Legislator Case Law & Legislation
sl_449.38 MT

Regolamenti dwar l-Għasel

8 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (8)

Statutory Text (8 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 449.38 — Regolamenti dwar l-Għasel

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 449.38

REGOLAMENTI DWAR L-GĦASEL

10 ta’ Mejju, 2004

L-AVVIŻ LEGALI 213 tal-2004, kif emendat bl-Avviżi Legali 242 tal-

2015 u 73 tal-2026.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 449.38 — Regolamenti dwar l-Għasel

1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar l-

Għasel.

1.2 Dawn ir-regolamenti jimplimentaw id-disposizzjonijiet

tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KEE dwar l-għasel.

1.3 Dawn

ir-regolamenti

jimplimentaw

ukoll

id-

dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/63/UE tal-Parlament Ewropew

u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/110/KE dwar l-għasel.

1.4 Dawn

ir-regolamenti

jimplimentaw

ukoll

id-

dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2024/1438/UE tal-Parlament

Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/

KE dwar l-għasel.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 449.38 — Regolamenti dwar l-Għasel

Ismijiet, Deskrizzjonijiet ta’ Prodotti u Definizzjonijiet

1. Għasel huwa s-sustanza ħelwa naturali prodotta min-naħla Apis mellifera

min-nektar tal-pjanti jew minn taqtiriet li jnixxu minn partijiet ħajjin ta’ pjanti jew

tnixxijiet ta’ insetti li jerdgħu l-pjanti u li jkunu fuq partijiet ħajjin tal-pjanti, li n-

naħal jiġbru, jibdlu billi jgħaqqduhom ma’ sustanzi speċifiċi tagħhom, jiddepożitaw,

inixxfu, jaħżnu u jerfgħu fix-xehdiet biex dawn isiru u jimmaturaw.

2. Il-xorta ewlenin ta’ għasel huma dawn li ġejjin

(a) skond l-oriġini

(i)

għasel taż-żahar tal-fjura

għasel li jittieħed min-nektar tal-pjanti;

(ii) għasel li terħi pjanta jew fjura mill-weraq jew miz-zokk

għasel li jittieħed l-aktar minn tnixxijiet ta’ insetti li jerdgħu l-

pjanti (Hemiptera) u li jkunu fuq il-parti ħajja tal-pjanta jew minn

tnixxijiet ta’ partijiet ħajjin tal-pjanti;

(b) skond il-mod ta’ produzzjoni u/jew preżentazzjoni

(iii) għasel fix-xehda

għasel maħżun min-naħal fiċ-ċelluli ta’ xehdiet mhux użati għad-

duqqajs mibnijin ġodda jew f’saffi rqaq ta’ bażi tax-xehda

magħmulin biss mix-xema’ tan-naħal u mibjugħ f’xehdiet sħaħ

issiġillati jew f’sezzjonijiet ta’dawn ix-xehdiet;

(iv) għasel li jikkonsisti f’biċċa waħda bl-għasel b’kollox mgħarrqa

fl-għasel

għasel li jkun fih biċċa għasel fix-xehda jew aktar;

(v) għasel skulat

għasel meħud bl-iskular ta’ xehdiet mingħajr duqqajs wara li

jitneħħa l-għatu;

(vi) għasel meħud mix-xehda bi żmiratur

għasel meħud bi żmiratur wara li jitneħħa s-siġill minn xehdiet

mhux użati għad-duqqajs;

(vii)

għasel fix-xehda mgħoddi minn pressa

għasel meħud bl-ippressar ta’ xehdiet mhux użati għad-duqqajs

bl-applikazzjoni ta’ sħana moderata li ma taqbiżx l-45 grad

Celsius jewmingħajrha;

(viii) Imħassar bl-Avviż Legali 73 tal-2026.

3. Għasel għat-tisjir

Għasel li huwa

(a) tajjeb għal użu industrijali jew bħala ingredjent f’ikel ieħor li mbagħad

jiġi pproessat u li -

(b) jista’

ikollu togħma jew riħa barranija, jew

ikun beda jiffermenta jew iffermenta, jew

GĦASEL

-

kien imsaħħan wisq, jew

-

kien miksub bit-tneħħija ta’ materjal organiku jew mhux organiku

b’tali mod li jirriżulta fit-tneħħija sinifikanti ta’ trab tad-dakra.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 449.38 — Regolamenti dwar l-Għasel

1. Prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta’ dawn ir-regolamenti u li

ma jikkonformawx ma’ dawn ir-regolamenti, iżda li jikkonformaw

mad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordni ta’ l-1999 dwar l-Għasel (A.L. 78

ta’ l-1999), jistgħu jitqegħdu fis-suq sa l-1 ta’ Awissu, 2004;

2.2 Prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta’ dawn ir-regolamenti u li

ma jikkonformawx ma’ dawn ir-regolamenti, iżda li jikkonformaw

mad-disposizzjonijet ta’ l-Ordni ta’ l-1999 dwar l-Għasel (A.L. 78

ta’ l-1999), u li twaħħlet tikketta fuqhom qabel l-1 ta’ Awissu,

2004, jistgħu jkomplu jinbiegħu sakemm jiġu eżawriti l-ħażniet.

2.3 Prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn ir-regolamenti li ma

jikkonformawx ma’ dawn ir-regolamenti iżda li jikkonformaw

mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti prinċipali jistgħu jitqiegħedu

fis-suq sa l-24 Ġunju 2015.

2.4 Prodotti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn ir-regolamenti li ma

jikkonformawx ma’ dawn ir-regolamenti, iżda li jikkonformaw

mad-dispożizzjonijiet tar-regolam ent i p rin ċipa li u l i k ienu

ttikkettjati qabel 24 Ġunju, 2015, jistgħu jibqgħu jinbiegħu

sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

2.5 Prodotti li jitqiegħdu fis-suq jew jiġu ttikkettjati qabel l-14

ta’ Ġunju 2026 skont id-Direttiva 2001/110/KE relatata mal-għasel

jistgħu jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 449.38 — Regolamenti dwar l-Għasel

Emendata

A.L. 242 tal-2015.

Kriterji ta’ Kompożizzjoni ta’ l-Għasel

L-għasel jikkonsisti essenzjalment minn forom diversi ta’ zokkor, l-aktar fruttożju

u glukożju, kif ukoll sustanzi oħra bħalma huma aċidi organiċi, enzimi u partiċelli

solidi li ġejjin mill-ġbir tal-għasel. Il-kulur tal-għasel ivarja minn kważi mingħajr

kulur sa kannella skur. Il-konsistenza tista’ tkun fluwida, magħquda jew parzjalment

sa kompletament kristallizzata. It-togħma u r-riħa jvarjaw, iżda jiġu mill-pjanta ta’

oriġini.

Meta jitqiegħed fis-suq bħala għasel jew jintuża f ’xi prodott intiż għal konsum

mill-bniedem, l-għasel ma jista’ jiġi miżjud miegħu l-ebda ingredjent ta’ l-ikel,

inkluż additivi ta’ l-ikel, u lanqas jistgħu jiżdiedu affarijiet oħra għajr għasel. L-

għasel għandu, sa fejn possibli, jkun ħieles minn materjal organiku jew inorganiku

estraneju għall-kompożizzjoni tiegħu. Bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 3 tal-Ewwel

Skeda, ma jistax ikollu xi togħma jew riħa barranija, ikun beda jiffermenta, ikollu

aċidità mibdula artifiċjalment jew jiġi msaħħan b’tali mod illi l-enzimi naturali jiġu

meqruda jew titnaqqas l-attività tagħhom b’mod sinifikanti.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2(b)(viii) tal-Ewwel Skeda, la pollen u

lanqas xi kostitwent partikolari għall-għasel, ma jista’ jitneħħa ħlief fejn dan hu

inevitabbli fit-tneħħija ta’ materjal inorganiku jew organiku.

Meta jitqiegħed fis-suq bħala għasel jew jintuża f’xi prodott għall-konsum mill-

bniedem, l-għasel għandu jissodisfa dawn il-kriterji ta’ kompożizzjoni li ġejjin

1. Kontenut ta’ zokkor

1.1

Kontenut ta’ fruttożju u glukożju (it-total tat-tnejn)

-

għasel taż-żahar tal-fjura mhux anqas minn 60 g /100 g

-

għasel li terħi pjanta jew fjura mill-weraq jew miz-zokk, taħlitiet ta’

għasel li terħi pjanta jew fjura mill-weraq jew miz-zokk ma’ għasel taż-

żahar tal-fjura mhux anqas minn 45 g / 100 g

1.2

Kontenut ta’ sakkarożju

-

b’mod ġenerali mhux aktar minn 5 g /100 g

-

Robinia pseudoacacia, alfalfa (Medicago sativa), Banksia menziesii,

Hedysarum, Eucalyptus camadulensis, Eucryphia lucida, Eucryphia

milliganii, Citrus spp. mhux aktar minn 10 g /100 g

-

Lavandula spp., Borago officinalis mhux aktar minn 15 g /100 g

2. Kontenut ta’ ilma

-

b’mod ġenerali mhux aktar minn 20%

-

għasel tax-xagħri (Calluna) u għasel għat-tisjir b’mod ġenerali mhux

aktar minn 23%

-

għasel tax-xagħri għat-tisjir (Calluna) mhux aktar minn 25%

3. Kontenut ta’ materjal li ma jinħallx fl-ilma

mod ġenerali mhux aktar minn 0.1 g / 100 g

għasel fix-xehda mgħoddi mill-pressa mhux aktar minn 0.5 g / 100 g

4. Konduttività ta’ l-elettriku

għasel mhux imniżżel hawn taħt, u taħlitiet ta’ dawn il-forom ta’ għasel

mhux aktar minn 0.8 mS/cm

għasel li terħi pjanta jew fjura mill-weraq jew miz-zokk u għasel tal-

qastan kif ukoll taħlitiet ta’ dawn ħlief dawk imniżżlin hawn taħt mhux

aktar minn 0.8 mS/cm

eċċezzjonijiet: Arbutus unedo, Erica, ewkaliptus, lumiċell (Tilia spp.),

Calluna vulgaris, leptospermum, Melaleuca spp.

5. Aċidu ħieles

b’mod ġenerali mhux aktar minn 50 milliekwivalenti ta’ aċidu għal kull

1000 gramma

għasel għat-tisjir mhux aktar minn 80 milliekwivalenti ta’ aċidu għal

kull 1000 gramma

6. Attività ta’ diastase u idroximetilfurfural (HMF) determinati wara l-

ipproessar u t-taħlit

(a) Attività ta’ diastase (skala Schade)

-

b’mod ġenerali, ħlief għasel għat-tisjir mhux anqas minn 8

-

forom ta’ għasel b’kontenut ta’ enzimi naturalment baxx (eż.

għasel taċ-ċitru) u kontenut ta’ HMF ta’ mhux aktar minn 15 mg/

kg mhux anqas minn 3

(b) HMF

-

b’mod ġenerali, ħlief għasel għat-tisjir mhux aktar minn 40 mg/kg

(soġġett għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a), it-tieni

inċiż)

-

forom ta’ għasel ta’ oriġini dikjarata minn reġjuni bi klima

tropikali u taħlitiet ta’ dawn il-forom ta’ għasel mhux aktar minn

80 mg/kg.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 449.38 — Regolamenti dwar l-Għasel

Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-prodotti

mfissra fl-Ewwel Skeda. Dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw

mal-ħtiġiet imniżżlin fit-Tieni Skeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 449.38 — Regolamenti dwar l-Għasel

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u

tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar

l-ikel lill-konsumaturi għandu japplika għall-prodotti mfissra fl-

Ewwel Skeda taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin

4.1 il-kelma ‘għasel’ tista’ tintuża biss għall-prodott mfisser

fil-paragrafu 1 ta’ l-Ewwel Skeda, u għandha tintuża fil-kummerċ

sabiex tiddeskrivi dak il-prodott.

4.2 L-ismijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Ewwel

Skeda, għandhom japplikaw biss għall-prodotti mfissra hemmhekk u

għandhom jintużaw fil-kummerċ sabiex jiddentifikawhom. Dawk l-

ismijiet jistgħu jkunu sostitwiti permezz tal-isem sempliċi tal-prodott

"għasel", ħlief fil-każ ta’ għasel tax-xehda, għasel fi blokki jew

maqtugħ mix-xehda u għasel biex jinħadem

Iżda

(a) fil-każ ta’ għasel biex jinħadem, il-kliem ‘maħsuba

għat-tisjir biss’ għandhom jidhru fuq it-tikketta qrib l-

isem tal-prodott;

(b) ħlief fil-każ ta’ għasel biex jinħadem, dawk l-ismijiet

jistgħu jiġu ssupplimentati b’informazzjoni rigward

-

l-oriġini tal-għasel minn fjuri jew ħxejjex, jekk

il-prodott ġej kollu jew prinċipalment mis-sors

indikat u jkollu l-karatteristiċi organolettiċi,

fisikokimiċi u mikroskopiċi tal-oriġini indikata;

-

oriġini reġjonali, territorjali jew topografika,

jekk il-prodott ġej kollu mis-sors indikat;

-

kriterji speċifiċi ta’ kwalità.

4.3 Meta għasel għat-tisjir jintuża bħala ingredjent f’ikel

b’aktar minn ingredjent wieħed, il-kelma ‘għasel’ tista’ tintuża fl-

isem tal-prodott ta’ l-ikel sħiħ minflok il-kliem ‘għasel għat-tisjir’.

Madanakollu, fil-lista ta’ l-ingredjenti, għandhom jintużaw il-kliem

msemmija fil-paragrafu 3 ta’ l-Ewwel Skeda.

4.4 Il-pajjiż ta’ oriġini fejn inġabar l-għasel għandu jkun indikat

fuq it-tikketta. Jekk l-għasel joriġina f’aktar minn pajjiż wieħed (1), il-

pajjiżi ta’ oriġini fejn ikun inġabar l-għasel għandhom jiġu indikati fuq

it-tikketta fil-kamp viżiv prinċipali, f’ordni dixxendenti tal-ismha

tagħhom fil-piż, flimkien mal-perċentwal li jirrappreżenta kull wieħed

(1) minn dawk il- pajjiżi ta’ oriġini. Għandha tkun permessa tolleranza

ta’ ħamsa fil-mija (5%) għal kull sehem individwali (1) fit-taħlita,

ikkalkulata abbażi tad-dokumentazzjoni dwar it-traċċabbiltà tal-

operatur

Iżda fir-rigward tal-għasel introdott fis-suq lokali, fejn l-

għadd ta’ pajjiżi ta’ oriġini tal-għasel f’taħlita jkun aktar minn erbgħa

(4), u l-akbar erba’ (4) ishma li jirrappreżentaw aktar minn ħamsin fil-

mija (50%) tat-taħlita, għandhom jiġu indikati bil-perċentwal biss

dawk l-akbar erba’ (4) ishma, u li l-bqija tal-pajjiżi ta’ oriġini

għandhom jiġu indikati f’ordni dixxendenti mingħajr perċentwal

Iżda wkoll fil-każ ta’ pakketti li jinkludu kwantitajiet netti ta’

għasel ta’ inqas minn tletin gramma (30g), l-ismijiet tal-pajjiżi ta’

oriġini jistgħu jiġu sostitwiti b’kodiċi b’żewġ (2) ittri, f’konformità

mal-aħħar verżjoni tal-kodiċi b’żewġ ittri (alfa-2) tal-istandard

internazzjonali ISO 3166–1 fis-seħħ.

4.5 Id-dettalji li għandhom jiġu indikati skont is-subartikolu (a)

t a r- r e g o l a m e n t 4 . 2 g ħ a n dh o m j i t qi e s u d e t t a lj i o b bl i g a t or j i

f’konformità mal-artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-

Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.6 Fil-każ ta’ għasel biex jinħadem, il-kontenituri bil-kwantità, l-

imballaġġ u d-dokumentazzjoni tal-bejgħ għandhom jindikaw b’mod

ċar l-isem sħiħ tal-prodott kif stipulat fil-paragrafu 3 tal-Ewwel Skeda.

4.7 Pollen, li tkun kostitwent naturali partikolari għall-għasel,

ma għandux jiġi kkunsidrat bħala ingredjent, fit-tifsira tal-punt (f)

t a l - A r t i k o l u 2 ( 2 ) t a r- R e g o l a m e n t ( U E ) N r u 11 6 9 / 2 0 11 t a l -

Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( * ), tal-prodotti definiti fl-Ewwel

Skeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 449.38 — Regolamenti dwar l-Għasel

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fid-Direttiva (UE)

2024/1438 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024,

għandhom jiġu adottati f ’konformità mal-proċedura ta’ eżami

msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2001/110/EC

Iżda sal-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti, l-

Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel għandha, fejn possibbli, tuża metodi ta’

analiżi validati rikonoxxuti internazzjonalment bħal dawk approvati

mill-Codex Alimentarius sabiex jivverifikaw il-konformità mad-

Direttiva 2001/110/EC.

* Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25

Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-

Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 li jħassar id-Direttiva tal-

Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u 87/250/KEE, id-Direttiva tal-

Kunsill 90/496 / KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/

13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/

KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304,

22. 11.2011, p. 18).

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →