Legislator Case Law & Legislation
sl_542.7 MT

Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

8 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (8)

Statutory Text (8 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.7 — Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

BĦALA ORGANIZZAZZJONI KULTURALI PUBBLIKA

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 542.07

ORDNI DWAR IT-TWAQQIF TAD-DE VALETTE

CHAMBER ORCHESTRA BĦALA

ORGANIZZAZZJONI KULTURALI PUBBLIKA

26 ta’ Lulju, 2024

L-AVVIŻ LEGALI 170 tal-2024.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.7 — Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

It-titolu ta’ dan l-ordni hu l-Ordni dwar it-Twaqqif tad-

De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali

Pubblika.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.7 — Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

F’dan l-ordni, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Arti;

"De

Valette

Chamber

Orchestra"

tfisser

l-

Organizzazzjoni Kulturali Pubblika magħrufa bħala d-De

Valette Chamber Orchestra kif imwaqqfa bl-artikolu 3;

"Direttur" tfisser id-Direttur tad-De Valette Chamber

Orchestra kif maħtur fl-artikolu 4;

"ġestjoni finanzjarja" tinkludi l-finanzjament, il-kontroll

finanzjarju, ir-responsabbiltà finanzjarja u l-verifika;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti għall-Arti kif imwaqqaf

bl-artikolu 3 tal-Att;

"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kultura;

"Segretarju Permanenti" tfisser is-Segretarju Permanenti

fi ħdan il-Ministeru responsabbli għall-kultura.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.7 — Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

(1)

Għandu jkun hemm Organizzazzjoni Kulturali

Pubblika li għandha tkun korp magħruf bħala d-De Valette Chamber

Orchestra, li għandha twettaq il-funzjonijiet li ġejjin soġġett għas-

setgħa ta’ superviżjoni ġenerali mill-Kunsill

(a)

twaqqaf u tiġġestixxi orkestra żgħira bħala

impriża tal-Kunsill;

(b)

tadotta u timplimenta l-istrateġija artistika tad-De

Valette Chamber Orchestra; u

(ċ)

tipproponi,

toħloq,

iżżomm,

torganizza,

tamministra u tagħmel superviżjoni tal-organizzazzjoni u l-

implimentazzjoni ta’ portafoll ta’ avvenimenti kulturali u

BĦALA ORGANIZZAZZJONI KULTURALI PUBBLIKA

artistiċi nazzjonali u internazzjonali, festivals u proġetti

infrastrutturali relatati mad-De Valette Chamber Orchestra skont

dan l-ordni u l-Att.

(2)

Id-De Valette Chamber Orchestra għandha tkun korp

ġuridiku b’personalità legali distinta u li tista’, skont id-

dispożizzjonijiet ta’ dan l-ordni, tidħol f’kuntratti, li timpjega persunal,

li takkwista, iżżomm u tiddisponi minn kwalunkwe proprjetà għall-

finijiet tal-funzjonijiet tagħha, li tħarrek u li tiġi mħarrka, li tagħmel

dawk l-affarijiet kollha u tidħol fi tranżazzjonijiet kollha bħal dawn li

huma inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju u t-twettiq tal-

funzjonijiet tagħha taħt dan l-ordni, u sabiex twettaq kwalunkwe

funzjoni jew operazzjoni oħra kif jista’ jiġi, minn żmien għal żmien,

assenjat lilha taħt kwalunkwe liġi jew regolament.

(3)

L-operat amministrattiv u l-ġestjoni finanzjarja tad-De

Valette Chamber Orchestra għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà,

id-direzzjoni u l-kontroll ġenerali ta’ Teatru Manoel.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.7 — Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

(1)

Bla ħsara għar-responsabbiltà, id-direzzjoni u l-

kontroll ġenerali kif provdut fl-artikolu 3(3), l-affarijiet u l-ħidma tad-

De Valette Chamber Orchestra għandhom ikunu r-responsabbiltà ta’, u

għandhom ikunu ġestiti mid-Direttur.

(2)

Id-Direttur għandu jinħatar mill-Kunsill skont id-

dispożizzjonijiet tas-subartikolu (3).

(3)

Fl-eżerċizzju tas-setgħa tiegħu li jaħtar jew jaħtar mill-

ġdid persuna għall-pożizzjoni ta’ Direttur, il-Kunsill għandu jiżgura li

l-persuna magħżula jkollha l-kwalifiki u l-kompetenzi xierqa, u jista’

jaħtar Kumitat ta’ Evalwazzjoni għall-Ħatriet, bl-irwol li jmexxi l-

proċess tal-għażla, u jevalwa l-kandidati li jkunu ssottomettew

isimhom għall-imsemmija pożizzjoni.

(4)

Persuna li sservi fil-pożizzjoni ta’ Direttur għandha tibqa’

fil-kariga għal perjodu ta’ tliet (3) snin u tista’ tinħatar mill-ġdid għal

perjodi ulterjuri ta’ tliet (3) snin.

(5)

Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, id-Direttur għandu

jmexxi l-ħidma tad-De Valette Chamber Orchestra skont l-Att u l-Att

dwar l-Amministrazzjoni Pubblika sa fejn dan jirregola entitajiet tal-

Gvern u għandu jwieġeb lill-Kunsill u lill-Ministru.

(6)

Id-Direttur għandu jkun responsabbli b’mod partikolari,

iżda mhux limitat

(a)

għat-tmexxija ta’ kuljum tad-De Valette Chamber

Orchestra u l-koordinazzjoni tal-ħidma tagħha;

(b)

għall-amministrazzjoni,

is-superviżjoni

organizzattiva ġenerali, il-kontroll operattiv ġenerali tad-De

BĦALA ORGANIZZAZZJONI KULTURALI PUBBLIKA

Valette Chamber Orchestra u tal-uffiċjali u l-impjegati tagħha;

(ċ)

għall-ġestjoni finanzjarja tad-De Valette Chamber

Orchestra fil-parametri finanzjarji li jirregolaw lill-imsemmija

orkestra;

(d)

għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim

dwar il-prestazzjoni u l-iżvilupp tal-istrateġiji meħtieġa għall-

implimentazzjoni tal-objettivi u l-funzjonijiet tad-De Valette

Chamber Orchestra;

(e)

għall-ġbir u sabiex jipprovdi informazzjoni u

jwettaq xogħol preparatorju għall-iskop ta’ rapporti dwar l-

operat tad-De Valette Chamber Orchestra;

(f)

għall-internazzjonalizzazzjoni, u għall-iżvilupp

ta’ relazzjoni, kollaborazzjoni u koordinazzjoni ma’ persuni

fiżiċi kif ukoll legali, entitajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet

lokali, nazzjonali u internazzjonali fi kwistjonijiet ta’ interess

għad-De Valette Chamber Orchestra.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.7 — Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

Ir-rappreżentazzjoni legali u ġuridika tad-De Valette

Chamber Orchestra għandha tkun vestita fid-Direttur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.7 — Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IV tal-Att għandhom,

mutatis mutandis, japplikaw għad-De Valette Chamber Orchestra b’tali

mod li kwalunkwe referenza għall-Kunsill fl-imsemmija

dispożizzjonijiet għandhom jinftiehmu bħala referenza għad-De

Valette Chamber Orchestra.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.7 — Ordni dwar it-Twaqqif tad-De Valette Chamber Orchestra bħala Organizzazzjoni Kulturali Pubblika

(1)

Il-ġestjoni finanzjarja tad-De Valette Chamber

Orchestra għandha tkun immexxija skont id-dispożizzjonijiet tat-

Taqsima V tal-Att u mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-

Finanzi Pubbliċi sa fejn dawn japplikaw għall-entitajiet tal-Gvern.

(2)

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-ordni, id-De

Valette Chamber Orchestra għandha twettaq il-ħidma tagħha b’tali

mod li n-nefqa meħtieġa għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet tagħha

għandha, sa fejn dan ikun prattikabbli, tiġi sodisfatta mid-dħul tagħha

u mill-operat tagħha.

(3)

Id-De Valette Chamber Orchestra għandha wkoll tirċievi

mingħand il-Gvern, mill-Fond Konsolidat, kemm b’mod dirett jew

permezz tal-Kunsill, dawk l-ammonti li jistgħu, minn żmien għal

żmien, jiġu awtorizzati għall-allokazzjoni sabiex tiġi koperta parti

min-nefqa tagħha li ma tistax tiġi sodisfatta mid-dħul tagħha u mill-

operat tagħha, kif ukoll spejjeż għal proġetti speċifiċi li għandhom

jitkomplew jew li għandhom xort’oħra jiġu eżegwiti minnha.

(4)

Soġġett għal kwalunkwe deċiżjoni li l-Ministru jista’

BĦALA ORGANIZZAZZJONI KULTURALI PUBBLIKA

jieħu, minn żmien għal żmien, wara konsultazzjoni mal-Ministru

responsabbli għall-finanzi, kwalunkwe eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa

għandu jiġi applikat mid-De Valette Chamber Orchestra għall-

formazzjoni ta’ fondi ta’ riżerva li għandhom jintużaw sabiex tilħaq l-

objettivi tagħha

Iżda l-Ministru u l-Ministru responsabbli għall-finanzi

jistgħu bil-miktub jordnaw lid-De Valette Chamber Orchestra b’mod

dirett jew permezz tal-Kunsill

(a)

tittrasferixxi lill-Gvern dak l-eċċess tad-dħul; jew

(b)

tapplika dak l-eċċess tad-dħul b’dak il-mod jew

għal dak l-iskop kif jista’ jiġi speċifikat.

(5)

Kwalunkwe fondi tad-De Valette Chamber Orchestra li

mhumiex minnufih meħtieġa sabiex jissodisfaw in-nefqa, jistgħu jiġu

investiti b’dak il-mod li jista’ jiġi approvat mill-Kunsill minn żmien

għal żmien.

(6)

Id-De Valette Chamber Orchestra, fit-twettiq tal-

funzjonijiet tagħha, tista’ tirċievi ħlas għal servizzi kif jistgħu jiġu

ppubblikati jew miftiehma ma’ terzi persuni.

(7)

(a)

Id-De Valette Chamber Orchestra għandha tħejji

rapport annwali li fih għandha tagħti rendikont tal-operat tagħha, l-

attivitajiet u s-sitwazzjoni finanzjarja fir-rigward ta’ kull sena

finanzjarja.

(b)

Fir-rapport annwali tagħha, id-De Valette Chamber

Orchestra għandha tipprovdi

(i)

ħarsa ġenerali lejn l-operat tagħha matul dik is-

sena finanzjarja, inkluża referenza għall-implimentazzjoni tal-

funzjonijiet inkorporati u l-governanza korporattiva tagħha; u

(ii)

rendikont finanzjarju u r-rapport tal-awdituri li

jkun fihom dikjarazzjoni dwar dawn li ġejjin

(aa)

il-pożizzjoni finanzjarja;

(bb)

il-prestazzjoni finanzjarja;

(ċċ)

il-bidliet fl-assi netti jew fl-ekwità;

(dd)

il-likwidità;

(ee) paragun bejn l-estimi ppreparati għas-sena

finanzjarja taħt evalwazzjoni u n-nefqa attwali tas-sena

finanzjarja taħt evalwazzjoni, u bejn in-nefqa attwali tas-

sena finanzjarja taħt evalwazzjoni u n-nefqa attwali tas-

sena preċedenti;

BĦALA ORGANIZZAZZJONI KULTURALI PUBBLIKA

(ff) l-opinjoni tal-awdituri dwar il-ġestjoni tal-

akkwist, il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tad-De

Valette Chamber Orchestra;

(gg) noti, li jinkludu sommarju tal-politiki ta’

kontabilità sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni

Iżda l-kuntratt ta’ servizz mal-awdituri maħtura għandu

jiġi konkluż fi żmien xahar (1) mit-tmiem tas-sena finanzjarja u l-

awdituri għandhom ikunu marbuta li jikkonkludu x-xogħol tagħhom u

jipprovdu lid-De Valette Chamber Orchestra bir-rapport fi żmien

ħames (5) xhur mid-data ta’ meta l-kuntratt ta’ servizz ikun ġie

konkluż.

(8)

Id-De Valette Chamber Orchestra għandha, fi żmien

ħamest (5) ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċeviet ir-rapport tal-verifika

mill-awdituri, tittrasmetti u tippreżenta r-rapport annwali lill-Kunsill u

lill-Ministru.

(9)

Il-Ministru għandu, fi żmien għaxart (10) ijiem ta’

xogħol wara li jirċievi r-rapport annwali tad-De Valette Chamber

Orchestra, iqiegħed ir-rapport annwali fuq il-Mejda tal-Kamra, jew

jekk fi kwalunkwe żmien matul dak il-perjodu l-Kamra ma tkunx

f’sessjoni, fi żmien ġimgħa (1) mill-bidu tas-sessjoni sussegwenti.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →