

(b) sabiex tlaħħaq ma ripagamenti perjodiċi fuq dejn fit-

tul sal-punt li kull ħlas lura bħal dan ikun iktar mill-

provvedimenti għal deprezzament; u

(ċ) sabiex tipprovdi qligħ raġonevoli fuq il-valur ta’

ekwità,

u f’kull tariffa u ftehim bħal dan m’għandhiex tingħata preferenza

mhux dovuta bħal bejn konsumaturi li jinsabu fl-istess sitwazzjoni

jew issir diskriminazzjoni mhux dovuta bħal bejn persuni li jkunu

jinsabu fl-istess sitwazzjoni meta jiġu kunsidrati l-post u l-ħin ta’

provvista, l-kwantità ta’ enerġija elettrika provduta, it-tagħbija tal-

konsumatur u l-fattur tal-enerġija, l-għan li għalih il-provvista tkun

qiegħda tiġi meħuda u kull ċirkustanza oħra li tista’ tiġġustifika

trattament preferenzjali jew diskriminatorju.

(3)

(a) Operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu

jikkomunika t-tariffi proposti tiegħu lir-Regolatur

flimkien mad-dokumentazzjoni kollha b’appoġġ għall-

proposti tiegħu, u flimkien ma’ kull informazzjoni u

dokumentazzjoni oħra mitluba b’mod raġonevoli mir-

Regolatur fi żmien tlett (3) xhur mis-sottomissjoni tal-

p r o p o s t a . K u l l d o k u m e n t a z z j o n i p r e ż e n t a t a l i r-

Regolatur mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

skont dan ir-regolament għandha tiġi meqjusa bħala

kunfidenzjali u ekonomikament sensittiva u għandha

tiġi trattata kif jixraq.

(b) Ir-Regolatur għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu li

japprova jew jiċħad it-tariffi proposti mill-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni fi żmien sitt (6) xhur

mis-sottomissjoni tal-proposta, iżda r-Regolatur jista’

biss jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tariffi

msemmija wara li jkun ta lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni opportunità li jagħmel sottomissjonijiet

lir-Regolatur, u għandu jagħti raġunijiet li bihom

jispjega d-deċiżjonijiet tiegħu lill-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

(4) Ir-Regolatur jista’ jirrifjuta li jiċħad li jagħti l-

approvazzjoni tiegħu dwar kull tariffa proposta mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni biss meta dawk it-tariffi proposti ma

jkunux konformi mal-prinċipji stabbiliti mis-subregolament (2).

(5) Operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jkollu d-dritt

li jagħmel appell fuq kull bażi ta’ fatt u liġi lit-Tribunal ta’

Reviżjoni Amministrattiva minn kull deċiżjoni meħuda mir-

Regolatur skont dan ir-regolament. Fit-teħid ta’ deċiżjoni t-

Tr i b u n a l t a ’ R e v i ż j o n i A m m i n i s t r a t t i v a m s e m m i g ħ a n d u

jikkunsidra

(a) il-prinċipji stabbiliti skont dan ir-regolament;

(b) l-istrutturi tat-tariffi proposti mill-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni; u

(ċ) kull korrispondenza rilevanti bejn ir-Regolatur u l-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, u kull aspettattiva

leġittima maħluqa mill-liġi, regolament jew mir-

Regolatur

favur

tal-operatur

tas-sistema

ta’

distribuzzjoni.

(6) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti t-tariffa għal Servizz

għall-Post Residenzjali m’għandhiex teċċedi t-tariffa massima

stabbilita fl-Ewwel Skeda u għandha tiġi kkomputata skont il-

metodoloġija hekk kif deskritta fl-Ewwel Skeda.

(7) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti t-tariffa għal Servizz

għall-Post Non-Residenzjali m’għandhiex teċċedi t-tariffa massima

stabbilita fit-Tieni Skeda u għandha tiġi kkomputata skont il-

metodoloġija hekk kif deskritta fit-Tieni Skeda.

(8) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti t-tariffa għal Servizz

għall-Post Domestiku m’għandhiex teċċedi t-tariffa massima stabbilita

fit-Tielet Skeda u għandha tiġi kkomputata skont il-metodoloġija hekk

kif deskritta fit-Tielet Skeda.

(9) Minkejja id-dispozizzjonijiet ta’ liġijiet oħra, iċ-Chairman

ikollu s-setgħa li f ’kull hin u fid-diskrezzjoni tiegħu, tenut kont

għad-dispozizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jiddeċiedi jekk

servizz għandux jitqies bħala Servizz għall-Post Residenzjali jew

Servizz għall-Post Non-Residenzjali jew Servizz għall-Post

Domestiku għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti.

(10) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti konsumatur ikun

jista’ japplika sabiex Servizz li jingħata lill-fond individwali ta’

residenza, użat biss u regolarment bħala fond ta’ abitazzjoni

privata, kif ikun jista’ jiġi konfermat permezz ta’ evidenza

dokumentarja, jiġi reġistrat bħala Servizz għall-Post Domestiku

Iżda tista’ ukoll issir aplikazzjoni sabiex Servizz li jingħata

lill-partijiet komuni ta’ condominium li jikkonsisti interament

f’postijiet li jintużaw għall-iskopijiet ta’ abitazzjoni, jitqies bħala

Servizz għall-Post Domestiku

Iżda ukoll jekk ma jkunx awtorizza xort’oħra ċ-Chairman,

għal raġuni tajba u suffiċjenti, konsumatur ikun intitolat jirreġistra

bħala Servizz għall-Post Domestiku biss, Servizz għar-Residenza

Prinċipali, Servizz għar-Residenza Sekondarja u Servizz għal

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Garage wieħed li ma jeċċedix id-dimensjoni ta’ 30 metru kwadru u

jintuża esklużivament għall-finijiet privati u Non-kummerċjali

Iżda ukoll fil-każ ta’ postijiet li għalkemm ma jkun hemm

ħadd jgħix fihom, ikunu ippjanati sabiex jintużaw għall-iskop ta’

abitazzjoni, il-Korporazzjoni tista’ tawtorizza li s-Servizz jiġi

reġistrat bħala Servizz għall-Post Domestiku għal mhux aktar minn

tnax-il xahar.

(11) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-konsumatur għandu

jkun intitolat jippreżenta applikazzjoni li biha jitlob li`-Chairman

jirreġistra individwi li jkollhom ir-residenza primarja tagħhom f’Malta

fuq Servizz għall-Post Residenzjali fir-rigward ta’ dik ir-residenza

primarja

Iżda l-ebda individwu m’għandu jkun reġistrat fuq aktar minn

Servizz għall-Post Residenzjali wieħed fl-istess waqt u l-ebda individwu

m’għandu jkun reġistrat fuq garage jew il-partijiet komuni ta’

condominium.

(12) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, Servizz li ma jiġix

reġistrat bħala Servizz għall-Post Domestiku jew Servizz għall-

Post Residenjzali skond id-dispozizzjonijiet ta’ dan ir-regolament

jew Servizz li ma ssirlux applikazzjoni skond id-dispozizzjonijiet

ta’ dan ir-regolament sabiex jiġi reġistrat bħala Servizz għall-Post

Domestiku jew Servizz għall-Post Residenjzali, jitqies bħala

Servizz għall-post Non-Residenzjali sakemm iċ-Chairman ma

jiddeċidiex xort’oħra.

(13) Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-

rigward tar-reġistrazzjoni ta’ individwi fuq Servizz għall-Post

Domestiku jew fuq Servizz għall-Post Residenzjali

(a) konsumatur għandu jagħti bil-miktub lill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni, f’dak iż-żmien kif jista’ jiġi

stipulat mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni,

kull informazzjoni flimkien ma’ dokumenti b’sostenn

tal-istess informazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni bl-iskop li ssir

dik ir-reġistrazzjoni;

(b) konsumatur għandu javża lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni bil-miktub b’kull bidla fiċ-ċirkostanzi li

abbażi tagħhom għandha ssir dik ir-reġistrazzjoni,

mhux aktar tard minn xahar minn meta ssir dik il-

bidla;

(ċ) kull bidla fl-għadd ta’ persuni reġistrati fuq Servizz

għall-Post Domestiku jew fuq Servizz għall-Post

Residenzjali jkollha effett, għall-finijiet ta’ dik ir-

reġistrazzjoni, mid-data tal-ewwel qari normali tal-

arloġġ li jiġi wara d-data li fiha ssir il-bidla fl-għadd

ta’ persuni jew id-data meta l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni jkun ġie avżat bil-miktub b’dik il-bidla,

fid-diskrezzjoni

tal-operatur

tas-sistema

ta’

distribuzzjoni;

(d) persuna li tkun tgħix f’post tista’ tapplika mal-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni biex tiġi

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

reġistrata f’post differenti u minflok dak il-post li tkun

tgħix fih bħala Servizz għall-Post Domestiku;

(e) kull applikazzjoni għandha ssir f’dik l-għamla kif

tista’ tiġi maħruġa mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni minn żmien għal żmien;

(f)

kull arranġament magħmul skont dan is-subregolament

għandu jibqa’ jgħodd sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li

fiha jkun sar jew li għaliha jkun iġġedded, u għandu

jitqies li ġie mġedded għas-sena li tiġi minnufih wara

dik is-sena, kemm-il darba l-konsumatur, mhux aktar

tard mill-aħħar jum ta’ Novembru tas-sena li fiha l-

arranġament ikun seħħ, ma jkunx ta avviż bil-miktub

lill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni illi huwa ma

jridx li l-imsemmi arranġament jiġi hekk imġedded.

(14) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, servizz f’Post Non-

Residenzjali għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi għandu jitħallas

skont ir-Raba’ Skeda.

(15) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, servizz ta’ Post

residenzjali jew servizz ta’ Post domestiku għall-iċċarġjar ta’ vetturi

elettriċi għandu jitħallas skont il-Ħames Skeda.

(16) Għall-finijiet tal-Ewwel Skeda, tat-Tieni Skeda, u tat-Tielet

Skeda, "sena kalendarja" u kwalunkwe referenza oħra għal sena

(inkluż "annum" jew "annwali") tfisser sena kalendarja li tibda fl-1 ta’

Jannar u tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja

rispettiva.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) L-elettriku fornut permezz ta’ miter tal-VE, għandu

jintuża għal skopijiet tal-iċċarġjar tal-VE biss. Kwalunkwe użu

ieħor jew tbagħbis tiegħu għandu jwassal għal kwalunkwe azzjoni

legali li għandha tittieħed mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni, kif jidhrilha meħtieġ, u kif permess taħt dawn ir-

regolamenti, inkluża s-sospensjoni tal-provvista lill-post.

(2) L-installazzjoni mill-miter tal-VE, sa u inkluż il-punt tal-

iċċarġjar tal-VE, għandha tkun ir-responsabbiltà unika tal-

konsumatur u għandha tkun konformi ma’ kwalunkwe rekwiżit ta’

dawn ir-regolamenti, u kwalunkwe regolamenti oħra applikabbli.

(3) Kwalunkwe installazzjoni elettrika fiż-żona li tospita l-

installazzjoni, mill-VE miter sa, u inkluż il-punt tal-iċċarġjar VE,

għandha tiġi fornuta mill-istess servizz u l-akkont li jforni l-VE

miter.

(4) Mingħajr preġudizzju għal dak imsemmi qabel, l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni jista’ jżid tagħmir ta’ kontroll addizzjonali

għall-installazzjoni tal-miter tal-VE, kif jidhirlu meħtieġ.

(5) Fil-każ ta’ parkeġġ privat komunali għal vettura jew ta’ spazji

privati riżervati għal vettura fil-konfini tal-blokk tal-appartamenti, l-

istallazzjoni ta’ miter tal-VE bħala miter supplimentari tal-miter tal-

konsum tal-appartament prinċipali sabiex jissupplixxi istallazzjoni

elettrika għal punt privat tal-iċċarġjar tal-VE fuq il-kont residenzjali

jew domestiku għandu jkun permess biss fejn

(a) il-parkeġġ privat komunali għal vettura jew l-ispazji

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

privati riżervati għal vettura għandhom ikollhom l-

istess sors tal-elettriku li jforni l-miter tal-konsum tal-

appartament li għalih jirreferi l-kont residenzjali jew

domestiku;

(b) il-miter VE supplimentari għandu jiġi installat qrib il-

miter tal-konsum prinċipali;

(ċ) l-istallazzjoni elettrika mill-miter tal-VE sal-punt tal-

iċċarġjar m’għandha toħloq l-ebda xkiel jew periklu

għal partijiet terzi;

(d) tikketti xierqa għandhom jiġu mwaħħlin mal-punt tal-

iċċarġjar, mal-miter tal-VE u mal-istallazzjoni

elettrika msemmija fil-paragrafu (ċ) sabiex jiġi indikat

li l-istallazzjoni tal-iċċarġjar tal-VE hija miksuba minn

miter tal-elettriku differenti mill-miter komunali li

jforni l-partijiet komuni tal-blokk ta’ appartamenti jew

taż-żona komuni fejn jinsabu l-parkeġġ privat

komunali tal-vettura jew l-ispazji privati riżervati għal

vettura; u

(e) l-istallazzjoni fornuta mill-miter tal-VE għandha

tintuża biss għall-iċċarġjar tal-VE.

(6) F’każ ta’ parkeġġ privat komunali għal vettura jew ta’

spazji privati riżervati għal vettura fil-konfini tal-blokka tal-

appartamenti, u fejn l-utent tal-parkeġġ privat komunali għal

vettura jew tal-ispazji privati riżervati għal vettura ma għandux

kont residenzjali jew domestiku u, jew m'għandux appartament fl-

istess blokk, l-istallazzjoni ta' miter tal-VE għall-provvista ta' punt

tal-iċċarġjar tal-VE għal skopijiet privati mhux kummerċjali

għandu jkun permess biss fejn

(a) is-servizz tal-VE il-ġdid u l-miter tal-konsum ikunu

fuq l-istess sors tal-elettriku li jforni l-miter jew miters

tal-partijiet komuni tal-parkeġġ privat komunali għal

vettura jew tal-ispazji privati riżervati għal vettura u li

jistgħu teknikament jiġu pprovduti mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni skont dawn ir-regolamenti

Iżda li, id-detentur tal-kont tal-elettriku fir-rigward

tas-servizz tal-elettriku li jipprovdi l-provvista lill-

partijiet komuni m'għandux ikun responsabbli għas-

servizz tal-elettriku li jipprovdi l-provvista lill-punt

tal-iċċarġjar tal-VE, u li d-detentur tal-kont tal-

elettriku għal tali servizz tal-elettriku għandu jerfa' r-

responsabbiltà waħdu;

(b) il-miter tal-VE għandu jiġi installat qrib il-miters tal-

konsum fil-partijiet komuni;

(ċ) l-istallazzjoni elettrika fornuta mill-miter tal-VE

m’għandha toħloq l-ebda xkiel jew periklu għal

partijiet terzi; u

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

(d) l-istallazzjoni fornuta mill-miter tal-VE għandha

tintuża biss għall-iċċarġjar tal-VE.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Rati speċjali għall-provvista ta’ kurrent elettriku, li ma

jkunux dawk speċifikati f’dawn ir-regolamenti, jistgħu jitħallsu bi

ftehim bejn iċ-Chairman u l-konsumatur jekk il-Ministru, wara li

jittieħed kont tal-interess ekonomiku tal-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni, hekk japprova.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-main fuse għandu jiġi fornut mill-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni, u għandu jitqiegħed f’dik il-posizzjoni kif jista’

jiġi stabbilit miċ-Chairman.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-kaxxa tal-main fuse għandha tkun issiġġillata mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, u l-konsumatur għandu jkun

r es p o n s a b b l i k e m m - i l d a r b a s - s i ġ i l l i j i n s a b u m i k s u r i n j e w

mimunsin.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-kaxxa tal-main fuse tibqa’ proprjetà tal-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-kurrent għandu jitkejjel b’meter (arloġġ) ipprovdut u

miżmum mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni f’kondizzjoni

li jaħdem tajjeb.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

L-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ jagħmel kull

ftehim mal-konsumaturi li bihom jingħata l-elettriku li ma jitkejjilx

bil-meter iżda li jitħallas b’rata stabbilita ta’ ħlas fil-każ ta’ sistemi

ta’ trasmissjoni bil- cable mal-pajjiż kollu salvi dawn il-

kondizzjonijiet

(a) li fuq kull power supply jkun hemm design load li jkun

il-ħin kollu kostanti;

(b) li għal kull power supply jkun hemm power supply

loading factor li jkun skond il-livelli żviluppati mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni;

(ċ) li l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’, minn

żmien ghal żmien, ikejjel kull power supply sabiex

ikun jista’ jivverifika u jikkalkola s-sistema kollha, u

sabiex jittestja l-eżattezza tal-kalkoli tiegħu għal

skopijiet ta’ kontijiet li jagħmel;

(d) li l-konsumatur iħallas lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni ta’ kull tliet xhur ammont li jkun ibbażat

fuq il-konsum kalkolat

Iżda l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jkollu l-jedd fi

tmiem kull sena kalendarja li jaġġusta kull kalkolu għal dik is-sena

kalendarja li tkun għaddiet kif imsemmi qabel fuq il-bażi ta’ kull

test li jkun sar skond il-paragrafu (ċ) u li jitlob ħlas mingħand il-

konsumatur skond ma jsib.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-meters jibqgħu proprjetà tal-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni, u l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jkollu l-

jedd li jimponi ħlas ta’ €1500 jekk meter installat f ’post ta’

konsumatur sussegwentement ma jinstabx.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-meter għandu jitwaħħal fid-dar jew lok tal-konsumatur

f ’post xieraq kif jista’ jiddeċiedi iċ-Chairman, u l-konsumatur

għandu, sprejjeż tiegħu, jipprovdi dawk il-mezzi kif iċ-Chairman

jista’ jidhirlu meħtieġa għall-protezzjoni tal-meter. Meta jkun bini

b’daħla komuni għat-triq li fih jkun hemm igħammar iżjed minn

konsumatur wieħed reġistrat, il-meters u l-main fuses tal-impjant

għandhom ikunu mqegħdin f ’posizzjoni ċentrali xierqa fil-pjan

terran u għandhom jingħalqu f ’diviżjoni infurrata bl-azzar

magħluqa għaliha minn fejn igħaddu fili għalihom u indipendenti

tal-kurrent prinċipali f ’pajpijiet tal-azzar ivvitati għal kull

appartament, maħżen, uffiċċju, eċċ.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-meters għandhom jiġu ssiġillati mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni, u l-konsumatur ikun responsabbli kemm-

il darba jinsab illi s-siġilli ġew miksura jew mimsusa.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Għat-tqegħid mill-ġdid jew tneħħija ta’ meter jitħallas l-

ammont ta’ €55, meta dan il-meter ikun tneħħa jew tqiegħed mill-

ġdid fuq talba tas-sid ta’ lok jew tal-konsumatur li jitlob li jerġa’

jitqiegħed jew li jitneħħa.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Jekk konsumatur jopponi jew ma jagħtix il-faċilitajiet

xierqa sabiex l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jkun jista’

ineħħi meter, sew jekk dan il-meter għandu jitneħħa għax ikun

talab il-konsumatur jew għax meħtieġ mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni, huwa jibqa’ suġġett għall-ħlas tad-dritt tal-meter

sal-ġuruata li jitneħħa.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Flok il-meters komuni jistgħu jitqiegħdu meters tas-slot

skond ma jidhirlu ċ-Chairman.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Jekk fil-meter tas-slot jinsab li ntafa’ xi ħaġa oħra barra

minn muniti li għalihom il-meter hu maħsub u li l-valur tagħhom hu

mbullat fuqhom, jew jekk ikun hemm xi sinjali li juru li xi ħadd

ipprova jdaħħal dwan il-ħwejjeġ, il-konsumatur ikollu jħallas il-

ħsara li b’hekk tkun saret fil-meter, u s-somma tal-ħlas li jkun

hemm nieqsa. Iċ-Chairman ikollu, barra minn dan, is-setgħa li

jżomm il-kurrent sakemm ikun irid.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-meters jistgħu jiġu ttestjati mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni wara li jitlob il-konsumatur, illi jista’ jkun preżenti

matul it-test

Iżda qabel ma tagħmel dak it-test, l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni għandu jinnotifika bil-miktub lill-konsumatur minn

tal-inqas jumejn tax-xogħol minn qabel, bil-ħin, id-data u l-post

meta jkun ser isir dak it-test. Il-konsumatur għandu jingħata d-

d e t t a l j i t a ’ f e j n i k u n j i n s a b l - u ff i ċ ċ j u r e l a t t i v f i l - k a ż t a ’

diffikultajiet u kwistjonjiet relatati wkoll fuq l-avviż bil-miktub

hawn qabel imsemmi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Il-konsumatnr u l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

għandhom joqogħdu għar-riżultat tat-test, u l-konsum tal-kurrent

mid-data tal-bidu tal-perijodu msemmi fil-kont li fuqu hemm

kwistjoni sad-data tat-test, jew tal-qlugħ tal-meter għaliex jiġi

ttestjat, għandu jiġi kalkolat skond ir-riżultat ta’ dan it-test u

jitħallas skond dan il-kalkolu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Jekk meter, wara li jiġi ttestjat fuq talba ta’ konsumatur,

jinsab li jimmarka tajjeb, sa limiti ta’ 2 1 / 2 fil-mija, iżjed jew anqas,

il-konsumatur ikollu jħallas dritt ta’ €70.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Meta meter jinsab li hu mħassar, għandu, fuq hekk,

jingħata avviż bil-miktub lill-konsumatur, u floku jitqiegħed meter

ieħor, u lill-konsumatur għandu jingħata notament tal-qari tal-meter

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

il-ġdid meta dan jiġi mqiegħed.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Il-konsum tal-kurrent dwar il-perijodu bejn il-qari

minnufih qabel il-qari li dwaru l-meter jinstab li jkun difettuż u t-

tqegħid ta’ meter ġdid jew it-tiswija tal-meter difettuż, skond il-

każ, għandu jiġi kkalkolat, kif iċ-Chairman jista’ jordna, jew skond

is-subregolament (2) jew skond is-subregolament (3).

(2) Meta ċ-Chairman jordna illi l-konsum imsemmi fis-

subregolament (1) għandu jiġi kkalkolat skond dan is-

subregolament, dak il-konsum għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tar-

rata medja tal-konsum ta’ kull jum -

(a) matul il-perijodu korrispondenti tas-sena li taħbat sew

sew qabel; jew

(b) matul il-perijodu bejn iż-żewġ qarjiet minnufih qabel

il-qari li dwaru l-meter instab li kien difettuż; jew

(ċ) matul il-perijodu bejn id-data tat-tqegħid tal-meter

ġdid jew tat-tiswija tal-meter difettuż, skond il-każ, u

data oħra wara li tiġi stabbilita miċ-Chairman.

(3) Meta ċ-Chairman jordna illi l-konsum imsemmi fis-

subregolament (1) għandu jiġi kalkolat skond dan is-

subregolament, dak il-konsum għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi tar-

rata medja tal-konsum ta’ kuljum matul il-perijodu bejn id-data tat-

tqegħid tal-meter li nstab li kien difettuż jew id-data li fiha l-

konsumatur sar responsabbli dwar il-fond, liema tkun l-aħħar, u l-

aħħar ġurnata li fiha fil-fehma taċ-Chairman il-meter kien jaħdem

Iżda fil-każ ta’ konsumatur li jibdel ir-residenza, meta ċ-

Chairman jordna illi l-konsum għandu jiġi kalkolat skond dan is-

subregolament, ir-rata medja tal-konsum ta’ kuljum dwar il-

perijodu korrispondenti tas-sena ta’ qabel fil-post li dwaru dak il-

konsumatur kien l-aħħar responsabbli qabel it-tibdil ta’ residenza

għandha tkun il-bażi li fuqha l-konsum jiġi kalkolat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Qari speċjali ta’ meters jista’ jittieħed fil-ġranet tax-xogħol

f’kull ħin magħżul mill-konsumatur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Dawn id-drittijiet li ġejjin għandhom jinġabru dwar kull

qari speċjali bħal dak indikat fir-regolament 62

(a) għal qari li jsir bejn is-7 a.m. u l-5 p.m. - €5;

(b) għal qari li jsir bejn il-5 p.m. u d-9 p.m. - €15;

(ċ) għal qari li jsir bejn id-9 p.m. u s-7 a.m. - €35.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Għall-qari speċjali li jittieħed fi ġranet mhux ta’ nhar ta’

xogħol id-drittijiet ta’ hawn fuq ikunu d-doppju.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Il-kontijiet isiru għal dak il-perjodu jew perjodi li l-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ jiddetermina jew

ġeneralment jew b’riferenza għal konsumatur wieħed jew aktar

konsumaturi jew klassijiet ta’ konsumaturi li jiġu preżentati u

miġbura fl-indirizz speċifikat sakemm ma jsirx arranġament sabiex

jintbagħtu f’indirizz ieħor, f’liema każ il-ħlas isir fl-uffiċċju

Iżda l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ jitlob

ħlas akkont mingħand kull konsumatur. Dan il-ħlas jiġi kkalkulat

abbazi ta’

(i)

stima tal-konsum medju f’ġurnata ta’ dak il-

konsumatur;

(ii) stima

tal-konsum

medju

f’ġurnata

ta'

konsumaturi tal-istess klassi bħal ta’ dak il-

konsumatur

Iżda l-intervall bejn dawn it-talbiet għal ħlas akkont ma

jistax ikun iqsar minn xahar u l-Korporazzjoni, fuq talba ta’

konsumatur, tista’ tvarja t-talbiet tagħha għall-ħlas akkont skond ċ-

ċirkostanzi ta’ kull każ partikolari.

(2) Għall-finijiet ta’ kalkolazzjoni ta’ kull kont li jkun ser

jinħareġ lil konsumatur, frazzjonijiet ta’ anqas minn ċenteżmu fl-

ammont totali dovut mill-konsumatur ma għandhomx jitqiesu.

(3) Mingħajr preġudizzju għar-regolament 67, konsumaturi li

ma jħallsux il-kontijiet kurrenti fi żmien ħamsa u erbgħin jum mid-

data speċifikata kif indikat fil-kont, irrispettivament minn liema

perijodu dak il-kont ikun qed jirreferi għalih iħallsu mgħax bir-rata

ta’ 0.75% fix-xahar.

Iżda għal kull ammont li jkun għadu dowt fit-tmiem tal-

imsemmi perjodu ta’ ħamsa u erbgħin jum l-imghħx jitġallas biss

għall-aħħar tletin jum ta’ dak il-perjodu u għal kull tletin jum

addizzjonali, jew parti minnhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Jekk kont jew talba għall-ħlas, debitament preżentata lill-

konsumatur, ma titħallasx fi żmien erbatax-il jum minn mindu tiġi

preżentata, jew jekk id-depożitu meħtieġ skond ir-regolament 8 ma

jsirx fi żmien erbatax-il jum minn meta ssir dik it-talba, il-

provvista tal-kurrent f’dak il-kont u f’kull kont ieħor li jkun f’isem

l-imsemmi konsumatur tista’ tiġi sospiża mingħajr ma jingħata

ebda avviż minn qabel.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Kemm-il darba ma jkunx possibbli d-dħul ġewwa dar jew

lok sabiex jitneħħew il-main fuses, sew l-għaliex il-konsumatur

ikun għamel opposizzjoni għal dan id-dħul jew il-għaliex id-dar

jew lok isibuhom magħluqin għal iżjed minn darba, iċ-Chairman

ikollu s-setgħa li jżomm il-kurrent billi jaqtal-impjant mill-mains,

sew jekk huma mains għall-arja jew taħt l-art.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Kemm-il darba l-kont idum ma jitħallas iżjed minn tliet

xhur, jew qabel jekk iċ-Chairman jidhirlu meħtieġ, l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni jkollu s-setgħa li jneħħi l-meter.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Meta jsir il-pagament, l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni jerġa’ jagħti l-kurrent tal-elettriku jew jerġa’

jinstalla l-meter l-għada li jsir il-ħlas dovut.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Dak il-konsumatur li jkollu l-kurrent elettriku sospiż taħt

ir-regolament 67 jew ir-regolament 85 ikun irid iħallas €140 bil-

quddiem qabel jiġi restitwit il-kurrent elettriku lilu. Dan l-ammont

ikun bħala reconnection fee għall-ispejjeż kollha li jkun involut

fihom l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni biex ineħħi u jerġa’

irodd lura l-kurrent elettriku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Ebda konsumatur ma jeħles mill-obbligu tal-ħlasijiet tal-

ħlas tal-meter jew tal-konsum f ’lok imgħammar minnu kemm-il

darba u sakemm ma jagħtix avviż bil-miktub liċ-Chairman fejn

ifissirlu li ma bi ħsiebux jibqa’ juża l-kurrent elettriku minn dik id-

data li tingħata minnu, u kemm-il darba u sakemm ma jkunx ħallas

kull somma ta’ flus li l-konsumatur ikollu jagħti taħt dawn ir-

regolamenti

Iżda l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’, mid-

data stabbilita f ’dak l-avviż, iwaqqaf il-provvista tal-elettriku u

jneħħi l-meter.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 52 tal-2010).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Dawn id-drittijiet ta’ kull sena li ġejjin għandhom jinġabru

għall-ħruġ u tiġdid ta’ liċenza għall-użu ta’ apparat ta’ ġeneratur

skond l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma

ġeneraturi standby u li jaħdmu kontinwament -

sa daqs ta’ 15 KVA u aktar - €116.47 fis-sena;

sa daqs taħt il-15 KVA - €23.29 fis-sena.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 52 tal-2010).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 52 tal-2010).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

ll-kurrent li jqabbad u li jżid fil-mixi (starting and

accellarating current) meħud mill-linja ma għandux ikun ’il fuq

minn darbtejn u nofs iżjed ta’ kurrent full-load għal muturi bir-rata

ta’ 2 BHP sa 10 BHP, u darbtejn iżjed ta’ kurrent full-load għal

muturi bir-rata ta’ 12 BHP sa 40 BHP.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni, skond ma jidhrilha,

tiffissa l-kondizzjonijiet ta’ kwantità ta’ kurrent li taħthom għandn

jingħata l-kurrent sabiex jitħaddmu muturi bir-rati ta’ ’l fuq minn

40 BHP.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Muturi bir-rati ta 1 1 / 2 BHP għandhom ikunu tat-3 phase u

tat-tip 3 wire kull fejn fil-fehma tal-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni fornitura tat-3 phase tkun tista’ tingħata bla

diffikoltà. Fejn il-fornitura ta’ 3 phase ma tkunx tista’ hekk

tingħata, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jiddeċiedi

jekk għandux jippermetti l-użu ta’ mutur single phase jew li

jagħmel jew iġiegħel illi ssir l-estensjoni tat-3 phase mains. Muturi

tas-single phase tar-rati ta’ 3 BHP jew iżjed ikunu permessi

f’każijiet eċċezzjonali biss.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Ma jingħatax permess għall-istartjar dirett across the line

għall-muturi 3 phase ta’ rata ta’ iżjed minn 2 BHP. Il-kurrent għall-

istartjar ta’ mutur single phase ikun suġġett għall-approvazzjoni ta’

operatur tas-sistema ta’distribuzzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 77, 79 u 80 ma

jgħoddux meta ċ-Chairman għal raġuni tajba jkun sodisfatt illi l-

ħtiġiet tagħhom jistgħu jiġu rrinunzjati.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Għandu jiġi provdut apparat li ma jħallix muturi jistartjaw

awtomatikament meta minħabba dak l-istartjar jista’ jinħoloq xi

periklu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-regolament 83A,

il-konsumaturi għandhom f’kull ħin raġonevoli jħallu lill-uffiċjali

tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jidħlu fil-fondi tagħhom

sabiex -

(a) jispezzjonaw jew jittestjaw l-impjant jew l-apparati

elettriċi; jew

(b) jaqraw, jittestjaw, ineħħu jew jerġghu jqegħdu l-meter;

jew

(ċ) ineħħu jew jerġgħu jqegħdu l-main fuses; jew

(d) jispezzjonaw, ineħħu, jibdlu jew jerġgħu jqegħdu xi

biċċa oħra mill-armar ta’ operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni; jew

(e) iħalluhom jagħmlu spezzjonijiet tal-postijiet sabiex

jiġi żgurat il-load tad-dawl jew horse power li jiġi

installat fil-fond;

(f)

jinstallaw, jispezzjonaw, jittestjaw, jibdlu, ineħħu jew

jagħmlu kull xogħol ieħor li jista’ jitqies meħtieġ mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni fuq smart meter,

jew xi xogħol ieħor relatat.

(2)

Kull min, mingħajr skuża xierqa -

(a) jiċħad li jdaħħal f’xi fond okkupat minnu uffiċjal tal-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni li jitlob li jidħol

hemm sabiex jagħmel xi ħaġa li huwa awtorizzat jew

meħtieġ li jagħmel skond dawn ir-regolamenti; jew

(b) ma jħallix jew ifixkel xi uffiċjal tal-operatur tas-

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

sistema ta’ distribuzzjoni fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu,

ikun ħati ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Qabel ma tistalla jew tagħmel xi xogħol ieħor relatat

ma’ smart meters fuq il-fond tal-konsumatur, l-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni għandu javża lill-konsumatur bil-miktub bid-data

tal-appuntament meta jkun ser isir dak ix-xogħol mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni fil-fond tal-konsumatur

Iżda meta jkun qiegħed javża dak l-appuntament, l-operatur

tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jagħmel mill-aħjar biex

jindika lill-konsumatur bejn wieħed u ieħor il-ħin tal-appuntament.

(2) L-avviż tal-appuntament għandu jiġi komunikatat lill-

konsumatur minn tal-inqas erbat ijiem tax-xogħol qabel id-data li

tkun qed tiġi proposta biex isiru dawk ix-xogħlijiet u għandha

b’mod ċar tiddikkjara l-għan ta’ dak l-appuntament billi tipprovdi

lill-konsumatur bid-dettalji dwar kif ikun jista’ jiġi kuntattjat

rappreżentant tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jekk ikun

meħtieġ.

(3) Il-konsumatur jista’ jitlob lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni biex jiffissa appuntament bħal dak mill-ġdid

Iżda dak l-appuntament li jiġi ffissat mill-ġdid għandu jkun

jaħbat fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol mid-data tal-

appuntament oriġinali avżat mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni lill-konsumatur

Iżda wkoll il-konsumatur għandu, taħt piena ta’ nullità,

iwassal it-talba tiegħu għal iffissar mill-ġdid ta l-appuntament minn

tal-inqas jumejn tax-xogħol qabel il-ġurnata li tkun ġiet iffissata

għall-appuntament li tkun ġiet komunikata lilu mill-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni.

(4) Il-konsumatur jista’ jitlob iffissar mill-ġdid tal-

appuntament għal perjodu ta’ iżjed minn ħmistax-il ġurnata tax-

xogħol ’il bogħod jekk huwa jipprovdi lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni dokument bil-miktub li jkun juri li l-konsumatur ma

jkunx jista’ jkun preżenti matul dak il-perjodu minħabba f ’xi

raġuni minn dawn li ġejjin

(a) il-kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa tiegħu jew dawk

relatati ma’ xi membru tal-familja fil-qrib;

(b) il-mewt ta’ xi membru tal-familja fil-qrib;

(ċ) raġunijiet ta’ ivvjaġġar;

(d) servizz ta’ ġuri;

(e) hekk kif jista’ jiddeċiedi ċ-Chairman

Iżda f’ebda każ ma jistal-konsumatur jitlob l-iffissar mill-

ġdid għal perjodu ta’ iżjed minn sittin ġurnata tax-xogħol mid-data

tal-appuntament oriġinali.

(5) Meta l-konsumatur jitlob lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni biex dan tal-aħħar jiffissa appuntament mill-ġdid

f’xi wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin

(a) bejn it-8.00 a.m. u l-4.00 p.m. f’xi ġurnata mit-Tnejn

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

sal-Ġimgħa, li ma tkunx festa pubblika, u li ma tkunx

wara li jiskadu l-ħmistax-il ġurnata tax-xogħol mill-

ewwel żjara li tkun ġiet iffissata, l-operatur tas-sistema

ta’ distribuzzjoni m’għandu joħroġ ebda tariffa;

(b) bejn it-4.00 p.m. u t-8.00 p.m. f’xi ġurnata mit-Tnejn

sal-Ġimgħa, li ma tkunx festa pubblika, jew bejn it-

8.00 a.m. u l-4.00 p.m. tas-Sibt, sakemm l-

appuntament ma jkunx jeċċedi l-ħmistax-il ġurnata

tax-xogħol mill-ewwel żjara li tkun ġiet iffissata, l-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ joħroġ

tariffa ekwivalenti għal dritt ta’ €10 għal xogħol wara

l-ħin; u, jew

(ċ) bejn it-8.00 a.m. u l-4.00 p.m. tal-Ħadd jew ta’ xi festa

pubblika, jew iżjed ’il bogħod mill-perjodu ta’

ħmistax-il ġurnata tax-xogħol mill-ewwel żjara avżata,

l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ joħroġ

tariffa ekwivalenti għal dritt ta’ €25 għal xogħol wara

l-ħin.

(6) Il-konsumatur għandu jingħata ħlas lura ta’ kull dritt ta’

wara l-ħin li jkun tħallas lill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni

għal appuntament li jinżamm skond dan ir-regolament jekk il-

konsumatur ikun talab l-iffissar mill-ġdid minħabba f ’xi raġuni

minn dawn li ġejjin

(a) twettiq ta’ servizz ta’ ġurat;

(b) ċitazzjoni tal-qorti;

(ċ) ivvjaġġar barra minn Malta;

(d) appuntament mediku li jkun ġie iffissat minn qabel,

kemm jekk tal-konsumatur jew ta’ membru tal-familja

fil-qrib li jkollu bżonn ikun akkumpanjat mill-

konsumatur;

(e) meta l-konsumatur ikun soġġett għal xi trattament

mediku jew membru familjari fil-qrib ikun soġġett

għal trattament mediku li jkun jirrikjedi il-preżenza

tal-konsumatur; jew

(f)

hekk kif jista’ jiddeċiedi ċ-Chairman

Iżda f’kull ċirkostanza elenkata f’dan is-subregolament, l-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jista’ jeħtieġ lill-konsumatur

biex iġib prova kif jista’ jkun raġonevolment meħtieġ biex issostni

r-raġuni li għaliha l-konsumatur ikun qed jitlob li l-appuntament

jiġi ffissat mill-ġdid.

(7) Mingħajr preġudizzju għal dan ir-regolament, appuntament

li jkun iffissat skond dan ir-regolament u li ma jkunx ġie onorat

mill-konsumatur għandu, għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti,

ikun ikkunsidrat bħala żjara li tkun ġiet iffissata mingħajr suċċess.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Meta konsumatur wara li jkun ingħata avviż xieraq jonqos

li ja għ t i f a ċ il i ta j ie t l il uff i ċ j a l ta l- o pe r a t ur t a s - s i s t e m a t a’

distribuzzjoni għall-qari ta’ meters, iċ-Chairman, bla ħsara għad-

dispożizzjonijiet tar-regolamenti 83 u 85, għandu jimponi fuq il-

konsumatur il-ħlas tal-meter kif applikabbli iżda ma għandu, fin-

nuqqas ta’ raġuni xierqa għal dak in-nuqqas, jikkredita lill-

kon su mat ur b’eb da k onsum m in għajr ħ las għ al żm ini jiet li

matulhom il-postijiet ma kienux ġew miftuħa biex isir il-qari tal-

meter.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Iċ-Chairman ikollu s-setgħa jżomm il-kurrent elettriku

kemm-il darba ma jingħatax dħul f’post kif imfisser fir-regolamenti

83 jew 84 jew jekk dan id-dħul jiġi rifjutat, jew magħmul diffiċli

jew impossibli jew jekk il-konsumatur ma jħarisx il-ħtiġiet tar-

regolament 51 wara li jkun ingħata xahrejn żmien biex jagħmel it-

tibdil meħtieġ mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni biex

iħares dak ir-regolament

Iżda għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, l-aċċess għandu

jitqies bħala li ġie rifjutat, jekk l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni, jew ir-rappreżentanti tagħha, għal xi raġuni li tkun,

ma jingħatawx aċċess għal fond skond ir-regolamenti 83 u 84,

minkejja l-isforzi tagħhom raġonevoli biex javżaw lill-konsumatur

jew lill-okkupant tal-fond li jkunu jeħtieġu jidħlu ġol-fond.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

Meta jkunu biss tiswijiet ta’ tibdil ta’ fuses, jitħallas id-

dritt ta’ erba’ euro u sitta u sittin ċenteżmu (€4.66).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(Mħassar bl-Avviż Legali 330 tal-2008).

(1) Ebda persuna ma għandha tħalli jew tippermetti jitħalla xi

dawl jew wiri elettriku, ħlief dak id-dawl għal sigurtà li jkun

assolutament meħtieġ, f’xi post jew barra xi post ħlief -

(a) fuq ġewwa f’postijiet ta’ abitazzjoni, f’kull ħin;

(b) fuq ġewwa f’postijiet kummerċjali matul il-ħinijiet

tax-xogħol applikabbli għal dawk il-postijiet;

(ċ) fuq in-naħa ta’ barra ta’ postijiet użati għal kollox jew

prinċipalment għall-finijiet ta’ negozju bl-imnut jew

ta’ tqassim, magħduda ħwienet, lukandi, ristoranti u

stabbilimenti bħal dawn li jipprovdu ikel, dwar

ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu man-negozju jew max-

xogħol li jsir fil-post u matul il-ħinijiet tax-xogħol

applikabbli għal dak ix-xogħol;

(d) fuq in-naħa ta’ barra ta’ kull post f’dawk l-

okkażjonijiet u għal dak in-numru ta’ sigħat u għal

dawk l-għanijiet li fil-fehma taċ-Chairman soltu

jitħalla dak id-dawl jew wiri elettriku.

(2) Iċ-Chairman ikollu s-setgħa li jissospendi l-provvista lil

dawk il-postijiet jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament

ikunu miksura.

(3)

Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament -

(a) "ħinijiet tax-xogħol" tfisser dak il-ħin li matulu

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

postijiet kummerċjali u industrijali jinżammu miftuħa

għall-pubbliku u tinkludi dak il-ħin li matulu persuni,

barra minn persunal tas-sigurtà tagħhom, ikunu qed

jaħdmu hemmhekk

Iżda dwar showrooms u tabelli tar-reklami kull ħin

nhar ta’ Ħadd u btajjel pubbliċi oħra, kull ħin iktar

kmieni mis-7 a.m. f’kull jum ieħor u kull ħin iktar tard

mit-8 p.m. nhar ta’ Sibt jew iktar tard mis-7 p.m. f’kull

jum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, li ma jkunx btala

pubblika, għandhom jitqiesu li m’humiex ħinijiet tax-

xoghol;

(b) "postijiet kummerċjali" ma tinkludix dik il-parti tal-

post li tkun użata biss għal għanijiet ta’ abitazzjoni,

iżda tinkludi kull parti ta’ xi post li fuqu jkun hemm

tabella tar-reklami;

(ċ) "dawl għal sigurtà" tfisser għajn ta’ dawl li ma jkollux

xi jtellfu li tagħti rated output ta’ mhux iżjed minn 60

watts għal kull 100 metru kwadru tal-area tal-art fejn l-

imsemmija għajn ta’ dawl tkun maħsuba biex

iddawwal sabiex persuni li jidħlu hemmhekk

illegalment ikunu jidhru, jew dik l-għajn ta’ dawl kif

jiġi awtorizzat miċ-Chairman.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 545.1 — Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku Imħassrin bl-Avviż Legali 282 tal-2024

(1) Meta rappreżentanti tal-operatur tas-sistema ta’

d is t r ib uz z j on i, a wt o ri z z a ti k if im i s s , i k un u r a ġo ne vo lm e n t

sodisfatti illi l-meter tal-elettriku ġie mbagħbas jew li konsumatur

jew xi persuna kisbet provvista tal-elettriku mhux skond il-liġi, jew

li konsumatur jew persuna jkun responsabbli għal serq ta’ elettriku,

l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni jkollu l-jedd illi

(a) minnufih jissospendi l-provvista tal-elettriku lejn dak

il-meter li ġie mbagħbas jew lill-konsumatur jew

persuna li jqis bħala responsabbli li tkun kisbet

provvista mhux skond il-liġi, jew għas-serq, u li

jkompli għaddej b’dik is-sospensjoni sa meta l-

konsumatur jew il-persuna responsabbli tħallas l-

ammonti kollha dovuti lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni jew, jekk ikun hemm kontestazzjoni

dwar il-fatti jew l-ammonti dovuti minn dik il-persuna,

sa dak iż-żmien li l-kontestazzjoni tiġi risolta; u

(b) jitlob bil-miktub, mingħand il-konsumatur jew il-

persuna konċernata, l-ħlas tal-ammont kalkulat mill-

operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni bħala li huwa

dovut lilu għall-provvista tal-elettriku li tkun inkisbet

bil-mod mhux skond il-liġi kif imsemmi f’dan ir-

regolament, liema ammont jiġi bbażat fuq perjodu

massimu ta’ ħames snin, bl-imgħaxijiet li jiġu

kalkolati bir-rata stabbilita bir-regolament 66(3), u l-

imgħaxijiet jibqgħu jakkrexxu sa ma jsir il-ħlas kollu

dovut; u

(ċ) jitlob il-ħlas addizzjonali ta’ somma in assaldu għal

danni potenzjali li jġarrab l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni ekwivalenti għal 200% tal-ammont

dovut għall-provvista tal-elettriku li tkun kisbet bil-

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

mod mhux skond il-liġi; u

(d) jitlob il-ħlas dovut lill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni għat-tneħħija tal-meter mbagħbas u fejn

ikun japplika għall-istallazzjoni mill-ġdid ta’ meter

tal-elettriku; u

(e) jirrifjuta li jerġa jibda jagħti l-provvista tal-elettriku

qabel ma jkun ġie imħallas kull ammont dovut kif

stipulat fil-paragrafi (a), (b), (ċ), u (d), jew ikun sar

ftehim bil-miktub għal dan il-ħlas mal-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni.

(2) Ir-riżultanzi skond is-subregolament (1)(a) u kull somma

dovuta lill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni skond is-

subregolament (1)(b), (ċ) u (d) għandhom jiġu notifikati bil-miktub

lill-konsumatur jew persuna konċernata jew permezz ta’ ittra

reġistrata jew permezz ta’ ittra uffiċjali li tiġi ppreżentata fil-qorti,

u konsumatur jew persuna li tkun trid tikkontesta l-konklużjonijiet

jew xi ammont dovut, tkun tista’ tagħmel dan billi tippreżenta talba

fit-Tribunal tal-Arbitraġġ kif provdut fl-Iskeda IV li tinsab ma’ l-

Att dwar l-Arbitraġġ

Iżda l-proċeduri kriminali li jistgħu jinbdew kontra l-

konsumatur jew il-persuna konċernata taħt il-Kodiċi Kriminali jew

xi liġi oħra, isiru indipendentement mill-proċeduri hawn qabel

imsemmija, iżda l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni ma

jippreżenta ebda kawża ċivili kontra l-konsumatur jew il-persuna

konċernata sabiex jitħallas l-ammonti dovuti jekk dak il-

konsumatur jew persuna konċernata jaqblu li jħallsu l-ammonti

dovuti skond is-subregolament (1)(b) sa (d)

Iżda wkoll ċ-Chairman tal-operatur

tas-sistema

ta’

distribuzzjoni jkollu d-diskrezzjoni assoluta li

(a) jirrinunzja għal proċeduri kriminali kontra persuna jew

konsumatur kif hawn qabel imsemmi;

(b) għal raġuni valida u suffiċjenti li tingħata bil-miktub,

ibiddel, ivarja jew jiddisponi għal kollox mid-

dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament fil-konfront ta’

xi konsumatur jew persuna individwali jew ta’ xi

klassi partikolari ta’ konsumaturi jew persuni.

(3) Fil-każ li persuna tkun reċidiva billi dik il-persuna tkun

f ’okkażjoni preċedenti diġà nstabet mill-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni skont dan ir-regolament li kienet responsabbli għal

serq ta’ elettriku jew għall-kisba ta’ provvista illegali ta’ elettriku,

ma t-ti eni o ffi ża l-ħl as għ as-sa ldu biex jagħmel t ajjeb għal

kwalunkwe dannu potenzjali li l-operatur tas-sistema ta’

distribuzzjoni jkun ġarrab, għandu jkun jammonta għad-doppju ta’

dak il-ħlas li kien ikun dovut kieku dik l-offiża kienet l-ewwel

offiża.

(4) Fil-każ li persuna tkun reċidiva aktar minn darba billi dik

il-persuna tkun f ’mill-inqas żewġ okkażjonijiet preċedenti diġà

nstabet mill-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni skont dan ir-

regolament li kienet responsabbli għal serq ta’ elettriku jew għall-

kisba ta’ provvista illegali ta’ elettriku, il-ħlas għas-saldu biex

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

jagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu potenzjali li l-operatur tas-

sistema ta’ distribuzzjoni jkun ġarrab għandu jkun jammonta għal

dak il-ħlas li kien ikun dovut kieku dik l-offiża kienet l-ewwel

offiża multiplikat bin-numru ta’ drabi illi fihom dik il-persuna tkun

instabet li kienet responsabbli għal serq ta’ elettriku jew għall-

kisba ta’ provvista illegali ta’ elettriku kif fuq imsemmi.

PROVVISTA TAL-ELETTRIKU

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →