Legislator Case Law & Legislation
sl_542.6 MT

Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

10 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (10)

Statutory Text (10 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

FESTIVALS MALTA

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 542.06

ORDNI GĦAT-TWAQQIF TAL-AĠENZIJA

FESTIVALS MALTA

29 ta’ Lulju, 2019

L-AVVIŻ LEGALI 138 tal-2019.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

(1)

It-titolu ta’ dan l-ordni hu l-Ordni għat-Twaqqif

tal-Aġenzija Festivals Malta.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

F’dan l-ordni, sakemm il-kuntest ma jitlobx xort’oħra

"l-Att" tfisser l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Arti;

"Aġenzija" tfisser l-Aġenzija Festivals Malta kif

stabbilita bl-artikolu 3;

"Bord" tfisser il-Bord kif stabbilit bl-artikolu 4;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti għall-Arti;

"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kultura.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

(1)

Għandha tiġi stabbilita Aġenzija, li għandha tkun

magħrufa bħala l-Aġenzija Festivals Malta, sabiex timplimenta l-

għanijiet u twettaq dawk il-funzjonijiet kollha stabbiliti f’dan l-ordni u

sabiex toħloq, iżżomm, torganizza, tamministra u tissorvelja l-

organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ portafoll ta’ avvenimenti

kulturali u artistiċi nazzjonali u internazzjonali, festivals u proġetti tal-

infrastruttura kulturali.

(2)

L-Aġenzija għandha tkun korp ġuridiku li jkollu

personalità legali distinta, u li tkun kapaċi tagħmel kuntratti, li tikseb u

tiddisponi minn kull tip ta’ proprjetà għall-finijiet tal-funzjonijiet

tagħha taħt dan l-ordni u kwalunkwe liġi oħra, li tħarrek u tiġi

mħarrka, u li twettaq dawk il-ħwejjeġ kollha u tidħol f’dawk it-

transazzjonijiet kollha li huma inċidentali jew li jwasslu għall-

eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha msemmija aktar ’il fuq.

(3)

L-Aġenzija għandha tkun magħmula minn Chairperson

maħtur skont l-artikolu 4(3) u mill-Bord stabbilit skont l-artikolu 4(2),

u kwalunkwe unità oħra meħtieġa għat-twettiq tas-setgħat u l-

funzjonijiet kif imfissra f’dan l-ordni.

(4)

L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li tfassal ir-regoli u l-

proċeduri amministrattivi tagħha.

(5)

L-Aġenzija għandha tilħaq l-għan tagħha permezz tat-

twettiq, fost oħrajn, tal-funzjonijiet li ġejjin

FESTIVALS MALTA

(a)

tipprovdi l-pjattaforma xierqa sabiex issostni t-

tkabbir u l-iżvilupp tal-portafoll ta’ festivals eżistenti;

(b)

tipprovdi livelli ta’ eċċellenza fl-eżekuzzjoni ta’

avvenimenti u festivals, li jitqabblu mal-festivals internazzjonali

ewlenin;

(ċ)

tibni fuq il-portafoll attwali ta’ festivals u

avvenimenti billi tintroduċi ideat ġodda u innovazzjoni u żżid l-

involviment u l-parteċipazzjoni tal-udjenza;

(d)

tiżviluppa l-portafoll tal-festivals f’pjattaforma

kreattiva kontinwa għal artisti Maltin u internazzjonali u

operaturi kreattivi permezz tal-kummissjoni ta’ xogħol ġdid fi

sħubija ma’ organizzazzjonijiet u festivals tal-arti nazzjonali u

internazzjonali u l-esportazzjoni tagħhom;

(e)

iżżid il-parteċipazzjoni lokalment permezz ta’

kummerċjalizzazzjoni iktar iffukata u effettiva bbażata fuq is-

segmentazzjoni u attivitajiet ta’ komunikazzjoni;

(f)

tiżviluppa strateġiji distinti għal kull festival biex

tinvolvi udjenzi u setturi diversi tas-soċjetà;

(g)

tipprovdi l-għodod u l-istrumenti adattati sabiex

jagħmlu iktar faċli li wieħed jattendi festivals u tiżdied l-

parteċipazzjoni u l-involviment tal-udjenza;

(h)

taħdem mill-qrib mal-industrija Maltija tal-

ivvjaġġar sabiex tiżviluppa l-immaġni u l-marka ta’ Malta

internazzjonalment bħala niche li qed tikber fit-turiżmu

kulturali;

(i)

tinkoraġġixxi kalendarju nazzjonali tal-arti u l-

kultura, li joffri programm konsolidat u jixpruna sinerġiji,

impatt u allinjament ikbar f’organizzazzjonijiet kulturali

pubbliċi u privati;

(j)

tistabbilixxi netwerk b’saħħitha ta’ affiljazzjonijiet

ma’ organizzazzjonijiet kulturali lokali u internazzjonali, li

tinkludi ukoll sħubijiet ta’ festivals reġjonali;

(k)

tipprovdi l-istrumenti ta’ sostenn sħiħ għal

avvenimenti u festivals f’Malta u lil hinn, permezz ta’

teknoloġija, komunikazzjoni, kummerċjalizzazzjoni u għajnuna

komuni;

(l)

tinfluwenza s-sinerġiji u ttejjeb l-ispejjeż fid-

diversi organizzazzjonijiet fejn possibbli;

(m)

tiddetermina rikonoxximent ulterjuri tal-marka

FESTIVALS MALTA

għall-prodott tal-Aġenzija;

(n)

teżerċita kull funzjoni oħra li tista’ tiġi assenjata

mill-Ministru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

(1) Il-Bord għandu jkun magħmul minn Chairperson u

mhux anqas minn erba’ (4) u mhux aktar minn għaxar (10) membri

votanti.

(2)

Il-membri tal-Bord għandhom jiġu maħtura mill-

Ministru.

(3)

Il-Ministru għandu jaħtar wieħed (1) mill-membri tal-

Bord bħala Chairperson mhux Eżekuttiv.

(4)

Kull membru tal-Bord għandu jokkupa dik il-kariga għal

terminu ta’ tliet (3) snin u l-membri għandhom ikunu eliġibbli sabiex

jinħatru mill-ġdid mal-iskadenza tat-terminu tal-kariga tagħhom.

(5) Il-Ministru jista’ jaħtar kwalunkwe membru ieħor tal-

Bord bħala Deputat Chairperson u l-membru hekk maħtur għandu

jkollu s-setgħat kollha li jwettaq il-funzjonijiet kollha taċ-Chairperson

fin-nuqqas temporanju taċ-Chairperson jew inabbiltà li jaġixxi bħala

Chairperson, jew waqt li ċ-Chairperson ikun indispost, jew waqt

kwalunkwe vakanza fl-inkariga ta’ Chairperson

Iżda jekk l-assenza taċ-Chairperson tkun permanenti jew

tkun tali li l-funzjonament tal-Bord jiġi affettwat, il-Ministru jista’

jaħtar kwalunkwe persuna oħra bħala Chairperson, f’liema każ

għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet preċedenti fir-rigward ta’ dik

il-persuna.

(6)

Persuna m’għandhiex tikkwalifika sabiex iżżomm il-

kariga ta’ Chairperson jew ta’ membru tal-Bord jekk dik il-persuna

(a)

hija mħallef jew maġistrat tal-qrati tal-ġustizzja;

jew

(b)

hija legalment interdetta jew inabilitata; jew

(ċ)

instabet ħatja ta’ reat li jaffettwa l-fiduċja

pubblika jew ta’ serq jew frodi jew li xjentement irċeviet

proprjetà miksuba minn serq jew frodi jew tixħim jew ħasil ta’

flus; jew ingħatat sentenza għal terminu ta’ priġunerija ta’

mhux anqas minn tliet (3) xhur; jew

(d)

hija soġġetta għal skwalifika taħt l-artikolu 320

tal-Att dwar il-Kumpanniji; jew

(e)

għandha xi interess finanzjarju jew xi interess

ieħor fi kwalunkwe impriża jew attività li x’aktarx taffettwa it-

twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet

FESTIVALS MALTA

Iżda l-Ministru jista’ jirrinunzja l-iskwalifika ta’

persuna taħt dan il-paragrafu jekk dik il-persuna tiddikjara l-

interess, u dik id-dikjarazzjoni u r-rinunzja jiġu ppubblikati fil-

Gazzetta.

(7)

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-ordni, l-kariga

ta’ membru tal-Bord għandha ssir vakanti

(a)

mal-iskadenza

tat-terminu

tal-inkariga

tal-

membru;

(b)

jekk jinqalgħu xi ċirkostanzi li kieku ma kienx

membru tal-Bord, kienu jiskwalifikawh milli jinħatar bħala

membru; jew

(ċ)

jekk il-membru jirreżenja jew jekk iseħħu ċ-

ċirkostanzi msemmija fis-subartikolu (9).

(8)

Iċ-Chairperson jew kwalunkwe membru ieħor tal-Bord

jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Ministru qabel l-iskadenza tat-terminu

tal-kariga tiegħu fejn, fl-opinjoni tal-Ministru, ikun ħati ta’ kondotta

ħażina jew minħabba l-inabbiltà li jkompli jwettaq il-funzjonijiet tal-

inkariga tiegħu minħabba mard mentali jew tal-ġisem, imġieba ħażina

jew kwalunkwe kawża oħra raġonevoli.

(9)

Jekk il-kariga ta’ membru tal-Bord tkun vakanti, jew jekk

membru tal-Bord ma jkunx, għal xi raġuni, kapaċi jwettaq il-

funzjonijiet tal-inkariga tiegħu, il-Ministru jista’ jappunta persuna li

hija kwalifikata sabiex tinħatar bħala membru tal-Bord; u kull persuna

hekk maħtura għandha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subartikoli

(7) u (8), tieqaf milli tkun membru tal-istess meta tkun inħatret persuna

sabiex timla il-vakanza jew, skont il-każ, meta l-membru li ma kienx

kapaċi jwettaq il-funzjonijiet tal-inkariga tiegħu jerġa’ jibda

jwettaqhom.

(10) (a)

Il-Bord għandu jaġixxi wkoll jekk ikun hemm

vakanza fost il-membri tiegħu

Iżda għandu jkun hemm kworum f’kull laqgħa;

(b)

(i)

il-kworum fil-laqgħat kollha tal-Bord

m’għandux ikun ta’ anqas minn nofs il-membri votanti u wieħed;

(ii)

fin-nuqqas taċ-Chairperson fi kwalunkwe

laqgħa tal-Bord, id-Deputat Chairperson għandu jaġixxi bħala

Chairperson; fin-nuqqas kemm taċ-Chairperson kif ukoll tad-Deputat

Chairperson, il-membri preżenti jistgħu jagħżlu minn fosthom persuna

sabiex taġixxi bħala Chairperson tal-laqgħa;

(ċ)

id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu

b’maġġoranza tal-voti tal-membri preżenti u votanti. Iċ-Chairperson li

FESTIVALS MALTA

jkun qed jippresjedi il-laqgħa għandu jkollu t-tieni vot jew vot deċiżiv;

(d)

il-Bord għandu jżomm dak in-numru ta’ laqgħat li

jista’ jkun meħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, u għandu

jiltaqa’ mhux anqas minn darba fix-xahar. Iċ-Chairperson fuq

inizjattiva tiegħu jew ta’ kwalunkwe żewġ membri votanti jista’ fi

kwalunkwe waqt isejjaħ laqgħa tal-Bord.

(11) Ir-rimunerazzjoni mħallsa lill-Membri tal-Bord għandha

tkun skont id-direttivi applikabbli u l-linji gwida maħruġa minn żmien

għal żmien.

(12) Il-Bord għandu jaħtar wieħed mill-uffiċjali tal-Aġenzija

sabiex jaġixxi bħala Segretarju tal-Bord għal dak il-perijodu li jqis li

huwa adegwat.

(13) Il-Bord jista’ jirregola l-proċedura tiegħu b’mod ġenerali

u partikolari, għal dak li għandu x’jaqsam maż-żamma tal-laqgħat tal-

Bord, l-avviż li għandu jingħata għal dawn il-laqgħat, il-proċedimenti

fir-rigward tagħhom, iż-żamma tal-minuti, il-kustodja, il-produzzjoni

u l-ispezzjoni ta’ dawk il-minuti u l-ftuħ, iż-żamma, l-għeluq u l-

verifika tal-kontijiet.

(14) Kull membru tal-Bord għandu jimximal-Kodiċi ta’ Etika

tal-membri tal-Bord fis-Settur Pubbliku maħruġ mill-Uffiċċju tal-

Prim’ Ministru. Kull Membru tal-Bord għandu wkoll jiffirma

intendiment li jiddeskrivi l-obbligi tiegħu bħala membru tal-Bord,

inkluż l-obbligu tal-kunfidenzjalità u li jirregola l-kunflitti ta’ interess.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

(1)

Il-Bord jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru,

jaħtar Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni wara li tkun saret sejħa għall-

applikazzjonijiet mill-Aġenzija għal dan il-għan jew, f’każ fejn ma

tkun saret l-ebda sejħa, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-

Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika għal dak li għandu x’jaqsam

mal-ħatra tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni.

(2)

It-tmexxija eżekuttiva tal-Aġenzija, l-amministrazzjoni u

l-organizzazzjoni tagħha u l-kontroll amministrattiv tal-uffiċjali u l-

impjegati tagħha, għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-Uffiċjal

Eżekuttiv Ewlieni li għandu wkoll ikollu dawk is-setgħat l-oħra li

jistgħu minn żmien għal żmien jiġu ddelegati lilu mill-Aġenzija u, bla

ħsara għall-ġeneralità ta’ dak stabbilit preċedentement, għandu:-

(a)

jassumi r-responsabbiltà kollha għas-sorveljanza

ġenerali u l-kontroll tal-unitajiet, diviżjonijiet u sezzjonijiet tal-

Aġenzija;

(b)

jassenja lil kull unità, diviżjoni u sezzjoni dawk l-

obbligi li huwa jqis huma meħtieġa jew spedjenti;

(ċ)

jikkoordina x-xogħol tal-unitajiet, diviżjonijiet

FESTIVALS MALTA

usezzjonijiet;

(d)

jiżviluppa

l-istrateġiji

meħtieġa

għall-

implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Aġenzija; u

(e)

jwettaq dawk l-obbligi l-oħra li l-Bord tal-

Aġenzija jista’ minn żmien għal żmien jassenjalu.

(3)

L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jista’ jattendi l-laqgħat tal-

Bord u m’għandux ikollu vot f’dawk il-laqgħat

Iżda l-Aġenzija tista’, jekk tqis li dan huwa xieraq,

tirrikjedi li l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ma jattendi għall-ebda laqgħa

jew jattendi biss għal parti minnha.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

(1)

Ir-rappreżentanza legali u ġudizzjarja tal-Aġenzija

għandha tkun vestita fl-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni

Iżda l-Aġenzija tista’ taħtar permezz ta’ riżoluzzjoni tal-

bord bil-miktub kwalunkwe wieħed mill-membri jew uffiċjali jew

impjegati tagħha jew aktar, sabiex jidher f’isimha jew għan-nom tal-

Aġenzija fi kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji u fi kwalunkwe att,

kuntratt, strument jew dokument ieħor ikun li jkun.

(2) Kwalunkwe dokument li jidher li huwa strument

magħmul jew maħruġ mill-Aġenzija u ffirmat mill-Uffiċjal Eżekuttiv

Ewlieni, għandu jiġi ammess bħala evidenza u għandu, sakemm ma

jiġix pruvat xort’oħra, jitqies li huwa strument magħmul jew maħruġ

mill-Aġenzija jew mill-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

(1) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni,

ta’ kwalunkwe liġi oħra applikabbli għall-istess, u mingħajr ħsara

għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-ordni, il-ħatra tal-impjegati tal-

Aġenzija għandha ssir mill-Aġenzija stess. It-termini u l-

kundizzjonijiet tal-impjieg għandhom jiġu stabbiliti mill-Aġenzija bi

qbil mal-Ministru

Iżda l-impjegati kollha tal-Aġenzija għandhom jitqiesu

bħala impjegati tal-Aġenzija mat-twaqqif tal-Aġenzija.

(2)

L-Aġenzija għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-

rimunerazzjoni u taħt dawk it-termini u l-kundizzjonijiet li tista’

tiddetermina, dawk l-uffiċjali u impjegati tal-Aġenzija li jistgħu minn

żmien għal żmien ikunu meħtieġa għat-twettiq xieraq u effettiv tal-

funzjonijiet tiegħu, skont id-direttivi maħruġa taħt l-Att dwar l-

Amministrazzjoni Pubblika.

(3)

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-

Amministrazzjoni Pubblika u bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru, l-

Aġenzija tista’ titlob, wara konsultazzjoni mal-Ministru, minn żmien

għal żmien, li kwalunkwe impjegat pubbliku jiġi inkarigat sabiex

iwettaq dmirijietu mal-Aġenzija f’dik il-kapaċità u b’effett minn dik id-

FESTIVALS MALTA

data kif jista’ jiġi speċifikat fid-direttiva.

(4)

Meta uffiċjal pubbliku jiġi inkarigat sabiex iwettaq

dmirijietu mal-Aġenzija, dak l-uffiċjal għandu, fiż-żmien li matulu d-

direttiva tkun effettiva fil-konfront tiegħu, ikun taħt id-direzzjoni

amministrattiva u l-kontroll tal-Aġenzija, iżda mill-bqija għandu jibqa’

u jżomm id-drittijiet u l-obbligi kollha bħala uffiċjal pubbliku, u għall-

finijiet ta’ kwalunkwe liġi relatata ma’ pensjonijiet għal servizz mal-

Gvern, servizz mal-Aġenzija għandu jitqies bħala servizz mal-Gvern

Iżda fl-evalwazzjoni tal-ħlas pensjonabbli ta’ dak l-

uffiċjal għall-finijiet ta’ kwalunkwe liġi relatata ma’ pensjonijiet għal

servizz mal-Gvern, m'għandhomx jittieħdu in konsiderazzjoni l-ebda

allowance, bonus jew gratwità mħallsa lil dak l-uffiċjal li jeċċedu dak

li għalih huwa intitolat bħala uffiċjal pubbliku

Iżda wkoll matul dak iż-żmien li fih ikun hekk inkarigat

sabiex iwettaq dmirijietu mal-Aġenzija, it-termini u l-kundizzjonijiet

tas-servizz m’għandhomx ikunu anqas favorevoli minn dawk annessi

mal-ħatra

tiegħu

mal-Gvern

matul

il-perijodu

imsemmi

preċedentement. Dawk it-termini u l-kundizzjonijiet m’għandhomx

jitqiesu li huma anqas favorevoli għaliex mhumiex fl-aspetti kollha

identiċi jew superjuri għal dawk li kien igawdi l-uffiċjal konċernat fid-

data meta jkun ġie hekk inkarigat, jekk fl-opinjoni tal-Prim Ministru

dawk it-termini u kundizzjonijiet, meħuda flimkien, joffru

sostanzjalment benefiċċji ekwivalenti jew akbar.

(5) (a)

Għall-finijiet

tal-kalkolu

tal-ħlasijiet

pensjonabbli, l-inkarigi u l-livelli tas-salarji mal-Aġenzija għandhom

jiġu klassifikati fil-gradi korrispondenti l-aktar viċin u l-livelli

inkrimentali fis-servizzi tal-Gvern ta’ Malta, b’referernza għad-

deskrizzjonijiet, ħiliet, responsabbiltajiet u fatturi analogi oħra.

(b)

Għall-finijiet

tal-kalkolu

tal-ħlasijiet

pensjonabbli, l-ebda inkariga ma għandha tiġi klassifikata fi grad

ogħla minn Grad 3 tas-servizz mal-Gvern jew xi grad ieħor li l-

Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ minn żmien għal żmien,

b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi.

(ċ)

Bla ħsara għal kwalunkwe liġi oħra, meta fid-data

tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-ordni, l-arranġamenti li jkunu saru fir-

rigward tal-uffiċjali pubbliċi li jkunu ġew inkarigati skont kwalunkwe

liġi applikabbli ma jkunux għadhom ġew finalizzati, il-Prim Ministru

jista’ joħroġ regolamenti bl-għan li jsolvi kwalunkwe diffikultajiet li

setgħu qamu bejn iż-żmien meta l-uffiċjal pubbliku jkun ġie inkarigat

sakemm jiġu finalizzati l-imsemmija arranġamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

(1)

L-Aġenzija għandha tkun regolata permezz tad-

dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi.

(2)

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet segwenti ta’ dan l-ordni,

FESTIVALS MALTA

l-Aġenzija għandha twettaq il-ħidma tagħha b’tali mod li n-nefqa

rikjesta għall-iżvoliġiment xieraq tal-funzjonijiet tagħha għandu, safejn

dan ikun prattikabbli, jiġi sodisfatt mid-dħul tagħha.

(3)

Għal dan l-għan, l-Aġenzija għandha timponi t-tariffi

kollha, rati u pagamenti oħra preskritti jew meqjusa li huma preskritti

minn jew taħt dan l-ordni jew kwalunkwe liġi oħra relatata mas-setgħat

u l-funzjonijiet tal-Aġenzija.

(4) L-Aġenzija għandha wkoll tirċievi mingħand il-Gvern,

mill-Fond Konsolidat, dawk l-ammonti li jistgħu minn żmien għal

żmien jiġu awtorizzati għall-allokazzjoni biex tiġi koperta parti minn

nefqa tagħha li ma tistax tiġi sodisfatta mid-dħul tagħha, kif ukoll

spejjeż għal xogħlijiet speċifiċi li għandhom jitkomplew jew li

għandhom xort’oħra jiġu eżegwiti mill-Aġenzija.

(5)

Kwalunkwe eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa għandu, bla

ħsara għal kwalunkwe direttivi li l-Ministru jista’, wara konsultazzjoni

mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, minn żmien għal żmien jagħti,

jiġi applikat mill-Aġenzija għall-formazzjoni ta’ fondi ta’ riżerva li

għandhom jintużaw għall-għanijiet tal-Aġenzija; u bla ħsara għall-

ġeneralità tas-setgħat mogħtija lill-Ministru permezz ta’ dan is-

subartikolu, kwalunkwe direttiva mogħtija mill-Ministru kif diġà ntqal,

tista’ tordna t-trasferiment lill-Gvern ta’ Malta jew l-applikazzjoni

b’mod li jista’ jiġi speċifikat fid-direttiva, ta’ kwalunkwe parti mit-

tariffi, rati u pagamenti oħra imposti skont is-subartikolu (3) jew

kwalunkwe eċċess kif preċedentement stabbilit.

(6)

Kwalunkwe fondi tal-Aġenzija li mhumiex minnufih

rikjesti sabiex jissodisfaw in-nefqa, jistgħu jiġu investiti b’dak il-mod li

jista’ minn żmien għal żmien jiġi approvat mill-Ministru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 542.6 — Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta

Ir-regoli u d-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt it-Taqsima V

tal-Att għandhom, mutatis mutandis, japplikaw għall-Aġenzija.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →