Regolamenti dwar il-Klassifikazzjoni tal-Età dwar il-Pellikoli u l-Palk
Table of Provisions (22)
Statutory Text (22 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 542.01
REGOLAMENTI DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI
TAL-ETÀ DWAR IL-PELLIKOLI U L-PALK
30 ta’ Novembru, 2012
L-AVVIŻ LEGALI 416 tal-2012, kif emendat bl-Att XV tal-2015 u L-
Avviż Legali 387 tal-2020.
It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu r-Regolamenti dwar il-
Klassifikazzjoni tal-Età dwar il-Pellikoli u l-Palk.
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort’oħra
"Att" tfisser l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Arti;
"liċenza" u "detentur ta’ liċenza" tfisser il-postijiet, l-operaturi u
s-sidien tal-postijiet rispettivament, li għandhom il-permess bil-liġi
biex juru xogħlijiet ċinematografiċi u produzzjonijiet fuq il-palk,
skont it-tifsiriet kif użati fir-Regolamenti dwar il-Pellikoli u l-Palk;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Kultura.
(1) Għandu jkun hemm bord, li jissejjaħ il-Bord dwar il-
Klassifika tal-Età dwar il-Pellikoli, hawn iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "il-Bord tal-Pellikoli", li jkun magħmul minn President u
dak l-għadd ta’ membri oħra, li ma jkunx inqas minn ħamsa u mhux
iktar minn tmienja, skont ma jinħatru ta’ kull sena mill-Ministru,
liema Bord għandu jeżerċita u jaqdi l-funzjonijiet mogħtija lilu
b’dawn ir-regolamenti. Il-membri tal-Bord tal-Pellikoli għandhom
jibqgħu fil-kariga għal perjodu ta’ sena, liema perjodu jista’ jiġi
mġedded.
(2) Tkun il-funzjoni tal-Bord tal-Pellikoli li jikklassifika
produzzjonijiet ta’ pellikoli fuq il-bażi ta’ linji gwida li jiġu
abbozzati u aġġornati perjodikament mill-Bord tal-Pellikoli kif
imsejsa fuq dawn il-kriterji li ġejjin
(a) ix-xorta ġenerali tal-produzzjoni, inkluż jekk din
tkunx waħda ta’ xorta medika, legali jew xjentifika; u
(b) il-mertu letterarju, artistiku jew edukattiv, jekk ikun
hemm, tal-produzzjoni; u
(ċ) il-livelli ta’ moralità, deċenza u mġiba tajba b’mod
ġenerali skont ma huma raġonevolment aċċettati minn
adulti; u
(d) il-persuni jew klassi ta’ persuni li tkun intiża għalihom
jew li x’aktarx jaraw il-produzzjoni.
(3) L-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-Pellikoli għandhom jiġu
pubblikati kull sena fil-Gazzetta.
(4) Kull pellikola għandha tkun klassifikata skont il-kategorija
tal-età minn mill-inqas żewġ membri tal-Bord tal-Pellikoli skont
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(5)
Meta, f’xi okkażjoni, il-Bord tal-Pellikoli jixtieq jikseb il-
parir ta’ xi persuna fuq xi ħaġa jew ħwejjeġ partikolari, il-President
tal-imsemmi Bord tal-Pellikoli jista’ jagħżel lil dik il-persuna bħala
membru għal dik il-laqgħa jew laqgħat kif jista’ jinħtieġ, u dik il-
persuna, meta tkun hekk magħżula, ikollha d-drittijiet u l-privileġġi
kollha ta’ membru, ħlief li ma jkollhiex dritt tieħu sehem f ’xi
deċiżjoni jew fir-rapport imsemmi fir-regolament 6.
(6) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (3) ma japplikawx
għal xi persuni magħżula bħala membri kif maħsub fis-
subregolament (5).
(7) Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lil kull klassifikatur ta’ età
ta’ produzzjonijiet tal-pellikola għandhom ikunu skont il-Manwal għal
kif il-bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern għandhom ikunu
kategorizzati, klassifikati u rimunerati.
(8) Il-President tal-Bord tal-Pellikoli għandu jitħallas dritt ta’
tmien mija u ħmistax-il euro (€815) fis-sena b’żieda mad-drittijiet
previsti fis-subregolament (7).
(9) Il-Bord tal-Pellikoli għandu jkun magħmul minn dak l-
għadd ta’ persuni, kif stipulat b’dawn ir-regolamenti, li jkollhom
għarfien u esperjenza relevanti għall-klassifikazzjoni ta’ pellikoli u
speċifikatament fl-oqsma li ġejjin
(a) apprezzament ta’ pellikola u l-industrija tal-pellikoli u
dik awdjoviżiva;
(b) kwistjonijiet ta’ interess pubbliku soċjali u
psikoloġiku, inklużi kwistjonijiet dwar l-edukazzjoni;
u
(ċ) kwistjonijiet ta’ żvilupp li jaffettwaw persuni li jkunu
taħt l-età ta’ 18-il sena,
li wieħed minnhom jiġi maħtur bħala President tal-Bord tal-
Pellikoli mill-Ministru; u l-persuna jew persuni maħtura taħt il-
paragrafu (ċ) għandhom jiġu hekk maħtura wara konsultazzjoni
mal-Kummissarju għat-Tfal.
(10) Il-votazzjoni
fil-Bord
tal-Pellikoli
għandha
ssir
b’maġġoranza, iżda fil-każ li jkun hemm voti indaqs, il-President
ikollu vot deċiżiv b’żieda mal-vot oriġinali tiegħu.
(11) Il-Bord tal-Pellikoli jista’ jirregola l-proċedura tiegħu stess
b’mod ġenerali, u, b’mod partikolari, fir-rigward taż-żamma ta’
laqgħat, l-avviż li għandu jingħata għal dawk il-laqgħat, il-
proċeduri f ’dawk il-laqgħat, iż-żamma ta’ minuti, il-kustodja, il-
produzzjoni u l-ispezzjoni ta’ dawk il-minuti, u dawk l-affarijiet
oħra li għandhom x’jaqsmu mal-funzjonijiet tiegħu.
(12) Il-Bord tal-Pellikoli jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza li
jista’ jkun hemm fost il-membri tiegħu.
Il-klassifika tal-pellikoli skont l-età għandha titmexxa
mill-Bord tal-Pellikoli u għandha tiġi komunikata mill-aktar fis lill-
applikant u għandha tiġi notifikata lid-detenturi ta’ liċenza dwar
ċinematografi.
L-applikazzjonijiet għall-klassifikazzjoni skont l-età, ta’
pellikoli mill-klassifikaturi dwar l-etajiet għandhom isiru lill-
President tal-Bord tal-Pellikoli fuq formuli li jinkisbu mill-Bord
tal-Pellikoli, f’format stampat jew elettroniku, mingħajr ħlas.
(1) Il-klassifikaturi eżaminaturi dwar l-etajiet għandhom,
fid-diskrezzjoni tagħhom, jagħmlu rapport, wara li jkunu qiesu l-
linji gwida abbozzati skont ir-regolament 3(2), dwar jekk il-
pellikola li għaliha tkun tirriferixxi l-applikazzjoni tkun tista’ jew
ma tistax tgħaddi għall-wiri, u għandhom jikklassifkaw dik il-
pellikola skont waħda mill-kategoriji li ġejjin, u għandhom javżaw
lill-applikant u l-pubbliku ġenerali dwar dik il-klassifikazzjoni
(i) ‘U’ - UNIVERSALI. Tajjeb għal kulħadd.
(ii) ‘PG’ - GWIDA TAL-ĠENITURI. Jista’ jarahom
kulħadd, iżda xi xeni jistgħu ma jkunux tajbin
għat-tfal żgħar.
(iii) ‘12A’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu 12-il
sena, u fuqhom
Iżda persuni ta’ età iżgħar minn 12-il sena
jistgħu jarawhom jekk ikunu akkumpanjati minn
persuna adulta biss.
(iv) ‘12’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu 12-il
sena, u fuqhom.
(v) ‘15’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu 15-il
sena, u fuqhom.
(vi) ‘18’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu 18-il
sena, u fuqhom.
(2) Waqt l-eżami ta’ pellikola sottomessa għall-klassifikazzjoni
skont l-età, il-Bord tal-Pellikoli jista’ jibgħat għall-persuna li
tippreżenta l-pellikola u jiddiskuti ma’ dik il-persuna l-
klassifikazzjoni skont l-età li għandha tingħata lil dik il-pellikola.
(3) Il-Bord tal-Pellikoli għandu, flimkien mal-klassifikazzjoni,
jippubblika, kemm f ’forma elettronika jew f ’forma oħra, ir-
raġunijiet li jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni skont l-età, u avviżi
lill-pubbliku li jkun fihom informazzjoni addizzjonali dwar x’ikun
fihom il-pellikoli hekk klassifikati.
(1) Il-Bord tal-Pellikoli għandu, skont hekk, joħroġ
ċertifikat dwar il-klassifikazzjoni skont l-età, liema ċertifikat
għandu jintbagħat lill-applikanti kollha.
(2) Iċ-ċertifikat dwar il-klassifikazzjoni skont l-età u l-avviżi
lill-pubbliku li jkun fihom informazzjoni addizzjonali għandhom
jiġu esibiti f’post fejn jidhru sewwa fid-daħla taċ-ċinematografu u
jistgħu jinġiebu għall-attenzjoni tal-pubbliku b’xi mezz ieħor.
(1) Meta l-klassifikaturi eżaminaturi dwar l-etajiet ikunu
rrapurtaw li pellikola -
(a) tkun tista’ tintwera f’xi waħda
mill-kategoriji
speċifikati fir-regolamenti 6; jew
(b) ma tistax tintwera f’xi
waħda
mill-kategoriji
speċifikati fir-regolamenti 6;
il-persuna li tkun applikat għall-eżami tal-pellikoli tista’, jekk tħoss
ruħha aggravata bid-deċiżjoni, fi żmien ħamest ijiem minn meta
tirċievi dik id-deċiżjoni, tapplika bil-miktub lill-Bord tar-Reviżjoni
tal-Klassifikazzjoni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Bord
ta’ Reviżjoni") għal reviżjoni ta’ dik id-deċiżjoni. Il-Bord ta’
Reviżjoni jista’ jikkonferma jew jirrevedi d-deċiżjoni tal-Bord tal-
Pellikoli.
(2) Il-Bord ta’ Reviżjoni għandu jkun magħmul minn tliet (3)
persuni maħtura mill-Ministru, u wieħed minnhom għandu jiġi
maħtur President tal-Bord ta’ Reviżjoni
Iżda l-membri tal-Bord ta’ Reviżjoni ma għandhomx ikunu
l-istess membri li jkunu maħtura fil-Bord tal-Pellikoli.
(3) Il-Bord ta’ Reviżjoni għandu jkun magħmul minn persuni li
jkollhom għarfien u esperjenza relevanti għall-klassifikazzjoni ta’
pellikoli u speċifikatament fl-oqsma identifikati fir-regolament
3(9)
Iżda l-persuna maħtura skont il-qasam ta’ għarfien
imsemmi fir-regolament 3(9)(ċ) għandha tiġi hekk maħtura wara
konsultazzjoni mal-Kummissarju għat-Tfal.
(4) Il-votazzjoni fil-Bord ta’ Reviżjoni għandha ssir
b’maġġoranza, u kull membru tal-Bord ta’ Reviżjoni għandu jkun
preżenti biex jittieħed vot. Fil-każ li jkun hemm voti indaqs, il-
President ikollu vot deċiżiv b’żieda mal-vot oriġinali tiegħu.
(5) Meta jirċievi dik l-applikazzjoni, il-President tal-Bord ta’
Reviżjoni għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex il-
pellikola terġa’ tiġi eżaminata mill-membri kollha tal-Bord ta’
Reviżjoni u d-deċiżjoni tagħhom, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet
tar-regolament 9, tkun finali.
(6) Fid-deliberazzjonijiet tiegħu, il-Bord ta’ Reviżjoni għandu
jasal għad-deċiżjoni tiegħu skont it-termini ta’ dawn ir-regolamenti
u tal-linji gwida abbozzati skont ir-regolament 3(2), u għandu
jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni. Il-Bord ta’ Reviżjoni għandu
jinnotifika lill-applikant id-deċiżjoni finali tiegħu fir-rigward tal-
klassifikazzjoni skont l-età u r-raġunijiet li għalihom ittieħdet id-
deċiżjoni.
(7) Kull persuna li toss ruħha aggravata bid-deċiżjoni tal-Bord
ta’ Reviżjoni jkollha d-dritt illi, fi żmien għoxrin ġurnata minn
meta tingħata d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni, tagħmel rikors
quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva stabbilit bl-
artikolu 5 tal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva sabiex titlob
ir-reviżjoni ta’ dik id-deċiżjoni.
(8) Id-disposizzjonijiet
tal-Att
dwar.il-Ġustizzja
Amministrattiva, sakemm ikunu japplikaw għat-Tribunal ta’
R e v i ż j o n i A m m i n is tr a t ti v a , g ħ a n d h om j a p p l ik a w g ħ a l k ul l
p r o ċ e d u r a q u d d i e m l - i m se m m i Tr i b u n a l u l - k l i e m
"amministrazzjoni pubblika" fl-imsemmija liġi tittieħed bħala
referenza għall-Bord tal-Pellikoli u l-Bord ta’ Reviżjoni.
(9) Kull proċedura pendenti, fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dawn
ir-regolamenti, quddiem xi qorti minn deċiżjoni tal-Bord tal-
Pellikoli jew tal-Bord ta’ Reviżjoni għandha tkompli tinstema’
minn dik il-qorti mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 9.
Meta pellikola, bit-tieni eżami jew mingħajru kif previst
fir-regolament 8, ma tkunx għaddiet mill-Bord tal-Pellikoli bħala
tajba għall-wiri f’xi kategorija speċifikata fir-regolament 6, dik il-
pellikola ma tistax terġa tiġi sottomessa għal klassifikazzjoni qabel
ma tgħaddi sena mid-deċiżjoni.
Kull meta xi pellikola partikolari tkun klassifikata taħt xi
waħda mill-kategoriji speċifikati fir-regolament 6(1), ebda persuna
taħt l-età speċifikata f’xi kategorija ta’ klassifikazzjoni skont l-età
partikolari f ’dak ir-regolament ma għandha titħalla tidħol għall-
wiri ta’ dik il-pellikola u f’kull każ bħal dak l-avviż imsemmi fir-
regolament 7 għandu jinkludi twissija li dawk il-persuni ma
jitħallewx jidħlu għall-wiri ta’ dik il-pellikola. Iktar minn hekk,
f ’kull każ bħal dak, twissija fl-istess sens magħmula b’ittri kbar
għandha titwaħħal fid-daħla taċ-ċinematografu.
(1) Il-pellikoli li jistgħu jintwerew fl-istess programm
bħal tal-kategorija tal-pellikola prinċipali msemmija fl-Ewwel
Kolonna ta’ hawn taħt għandhom ikunu tal-kategorija jew
kategoriji msemmijin fit-Tieni Kollonna ta’ hawn taħt, u jkun reat
li wieħed juri ma’ dawn il-pellikoli prinċipali xi pellikola, li ma
tkunx pellikola ta’ riklam mgħoddi mill-Bord tal-Pellikoli,
klassifikata f’kategorija differenti.
L-Ewwel Kolonna
It-Tieni Kolonna
Pellikola prinċipali
Pellikoli oħra
U
U
PG
PG u U
12A
12A, Pg u U
12, 12A, PG u U
15, 12A, 12, PG u U
18, 15, 12A, 12, PG u U
(2) Meta, fil-każ ta’ programm double feature, dan ikollu
pellikola tal-kategorija 18 u pellikola ta’ xi kategorija oħra, il-
pel likola tal-kategorija 18 għandha titqies bħala l-pellikola
prinċipali; u meta dan ikollu pellikola tal-kategorija 15 u pellikola
tal-kategorija 12A, 12 jew PG jew U, il-pellikola ta’ kategorija 15
għandha titqies bħala l-pellikola prinċipali; u meta dan ikollu
pellikola tal-kategorija 12A u pellikola ta’ kategorija PG jew U, il-
pellikola tal-kategorija 12A għandha titqies bħala l-pelllikola
prinċipali; u meta dan ikollu pellikola tal-kategorija 12 u pellikola
ta’ kategorija 12A, PG jew U, il-pellikola tal-kategorija 12 għandha
titqies bħala l-pelllikola prinċipali; u meta dan ikollu pellikola tal-
kategorija PG u pellikola ta’ kategorija U, il-pellikola tal-
kategorija PG għandha titqies bħala l-pelllikola prinċipali.
Fil-każijiet imsemmijin fir-regolamenti 10 u 11, id-
detenturi ta’ liċenza ta’ ċinematografi u, kif jista’ jagħti l-każ, l-
aġent jew l-impjegat tagħhom, ma jkunx ħati ta’ reat li daħħal
għall-esibizzjoni ta’ pellikola jew programm persuna taħt l-età
meħtieġa, jekk jipprova għas-sodisfazzjon tal-qorti illi, meta
jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, huwa kellu raġuni biex jaħseb illi l-
persuna kienet tal-età meħtieġa, u ma għandu f’ebda każ ikun ħati
ta’ reat jekk xi persuna li jkollha inqas mill-età speċifikata fil-
kategorija tidħol għal wirja ta’ pellikola jew programm li minnu
tkun eskluża minħabba fl-età.
Id-detentur ta’ liċenza għandu jdaħħal, f’kull kartellun u
riklam espost għall-pubbliku, hekk kif jinħareġ iċ-ċertifikat
imsemmi fir-regolament 7, xi wieħed minn dawn l-avviżi li ġejjin,
skont il-każ, flimkien mal-avviżi lill-pubbliku li jkun fihom l-
informazzjoni addizzjonali skont ir-regolament 6(3), b’ittri
kapitali
TEST TAL-AVVIŻI GĦAL ĊINEMATOGRAFI
Ċertifikat U
Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età
Ċertifikat PG
Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età iżda xi xeni
jistgħu ma jkunux tajbin għat-tfal żgħar
Ċertifikat 12A
Tajjeb biss għal persuni li għalqu 12-il sena, u
fuqhom, iżda persuni ta’ età iżgħar minn 12-il
sena jistgħu jarawhom jekk ikunu
akkumpanjati minn persuna adulta biss
Ċertifikat 12
Jistgħu jidħlu persuni minn 12-il sena ’l fuq
Ċertifikat 15
Jistgħu jidħlu persuni minn 15-il sena ’l fuq
Ċertifikat 18
Jistgħu jidħlu persuni minn 18-il sena ’l fuq
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-kliem "pellikola"
jew "pellikoli" jinkludu kartelluni, avviżi, ritratti, libretti jew kull
kitba fil-qosor dwar il-pellikoli.
Detentur ta’ liċenza huwa responsabbli biex jara li l-
projezzjoni tal-pellikola ċertifikata ssir sewwa, kif ukoll illi
j i t ħ a r s u b i r- r e q q a k o l l h a d - d i s p o ż i z z j o n i j i e t t a ’ d a w n i r-
regolamenti.
(1) Il-produzzjonijiet kollha teatrali u produzzjonijiet oħra
fuq il-palk, li għalihom jista’ jattendi l-pubbliku, kemm bi ħlas jew
b’xejn, għandhom jingħataw klassifikazzjoni skont l-età raġonevoli
u xierqa, skont il-kategoriji tal-klassifikazzjoni skont l-età elenkati
fir-regolament 6(1). Il-klassifikazzjoni skont l-età għandha tiġi
esibita f’post fejn tidher sewwa fid-daħla tal-binja fejn tkun ser ssir
il-produzzjoni u tista’ tiġi komunikata lill-pubbliku b’kull mezz
ieħor.
(2) Il-persuna responsabbli biex tiġi determinata l-
klassifikazzjoni skont l-età b’konformità ma’ dawn ir-regolamenti
fir-rigward ta’ produzzjonijiet teatrali u produzzjonijiet oħra fuq il-
palk għandha tkun il-persuna li tipproduċi l-produzzjoni teatrali
jew produzzjoni oħra; fl-assenza tal-persuna identifikata bħala l-
persuna li tipproduċi dik il-produzzjoni, għandha tkun il-persuna li
tidderieġi l-produzzjoni; fl-assenza ta’ dawn iż-żewġ persuni,
għandha tkun id-detentur reġistrat tal-liċenza tal-post fejn issir il-
produzzjoni; u fl-assenza tiegħu, is-sid tal-post fejn issir il-
produzzjoni.
(3) Meta jkun meħtieġ, għandhom jingħataw lill-pubbliku,
mill-persuna responsabbli għad-determinazzjoni tal-
klassifikazzjoni skont l-età skont is-subartikolu (2), avviżi lill-
pubbliku li jkun fihom informazzjoni addizzjonali dwar x’ikun
fihom produzzjonijiet teatrali u produzzjonijiet oħra. Dawn l-
avviżi, flimkien mal-klassifikazzjoni skont l-età li tkun ingħatat,
għandhom jiġu esibiti f’post fejn jidhru sewwa fid-daħla tal-binja
fejn tkun ser ssir il-produzzjoni u jistgħu jiġu komunikati lill-
pubbliku b’kull mezz ieħor.
(4) Il-persuna
responsabbli
għad-determinazzjoni
tal-
k l a s s i f i k az z j o n i s k o n t l - e t a g ħ a l p r o d u z z j o n i j i e t t e a t r a l i u
produzzjonijiet oħra skont is-subregolament (2), għandha tagħmel
dan b’konformità ma’ linji gwida maħruġin mill-Bord ta’ Gwida
msemmi fir-regolament 17.
(5) Kull rakkomandazzjoni, parir, avviż jew alternattiva
maħruġa mill-Bord ta’ Gwida għal produzzjoni teatrali jew
produzzjoni oħra msemmija għandhom jiġu esibiti mill-persuna
responsabbli kif imsemmi fis-subregolament (2), f’post fejn jidhru
sewwa fid-daħla tal-binja fejn tkun ser issir il-produzzjoni u jistgħu
jiġu komunikati lill-pubbliku b’kull mezz ieħor.
(1) Għandu jkun hemm bord, li jkun magħruf bħala l-Bord
ta’ Gwida, li jiġi maħtur mill-Ministru, u li jkun magħmul minn
(a) il-President tal-Kunsill Malti għall-Arti ex officio, li
jkun il-President tal-Bord ta’ Gwida; u
(b) mhux aktar minn erba’ membri oħra li jkollhom
għarfien u esperjenza relevanti għall-klassifikazzjoni
ta’ produzzjonijiet teatrali u fuq il-palk u
speċifikatament fl-oqsma li ġejjin
(i)
għarfien
u
esperjenza
fil-qasam
ta’
produzzjonijiet teatrali u fuq il-palk;
(ii) kwistjonijiet ta’ interess pubbliku soċjali u
psikoloġiku, inklużi kwistjonijiet dwar l-
edukazzjoni; u
(iii) kwistjonijiet ta’ żvilupp li jaffettwaw persuni li
jkunu taħt l-età ta’ 18-il sena,
u kull persuna jew persuni maħtura taħt il-paragrafu
(b)(iii) għandhom jiġu hekk maħtura wara
konsultazzjoni mal-Kummissarju għat-Tfal.
Il-membri tal-Bord ta’ Gwida għandhom jibqgħu fil-kariga
għal perjodu ta’ tliet snin, liema perjodu jista’ jiġi mġedded.
(2) Il-votazzjoni għandha ssir b’maġġoranza, iżda fil-każ li
jkun hemm voti indaqs, il-President għandu jkollu vot deċiżiv
b’żieda mal-vot oriġinali tiegħu.
(1) Il-Bord ta’ Gwida jkollu l-funzjonijiet li ġejjin
(a) li jabbozza linji gwida, u jaġġornahom minn żmien
għal żmien, li għandhom jiġu konsultati mill-persuna
responsabbli biex tiġi determinata l-klassifikazzjoni
skont l-età b’konformità mar-regolament 16(2), fid-
deċiżjoni li tittieħed dwar il-klassifikazzjoni xierqa
skont l-età li għandha tingħata għall-produzzjonijiet
teatrali tagħhom;
(b) wara talba bil-miktub mill-persuna responsabbli biex
tiġi determinata l-klassifikazzjoni skont l-età
b’konformità mar-regolament 16(2), jagħti r-
rakkomandazzjoni tiegħu, bil-miktub u fi żmien
raġonevoli, dwar liema klassifikazzjoni skont l-età
tkun xierqa għall-produzzjoni teatrali jew produzzjoni
oħra inkwistjoni;
(ċ) jirċievi lmenti u risentimenti minn xi membru tal-
pubbliku li jħoss ruħu urtat jew offiż b’xi produzzjoni
teatrali jew produzzjoni fuq il-palk oħra.
(2) Ilmenti u risentimenti magħmulin mill-membri tal-pubbliku
skont is-subregolament (1)(ċ) għandhom jiġu indirizzati lill-Bord
ta’ Gwida u sottomessi bil-miktub.
(3) Meta jirċievi xi lment jew risentiment bħal dawn, il-Bord
ta’ Gwida għandu jikkomunika mal-persuna responsabbli għad-
d e t e r m i n a z z j o n i t a l - k l a s s i f i k a z z j o n i s k o n t l - e t à , s k o n t i r-
regolament 16(2), u jista’ jesiġi li jara prova jew verżjoni fuq il-
palk tal-produzzjoni teatrali jew produzzjoni oħra.
(4)
Il-Bord ta’ Gwida jista’ jiddeċiedi
(a) li jiċħad il-pretensjonijiet magħmulin fl-ilment jew
risentiment; jew
(b) li jirrakkomanda klassifikazzjoni skont l-età
alternattiva għall-produzzjoni teatrali jew produzzjoni
oħra fuq il-palk; jew
(ċ) li jirrakkomanda li jiġu abbozzati u komunikati lill-
pubbliku avviżi rigward x’ikun fiha l-produzzjoni
teatrali jew produzzjoni oħra fuq il-palk.
(5) Kull gwida, parir, rakkomandazzjoni, opinjoni jew linja
gwida maħruġa mill-Bord ta’ Gwida għandhom jinħarġu bil-miktub
u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
(6) Il-Bord ta’ Gwida għandu jżomm record tat-talbiet, lmenti
u k o r r i s p o n d e n z a k o l l h a l i j k u n r i ċ i e v a u t a ’ k u l l p a r i r,
rakkomandazzjoni, opinjoni u linja gwida li jagħti jew joħroġ.
(7) L-azzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Gwida
għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Ġustizzja
Amministrattiva u l-prinċipji li jinsabu f’dak l-Att.
Kull ksur ta’ dawn ir-regolamenti għandu jinġieb għall-
attenzjoni tal-bordijiet stabbiliti b’dawn ir-regolamenti, u dawk il-
bordijiet għandhom, sakemm fl-opinjoni tagħhom il-kwistjoni ma
tkunx frivola u vessatorja, jirreferu l-kwistjoni lill-awtoritajiet
kompetenti.
(1) Kull persuna li tikseb aċċess għall-wiri ta’ pellikola
jew programm li hi tkun eskluża minnhom minħabba fl-età tagħha
tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull persuna li tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati
(Malta) jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ta’ reat kontra s-
subregolament (1) teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ mhux
inqas minn mitt euro (€100) għal kull kontravvenzjoni, iżda f’każ
ta’ reat ieħor jew sussegwenti li jkun magħmul fi żmien sitt xhur
mid-data ta’ meta tkun instabet ħatja taħt dawn ir-regolamenti jew
xi regolamenti oħra li jirrigwardaw iċ-ċinematografi, dik l-
ammenda tkun ta’ mhux inqas minn ħames mitt euro (€500) u mhux
iktar minn elf euro (€1000) għal kull kontravvenzjoni.
(1) Kull persuna li tqiegħed għall-wiri pellikola bi ksur ta’
dawn ir-regolamenti jew li, f’post li fih jista’ jattendi l-pubbliku,
kemm bi ħlas jew b’xejn, tippreżenta produzzjoni teatrali jew
produzzjoni fuq il-palk mingħajr ma tesibixxi -
(a) il-klassifikazzjoni skont l-età fir-rigward tal-pellikola
jew produzzjoni; jew
(b) il-gwida, opinjoni jew rakkomandazzjoni mogħtija
mill-Bord ta’ Gwida, jekk ikun hemm,
tkun ħatja ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti.
(2) Kull persuna li tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati
(Malta) jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ta’ reat kontra s-
subregolament (1) teħel, meta tinsab ħatja
(a) għal reati li jirrigwardaw pellikoli, ammenda ta’ mhux
anqas minn mitt euro (€100) u mhux iżjed minn ħames
mitt euro (€500) għal kull kontravvenzjoni, iżda f’każ
ta’ reat ieħor jew sussegwenti li jkun magħmul fi
żmien sitt xhur mid-data ta’ meta tkun instabet ħatja
taħt dawn ir-regolamenti jew xi regolamenti oħra li
jirrigwardaw iċ-ċinematografi, dik l-ammenda tkun ta’
elf euro (€1000) għal kull kontravvenzjoni; u
(b) għal reati li jirrigwardaw produzzjonijiet teatrali jew
produzzjonijiet oħra fuq il-palk, ammenda ta’ mhux
anqas minn mitt euro (€100) u mhux iżjed minn ħames
mitt euro (€500) għal kull kontravvenzjoni, iżda f’każ
ta’ reat ieħor jew sussegwenti li jkun magħmul fi
żmien sitt xhur mid-data ta’ meta tkun instabet ħatja,
dik l-ammenda tkun ta’ ħames mitt euro (€500) għal
kull kontravvenzjoni.