Legislator Case Law & Legislation
sl_452.40 MT

Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

18 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (18)

Statutory Text (18 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.40

ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI

GĦAS-SERVIZZ DOMESTIKU

BIEX JIRREGOLA L-PAGI

1 ta’ Frar, 1976

L-AVVIŻ LEGALI 7 tal-1976, kif emendat bl-Avviżi Legali 65 tal-1976,

76, 108 tal-1977, 36 tal-1978, 2, 25, 66 tal-1979, 30 tal-1980, 33 tal-1981,

122 tal-1989, 427 tal-2007, 132, 528 tal-2010, 504 tal-2011, 362 tal-2012,

334, 444 tal-2013, 482 tal-2014, 5 tal-2016, 97 u 383 tal-2017 u 104 u 351

tal-2019, 469 tal-2020, 464 tal-2021, 335 tal-2022, 286 tal-2023, 341 tal-

2024 u 288 tal-2025.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

It-titolu ta’ din l-Ordni hu Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-

Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

1. F’din l-Iskeda, kemm-il darba l-kuntest tal-kliem ma

jeħtieġx xort’oħra -

"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet, barra mill-Ħdud, iddikjarati

bħala btajjel pubbliċi skond l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u Btajjel

Pubbliċi oħra;

"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;

"ġurnata" tfisser perjodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa

konsekuttivi;

"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u

darbtejn l-inqas rata ta’ ħin li tapplika għall-impjegat;

"ikel" tfisser u tinkludi l-kafè ta’ fil-għodu, l-ikel ta’ nofs in-

nhar, it-tè ta’ wara nofs in-nhar u l-ikla ta’ fil-għaxija;

"impjegat part-time" tfisser impjegat li s-sigħat normali ta’

xogħol tiegħu, kalkolati fuq bażi ta’ ġimgħa jew fuq medja tul

perjodu ta’ impieg sa sena, huma inqas mis-sigħat normali ta’

xogħol ta’ impjegat whole-time komparabbli u li ma jkunx impjegat

whole-time b’sigħat imnaqqsa;

"impjegat whole-time" tfisser impjegat li hu meqjus bħala

impjegat whole-time skond xi kondizzjonijiet magħrufin tal-

impieg;

"ku mpen s" tfi sser pagi jew ql igħ, i mħal lsin b i flus m inn

prinċipal lill-impjegat;

"paga doppja" tfisser darbtejn l-inqas rata ta’ ġurnata li tapplika

għall-impjegat;

"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f ’kull ġurnata li matulu l-

impjegati jkunu għad-dispożizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-

intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ.

2. Għall-finijiet ta’ din l-Ordni li jirregola l-pagi, għandu

jkun hemm sitt gruppi ta’ ħaddiema fis-servizz domestiku, kif ġej

GRUPP 1

jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema impjegati bix-xahar

li jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom għal mhux

anqas minn sbatax-il lejl fi kwalunkwe xahar;

GRUPP 2

jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema impjegati bix-xahar

li jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom għal anqas

minn sbatax-il lejl f’xahar jew li ma jorqdu xejn;

GRUPP 3

jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema impjegati bil-

ġimgħa li jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom għal

mhux anqas minn erbat ijiem fi kwalunkwe

ġimgħa;

GRUPP 4

jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema impjegati bil-

ġimgħa li jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom għal

anqas minn erbat ijiem f’ġimgħa jew li ma jorqdu

xejn;

GRUPP 5

jikkonsisti

f’dawk

il-ħaddiema

mpjegati

bil-

ġurnata;

GRUPP 6

jikkonsisti f’dawk il-ħaddiema li huma mpjegati

bis-siegħa.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

Id-dispożizzjonijiet murija fl-Iskeda għandhom japplikaw

għall-impjegati kollha li dwarhom jgħodd il-Kunsill tal-Pagi għas-

Servizz Domestiku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

Is-sigħat ta’ xogħol ta’ ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk

il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ta’

ħaddiema fil-Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar

tal-prinċipal tagħhom, u ta’ ħaddiema fil-Grupp 5 għandhom ikunu

ta’ mhux aktar minn tmienja fi kwalunkwe ġurnata, iżda mhux iktar

minn erbgħa u erbgħin sigħa fi kwalunkwe ġimgħa, u dan sat-28 ta’

Frar, 1990, u erbgħin sigħa wara dik id-data, esklużi l-intervalli

permessi għall-ikel u għall-mistrieħ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

L-inqas rimunerazzjoni tal-ħaddiema għandha tkun kif ġej

Whole-Timers

Ħaddiema fil-Grupp 1 ................................. €1,016.37 fix-xahar

Ħaddiema fil-Grupp 2 ............................ €1,000.08 fix-xahar

Ħaddiema fil-Grupp 3 ................................ €234.68 fil-ġimgħa

Ħaddiema fil-Grupp 4 ................................ €232.93 fil-ġimgħa

Part-Timers

Ħaddiema fil-Grupp 5 ...................................€38.83 kuljum

Ħaddiema fil-Grupp 6 .................................... €5.82 is-siegħa

Iżda għal impieg ta’ aktar minn erba’ sigħat f’xi ġurnata,

il-ħlas li jsir ma għandu taħt l-ebda ċirkostanzi jkun inqas mill-

ekwivalenti ta’ ġurnata xogħol

Iżda wkoll kull ħaddiema part-time li tikkwalifika bħala

impjegata whole-time skond il-paragrafu 1 ta’ din l-Iskeda għandha

tkun intitolata għall-paga sħiħa fil-ġimgħa applikabbli skond dan

is-subparagrafu minkejja li taħdem għal anqas minn sitt ijiem.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

(1) Ħaddiema fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 f’dawk il-ġranet meta

ma jorqdux fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-Grupp 5

jkunu ntitolati għall-ħlas b’ħin u nofs għall-ħin kollu ta’ xogħol

iżjed minn tmien sigħat fi ġranet normali, u għall-ħin kollu ta’

xogħol maħdum għal aktar minn erbgħa u erbgħin siegħa fi

kwalunkwe ġimgħa, u dan sat-28 ta’ Frar, 1990, u għall-ħin kollu

ta’ xogħol maħdum għal aktar minn erbgħin siegħa wara t-28 ta’

Frar, 1990.

(2) Ħaddiema li jaħdmu f’vaganza tas-soltu jkunu ntitolati

għal paga doppja għall-ġurnata xogħol, u ħlas b’ħin doppju għax-

xogħol kollu maħdum iżjed minn tmien sigħat.

(3) Ħaddiema li jaħdmu fil-ġurnata ta’ mistrieħ tagħhom

jitħallsu bir-rata ta’ ħin doppju għall-ħin kollu li jinħadem.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

(a) Ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk il-ġranet meta

jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-

Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta jorqdu fid-dar tal-

prinċipal tagħhom, ikunu ntitolati għall-ikel kollu, u

f’dawk il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar tal-prinċipal

tagħhom ikunu ntitolati għall-ikel kollu minbarra l-ikla

ta’ fil-għaxija.

(b) Ħaddiema fil-Grupp 5 għandhom ikunu ntitolati għall-

ikel kollu minbarra l-ikla ta’ fil-għaxija.

(ċ) Ħaddiema fil-Grupp 6 ikunu ntitolati għall-kafè jew tè

wara li jkun ilhom jaħdmu mhux anqas minn sagħtejn u

jkunu wkoll intitolati għall-ikla ta’ nofs in-nhar jew l-

ikla ta’ fil-għaxija, skond il-każ, wara li ikunu ilhom

jaħdmu għal mhux anqas minn ħames sigħat, b’kollox.

(d) Ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk il-ġranet meta ma

jorqdux fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-

Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar

tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-Grupp 5 ikunu

ntitolati għall-ikla ta’ fil-għaxija meta s-sigħat ta’

xogħol tagħhom ’il fuq minn tmienja fi kwalunkwe

ġurnata, ikunu iżjed minn tlieta

Iżda l-ħaddiema fil-Gruppi 1 u 2 ikollhom tmienja

u erbgħin euro u sitta u tletin ċenteżmu (48.36)

mnaqqsa kull xahar mill-anqas rimunerazzjoni

tagħhom, il-ħaddiema fil-Gruppi 3 u 4 ikollhom ħdax-

il euro u sittax-il ċenteżmu (11.16) mnaqqsa kull

ġimgħa mill-anqas rimunerazzjoni tagħhom, u l-

ħaddiema fil-Grupp 5 ikollhom euro u sitta u tmenin

ċenteżmu (1.86) mnaqqsa kuljum mill-anqas

rimunerazzjoni tagħhom, bħala kumpens tal-ikel li

għalih huma ntitolati kif imsemmi qabel

Iżda l-ħaddiema fil-Grupp 6 m’għandu jkollhom l-

ebda tnaqqis mill-anqas rimunerazzjoni tagħhom bħala

kumpens tal-ikel li għalih jistgħu jkunu ntitolati

sakemm ma jkunux intitolati għal rimunerazzjoni ta’

ġurnata xogħol f ’liema każ huma għandhom

jitnaqsulhom euro u wieħed u sittin ċenteżmu (1.61)

mill-anqas rimunerazzjoni tagħhom

Iżda l-ħaddiema fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4

m’għandhomx jiġu kkunsidrati li għamlu użu mid-dritt

tagħhom għall-ikel kif imsemmi qabel f ’perjodi ta’

festi, ta’ leave u ta’ leave għall-mard li għalih huma

ntitolati, u tnaqqis relevanti bħala kumpens għall-ikel

għandu jsir mill-anqas rimunerazzjoni tagħhom; u

Iżda wkoll jekk il-ħaddiema ma jużawx id-dritt

tagħhom għal xi ikel kif imsemmi qabel, huma ma

jkunux intitolati għal ebda kumpens ta’ flus minflok l-

ikel.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

(a) Ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk il-ġranet meta

jorqdu fid-dar tal-prinċipal tagħhom, u ħaddiema fil-

Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta jorqdu fid-dar tal-

prinċipal tagħhom ikunu ntitolati għall-anqas mistrieħ

f ’kull ġurnata ta’ tliet sigħat b’kollox, u l-ħin jew il-

ħinijiet tal-mistrieħ għandhom jiġu stabbiliti mill-

prinċipal bi ftehim mal-impjegat.

(b) Ħaddiema fil-Gruppi 1 u 3 f’dawk il-ġranet meta ma

jorqdux fid-dar tal-prinċipal tagħhom u ħaddiema fil-

Gruppi 2 u 4 f’dawk il-ġranet meta ma jorqdux fid-dar

tal-prinċipal tagħhom u ħaddiema fil-Grupp 5 ikunu

ntitolati għall-waqfien mix-xogħol, f ’kull ġurnata,

għall-ikel u l-mistrieħ li b’kollox ma jkunx anqas minn

ħamsa u erbgħin minuta f’kull ġurnata.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

Ħaddiema fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 ikunu ntitolati għal ġurnata

mistrieħ f’kull ġimgħa, u dik il-ġurnata ta’ mistrieħ tiġi stabbilita

mill-prinċipal bi ftehim mal-impjegat

Iżda f’każijiet speċjali, bil-kunsens kemm tal-prinċipal kif

ukoll tal-impjegat, il-ħaddiem ikun intitolat għal vaganza ta’ numru

ta’ ġranet daqs in-numru ta’ ġranet ta’ mistrieħ fil-ġimgħa li ma

jkunx ħa, sa, iżda mhux iżjed minn, sebat ijiem.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

(1) B’żieda mal-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu jkunu

ntito lati g ħalih i mpj eg ati whole-time sk ond i l-paragrafu 8,

impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-

btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal

vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -

(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol

matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;

(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul

is-sena kalendarja 1990;

(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol

matul is-sena kalendarja 1991;

(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol

matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra

kalendarja li tiġi wara

Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu impjegat għal inqas

minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-

parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon

tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.

(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"

tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f ’jiem miftehmin bejn

prinċipal u impjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza

matul l-1988 u 1989, jumejn leave għal vaganza matul l-1990, tliet

ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għal

vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara

ma jkunux jagħmlu parti minn xi shutdown u għandhom jingħataw

mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull

leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9

ta’ Novembru, 1988.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

(1) Wara l-għeluq ta’ sitt (6) xhur servizz kontinwu, kull

impjegat whole-time fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 għandu f ’kull sena

kalendarja jkun intitolat għall-ekwivalenti f ’sigħat ta’ erbatax-il

ġurnata leave għall-mard b’paga sħiħa, nieqes ammont ugwali

għas-somma stabbilita bħala dritt tal-benefiċċju għall-mard bir-rata

stabbilita taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, u impjegati part-time

għandu jkollhom dritt pro rata għal-leave tal-mard f’sigħat b’paga

sħiħa, nieqes ammont ugwali għas-somma stabbilita bħala dritt tal-

benefiċċju għall-mard bir-rata stabbilita taħt l-Att dwar is-Sigurtà

Soċjali, u dak l-ammont għandu wkoll jiġi kalkulat fuq bażi pro

rata

Iżda -

(a) l-ewwel tlett ijiem ta’ kull talba għal-leave tal-mard

għandhom jitħallsu interament mill-prinċipal;

(b) ċertifikat mediku li jkopri l-perjodu tal-assenza

għandu jiġi ppreżentat lill-prinċipal fil-ġurnata tar-

ritorn lura għax-xogħol jew, jekk dak il-perjodu ta’

assenza jaqbeż sebat ijiem, fi żmien sebat ijiem mill-

bidu tal-assenza minħabba fil-leave għall-mard;

(ċ) impjegati li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali fir-

rigward ta’ irtirar jew benefiċċju tar-romol skond l-Att

dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom, għall-iskop ta’

kalkolu ta’ ħlas tal-leave għall-mard dovut, jitqiesu li

rċevew ammont ugwali għas-somma stabbilita bħala

dritt tal-benefiċċju għall-mard bir-rata stabbilita taħt l-

Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

(2) Il-prinċipal jista’ jitlob ċertifikat mediku maħruġ mit-tabib

tiegħu li jiċċertifika inkapaċità għax-xogħol matul il-perjodu tan-

nuqqas.

(3) Id-dritt ta’ leave għall-mard mogħti bis-saħħa ta’ dan il-

paragrafu għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi provduta għal-leave

annwali kif speċifikata fir-regolament 8(1) tar-Regolamenti dwar l-

Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

Impjegat whole-time jingħata massimu ta’ sena leave għal

korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju

għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu jedd skond l-

Att dwar is-Sigurtà Soċjali jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’

dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba xi traskuraġni

kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser xi waħda

mir-regoli ta’ ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

Impjegati fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 ikunu ntitolati għal jumejn

leave bil-ħlas fl-okkażjoni tal-mewt ta’ xi ħadd fost dawn il-

membri tal-familja: il-mara tal-impjegat jew ir-raġel tal-impjegata,

l-omm jew il-missier, il-bint jew l-iben, u oħt jew ħu l-impjegat.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

Impjegati li jaqgħu taht il-Gruppi 1, 2, 3 jew 4 jingħataw

tliet ijiem tax-xogħol leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ

tagħhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

Impjegat raġel fil-Gruppi 1, 2, 3 u 4 ikun intitolat għal

jumejn leave bil-ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

Impjegati li jaqgħu taħt il-Gruppi l, 2, 3 jew 4 li jissejħu

għal servizz bħala ġurati jingħataw il-ħin kollu meħtieġ b’paga

sħiħa sabiex ikunu jistgħu jattendu fil-Qorti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.40 — Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għas-Servizz Domestiku biex jirregola l-Pagi

F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-

xogħol fl-età ta’ sittin sena, huwa għandu jingħata l-opportunità

minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu wara din l-età u tal-

anqas sakemm jilħaq l-età ta’ wieħed u sittin sena, iżda l-impjegat

interessat xorta għandu jitħalla, jekk huwa jrid, li jirtira fl-età ta’

sittin sena.

NOTA TA’ TIFSIR

Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-

applikabilità tagħha.

L-Ordni tapplika għall-impjegati kollha fi djar privati li jaħdmu

f ’xogħlijiet domestiċi, bħalma huma sefturi, kamrieri,

housekeepers, koki, butlers, valets, handymen, cleaners, fattigi,

ħassiela, babysitters, nursemaids, u persuni oħra mpjegati f’xogħol

bħal dan, inklużi chauffeurs, ġardinara u mpiegi simili li għandhom

x’jaqsmu ma’ xogħol tad-dar.

F’dan il-paragrafu "djar privati" tinkludi istituti tal-karità illi

jipprovdu kura residenzjali għall-persuni fil-bżonn bħala l-attività

prinċipali tagħhom, monasteri u kunventi iżda ma tinkludix xi

sptar, klinika, nursing home, istituti ta’ kura mediko-kirurġika, dar

tal-maternità jew stabbiliment idropatiku, dar għax-xjuħ jew skejjel

immexxija fi djar privati.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →