Ordni tal-Kunsill tal-Pagi tal-Uffiċċji ta' Professjonijiet biex jirregola l-Pagi
Table of Provisions (17)
Statutory Text (17 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.39
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
TAL-UFFIĊĊJI TA’ PROFESSJONIJIET
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
10 ta’ Novembru, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 127 tal-1975, kif emendat bl-Avviżi Legali 104 tal-
1976, 114 tal-1977, 37, 46 tal-1979, 427 tal-2007, 129 tal-2010, 362 tal-
2012, 33, 444 tal-2013, 482 tal-2014, 5 tal-2016, 97 u 383 tal-2017 u 104 u
351 tal-2019, 469 tal-2020, 464 tal-2021, 335 tal-2022, 286 tal-2023, 341 tal-
2024 u 288 tal-2025.
It-titolu ta’ din l-Ordni hu Ordni tal-Kunsill tal-Pagi tal-
Uffiċċji ta’ Professjonijiet biex jirregola l-Pagi.
1. F’din l-Iskeda, kemm-il darba l-kuntest tal-kliem ma
jeħtieġx xort’oħra -
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet. barra mill-Ħdud, iddikjarati
bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar il-Jum Nazzjonali u
Btajjel Pubbliċi oħra;
"nofs ta’ nhar" tfisser perjodu ta’ nofs in-numru ta’ sigħat ta’
xogħol li jinħadmu f’kull ġurnata;
"ħinijiet ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li fih l-impjegati
jkunu għad-dispożizzjoni tal-prinċipal esklużi l-intervalli għall-ikel
u għall-mistrieħ;
"learner" tfisser persuna li mhix apprendista li jkollha aktar
minn erbatax-il sena u anqas minn tmintax-il sena u li tkun qegħda
tirċievi taħriġ f ’xi sengħa li għaliha tapplika din l-Iskeda, u li
dwarha l-prinċipal ikollu permess maħruġ, skond l-Att dwar
Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ;
"ħinijiet normali tax-xogħol" tfisser il-ħinijiet tax-xogħol f’kull
ġimgħa li jkunu miftehma bejn il-prinċipal u l-impjegat skond id-
dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li s-sigħat normali tax-
xogħol tiegħu, kalkolati fuq bażi ta’ ġimgħa jew fuq medja tul
perjodu ta’ impieg sa sena, huma inqas mis-sigħat normali tax-
xogħol ta’ impjegat whole-time komparabbli u li ma jkunx impjegat
whole-time b’sigħat imnaqqsa;
"perjodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f ’ġurnata waħda li fih l-
impjegati jkunu għad-dispożizzjoni tal-prinċipal, iżda nklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin-u-nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn ir-rata tal-ħin li tapplika għall-impjegati;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lill-impjegat;
"ġimgħa" tfisser il-ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew mill-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tax-xogħol tiegħu;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li hu meqjus bħala
impjegat whole-time skont xi kondizzjonijiet magħrufin tal-impieg.
2. L-inqas paga fil-ġimgħa għandha tkun relattiva għal -
(a) mhux iżjed minn erbgħin siegħa xogħol, ħlief fil-każ
ta’ gwardjani; jew
(b) mhux iżjed minn sittin siegħa xogħol mifruxa fuq
ġimgħa ta’ sitt ijiem, fil-każ ta’ gwardjani.
Id-dispożizzjonijiet murija fl-Iskeda għandhom japplikaw
għall-impjegati kollha li dwarhom jgħodd il-Kunsill tal-Pagi tal-
Uffiċċji ta’ Professjonijiet.
(1) L-impjegati whole-time tal-età ta’ tmintax-il sena jew
fuqhom m’għandhomx jitħallsu inqas mill-pagi li ġejjin
KATEGORIJA 1
Mal-impieg ..................................................... €229.44
KATEGORIJA 2
Mal-impieg ..................................................... €230.02
KATEGORIJA 3
Matul l-ewwel, it-tieni u t-tielet sena
ta’ impieg fil-kategorija .................................. €231.19
Matul ir-raba’ u s-snin ta’ wara
ta’ impieg fil-kategorija .................................. €233.52
KATEGORIJA 4
Matul l-ewwel, it-tieni u t-tielet sena
ta’ impieg fil-kategorija .................................. €232.35
Matul ir-raba’ u s-snin ta’ wara
ta’ impieg fil-kategorija .................................. €234.68
KATEGORIJA 5
Matul l-ewwel, it-tieni u t-tielet sena
ta’ impieg fil-kategorija .................................. €235.85
Matul ir-raba’ u s-snin ta’ wara
ta’ impieg fil-kategorija .................................. €238.18
KATEGORIJA 6
Matul l-ewwel sena ta’ impieg
fil-kategorija ................................................... €240.51
Matul it-tieni sena ta’ impieg
fil-kategorija ................................................... €245.16
Matul it-tielet sena u s-snin ta’ wara
ta’ impieg fil-kategorija ...................................€249.92.
(2)
(i) L-inqas paga ta’ impjegati tal-età ta’ sbatax-il sena
tkun ta’ 90% tal-pagi ta’ hawn fuq.
(ii) L-inqas paga ta’ impjegati tal-età ta’ sittax-il sena tkun
ta’ 85% tal-pagi ta’ hawn fuq.
(3)
F’dan il-paragrafu -
"Kategorija 1" tinkludi charwoman/fattiga, gwardjan, chainman,
messaġġier, receptionist;
"Kategorija 2" tinkludi telephone attendant/operator, xufier,
printer;
"Kategorija 3" tinkludi skrivan/clerk typist, card puncher
operator, tracer/drawing office assistant, taker off, assistent ta’
riċevitur tal-lottu;
"Kategorija 4" tinkludi shorthand typist, book-keeper/accounts
clerk, law clerk;
"Kategorija 5" tinkludi site supervisor, disinjatur, quantity
surveyor assistant/kalkulatur, land surveyor, clerk of works, artist,
accountant, skrivan, awditur;
"Kategorija 6" tinkludi uffiċjali li għandhom setgħat eżekuttivi fi
trade unions/assoċjazzjonijiet;
"quantity surveyor assistant/kalkulatur" huwa impjegat li għal
kollox jew prinċipalment jaħdem fil-preparazzjoni ta’ stimi ta’
xogħol taħt id-direzzjoni ta’ arkitett u inġinier ċivili jew ta’
kwalunkwe inġinier ta’ mekkanika, tal-elettriku jew tal-marina, jew
quantity surveyor li għandu l-kwalifiki neċessarji biex jeżerċita l-
professjoni tiegħu f'Malta;
" chainman " huwa mpjegat li jaħdem għal kollox jew
prinċipalment filli jassisti surveyor. Ix-xogħlijiet tiegħu jistgħu
jinkludu s-setting ta’ theodolite u n-notamenti ta’ readings
meħudin minnu, imma ma jinkludux plotting;
"disinjatur" huwa mpjegat li jaħdem għal kollox jew
prinċipalment fil-preparazzjoni ta’ sketches oriġinali, jew fit-
tpinġija ta’ disinji minn fuq abbozzi ta’ sketches , u fil-
preparazzjoni ta’ working drawings kompliti relevanti għalihom.
Disinjatur jista’ jiġi meħtieġ li jagħmel xogħol ta’ field survey fuq
barra u jipprepara stimi taħt id-direzzjoni ta’ arkitett u inġinier
ċivili jew ta’ inġinier tal-mekkanika, elettriku jew marina, jew ta’
arkitett navali li jkollu l-kwalifiki neċessarji biex jeżerċita l-
professjoni tiegħu f’Malta;
"tracer/drawing office assistant" huwa mpjegat li jaħdem għal
kollox jew prinċipalment fl-ikkopjar ta’ disinji jew partijiet
magħmula minn disinjatur billi jittraċċahom bil-linka jew bil-lapes
f u q k a r t a t r a s p a r e n t i , j e w k a n v a s , b l - u ż u t a ’ T S q u a re s ,
kumpassijiet, pinen u strumenti oħra tad-disinn;
"law clerk" huwa persuna li mhix lawrjata li hija impjegata biex
tassisti avukat, nutar pubbliku jew prokuratur legali fil-
formulazzjoni ta’ atti jew verbali ta’ kuntratti, jew notamenti fir-
Reġistru Pubbliku, tagħmel riċerki fir-Reġistru Pubbliku, iżżomm
l-appuntamenti, tieħu nota tal-aġġornamenti tal-Qorti u b’mod
ieħor tgħin lill-prinċipal fix-xogħol tiegħu;
"site supervisor" huwa mpjegat li jassisti arkitett u inġinier ċivili
jew kwalunkwe inġinier ieħor awtorizzat biex jeżerċita l-
professjoni tiegħu f’Malta billi jagħmel superviżjoni fuq is-sit tax-
xogħlijiet li jkunu qed jinħadmu;
" surveyor " huwa mpjegat li jaħdem għal kollox jew
prinċipalment billi jagħmel surveys ta’ artijiet u siti għall-iskopijiet
ta’ bini u inġinerija ċivili;
"taker off" huwa mpjegat li jassisti quantity surveyor assistant
jew kalkulatur fix-xogħol tiegħu u jieħu l-qisien minn fuq is-sit
tax-xogħol jew minn fuq disinji fuq skala, imma ma jagħmilx
kalkolazzjonijiet.
L-impjegati part-time għandhom jiġu mħallsa pro rata
b’rata fis-siegħa mhux anqas minn dik applikabbli għal impjegati
whole-time, jiġifieri r-rata murija fil-paragrafu preċedenti diviża
b’erbgħin bil-kundizzjoni li l-ħlas li jsir ma għandux taħt ebda
ċirkostanza jkun inqas mill-ekwivalenti ta’ tliet sigħat xogħol kull
ġurnata.
L-impjegati whole-time kollha għandu jkollhom intervalli
għall-ikel u l-mistrieħ ta’ mhux anqas minn siegħa kuljum.
L-impjegati whole-time kollha għandu jkollhom ġurnata
speċifikata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.
L-i-impjegati whole-time għandhom jitħallsu s-sahra, bir-
rati li ġejjin
(a) f’kull ġimgħa, għall-ħin kollu li jaħdmu barra l-ħinijiet
normali tax-xogħol ’il fuq minn erbgħin siegħa eskluża
kull sahra mħallsa skond id-dispożizzjonijiet
sussegwenti .................. ħin u nofs;
(b) għal kull ħin li jaħdmu fil-ġurnata ta’ mistrieħ fil-
ġimgħa u fil-festi tas-soltu ..................... ħin doppju.
L-impjegati fil-kategorija 6 ikunu meħtieġa jaħdmu ħin barra l-
ħinijiet normali tax-xogħol skond l-esiġenzi tal-impieg tagħhom
mingħajr ħlas.
L-impjegati
whole-time
ikollhom
dritt,
f’kull
sena
kalendarja, għal -
(a) il-festi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perjodu ta’ erba’ ġimgħat
Iżda l-impjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
għal anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti
tal-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
għan-numru ta’ xhur fl-impieg
Iżda wkoll il-vaganzi bi ħlas għandhom jiġu
meħuda f’jiem miftehma bejn il-prinċipal u l-impjegat,
jistgħu jiġu mogħtija f’perjodi ta’ nofs ta’ nhari u
jistgħu jiġu akkumulati matul perjodu li ma jeċċedix
sentejn kalendarji suċċessivi.
(1) Impjegat whole-time għandu f’kull sena kalendarja
jkun intitolat għall-ekwivalenti f ’sigħat ta’ għoxrin jum leave
għall-mard b’paga sħiħa, nieqes ammont ugwali għas-somma
stabbilita bħala dritt tal-benefiċċju għall-mard bir-rata stabbilita
taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, u impjegati part-time għandu
jkollhom dritt pro rata għal-leave għall-mard f’sigħat b’paga sħiħa,
nieqes ammont ugwali għas-somma stabbilita bħala dritt tal-
benefiċċju għall-mard bir-rata stabbilita taħt l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali, u dak l-ammont għandu wkoll jiġi kalkulat fuq bażi pro
rata
Iżda -
(a) l-ewwel tlett ijiem ta’ kull talba għal-leave għall-mard
għandhom jitħallsu interament mill-prinċipal;
(b) ċertifikat mediku li jkopri l-perjodu tal-assenza
għandu jiġi ppreżentat lill-prinċipal fil-ġurnata tar-
ritorn lura għax-xogħol jew, jekk dak il-perjodu ta’
assenza jaqbeż sebat ijiem, fi żmien sebat ijiem mill-
bidu tal-assenza minħabba fil-leave għall-mard;
(ċ) impjegati li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali fir-
rigward ta’ irtirar jew benefiċċju tar-romol skont l-Att
dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom, għall-iskop ta’
kalkolu ta’ ħlas tal-leave għall-mard dovut, jitqiesu li
rċevew ammont ugwali għas-somma stabbilita bħala
dritt tal-benefiċċju għall-mard bir-rata stabbilita taħt l-
Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
(2) Impjegat whole-time għandu f’kull sena kalendarja jkun
intitolat għall-ekwivalenti f’sigħat ta’ għoxrin jum tax-xogħol ieħor
leave għall-mard b’nofs paga, nieqes ammont ugwali għal nofs is-
somma stabbilita bħala dritt tal-benefiċċju għall-mard bir-rata
stabbilita taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, u impjegati part-time
għandu jkollhom dritt pro rata għal-leave tal-mard f’sigħat b’nofs
paga, nieqes ammont ugwali għan-nofs is-somma stabbilita bħala
dritt tal-benefiċċju għall-mard bir-rata stabbilita taħt l-Att dwar is-
Sigurtà Soċjali, u dak l-ammont għandu wkoll jiġi kalkulat fuq bażi
pro rata
Iżda -
(a) l-ewwel tlett ijiem ta’ kull talba għal-leave tal-mard
għandhom jitħallsu b’nofs paga mill-prinċipal;
(b) ċertifikat mediku li jkopri l-perjodu tal-assenza
għandu jiġi ppreżentat lill-prinċipal fil-ġurnata tar-
ritorn lura għax-xogħol jew, jekk dak il-perjodu ta’
assenza jaqbeż sebat ijiem, fi żmien sebat ijiem mill-
bidu tal-assenza minħabba fil-leave għall-mard;
(ċ) impjegati li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali fir-
rigward ta’ irtirar jew benefiċċju tar-romol skont l-Att
dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom, għall-iskop ta’
kalkolu ta’ ħlas tal-leave għall-mard dovut, jitqiesu li
rċevew ammont ugwali għan-nofs is-somma stabbilita
bħala dritt tal-benefiċċju għall-mard bir-rata stabbilita
taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
(3) Il-prinċipal jista’ jitlob ċertifikat mediku maħruġ mit-tabib
tiegħu li jiċċertifika inkapaċità għax-xogħol matul il-perjodu ta’
assenza.
(4) Id-dritt ta’ leave għall-mard mogħti bis-saħħa ta’ dan il-
paragrafu għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi provduta għal-leave
annwali kif speċifikat fir-regolament 8(1) tar-Regolamenti dwar l-
Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol.
L-impjegati whole-time jkollhom jumejn leave bi ħlas
f ’każ ta’ mewt ta’ xi wieħed minn dawn il-qraba: il-mara jew ir-
raġel, l-omm, il-missier, l-iben, il-bint, ħuh jew oħtu.
L-impjegati whole-time għandu jkollhom ġurnata leave bi
ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil mart l-impjegat.
L-impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga
sħiħa meta jiżżewweġ.
L-impjegat whole-time jkollu jedd għal sena leave għal
korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju
għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu jedd skond l-
Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu u dak il-korriment ma jiġġarrabx minħabba xi negliġenza
kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba l-ksur minnu ta’ xi
regoli ta’ tħaris mill-periklu stabbiliti mill-management.
L-impjegat whole-time li jissejjaħ għal servizz bħala ġurat
jingħata l-ħin kollu meħtieġ b’paga sħiħa sabiex jattendi fil-Qorti.
F’każijiet fejn irtirar mix-xogħol tal-impjegat raġel ikun
mistenni fl-età ta’ sittin sena, dan l-impjegat għandu jingħata l-
opportunità mill-prinċipal biex jibqa’ fl-impieg tiegħu wara li jkun
laħaq is-sittin sena sakemm ikollu wieħed u sittin sena, iżda, l-
istess impjegat jitħalla, jekk ikun irid hekk, jirtira fl-età ta’ sittin
sena.
NOTA TA’ TIFSIR
Din in-nota mhix parti mill-Iskeda iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità tagħha.
Id-dispożizzjonijiet tal-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f ’kull uffiċċju jew stabbiliment jew parti minn
stabbiliment, li l-attivitajiet tiegħu jikkonsistu għal kollox jew
prinċipalment f’xogħol li jsir f’xi wieħed mill-uffiċċji ta’ -
(a) trade unions inklużi assoċjazzjonjjiet ta’ karattru
simili;
(b) uffiċċji ta’ arkitetti, inġinieri, avukati, nutara pubbliċi,
riċevituri
tal-lottu,
accountants,
book-keepers,
awdituri u konsulenti f’kull branka tal-inġinerija,
arkitettura, liġi u accounting;
(ċ) stabbilimenti ta’ riċerka u tax-xjenza (barra minn
laboratorji annessi ma’ l-isptarijiet privati);
(d) market
research
units,
aġenziji
tar-reklami,
stabbilimenti li jirċievu flus mill-pubbliku biex jiġu
investiti f’unit trusts jew li jkunu jmexxu unit trusts
(minbarra stabbilimenti li jmexxu negozju kollu kemm
hu jew prinċipalment ta’ assigurazzjoni).
Id-dispożizzjonijiet tal-Iskeda ta’ hawn fuq ma japplikawx
għal impjegati li l-ħlas tagħhom għax-xogħol li jagħmlu huwa
regolat b’tariffa magħmula b’liġi.