Ordni dwar Standard Nazzjonali dwar Żieda fil-Paga għall-Impjegati
Statutory Text (3 Articles)
STANDARD NAZZJONALI DWAR ŻIEDA FIL-PAGA
GĦALL-IMPJEGATI
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.137
ORDNI DWAR STANDARD NAZZJONALI DWAR
ŻIEDA FIL-PAGA GĦALL-IMPJEGATI
1 ta’ Jannar, 2025
L-AVVIŻ LEGALI 343 tal-2024.
It-titolu ta’ dan l-ordni hu l-Ordni dwar Standard
Nazzjonali dwar Żieda fil-Paga għall-Impjegati.
(1)
Il-pagi ta’ impjegati whole-time għandhom
jiżdiedu b’ħames euro u erbgħa u għoxrin ċenteżmu (€5.24) fil-
ġimgħa.
(2) Ir-rata fis-siegħa ta’ impjegati part-time għandha tiżdied
bl-istess ammont taż-żieda fir-rata fis-siegħa ta’ impjegat whole-time
komparabbli, ikkalkulata wara li jiġu inklużi ż-żidiet fil-ġimgħa
speċifikati fis-subartikolu (1), jew fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-
ebda kategorija komparabbli ta’ impjegati whole-time fil-post tax-
xogħol, bir-rata fis-siegħa ta’ impjegat whole-time komparabbli
f’Ordni tal-Kunsill tal-Pagi li Jirregola l-Pagi li jkun japplika, jew fejn
ma jkunx hemm Ordni tal-Kunsill tal-Pagi li Jirregola l-Pagi li jkun
japplika, b’wieħed minn kull erbgħin (1/40) tar-rata ta’ żidiet kif
speċifikati fis-subartikolu (1).