Regolamenti dwar l-Istandards Ekwivalenti ta’ Kwalità u Sigurezza ta’ Tessuti u Ċelloli Importati
Table of Provisions (15)
Statutory Text (15 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 483.08
REGOLAMENTI DWAR L-ISTANDARDS
EKWIVALENTI TA’ KWALITÀ U SIGUREZZA
TA’ TESSUTI U ĊELLOLI IMPORTATI
1 ta’ Novembru, 2016
L-AVVIŻ LEGALI 368 tal-2016.
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti huwa r-Regolamenti
dwar l-Istandards Ekwivalenti ta’ Kwalità u Sigurezza ta’ Tessuti u
Ċelloli Importati.
(2) L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti huwa li jittrasposi d-
Direttiva tal-Kummissjoni 2015/566/UE tat-8 ta’ April 2015 li
timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE fir-rigward ta’ proceduri ta’
verifika tal-istandards ekwivalenti ta’ kwalità u sigurezza ta’
tessuti u ċelloli importati.
(3) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-
importazzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani għall-applikazzjoni umana
u prodotti manifatturati ġejjin minn tessuti u ċelloli umani intiżi
għal applikazzjoni umana
Iżda dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal
(a) l-importazzjoni ta’ tessuti u ċelloli kif previst fir-
regolament 16 tar-Regolamenti dwar il-Kwalità u s-
Sigurezza tat-Tessut u ċ-Ċelloli;
(b) l-importazzjoni ta’ tessuti u ċelloli li huma direttament
awtorizzati f’każijiet ta emerġenza;
(ċ) demm uman u komponenti ta’ demm kif imfissra taħt
ir-Regolamenti dwar il-Kwalità u s-Sigurezza tad-
Demm; u
(d) organi u partijiet ta’ organi kif imfissra taħt ir-
Regolamenti dwar il-Kwalità u s-Sigurezza tat-Tessut
u ċ-Ċelloli.
Rekwiżiti minimi dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li għandha tiġi fornuta
mill-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti applikanti meta japplikaw biex jiġu
akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati għall-fini ta’ attivitajiet ta’
importazzjoni
Meta japplika għal akkreditazzjoni, nomina, awtorizzazzjoni jew liċenza għall-fini
ta’ attivitajiet ta’ importazzjoni, l-istabbiliment applikant li jimporta t-tessuti
għandu, sakemm ma jkunx diġà pprovdut bħala parti minn applikazzjonijiet
preċedenti għall-akkreditazzjoni, in-nomina, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar bħala
stabbiliment tat-tessuti jew stabbiliment li jimporta t-tessuti, jipprovdi l-aktar
informazzjoni aġġornata u, għat-Taqsima F, dokumentazzjoni dwar dan li ġej
A. Informazzjoni ġenerali dwar l-Istabbiliment li Jimporta t-Tessuti (ITE - Importing
Tissue Establishment)
1. Isem l-ITE (l-isem tal-kumpannija).
2. Indirizz għaż-żjarat tal-ITE.
3. Indirizz postali tal-ITE (jekk differenti).
4. Status tal-ITE li qed japplika: Għandu jiġi indikat jekk din hix l-ewwel
applikazzjoni għall-akkreditazzjoni, in-nomina, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar
bħala ITE jew, meta applikabbli, jekk din hix applikazzjoni għat-tiġdid. Fejn l-
applikant ikun diġà akkreditat, nominat, awtorizzat jew liċenzjat bħala stabbiliment
tat-tessuti, għandha jiġi pprovdut il-kodiċi tal-kompendju tat-TE.
5. Isem l-unità li qed tapplika (jekk differenti minn isem il-kumpannija).
6. Indirizz għaż-żjarat tal-unità li qed tapplika.
7. Indirizz postali tal-unità li qed tapplika (jekk differenti).
8. Isem is-sit tal-wasla tal-importazzjonijiet (jekk differenti minn isem il-
kumpannija u l-unità li qed tapplika).
9. Indirizz għaż-żjarat tas-sit tal-wasla.
F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra
"l-Awtorità" tfisser l-Awtorità dwar il-Liċenzi;
"emerġenza" tfisser kwalunkwe sitwazzjoni imprevista li fiha ma
hemm l-ebda alternattiva prattikabbli oħra għajr biex b’mod urġenti
jiġu importati f ’Malta tessuti u ċelloli minn pajjiż terz għall-
applikazzjoni immedjata ta’ riċevitur magħruf jew riċevituri
magħrufa li s-saħħa tagħhom tkun mhedda serjament mingħajr tali
importazzjoni;
"fornitur minn pajjiż terz" tfisser stabbiliment tat-tessuti jew
korp ieħor, stabbilit f'pajjiż terz, li huwa responsabbli għall-
esportazzjoni lejn Malta ta’ tessuti u ċelloli li hu jforni lil
stabbiliment li jimporta t-tessuti. Fornitur minn pajjiż terz jista’
wkoll iwettaq attività waħda jew aktar, li sseħħ barra minn Malta,
ta’ donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħżin jew
tqassim ta’ tessuti u ċelloli importati f’Malta;
"importazzjoni ta’ darba" tfisser l-importazzjoni ta’ xi tip
speċifiku ta’ tessut jew ċellola li huwa destinat għall-użu personali
ta’ riċevitur maħsub jew riċevituri maħsuba li huma magħrufa
għall-istabbiliment li jimporta t-tessuti u l-fornitur minn pajjiż terz
qabel isseħħ l-importazzjoni. Tali importazzjoni ta’ xi tip speċifiku
ta’ tessut jew ċellola normalment ma għandhiex isseħħ aktar minn
darba għal kull riċevitur. L-importazzjonijiet mill-istess fornitur
minn pajjiż terz li jseħħu fuq bażi regolari jew ripetuta ma
għandhomx jitqiesu bħala "importazzjonijiet ta’ darba";
"stabbiliment li jimporta t-tessuti" tfisser bank tat-tessuti jew
taqsima ta’ sptar jew korp ieħor stabbilit f ’Malta li huwa parti fi
ftehim kuntrattwali ma’ fornitur minn pajjiż terz għall-
importazzjoni f ’Malta ta’ tessuti u ċelloli li jkunu ġejjin minn
pajjiżi terzi maħsuba għall-applikazzjoni fil-bniedem.
Ċertifikat ta' Akkreditazzjoni, Nomina, Awtorizzazzjoni jew Liċenza li jinħareġ
mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti lill-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti
STANDARDS EKWIVALENTI TA’ KWALITÀ
U SIGUREZZA TA’ TESSUTI U ĊELLOLI IMPORTATI
STANDARDS EKWIVALENTI TA’ KWALITÀ
U SIGUREZZA TA’ TESSUTI U ĊELLOLI IMPORTATI
(1) L-Awtorità
għandha,
mingħajr
ħsara
għad-
dispożizzjonijiet tal-artikolu 1(3), tiżgura li l-importazzjonijiet
kollha ta’ tessuti u ċelloli minn pajjiżi terzi isiru minn stabbilimenti
li akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati minnha għall-
finijiet ta’ dawk l-attivitajiet.
(2) L-Awtorità, wara li tkun rċeviet l-informazzjoni meħtieġa
skont l-Iskeda I u wara li tkun vverifikat li l-istabbiliment li
jimporta t-tessuti jkun konformi mal-leġislazzjoni relevanti,
għandha
(a) takkredita, tinnomina, tawtorizza jew tagħti liċenza
lill-istabbiliment li jimporta t-tessuti u c-ċelloli;
(b) tindika kwalunkwe kundizzjoni li tapplika għall-
istabbiliment li jimporta t-tessuti bħal, iżda mhux
limitat għal, restrizzjonijiet fuq it-tip ta’ tessuti u
ċelloli li għandhom jiġu importati jew il-fornitur minn
pajjiż terz li għandu jiġi użat; u
(ċ) tagħti lill-istabbiliment li jimporta t-tessuti ċertifikat
kif previst fl-Iskeda II.
Rekwiżiti minimi dwar id-dokumentazzjoni li għandha tkun disponibbli lill-awtorità
jew l- awtoritajiet kompetenti minn stabbilimenti tat-tessuti li beħsiebhom
jimportaw tessuti u ċelloli minn pajjiżi terzi
Bl-eċċezzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ darba, li ġew eżentati minn dawn ir-
rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni, l-istabbiliment li jimporta t-tessuti applikant għandu
j a g ħ m e l d i s po n i b b l i u , s a k e m m m a j k u n x d i ġ à p p r ov d u t b ħ a l a p a r ti m i n n
applikazzjonijiet preċedenti għall-akkreditazzjoni, in-nomina, l-awtorizzazzjoni jew
il-liċenzjar bħala stabbiliment li jimporta t-tessuti jew stabbiliment tat-tessuti,
għandu jagħti, meta mitlub mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti l-iktar
verżjoni aġġornata ta' dawn id-dokumenti li ġejjin fir-rigward tal- applikant u l-
fornitur/i minn pajjiżi terzi tiegħu.
A. Dokumentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment li jimporta t-tessuti
1. Deskrizzjoni tal-impjieg tal-Persuna Responsabbli u d-dettalji tal-kwalifki
rilevanti u r-rekord tat-taħriġ tiegħu/ tagħha kif stabbilit fir-Regolamenti dwar il-
Kwalità u s-Sigurezza tat-Tessut u ċ-Ċelloli;
2. Kopja tat-tikketta primarja, tat-tikketta ta’ ppakkjar mill-ġdid, tal-pakkett
estern u l-kontenitur tat-trasport;
3. Lista ta’ proċeduri operattivi standard (SOPs - standard operating
procedures) relevanti, f’verżjonijiet aġġornati rigward l-attivitajiet ta’ importazzjoni
tal-istabbiliment inkluż SOPs dwar l-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew, il-
wasla u l-ħażna ta’ tessuti u ċelloli importati fl-istabbiliment li jimporta t-tessuti, il-
ġestjoni ta’ ġrajjiet u reazzjonijiet avversi, il-ġestjoni ta’ sejħiet lura u t-traċċabilità
mid-donatur għar-riċevitur.
B. Dokumentazzjoni rigward il-fornitur jew il-fornituri minn pajjiżi terzi
1. Deskrizzjoni dettaljata tal-kriterji użati għall-identifikazzjoni u l-
evalwazzjoni tad-donatur, l-informazzjoni mogħtija lid-donatur jew lill-familja tad-
donatur, kif jinkiseb il-kunsens mid-donatur jew mill-familja tad-donatur u jekk id-
donazzjoni saritx b’mod volontarju u mingħajr ħlas jew le;
2. Informazzjoni dettaljata dwar iċ-ċentru/ċentri tal-ittestjar użat(i) minn
fornituri minn pajjiż terz u t-testijiet imwettqa minn ċentri bħal dawn;
3. Informazzjoni dettaljata dwar il-metodi użati matul l-ipproċessar tat-tessuti
u taċ-ċelloli inklużi dettalji dwar il- validazzjoni għall-proċedura ta’ proċessar
kritiku;
4. Deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet, tagħmir kritiku u materjali u kriterji
użati għall-kontroll tal-kwalità u l-kontroll tal-ambjent għal kull attività mwettqa
mill-fornitur minn pajjiż terz;
5. Informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjonijiet għar-rilaxx ta’ tessuti u
ċelloli mill-fornitur jew fornituri minn pajjiż terz;
6. Dettalji ta’ kwalunkwe appaltaturi użati minn fornituri minn pajjiżi terzi,
inklużi l-isem, il-post u l-attività mwettqa;
7. Sommarju tal-aktar spezzjoni riċenti tal-fornitur minn pajjiż terz mill-
awtorità jew awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, inklużi d-data tal-ispezzjoni, it-
tip ta’ spezzjoni u l-konklużjonijiet ewlenin;
8. Sommarju tal-aktar verifika riċenti tal-fornitur minn pajjiż terz imwettqa
minn, jew f’isem, l-istabbiliment li jimporta t-tessuti.
STANDARDS EKWIVALENTI TA’ KWALITÀ
U SIGUREZZA TA’ TESSUTI U ĊELLOLI IMPORTATI
9. Kwalunkwe akkreditazzjoni nazzjonali jew internazzjonali relevanti.
(1) L-Awtorità
għandha
kull
sentejn
torganizza
spezzjonijiet u miżuri oħra ta’ kontroll fuq l-istabbiliment li
jimporta t-tessuti u, fejn xieraq, fuq il-fornitur minn pajjiż terz u
tiżgura li l-istabbiliment li jimporta t-tessuti jwettaq kontrolli
xierqa sabiex jiżgura standards ta kwalità u sigurezza tat-tessuti
jew ċelloli importati.
Barra minn dan, l-Awtorità tista’ tissospendi jew tirrevoka
l-akkreditazzjoni, in-nomina, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenza fis-
sħiħ jew parti minnha, ta’ stabbiliment li jimporta tessuti jekk l-
ispezzjoni jew il-miżuri l-oħra ta’ kontroll juru li dan l-
istabbiliment li jimporta t-tessuti m’għadux jilħaq ir-rekwiżiti
meħtieġa minn dawn ir-regolamenti.
(2)
L-ispezzjonijiet u l-miżuri l-oħra ta’ kontroll kollha
għandhom jitwettqu minn uffiċjal, debitament awtorizzat bil-
miktub, li għandu jkollu l-awtorità li
(a) jispezzjona l-istabbiliment li jimporta t-tessuti u, fejn
meħtieġ, l-attività ta’ kwalunkwe fornitur minn pajjiż
terz;
(b) jevalwa u jivverifika l-proċedura u l-attivitajiet
mwettqa mill-istabbiliment li jimporta t-tessuti u l-
faċilitajiet tal-fornitur minn pajjiż terz li huma
relevanti sabiex jiġu żgurati standards ta’ kwalità u
sigurezza tat-tessuti u ċelloli li ser jiġu importati; u
(ċ) jeżamina kwalunkwe dokumenti jew reġistri oħra li
huma relevanti għall-evalwazzjoni u l-verifika.
(3) L-Awtorità għandha fuq talba ġustifikata minn awtorità
k o m p e t e n t i t a ’ St a t M e m b r u i e ħ o r, j e w m i l l - K u m m i s s j o n i ,
tipprovdi informazzjoni fuq l-eżitu tal-ispezzjoni jew fuq il-miżuri
l-oħra ta’ kontroll relatati mal-istabbiliment li jimportaw tessuti u
fornituri minn pajjiżi terzi. Il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu
għandhom jiġu deċiżi mill-Awtorità wara konsultazzjoni mal-
awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba.
(4) Meta ssir spezzjoni fuq il-post fuq talba, l-Awtorità
għandha taqbel mal-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba
fuq kif din l-awtorità għandha tipparteċipa fl-ispezzjoni. Id-
deċiżjoni finali għandha tittieħed mill-Awtorità bbażata fuq raġuni
spjegata lill-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba.
Rekwiżiti minimi dwar il-kontenut ta’ ftehimiet bil-miktub bejn stabbilimenti li
jimportaw it-tessuti u l-fornituri minn pajjiżi terzi tagħhom
Bl-eċċezzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ darba li ġew eżentati minn dawn ir-
rekwiżiti, il-ftehim bil-miktub bejn l-istabbiliment li jimporta t-tessuti u l-fornitur
minn pajjiż terz għandu jkun fih tal- anqas dawn id-dispożizzjonijiet.
1. Informazzjoni dettaljata dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-istabbiliment li
jimporta t-tessuti bil-għan li jiżgura li l-istandards ta’ kwalità u sikurezza stabbiliti
fir-Regolamenti dwar il-Kwalità u s-Sigurezza tat-Tessut u ċ-Ċelloli jintlaħqu u r-
rwoli u r-responsabbiltajiet miftiehma b’mod reċiproku taż-żewġ partijiet li jiżguraw
li tessuti u ċelloli importati huma ta’ standards ekwivalenti ta’ kwalità u sikurezza;
2. Klawżola li tiżgura li l-fornitur minn pajjiż terz jipprovdi l-informazzjoni
stabbilita fis-sezzjoni B tal-Iskeda III lill-istabbiliment li jimporta t-tessuti;
3. Klawżola li tiżgura li l-fornitur minn pajjiż terz jinforma lill-istabbiliment li
jimporta t-tessuti bi kwalunkwe avventimenti jew reazzjonijiet avversi serji reali jew
suspettati li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sikurezza tat-tessuti u ċ-ċelloli
impurtati jew li jkunu ser jiġu importati mill-istabbiliment li jimporta t-tessuti;
4. Klawżola li tiżgura li l-fornitur minn pajjiż terz jinforma lill-istabbiliment li
jimporta t-tessuti bi kwalunkwe bidliet sostanzjali fl-attivitajiet tiegħu, inkluż
kwalunkwe revoka jew sospensjoni, kollha kemm hi jew parti minnha, tal-
awtorizzazzjoni tiegħu li jesporta t-tessuti u ċ-ċelloli jew deċiżjonijiet oħra bħal
dawn ta’ nuqqas ta’ konformità mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż
terz, li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sikurezza ta’ tessuti u ċelloli importati
jew li għandhom jiġu importati mill-istabbiliment li jimporta t-tessuti;
5. Klawżola li tiggarantixxi lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti d-dritt
li jispezzjonaw l-attivitajiet tal-fornitur minn pajjiż terz, inklużi spezzjonijiet fuq il-
post, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan fil-kuntest tal-ispezzjoni tagħhom tal-
istabbiliment li jimporta t-tessuti. Il-klawżola għandha tiggarantixxi wkoll lill-
istabbiliment li jimporta t-tesstuti d-dritt li jivverifika b’mod regolari l-fornitur minn
pajjiż terz tiegħu;
6. Il-kundizzjonijiet miftiehma li għandhom jintlaħqu għat-trasport ta’ tessuti u
ċelloli bejn il-fornitur minn pajjiż terz u l-istabbiliment li jimporta t-tessuti;
7. Klawżola li tiżgura li records tad-donaturi dwar tessuti u ċelloli importati
jinżammu mill-fornitur minn pajjiż terz jew l-appaltatur tiegħu, f’konformità mar-
regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, għal 30 sena wara l-akkwist u li jsir
provvediment xieraq għaż-żamma tagħhom fil-każ li l-fornitur minn pajjiż terz jieqaf
jopera;
8. Dispożizzjonijiet għar-reviżjoni regolari u, fejn ikun meħtieġ, ir-reviżjoni
tal-ftehim bil-miktub inkluż sabiex jirrifletti kwalunkwe bidliet fir-rekwiżiti ta’
standards ta' kwalità u ta’ sikurezza tal-UE stabbiliti fir-Regolamenti dwar il-
Kwalità u s-Sigurezza tat-Tessut u ċ-Ċelloli;
9. Lista tal-proċeduri operattivi standard kollha tal-fornitur minn pajjiż terz
dwar il-kwalità u s-sikurezza ta’ tessuti u ċelloli importati u l-impenn biex dawn jiġu
pprovduti fuq talba.
Qabel ma jibda jwettaq kwalunkwe attività, stabbiliment li
jimporta t-tessuti għandu japplika għal akkreditazzjoni, nomina,
awtorizzazzjoni jew liċenza billi
(a) jipprovdi
lill-awtorità
l-informazzjoni
u
d-
dokumentazzjoni meħtieġa skont l-Iskeda I; u
(b) jagħmel disponibbli, u meta mitlub mill-awtorità,
jipprovdi dokumentazzjoni elenkata fl-Iskeda III.
Stabbiliment li jimporta t-tessuti għandu jieħu dawk il-
miżuri kollha sabiex jiżgura li kwalunkwe importazzjoni ta’ tessuti
u ċelloli tilħaq l-istandards u l-kwalità u li t-tessuti u ċelloli jkunu
jistgħu jiġu rintraċċati mid-donatur għar-riċevitur u bil-kontra.
(1) L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti ma għandhomx
jagħmlu tibdiliet sostanzjali bħal, iżda mhux limitat għal, tibdil fit-
tipi ta’ tessuti u ċelloli li jiġu importati u attivitajiet li jsiru f’pajjiżi
terzi li jistgħu jinfluwenzaw l-kwalità u s-sigurezza tat-tessuti u c-
ċelloli importati jew il-fornitur minn pajjiż terz qabel ma jirċievu
approvazzjoni bil-miktub tal-Awtorità.
(2) Meta stabbiliment li jimporta t-tessuti jagħmel
importazzjoni ta’ darba ta’ tessuti jew ċelloli li joriġinaw minn
fornitur ta’ pajjiż terz li mhux kopert minn akkreditazzjoni,
nomina, awtorizzazzjoni jew liċenza eżistenti, tali importazzjoni
ma għandhiex titqies bħala tibdila sostanzjali jekk l-istabbiliment li
jimporta t-tessuti huwa awtorizzat jimporta l-istess tip ta’ tessuti u
ċelloli minn fornitur jew fornituri ta’ pajjiż terz ieħor.
(3) L-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandu jinforma lill-
Awtorità fil-każ illi jwaqqaf l-attivitajiet ta’ importazzjoni
kompletament jew parzjalment.
(4) L-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandu mill-aktar fis
jinnotifika l-Awtorità bi kwalunkwe avveniment serju u avvers
kemm suspettuż kif ukoll attwali jew reazzjoni irrapurtata lilu minn
fornituri ta’ pajjiż terz li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-
sigurezza tat-tessuti u c-ċelloli li jimportaw. Tali notifika għandha
ssir skont l-Iskedi III u IV tar-Regolamenti dwar Tessuti u Ċelloli
Umani (Kodifikazzjoni, Ipproċessar, Preservazzjoni, Ħżin u
Distribuzzjoni).
(5) L-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandu, mill-aktar fis,
jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe
(a) revoka jew sospensjoni, fi sħiħ jew f’parti, tal-
awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ pajjiż terz li jesporta
tessuti u ċelloli; u
(b) kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda għal raġunijiet ta’
nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti tal-
pajjiż li fih il-fornitur minn pajjiż terz huwa bbażat u li
tista’ tkun relevanti għall-kwalità u s-sigurezza tat-
tessuti jew ċelloli importati.
(1) L-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandu jagħmel
ftehimiet bil-miktub ma’ fornituri ta’ pajjiżi terzi fejn kwalunkwe
m i l l - a t t i v i t a j i e t t a ’ d o n a z z j o n i , k s i b , i t t e s t j a r, p r o ċ e s s a r,
preservazzjoni, ħażna jew distribuzzjoni f ’Malta ta’ tessuti u
ċelloli li għandhom jiġu importati f’Malta jsiru barra l-Unjoni
Iżda, meta l-istabbiliment li jimporta t-tessuti jagħżel li ma
jagħmilx ftehimiet bil-miktub ma’ fornituri ta’ pajjiżi terzi fil-każ
ta’ importazzjonijiet ta’ darba, l-imsemmi stabbiliment li jimporta
t-tessuti għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ miżuri nazzjonali
xierqa biex jirregolaw tali importazzjonijiet u li tali miżuri
nazzjonali jiżguraw
(a) traċċabbiltà mid-donatur għar-riċevitur u viċi versa; u
(b) li t-tessuti u ċ-ċelloli importati ma jiġux applikati fuq
xi ħadd għajr fuq ir-riċevituri intenzjonati għalihom.
(2) Il-ftehim bil-miktub msemmi fis-subartikolu (1) għandu
jispeċifika
(a) ir-rekwiżiti ta’ kwalità u sigurezza li għandhom
jintlaħqu sabiex jiġu żgurati standards ta’ kwalità u
sigurezza ta’ tessuti u ċelloli li ser jiġu importati;
(b) ir-rekwiżiti elenkati fl-Iskeda IV; u
(ċ) id-dritt tal-Awtorità li tispezzjona l-attivitajiet inkluż
il-faċilitajiet ta’ kwalunkwe fornitur minn pajjiż terz
matul il-perjodu li l-ftehim bil-miktub ikun fis-seħħ u
għal perjodu ta’ sentejn wara it-tmiem ta’ dan il-
ftehim.
(3) L-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandu jipprovdi kopji
t a ’ d a n i l - f t e h i m b i l - m i k t u b l i l l - Aw t o r i t à , f l i m k i e n m a l -
applikazzjoni għall-akkreditazzjoni, nomina, awtorizzazzjoni jew
liċenza kif previst taħt ir-regolament 5.
(1) L-istabbiliment li jimporta tessuti għandu jżomm
reġistru tal-attivitajiet tiegħu, inkluż iżda mhux limitat għal, tipi u
kwantitajiet ta’ tessuti u ċelloli importati, u fuq l-oriġini u d-
destinazzjoni tagħhom. Dan ir-reġistru għandu wkoll jinkludi l-
istess fil-każ ta’ importazzjoni ta’ darba. Ir-rapport annwali għandu
j i n k l u d i l - i n f o r m a z z j o n i p r e v i s t a t a ħ t i r- r e g o l a m e n t 7 t a r-
Regolamenti dwar il-Kwalità u s-Sigurezza tat-Tessut u ċ-Ċelloli.
(2) L-Awtorità għandha tniżżel l-istabbiliment li jimporta
tessuti fir-reġistru ta’ stabbilimenti li jimportaw tessuti, li hu
aċċessibbli pubblikament kif stabbilit fl-Artikolu 10(2) tad-
Direttiva 2004/23/KE.
(3) L-informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni, in-nomina, l-
awtorizzazzjoni jew il-liċenza tal-istabbiliment li jimporta t-tessuti
għandha wkoll tkun disponibbli permezz tan-netwerk ta’ reġistri
msemmi fl-Artikolu 10(3) ad-Direttiva 2004/23/KE.
STANDARDS EKWIVALENTI TA’ KWALITÀ
U SIGUREZZA TA’ TESSUTI U ĊELLOLI IMPORTATI
Indirizz postali tas-sit tal-wasla (jekk differenti).
B. Dettalji ta' kuntatt għall-Applikazzjoni
1. Isem il-persuna ta’ kuntatt għall-applikazzjoni.
2. Numru tat-telefon.
3. Indirizz elettroniku.
4. Isem il-Persuna Responsabbli (jekk differenti mill-persuna ta’ kuntatt).
5. Numru tat-telefon.
6. Indirizz elettroniku.
7. URL tal-websajt tal-ITE (jekk disponibbli).
Ċ. Dettalji ta’ Tessuti u Ċelloli li għandhom jiġu importati
1. Lista tat-tipi ta’ tessuti u ċelloli li għandhom jiġu importati, inklużi
importazzjonijiet ta’ darba ta’ ċerti tipi ta’ tessuti jew ta’ ċelloli.
2. Isem il-prodott (fejn applikabbli, skont il-lista ġenerika tal-UE) ta’ kull tip
ta’ tessut u ċellola li għandu jiġi importat.
3. L-isem kummerċjali (jekk differenti mill-isem tal-prodott) ta’ kull tip ta’
STANDARDS EKWIVALENTI TA’ KWALITÀ
U SIGUREZZA TA’ TESSUTI U ĊELLOLI IMPORTATI
tessut u ċellola li għandu jiġi importat.
4. L-isem tal-fornitur minn pajjiż terz għal kull tip ta’ tessut u ċellola li għandu
jiġi importat.
D. Lokazzjoni tal-Attivitajiet
1. Lista li tispeċifika liema mill-attivitajiet ta’ donazzjoni, akkwist, ittestjar,
ipproċessar, preservazzjoni jew ħżin jitwettqu qabel l-importazzjoni mill-fornitur
mill-pajjiż terz għal kull tip ta’ tessut jew ċellola.
2. Lista li tispeċifika liema mill-attivitajiet ta’ donazzjoni, akkwist, ittestjar,
ipproċessar, preservazzjoni jew ħżin jitwettqu qabel l-importazzjoni minn
appaltaturi tal-fornitur minn pajjiż terz għal kull tip ta’ tessut jew ċellola.
3. Lista tal-attivitajiet kollha mwettqa mill-ITE wara l-importazzjoni għal kull
tip ta’ tessut jew ċellola.
4. L-ismijiet tal-pajjiżi terzi li fihom iseħħu l-attivitajiet qabel l-importazzjoni
għal kull tip ta’ tessut jew ċellola.
E. Dettalji ta’ fornituri minn pajjiżi terzi
1. Isem il-fornitur(i) minn pajjiż terz (isem il-kumpannija).
2. Isem il-persuna ta’ kuntatt.
3. Indirizz għaż-żjarat.
4. Indirizz postali (jekk differenti).
5. Numru tat-telefon inkluż il-prefiss telefoniku internazzjonali.
6. Numru ta’ kuntatt ta’ emerġenza (jekk differenti).
7. Indirizz elettroniku.
F. Dokumentazzjoni li takkumpanja l-applikazzjoni
1. Kopja tal-ftehim bil-miktub mal-fornitur/i minn pajjiż terz.
2. Deskrizzjoni dettaljata tal-fluss ta’ tessuti u ċelloli importati mill-akkwist
tagħhom sa meta jaslu fl-istabbiliment li jimporta t-tessuti.
3. Kopja taċ-ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni tal-fornitur minn
pajjiż terz, jew meta ma jinħariġx ċertifikat speċifiku ta’ awtorizzazzjoni għall-
esportazzjoni, ċertifikazzjoni mill-awtorità jew l-awtoritajiet ta’ awtorizzazzjoni
kompetenti fil-pajjiż terz li tawtorizza l-attivitajiet tal-fornitur ta’ pajjiż terz fis-
settur tat-tessut u ċ-ċelloli inkluż l-esportazzjonijiet. Din id-dokumentazzjoni
għandha tinkludi wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità jew l-awtoritajiet
kompetenti tal-pajjiż terz. F’pajjiżi terzi fejn din id-dokumentazzjoni ma tkunx
disponibbli, għandhom jiġu pprovduti forom alternattivi ta’ dokumentazzjoni bħal
rapporti ta’ verifika tal-fornitur minn pajjiż terz.
STANDARDS EKWIVALENTI TA’ KWALITÀ
U SIGUREZZA TA’ TESSUTI U ĊELLOLI IMPORTATI