egolamenti dwaril-Pubblikazzjoni ta’ Rapporti ta’ Donazzjoni
Statutory Text (3 Articles)
FINANZJAMENT TA’ PARTITI POLITIĊI
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 544.03
REGOLAMENTI DWAR IL-PUBBLIKAZZJONI TA’
RAPPORTI TA’ DONAZZJONI
21 ta’ Marzu, 2017
L-AVVIŻ LEGALI 91 tal-2017.
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar
il-Pubblikazzjoni ta’ Rapporti ta’ Donazzjoni.
(1)
Ir-rapporti ta’ donazzjoni riċevuti mingħand il-
partiti politiċi għandhom jiġu reżi aċċessibbli għall-pubbliku u
għandhom ukoll jitqegħdu fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni
Elettorali fi żmien tletin jum minn mindu l-Kummissjoni tkun
irċeviethom.
(2) Ir-rapporti ta’ donazzjoni msemmija fis-sub-regolament
(1) għandhom jiġu reżi aċċessibbli għall-pubbliku u għandhom
jitqiegħdu fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni jew fil-format li fih
ikunu ġew riċevuti jew f’kull format li jiġi stabbilit minn żmien għal
żmien b’regolamenti dwar l-għemil ta’ dawk ir-rapporti.