Legislator Case Law & Legislation
sl_543.1 MT

Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

10 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (10)

Statutory Text (10 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

MINN SOURCES U TNEĦĦIJA TA’ SINKS

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 543.01

REGOLAMENTI DWAR IS-SISTEMA NAZZJONALI

GĦALL-ESTIMI TAL-EMISSJONIJIET TAL-GAS

SERRA ANTROPOĠENIKU MINN SOURCES

U TNEĦĦIJA TA’ SINKS *

14 ta’ Awwissu, 2015

L-AVVIŻ LEGALI 259 tal-2015.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti huwa r-Regolamenti

dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas

Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’ Sinks.

(2) Dawn ir-regolamenti jipprovdu għat-twaqqif ta’ sistema

nazzjonali għall-estimi u rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gas serra

antropoġeniku minn sources u t-tneħħija ta’ sinks, skont il-ħtiġiet

tat-trattati internazzjoni li għalihom Malta hija Parti u b’konformità

ma’ Regolament (UE) Nru. 525/2013.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

Kriterji għat-tħaddim tas-sistema ta’ inventarju

nazzjonali tal-gas serra.

1. Is-sistema tal-inventarju nazzjonali tal-gas serra għandha titħaddem sabex

tiżgura illi l-inventarju nazzjonali tal-gas serra huwa

(a) trasparenti: ifisser illi l-assunzjonijiet u l-metodoloġiji użati għal

kwalunkwe inventarju jiġu spjegati b’mod ċar sabiex tiġi faċilitata r-

replika u l-assessjar tal-inventarju mill-utenti tal-informazzjoni

rrapurtata;

(b) konsistenti: ifisser illi l-inventajru għandu jkun internament konsistenti

fl-elementi kolha tiegħu mal-inventarji tas-snin ta’ qabel. Inventarju

huwa konsistenti jekk l-istess metodoloġiji huma użati għall-bażi u

għas-snin kollha sussegwenti u jekk sett ta’ data konsistenti huma użati

għall-estimi tal-emissjonjieti jew it-tneħħija minn sources jew sinks;

(ċ) kumparabbli: ifisser li l-estimi tal-emissjonijiet u tneħħijiet rappurtati

minn Malta fl-inventarji għandhom ikunu kuparabbli mal-estimi

rrapurtati minn Partijiet oħra fl-Anness I;

(d) komplet: ifisser illi inventarju jkopri s-sources u s-sinks kollha, kif

ukoll il-gassijiet kollha, inklużi fil-Linji Gwida tal-IPCC kif ukoll

kategoriji eżistenti ta’ source u sink relevanti oħra li huma speċifiċi għal

Malta u, għalhekk, jistgħu ma jiġux inklużi fil-Linji Gwida tal-IPCC.

Kompletezza tfisser ukoll kopertura ġeografika sħiħa ta’ sources u sinks

ta’ Parti fl-Anness I;

(e) akkurat: tfisser illi l-estimi għandhom ikunu akurati fis-sens illi

sistematikament la jkunu fuq u anqas taħt l-emissjonijiet jew it-

tneħħijiet veri, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ġudikati , u li l-inċertezzi huma

mnaqsa sa fejn hu prattikabbli.

2. Is-sistema tal-inventarju nazzjonali tal-gas serra għandha titħaddem sabiex

tiżgura l-kwalità tal-inventarju permezz ta’ attivitajiet ta’ pjanar, preparazzjoni u

ġestjoni tal-inventarju. L-attivitajiet tal-inventarju jinkludu l-attività ta’ ġbir tad-

data, metodi ta-għażla u fatturi tal-emissjonijiet li b mod xieraq, jagħmlu stimi tal-

emissjonijiet tal-gas serra antropoġeniku minn sources u tneħħijit min sinks,

jimplementaw assesjar ta’ inċertezza u attivitajiet ta’ garanzija ta’ kwalità jew

kontroll ta’ kwalità, u jwettqu proċeduri għal verifika tal-inventarju tad-data fuq

livell nazzjonali.

3. Is-sistema tal-inventarju nazzjonali tal-gas serra għandha titħaddem sabiex

tippermetti konformità mal-impenji relatati mal-estimi tal-emissjonijiet tal-gas serra

antropoġeniku minn surces u tneħħijiet minn sinks.

4. Is-sistema tal-inventarju nazzjonali tal-gas serra għandha titħaddem sabiex

tippermetti lil Malta sabiex b’mod kosistenti tagħmel estimi tal-emissjonijiet

antorpoġeniċi mis-sources u s-sinks kollha tal-gassijiet serra kollha, kif koperti mil-

linji gwida relevanti tal-IPCC għall-inventarju nazzjonali tal-gas serra u l-prassi

tajba tal-linji gwida tal-IPCC, skont id-deċiżjonijiet relevanti tal-COP,u, jew, is-

COP/MOP.

5. Is-sistema tal-inventarju nazzjonali tal-gas serra għandha tiżgura d-

disponibbiltà ta’ kapaċità suffiċjenti għat-twettieq fil-ħin tal-funzjonijiet relevanti

għal preparazzjoni tal-inventarju u l-ġestjoni.

6. Is-sistemi tal-inventarju nazzjonali tal-gas serra għandhom jiżguraw il-

MINN SOURCES U TNEĦĦIJA TA’ SINKS

kompetenzi ta’ persuni nvoluti involuti fl-iżvilupp tal-proċess tal-inventarju.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

F’dawn ir-regolamenti sakemm il-kuntest ma jeħtieġx

xort’oħra

"Aġenzija għall-Inventarju" tfisser dak il-korp jew persuni

imemmi mill-Entità Singola Nazzjonali skont ir-regolament 5;

"Att" tfisser l-Att fuq Azzjoni dwar il-Klima;

"COP" tfisser il-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCC;

"COP/MOP" tfisser il-Konferenza tal-Partijiet li jservu fil-laqgħa

tal-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kyoto;

"Deċiżjoni 19/CMP.1" tfisser Deċiżjoni19/CMP.1, il-Linji Gwida

għas-sistemi nazzjonali skont l-Artikolu 5, paragrafu 1, tal-

Protokol ta’ Kyoto;

"emissjonijiet" tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra u, jew, tal-

prekursuri tagħhom fl-atmosfera fuq żona speċifika u perjodu ta’

żmien;

"Entità Singola Nazzjonali" tfisser il-Ministru responsabbli mit-

Tibdil fil-Klima, u dak il-korp jew persuna kif il-Ministru jista’

jippreskrivi u jiddeżinja bħala l-Entità Singola Nazzjonali;

"garanzija ta’ kwalità" jew "KA" tfisser sistema ta’ reviżjoni ta’

proċeduri pjanata, mmexxija minn persunal li mhuwiex direttament

involut fil-proċess ta’ żvilupp tal-kumpilazzjoni tal-inventarju,

sabiex jivverifikaw li l-objettivi tal-kwalità tad-data huma milħuqa,

jiżguraw illi l-inventarju jirrapreżenta l-aħjar estimi tal-

emissjonijiet u sinks fid-dawl tal-istat tal-għarfien xjentifiku

kurrenti u disponibbiltà tad-data, u jsostnu l-effetività tal-

programm KK;

* Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap 643. Ara L.S. 643.04 u Att XVI tal-

2024. MINN SOURCES U TNEĦĦIJA TA’ SINKS

"gas serra" tfisser kwalunkwe kostitwent gassus fl-atmosfera,

kemm natural u antropoġeniku, li jassorbi u jarmi radjazzjoni

infraħamra;

"inventarju tal-gas serra" tfisser il-kontabbila’ ta’ gassijiet serra

li mhumiex kontrollati mill-Protokol ta’ Montreal, li huma emessi

fl, jew mneħħija mill-atmosfera fuq perjodu ta’ żmien;

"IPCC" tfisser Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil

fil-Klima ;

"kategorija ta’ source ewlieni" tfisser kategorija ta’ source li hija

mogħtija prijorità fi ħdan l-inventarju nazzjonali minħabba li l-

estimu tagħha għandhu influwenza sinnifikanti fl-inventarju totali

tal-gassijiet serra tal-pajjiz skont il-livell assolut tal-emissjonijiet,

ix-xejra tal-emissjonijiet, jew it-tnejn;

"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

"kwalità ta’ kontroll" jew "KK" tfisser sistema ta’ attivitajiet

tekniċi fuq rutina, sabiex tkejjel u tikkontrolla il-kwalità tal-

inventarju hekk kif ikun qiegħed jiviluppa, u mfassla sabiex

tipprovdi verifiki fuq rutina u konsistenti sabiex tiġi żgurata l-

intergità tad-data, il-koretezza u kompletezza, l-identifikazzjoni u

l-indirizzar ta’ żbalji u omissjonijiet, u tiddokumenta u tarkivja

materjal tal-inventarju u tirreġistra l-attivitajiet kollha tal-kwalità

ta’ kontroll;

"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli mil-politika tat-tibdil

fil-klima;

"persuna" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika;

"prassi tajba" tfisser sett ta’ proċeduri intiżi sabiex jiżguraw illi

l-inventarji dwar il-gas serra huma akkurati bil-mod illi la jkunu

sistematikament aktar jew anqas l-estimi, sa fejn jistgħu jiġu

ġudikati, u li l-inċertezzi jitnaqqsu sa fejn hu possibbli, u jistgħu

ikopru għażla ta’ metodi ta’ estimi xierqa għaċ-ċirkustanzi

nazzjonali, il-garanzija ta’ kwalità u kwalità tal-kontroll fuq livell

nazzjonali, kwantifikazzjoni tal-inċertezzi, u arkivjar tad-data u

rappurtaġġ;

" i l- P r o t o ko l t a ’ K y ot o " t f i s s e r i l - P r o t o k o l t a ’ K y o t o f i l -

UNFCCC;

"Regolament (UE) Nru 525/2013" tfisser Regolament (UE) Nru

525/2013 tal-Parament Ewropew u l-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013

dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet

ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata

mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-

Deċiżjoni Nru 280/2004/KE;

"rikalkulazzjoni" tfisser il-proċedura sabiex isiru estimi mill-

ġdid tal-emissjonijiet ta’ gas serra antropoġeniku minn sources u

tneħħija ta’ sinks ta’ inventarji preċedentement sottomessi kawża

ta’ bidiliet fil-metodoloġiija, fil-mod ta’ kif fatturi tal-emissjonijiet

u l-attività tad-data tittieħed u tiġi użata, jew l-inklużjoni ta’

kategorij ġodda ta’ source u sink;

MINN SOURCES U TNEĦĦIJA TA’ SINKS

"sink" tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li

jneħħi l-gas serra, areosol jew prekusu r tal-gas serra mill-

atmosfera;

"sistema ta’ inventarju nazzjonali tal-gas serra" tfisser sistema

ta’ arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali li hija mwaqqfa

u miżmuma sabiex tiġi żgurata trasparenza, konsistenza,

kumparabbilta’, kompletezza u akkuratezza tal-inventarji tal-gas

serra u għar-rappurtaġġ u arkivjar tal-informazzjoni tal-inventarju

kif definit f’Deċiżjoni 19/CMP.1;

"source" tfisser proċess jew attività li tirrilaxxa gas serra, areosol

jew prekursur tal-gas serra fl-atmosfera;

"UNFCCC" tfisser il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti

dwar it-Tibdil fil-Klima .

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

Funzjonijiet speċifiċi tal-aġenzija għall-inventaru relatati

mal-preparament u l-ġestjoni tal-inventarj.

Preparazzjoni tal-Inventarju.

1. Bħala parti mill-preparazzjoni tal-inventarju, l-aġenzija tal-inventarju

(a) tidentifika l-kategoriji ta’ source ewlieni skont il-metodi deskritti fl-

linji gwida ta’ prassi tajba fl-IPCC;

(b) tipprepara estimi skont il-metodi deskritti fil-linji gwida relevanti tal-

IPCC għal-inventarji nazzjonali tal-gas serra, kif elaborat mill-gwida ta’

prassi tajba tal-IPCC, u jiżgura illi metodu xierqa huma użati sabiex

jiġu stmati l-emissjonijiet mill-kategoriji ta’ source ewlieni;

(ċ) tiġbor attività ta’ data suffiċjenti, tipproċessa informazzjoni u fatturi

tal-emissjonijiet kif meħtieġ sabiex jiġu sostnuti metodi magħżula

sabiex jiġu stmati emissjonijiet ta’ gas serra antropoġeniku minn

sources u tneħħija min sinks;

(d) tamgħel estimi kwantitattivi għal-inċertezzi tal-inventarju għal kull

kategorija ta’ source u għall-inventarju totali, skont il-gwida ta’

prassitajba tal-IPCC;

(e) tiżgura li kwalunkwe rikalkulazzjoni ta’ estimi ta’ gas serra

antropoġeniku preċedentement sottomess huma preparati skont il-gwida

ta’ prattika tajba tal-IPCC u d-deċiżjonijiet u r-regolamenti relevanti

adottati mill-Kummissjoni taħt Regolament (UE) Nru 525/2013;

(f)

tikkomplika l-inventarju nazzjonali skont l-UNFCCC, il-Protokol ta’

Kyoto id-deċiżjonijiet relevant tas-COP u, jew, ic-COP/MOP

Regolament (UE) Nru. 525/2013 u d-deċiżjonijiet u r-regolamenti

relevanti adottati mill-Kummissjoni taħt Regolament (UE) Nru 525/

2013;

(g) telabora pjan tal-inventajru ta’ GK/KK jiddeskrivi proċeduri speċifiċi

tal-KK li għandhom jiġu implimentanti matul il-proċess ta’ żvilupp tal-

inventarju, u timplementat l-proċeduri tal-inventarju KK skont il-pjan

GK/KK tagħha skont il-gwida ta’ prassi tajba tal-IPCC u skont l-

objettivi ta’ kwalità stabbilti mill-Entità Singola Nazzjonali taħt ir-

regolament 4.

2. L-aġenzija tal-inventarju għandha wkoll

(a) tapplika proċeduri speċifiki tal-kategorija ta’ source KK għal kateogriji

ta’ source ewlieni u għal dawk il-kateogriji ta’ source individwali

f’liema saru reviżjoniiet metodoloġiċi u, jew, tad-data sinnifikanti,

skont il-gwida ta’ prassi tajba tal-IPCC;

(b) tipprovdi għal reviżjoni bażika tal-inventarju min persunal li ma kienx

involut fl-iżvilupp tal-inventarju, preferibilment terza persuna

indipendenti, qabel is-sottomissjoni tal-inventarju skont il-proċeduri

pjanati tal-GK msemmija fil-paragrafu 1(g);

MINN SOURCES U TNEĦĦIJA TA’ SINKS

(ċ) tipprovdi għal reviżjoni aktar estensiva tal-inventarju għal kategoriji ta’

source ewlenin, kif ukoll kategoriji ta’ source fejn sar tibdil sinnifikanti

fil-metodi u d-data;

(d) bbażat fuq ir-reviżjonijiet deskritti fis-subparagrafu (ċ) u

evalwazzjonijiet perjodiċi interni tal-inventarju, tirrievalwa l-proċess

ta’ pjannar tal-inventarju sabiex tilħaq l-objettivi ta’ kwalità stabbilit

msemmija fil-paragrafu 1(g).

Ġestjoni tal-inventarju

1. Bħala

parti

mill-ġestjoni

tal-inventarju,

l-Aġenzija

għall-Inventarju

(a) għall kull sena tarkivja informazzjoni dwar l-inventarju skont id-

deċiżjonijiet relevanti tas-COP u/jew COP/MOP. Din l-informazzjoni

għandha tinkludi il-fatturi tal-emissjonijiet diżagregati kollha, attività

tad-data u dokumentazzjoni ta’ kif dawn il-fatturi u data ġew iġġenerati

u aggregati għal preparazzjoni tal-inventarju. Din l-informazzjoni

għandha wkoll tinkludi dokumentazzjoni interna fuq il-proċeduri GK/

KK, reviżjonijiet interni u esterni, dokumentazzjoni fuq sources ewlenin

annwali u identifikazzjoni ta’ source ewlieni u titjieb pjanat tal-

inventarju;

(b) tipprovdi aċċess għall-informazzjoni kollha arkivjata użata sabiex jiġi

preparat l-inventarju, għal reviżjonijiet magħmula taħt l-UNFCC u r-

Regolament (UE) Nru 525/2013;

(ċ) tirrispondi għal talbiet ta kjarifikazzjoni tal-informazzjoni tal-inventarju

li tirrizulta minn stadji differenti tal-proċess ta’ reiviżjoni tal-

informazzjoni tal-inventarju, u informazzjoni fuq is-sistema nazzjonali,

fil-ħin skont l-UNFCCC u r-Regolament (UE) Nru 525/2013.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

(1) Għandha titwaqqaf u tinżamm sistema ta’ inventarju

nazzjonali tal-gas serra.

(2) Is-sistema tal-inventarju nazzjonali tal-gas serra għandha

tiġi operata skont

(a) il-prinċipji mwaqqfa fl-Iskeda 1;

(b) id-deċiżjonijiet relevanti tas-COP u, jew, COP/MOP; u

(ċ) id-deċiżjonijiet u r-regolamenti relevant adottati mill-

Kumissjoni taħt Regolament (UE) Nru 525/2013.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

(1) L-Entità

Singola

Nazzjonali

għandu

jkollha

responsabbilta’ ġenerali għas-sistema tal-inventarju nazzjonali tal-

gas serra.

(2) L-Entità Singola Nazzjonali għandha tiżgura illi s-sistema

ta’ inventarju nazzjonali tal-gas serra hija mħaddma skont

(a) il-kriterji stabbiliti fi Skeda 1;

(b) id-deċiżjonijiet relevanti tas-COP u, jew, COP/MOP; u

(ċ) id-deċiżjonijiet u r-regolamenti relevanti adottati mill-

Kumissjoni taħt Regolament (UE) Nru 525/2013.

(3)

L-Entità Singola Nazzjonali għandha

(a) tiddefinixxi u talloka responsabbiltajiet speċifiċi fil-

proċess ta’ preparazzjoni tal-inventarju, inkluż dawk

relatati mal-metodu tal-għażla, ġbir tad-data,

proċessar u arkivjar u garanzija ta’ kwalità u kontroll

ta’ kwalità, tispeċifika l-irwoli ta’, u kooperazzjoni

bejn, aġenziji governattivi u entitajiet oħra involuti fil-

preparazzjoni tal-inventarju, kif ukoll l-arranġamenti

istituzzjonali, legali u proċedurali magħmula għal

preparament tal-inventarju,

(b) tistabbilixxi objettivi ta’ kwalità għas-sistema tal-

inventarju nazzjonali tal-gas serra;

(ċ) tistabilixxi proċessi għal reviżjoni indipendenti,

kunsiderazzjoni uffiċjali u approvazzjoni ta’ rapporti

nazzjoniali tal-inventarju tal-gas serra; u

MINN SOURCES U TNEĦĦIJA TA’ SINKS

(d) tiżgura is-sottomissjoni fil-ħin tar-rappori tal-

inventarju nazzjonali skont id-deċiżjonijiet relevanti

tas-COP u, jew COP/MOP, u r-Regolament (UE) Nru

525/2013

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

(1) L-Entità Singola Nazzjonali għandha b’ordni fil-

gazzetta tinnomina persuna jew korp sabiex tkun l-Aġenzija għall-

Inventarju kompetenti sabiex twettaq il-funzjonijiet stabbilit fl-

Iskeda 2 u teżerċita dawk il-funzjonijiet l-oħra kif l-Entità Singola

N a z z j o n a l i t i s t a ’ t i k k o n s i d r a b ħ a l a x i e r q a f i r- r i g w a r d t a l -

operazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.

(2) Dak il-persuna jew korp għandu jiġi nominat għal dak il-

perjodu li l-Entità Singola Nazzjonali tista’ tiddetermina u l-Entità

Singola Nazzjonali għandhu jkollha s-setgħa li fi kwalunkwe ħin

ittawwal, iġġeded jew tittermina tali nomina b’ordni fil-Gazzetta.

(3)

Dak il-korp jew persuna għandu jiżgura li jaġixxi skont

(a) il-prinċipji mwaqqfa fl-Iskeda 1;

(b) id-deċiżjonijiet relevanti tas-COP u, jew, COP/MOP; u

(ċ) id-deċiżjonijiet u r-regolamenti relevanti adottati mill-

Kumissjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 525/2013.

(4) L-Aġenzija għall-Inventarju għandha ta’ kull sena,u

f’konformità mal-iskadenzi stabbiliti mis-COP u, jew is-COP/MOP

u l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013,

tipprepara rapport tal-inventarju nazzjonali tal-gas serra skont id-

deċiżjonijiet relevanti tas-COP u, jew, is-COP/MOP, u Regolament

(UE) Nru 525/2013.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

(1) L-Entità Singola Nazzjonali u, jew, l-Aġenzija għall-

Inventarju tista’ tidentifika fornituri tad-data, inkluż, inter alia,

agenziji governattivi, li għandhom jipprovdu lil Entità Singola

N a z z j o n a l i u , j e w, l - A ġ e n z i j a g ħ a l l - I n v e n t a r j u , d a t a u

informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni tal-inventarju

nazzjonali dwar il-gas serra.

(2) L-Entità Singola Nazzjoanli u, jew, l-Aġenzija għall-

Inventarju jistgħu jitoblu kwalunkwe Dipatiment, Awtorità,

Aġenzija Korporazzjoni jew kwalunkwe korp jew persuna oħra

sabiex jipprovdu kwalunkwe data jew informazzjoni neċessarja

għall-preparazzjoni tal-Inventarju dwar il-Gas Serra.

(3) L-Entità Singola Nazzjonali u, jew, l-Aġenzija għall-

Inventarju kif tindetifika il-fornituri tad-data skont it-termini tas-

subregolament (1) jew fuq talba ta’ kwalunkwe data jew

informazzjoni min dak il-korp jew persuna skont it-termini tas-

subregolament (2) għandha tiddetermina l-forma u l-iskadenzi

għal-forniment ta’ tali data u, jew, informazzjoni.

(4) Taħt is-subregolament (1), l-Entità Singola Nazzjonali u,

jew, l-Aġenzija għall-Inventarju tista’ tistabilixxi arranġamenti ma’

dawk il-fornituri tad-data sabiex tiddefinixxi t-tip ta’ data u l-

informazzjoni li għandha tiġi provduta.

MINN SOURCES U TNEĦĦIJA TA’ SINKS

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 543.1 — Regolamenti dwar is-Sistema Nazzjonali għall-Estimi tal-Emissjonijiet tal-Gas Serra Antropoġeniku minn Sources u Tneħħija ta’Sinks Dawn ir-regolamenti ġew trasferiti taħt il-Kap. 643, vide L.S. 643.04.

Għandu jkun id-dmir tal-Ministru li, kull sena, u mhux

aktar tard minn xahrejn wara d-data ta’ sottomissjoni tar-rapport

tal-inventarju nazzjoni tal-gas serra fir-rigward ta’ dik is-sena kif

stabbilit taħt il-UNFCCC, iqiegħed quddiem il-Parlament ir-rapport

fuq l-emissjonijiet nazzjonali tal-gas serra minn sources u t-

tneħħija ta’ sinks.

MINN SOURCES U TNEĦĦIJA TA’ SINKS

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →