Regolamenti dwar Standards Minimi għall-Protezzjoni Temporanja ta' Rifuġjati
Table of Provisions (32)
Statutory Text (32 Articles)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 420.05
REGOLAMENTI DWAR STANDARDS MINIMI
GĦALL-PROTEZZJONI TEMPORANJA
TA’ RIFUĠJATI
6 ta’ Mejju, 2005
L-AVVIŻ LEGALI 131 tal-2005, kif emendat bl-Avviż Legali 188 tal-
2022. TAQSIMA I
Disposizzjonijiet ġenerali
(1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti huwa Regolamenti
dwar Standards Minimi għall-Protezzjoni Temporanja ta’ Rifuġjati.
(2) Il-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu biex jimplimenta d-
Direttiva ta’ Unjoni Ewropea 2001/55/KE li tistabbilixxi standards
minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’
influss ta’ massa ta’ rifuġjati minn pajjiżi terzi li ma jkunux jistgħu
jmorru lura lejn il-pajjiż tal-origini tagħhom u li tippromwovi
bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu lil dawn il-
persuni u jassumu l-konsegwenzi tagħhom.
Regolament 26(4)
Il-pass mudell għat-trasferiment tal-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja
PASS
L-isem tal-Istat Membru li jikkunsinna l-pass
In-Numru tar-referenza (*)
Maħruġ skond l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar standards
minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss ta’ massa ta’ rifuġjati
u dwar il-miżuri li jippromwovu bilan` fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jir`ievu dawn il-
persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn.
Validu biss għat-trasferiment minn .................................. ( 1 ) lejn .......................................
( 2 ).
Il-persuna interessata għandha tippreżenta ruħha fi ........................ ( 3 ) sa ..................... ( 4 ).
Maħruġ: ..............................................................................................................................
KUNJOM: ..........................................................................................................................
ISMIJIET: ..........................................................................................................................
POST U DATA TAT-TWELID: ............................................................................................
Fil-każ ta’ minuri, l-isem/ismijiet tal-persuna adulta responsabbli: ......................................
SESS: .................................................................................................................................
ĊITTADINANZA: ..............................................................................................................
Data tal-ħruġ:......................................................................................................................
RITRATT
TIMBRU
Firma tal-benefi`jarju: ........................ Għall-awtoritajiet kompetenti: ................................
Il-pussessur tal-pass ġie identifikat mill-awtoritajiet .................................................. ( 5 )( 6 )
L-identità tal-pussessur tal-pass ma ġietx stabbilita .............................................................
Dan id-dokument huwa maħruġ skond l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2001/55/KE biss u bl-
ebda mod ma jikkostitwixxi dokument li jista’ jsarraf bħala dokument tal-vjaġġ li jawtorizza l-
qasma tal-fruntiera esterna jew dokument li jipprova l-identità tal-individwu.
(*)
In-numru tar-referenza huwa allokat mill-pajjiż li minnu jsir it-trasferiment għal Stat Membru
ieħor.
(1)
L-Istat Membru li minnu jkun qiegħed isir it-trasferiment.
(2)
L-Istat Membru li lejh ikun qiegħed isir it-trasferiment.
(3)
Post fejn il-persuna għandha tippreżenta ruħha meta tasal fit-tieni Stat Membru.
(4)
Terminu ta’ żmien li fih il-persuna għandha tippreżenta ruħha meta tasal fit-tieni Stat Membru.
(5)
Abbażi tad-dokumenti tal-vjaġġ jew tal-identità li ġejjin, ippreżentati lill-awtoritajiet.
(6)
Abbażi ta’ dokumenti oħra ħlief dokument tal-vjaġġ jew tal-identità.
STANDARDS MINIMI GĦALL-PROTEZZJONI
TEMPORANJA TA’ RIFUĠJATI
Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti
"l-Att" tfisser l-Att dwar il-Protezzjoni Internazzjonali;
"influss ta’ massa ta’ persuni" tfisser il-wasla ta’ numru kbir ta’
rifuġjati, li jkunu ġejjin minn pajjiż speċifiku jew żona speċifika,
sew jekk il-wasla tagħhom kienet spontanja u sew jekk mgħejuna,
bħal per eżempju permezz ta’ programm ta’ evakwazzjoni;
"il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra" tfisser il-Konvenzjoni tat-28 ta’
Lulju, 1951 li għandha x’taqsam ma’ l-istatus tar-rifuġjati, kif
emendata bil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar, 1967;
"il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv" tfisser il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, u
tinkludi skond il-limitu u l-awtorità mogħtija, lil kull persuna oħra
temporanjament awtorizzata f’dik il-kapaċità mill-Ministru;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-
immigrazzjoni, u kull uffiċjal pubbliku li l-Ministru jista’ jiddelega
lilu bil-miktub xi wieħed mid-dmirijiet li huwa għandu taħt dan l-
Att;
"minuri mhux akkumpanjati" tfisser ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew
persuni mingħajr stat (apolidi) taħt l-età ta’ tmintax-il sena, li jaslu
f ’Malta mhux akkumpanjati minn persuna adulta responsabbli
minnhom sew skond il-liġi sew skond id-drawwa, u sakemm ma
jittieħdux taħt il-ħarsien ta’ dik il-persuna, jew il-minuri li jisfaw
mhux akkumpanjati wara li jkunu daħlu f’Malta;
"permess tar-residenza" tfisser kull permess jew awtorizzazzjoni
maħrugin taħt xi liġi li tkun f ’dak iż-żmien fis-seħħ f ’Malta u li
jieħdu l-għamla preskritta fil-legislazzjoni msemmija, li jħallu lil
ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jirrisjedu f’Malta;
"protezzjoni temporanja" tfisser proċedura ta’ natura
eċċezzjonali sabiex tipprovdi, fl-eventwalità vera u imminenti ta’
influss ta’ massa ta’ rifuġjati minn pajjiżi terzi li ma jkunux jistgħu
jerġgħu lura lejn il-pa jjiż t al-oriġini ta għhom, protezzjoni
immedjata u temporanja lil dawk il-persuni, b’mod partikolari jekk
ikun hemm ukoll ir-riskju illi s-sistema ta’ asil ma tkunx kapaċi li
tipproċessa dak l-influss mingħajr effetti negattivi għall-ħidma
effiċjenti tagħha, fl-interess tal-persuni interessati u ta’ persuni
oħra li jitolbu l-protezzjoni;
"rifuġjati" tfisser iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew il-persuni
mingħajr stat li kellhom iħallu l-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini
tagħhom, jew li ġew evakwati, b’mod partikolari bi tweġiba għal
appell minn organizzazzjonijiet internazzjonali, u ma jkunux
jistgħu jerġgħu lura f ’kondizzjonijiet ta’ sigurtà u għal tul ta’
żmien minħabba fis-sitwazzjoni li tipprevali f ’dak il-pajjiż, li
jistgħu jinkwadraw taħt l-iskop ta’ rifuġjati taħt l-Artikolu 1A tal-
Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew ta’ strumenti internazzjonali jew
nazzjonali li jagħtu protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari
(a) il-persuni li ħarbu minn żoni ta’ konflitt bl-armi jew
ta’ vjolenza endemika; jew
(b) il-persuni f’riskju gravi jew li kienu vittmi ta’
vjolazzjonijiet sistematiċi jew ġeneralizzati tad-
drittijiet tal-bniedem tagħhom;
"sponsor" tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi protezzjoni
temporanja f’Malta skond deċiżjoni meħuda taħt ir-regolament 6 u
li jkun jixtieq li l-membri tal-familja tiegħu jew tagħha jingħaqdu
miegħu jew magħha;
"Uffiċjal Prinċipali tal-Im migrazzjoni" tfisser il-persuna
nominata għal dik il-kariga mill-Prim Ministru skond l-artikolu 3
tal-Att dwar l-Immigrazzjoni, u tinkludi, fil-limiti ta’ kull awtorità
mogħtija mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni skond l-
imsemmi artikolu 3, kull uffiċjal pubbliku li jkun qed jaġixxi taħt
dik l-awtorità;
"UNHCR" tfisser il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti
għar-Rifuġjati.
Regolamenti 11 u 16
It-tagħrif imsemmi fl-Artikoli 10, 15 u 26 tad-Direttiva jinkludi safejn u sakemm
meħtieġ dokument wieħed jew aktar jew kull informazzjoni minn dawn li ġejjin
(a) l-informazzjoni personali tal-persuna in kwistjoni (l-isem, iċ-
ċittadinanza, id-data u l-post tat-twelid, l-istatus ċivili, ir-relazzjoni
familjari);
(b) id-dokumenti tal-identità u d-dokumenti tal-vjaġġ tal-persuna involuta;
(ċ) id-dokumenti li jirrigwardaw provi dwar ir-relazzjoni familjari (iċ-
ċertifikat taż-żwieġ, iċ-ċertifikat tat-twelid, iċ-ċertifikat tal-adozzjoni);
(d) informazzjoni oħra essenzjali sabiex jiġu stabbiliti l-identità tal-persuna
jew ir-relazzjoni familjari;
(e) il-permessi tar-residenza, id-deċiżjonijiet rigward ir-rifjut tal-viża jew
tal-permess tar-residenza maħruġin lill-persuna involuta mill-Istat
Membru, u d-dokumenti li jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjonijiet;
(f)
l-applikazzjonijiet għall-permess tar-residenza u għall-viża li jkunu saru
mill-persuna involuta u li jkunu għadhom pendenti fl-Istat Membru, u l-
istadju milħuq fl-ipproċessar ta’ dawk id-dokumenti.
L-Istat Membru li jipprovdi għandu jinnotifika kull tagħrif ikkorreġut lill-Istat
Membru li jagħmel it-talba.
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eliġibbli għall-protezzjoni
temporanja meta jkun hemm influss ta’ massa ta’ persuni, skond
dawn ir-regolamenti, jingħataw protezzjoni temporanja mill-
U ff i ċ j a l K a p E ż e k u tt i v għ a l d a k i l- p e r jo d u u t a ħ t d a w k i l -
kondizzjonijiet stipulati taħt dawn ir-regolamenti.
(1) Il-protezzjoni temporanja ma għandhiex tippregudika
r-rikonoxximent tal-istatus ta’ rifuġjat skond l-Att u l-Konvenzjoni
ta’ Ġinevra.
(2) Il-protezzjoni temporanja għandha tiġi applikata b’rispett
għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif ukoll
obbligi oħra li dawn il-persuni ma jintbagħtux lura.
(3) It-twaqqif, l-implimentazzjoni u t-temm tal-protezzjoni
temporanja għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjonijiet
regolari ma’ l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet
Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra
rilevanti.
(4) Dawn ir-regolamenti ma jgħoddux għal persuni li jkunu
ġew aċċettati taħt skemi ta’ protezzjoni qabel il-bidu fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti.
TAQSIMA II
It-tul taż-żmien u l-implimentazzjoni tal-protezzjoni temporanja
(1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 7, it-tul taż-żmien tal-protezzjoni temporanja għandu
jkun ta’ sena. Sakemm ma jiġix mitmum taħt id-disposizzjonijiet
tar-regolament 7(1)(b), dik il-protezzjoni temporanja tista’ tiġi
estiża awtomatikament b’perjodi ta’ żmien ta’ sitt xhur għal
perjodu massimu ta’ sena.
(2) Meta jippersistu raġunjijiet għall-protezzjoni temporanja,
il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jtawwal il-protezzjoni
temporanja f’perjodu ta’ mhux iżjed minn sena.
(1) L-eżistenza ta’ influss ta’ massa ta’ rifuġjati għandha
tiġi dikjarata mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv. Din id-dikjarazzjoni tkun
ibbażata fuq Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-eżistenza ta’
influss ta’ massa ta’ persuni adottata mill-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea, fuq proposta mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, u
adottata b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata, skond id-
disposizzjonijiet tad-Direttiva 2001/55/KE.
(2) Id-dikjarazzjoni tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv skond is-
subregolament (1) għandu jkollha l-effett li ddaħħal il-protezzjoni
temporanja f ’Malta għar-rifuġjati li għalihom tirreferi, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(1)
Il-protezzjoni temporanja għandha tintemm
(a) meta jintemm it-tul massimu taż-żmien; jew
(b) f’kull żmien, bid-deċiżjoni tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv
f’dan ir-rigward, wara Deċiżjoni tal-Kunsill adottata
b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-
Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea.
(2) Id-deċiżjoni tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandha tkun bażata
fuq kif jiġi stabbilit il-fatt illi s-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini
tkun hekk li tippermetti t-tluq lura mingħajr periklu u għat-tul taż-
żmien ta’ dawk il-persuni li jingħataw il-protezzjoni temporanja
meta jitqiesu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fondamentali kif
ukoll obbligi oħra li dawk il-persuni ma jintbagħtux lura.
Il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jista’ jestendi l-protezzjoni
temporanja kif preskritt f ’dawn ir-regolamenti għal kategoriji
addizzjonali ta’ rifuġjati apparti minn dawk li għalihom jgħoddu d-
disposizzjonijiet tar-regolament 6, meta dawn jiġu mċaqilqin għall-
istess raġunijiet u mill-istess pajjiż jew reġjun ta’ oriġini.
TAQSIMA III
Drittijiet ta’ persuni li jgawdu protezzjoni temporanja
(1) Persuni
li
jgawdu
protezzjoni
temporanja
jingħatawlhom permessi tar-residenza għat-tul kollu tal-perjodu
tal-protezzjoni. Għandhom jinħargu mill-awtoritajiet kompetenti
dokumenti u provi oħra ekwivalenti għal dak l-għan.
(2) Ikun kemm ikun il-perjodu taż-żmien tal-validità tal-
permessi tar-residenza msemmi fis-subregolament (1), it-trattament
konċess lil persuni li jgawdu protezzjoni temporanja ma jistax ikun
inqas favorevoli minn dak stabbilit fir-regolamenti 10 sa 17.
(3) Persuni li jiġu ammessi għall-għanijiet ta’ protezzjoni
temporanja jingħataw kull faċilità sabiex jiksbu l-viżi meħtieġa,
inklużi l-viżi ta’ transitu; il-formalitajiet għandhom jitnaqqsu
għall-minimu minħabba fl-urġenza tas-sitwazzjoni u l-viżi jinħarġu
mingħajr ħlas jew l-ispiża għalihom tkun minima.
Persuni li jgawdu protezzjoni temporanja jingħatalhom
dokument, fi lsien li x’aktarx ikunu jifhmuh, li fih ikunu miniżżla
b’mod ċar id-disposizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-
protezzjoni temporanja u li jkunu rilevanti għalihom.
Sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati b’mod effetiv id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv
għandu jordna li tiġi reġistrata d-data personali msemmija fil-
paragrafu (a) tat-Tieni Skeda, rigward il-persuni li jgawdu
protezzjoni temporanja f’Malta.
Bla ħsara għal kull ftehim bilaterali li jista’ jintlaħaq ma’
xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, persuna li tgawdi
protezzjoni temporanja f ’Malta għandha tiġi ammessa mill-ġdid
f ’Malta jekk il-persuna msemmija tibqa’, jew tfittex li tidħol
mingħajr awtorizzazzjoni, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor
matul il-perjodu taż-żmien kopert bid-deċiżjoni tal-Uffiċjal Kap
Eżekuttiv msemmija fir-regolament 6.
(1) Bla ħsara għal kull arranġament speċjali li Malta tista’
tkun parti fih, il-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja jkollhom
id-dritt, għall-perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx dak tal-protezzjoni
temporanja, li jwettqu attivitijajiet bħala impjegati jew bħala
persuni li jaħdmu għal rashom, bla ħsara għar-regoli li japplikaw
għall-professjoni, kif ukoll f ’attivitajiet bħal ma huma
op portun itajiet tal-edu kazzjon i tal-persuni adulti, it-taħ rig
professjonali u l-esperjenza prattika fuq ix-xogħol
Iżda, għal raġunijiet ta’ politika tas-suq tax-xogħol, tista’
tingħata prijorità liċ-ċittadini tal-UE u liċ-ċittadini tal-Istati
marbuta bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll
liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi residenti legalment li jirċievu l-
benefiċċju tal-qgħad.
(2) Fil-każijiet ikkontemplati fis-subregolament (1), jgħoddu d-
disposizzjonijiet ġenerali rigward ħlasijiet, l-aċċess għas-sistemi
tas-sigurtà soċjali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet ta’
impjieg jew ta’ min jaħdem għal rasu u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-
xogħol.
(1) Persuni li jgawdu protezzjoni temporanja għandu
jkollhom aċċess għal akkommodazzjoni xierqa jew, jekk ikun
meħtieġ, għandhom jirċievu l-mezzi biex jiksbu abitazzjoni.
(2)
(a) Persuni li jgawdu protezzjoni temporanja għandhom
jirċievu assistenza meħtieġa f’dik li hi għajnuna soċjali
u mezzi tal-għixien, jekk ma jkollhomx riżorsi
biżżejjed, kif ukoll ghall-kura medika.
(b) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-
subregolament (4), l-għajnuna meħtieġa għall-kura
medika għandha mill-inqas tinkludi l-kura f ’każ ta’
emerġenza u l-kura essenzjali tal-mard.
(3) Meta l-persuni li jgawdu l-protezzjoni temporanja jidħlu
għal attivitajiet bħala impjegati jew li jagħmlu xogħol għal rashom,
għandha titqies il-kapaċità tagħhom li jieħdu ħsieb il-ħtiġiet
tagħhom infushom, meta jiġi stabbilit il-livell propost tal-għajnuna
li għandha tingħatalhom.
(4) Għajnuna medika jew għajnuna oħra meħtieġa tingħata lill-
persuni li jgawdu protezzjoni temporanja li jkollhom ħtiġiet
speċjali, bħal ma huma l-minuri mhux akkumpanjati jew persuni li
jkunu sofrew it-tortura, l-istupru jew għamliet oħra ta’ vjolenza
psikoloġika, fiżika jew sesswali.
(1) Persuni taħt it-tmintax-il sena li jgawdu protezzjoni
temporanja għandu jingħatalhom l-aċċess għas-sistema tal-
edukazzjoni tal-istat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ma jingħataw
ċittadini ta’ Malta.
(2) Bla ħsara għal kull kondizzjoni li tista’ tiġi imposta mill-
Uffiċjal Kap Eżekuttiv, adulti li jgawdu protezzjoni temporanja
jista’ jingħatalhom aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni.
(1) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, fil-każijiet fejn il-
familji digà kienu jeżistu fil-pajjiż tal-oriġini u dawn ġew mifrudin
minħabba fiċ-ċirkostanzi li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-influss ta’
massa ta’ persuni, dawn il-persuni li ġejjin għandhom jitqiesu bħala
membri tal-familja
(a) ir-raġel jew il-mara tal-istess sponsor jew is-sieħeb
tagħha jew is-sieħba tiegħu mhux miżżewġin
f’relazzjoni stabbli, safejn il-leġislazzjoni Maltija jew
il-prattika fis-seħħ jittrattaw l-koppji mhux miżżewġin
b’mod paragunabbli mal-koppji miżżewġin skond il-
ligijiet ta’ Malta li għandhom x’jaqsmu mal-barranin;
it-tfal minuri mhux miżżewġin tal-istess sponsor jew
tas-sieħeb tagħha jew tas-sieħba tiegħu, mingħajr
distinzjoni jekk twieldux barra miż-żwieġ jew ġew
adottati;
(b) qraba oħra mill-qrib li għexu flimkien bħala parti minn
familja waħda fiż-żmien tal-ġrajjiet li wasslu għall-
influss ta’ massa ta’ persuni, u li dak iż-żmien kienu
dipendenti totalment jew fil-bicca l-kbira mill-istess
sponsor.
(2)
(a) Fil-każijiet fejn il-membri mifruda tal-familja jgawdu
protezzjoni temporanja fi Stati Membri oħra tal-Unjoni
Ewropea, il-membri tal-familja għandhom jingħaqdu
mill-ġdid f ’Malta jekk il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jkun
sodisfatt illi l-membri tal-familja jaqgħu taħt id-
deskrizzjoni li hemm fis-subregolament (1)(a), filwaqt
li titqies ix-xewqa tal-membri tal-familja msemmija.
(b) Membri tal-familja jistgħu jingħaqqdu mill-ġdid
f ’Malta meta l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jkun sodisfatt
illi l-membri tal-familja jaqgħu taħt id-deskrizzjoni li
hemm fis-subregolament (1)(b), filwaqt li titqies,
abbażi ta’ każ b’każ, it-tbatija estrema li jiffaċċjaw il-
membri tal-familja jekk ma ssirx l-għaqda mill-ġdid.
(3)
(a) Meta sponsor ikun igawdi protezzjoni temporanja
f ’Malta u membru jew iktar tal-familja ma jkunux
g ħ a d h o m w a s l u f i St a t M e m b r u , i l - U ff i ċ j a l K a p
Eżekuttiv għandu jippermetti l-għaqda mill-ġdid tal-
membri tal-familja, li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni, ma’
l-istess sponsor fil-każ li l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jkun
s o di s f a t t l i l - m e m b r i ta l - f a m i l j a j a q g ħ u t a ħ t i d -
deskrizzjoni tas-subregolament (1)(a).
(b) Membri tal-familja, li ma jkunux għadhom fi Stat
Membru u li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni, jistgħu
jingħaqdu mill-ġdid ma’ l-istess sponsor f ’Malta fil-
każ li l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jkun sodisfatt illi l-
membri tal-familja jaqgħu taħt id-deskrizzjoni li hemm
fis-subregolament (1)(b), filwaqt li titqies, fuq abbażi
ta' każ b’każ, it-tbatija estrema li jiffaċċjaw il-membri
tal-familja jekk ma ssirx l-unifikazzjoni mill-ġdid.
(4) Meta jiġi applikat dan ir-regolament għandhom jitqiesu l-
aħjar interessi tat-tfal, jekk ikun hemm.
(5) Mingħajr
preġudizzju
għad-disposizzjonijiet
tas-
subregolamenti (1) sa (4), u filwaqt li jitqiesu kif imiss id-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 25 u 26, l-Istat Membru fejn
għandha ssir l-għaqda mill-ġdid għandu jiġi miftiehem bejn Malta u
l-Istati Membri l-oħra interessati.
(6)
(a) Lill-membri tal-familja magħquda mill-ġdid għandhom
jiġu konċessi l-permessi tar-residenza taħt protezzjoni
temporanja, u għandhom jinħarġulhom dokumenti u
provi oħra ekwivalenti għal dak il-għan.
(b) It-trasferimenti tal-membri tal-familja għal territorju
ta’ Stat Membru ieħor, li ma jkunx Malta, bil-għan tal-
għaqda mill-ġdid skond is-subregolament (2),
g ħa nd ho m ji rr iż u lta w f l- irtirar t al-perme ssi tar-
residenza maħruġa, u t-tmiem tal-obbligi lejn il-
persuni interessati fejn tidħol il-protezzjoni
temporanja, f’Malta.
(7) Fuq it-talba ta’ Stat Membru ieħor, il-Gvern ta’ Malta
għandu jipprovdi t-tagħrif, kif elenkat fit-Tieni Skeda li tinsab ma’
dawn ir-regolamenti, dwar persuna li tkun qiegħdha tirċievi
protezzjoni temporanja li jkun meħtieġ sabiex tiġi pproċessata
materja skond dan ir-regolament.
(1) Il-Uffiċjal
Kap
Eżekuttiv
għandu,
fuq
ir-
rakkomandazzjoni tal-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni, malajr
kemm jista’ jkun jieħu l-miżuri sabiex jiżgura r-rappreżentanza
meħtieġa tal-minuri mhux akkumpanjati li jgawdu l-protezzjoni
t e m p o r a n j a b ’ k u s t o d j a l e g a l i j e w, m e t a j k u n m e ħ t i e ġ ,
rappreżentanza minn organizzazzjoni li tkun responsabbli għall-
kura u s-saħħa tal-minuri, jew minn rappreżentanza oħra adatta.
(2) Matul il-perjodu taż-żmien tal-protezzjoni temporanja, il-
minuri mhux akkumpanjati jitqiegħdu
(a) ma’ qraba adulti;
(b) ma’ foster family;
(ċ) f’ċentri ta' l-akkoljenza b’faċilitajiet speċjali għall-
minuri, jew f’akkommodazzjoni oħra adatta għall-
minuri;
(d) mal-persuna li tkun ħadet kura tat-tifel jew tifla meta
kienu qegħdin jaħarbu.
(3) Il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandu jiżgura li jittieħdu l-passi
kollha meħtieġa sabiex jgħin jinsab il-post fejn għandu jitqiegħed
il-minuri mhux akkompanjat, wara konsultazzjoni mal-persuna jew
persuni adulti konċernati, filwaqt li jitqiesu l-fehmiet tat-tifel jew
tifla skond l-età u l-maturità tagħhom.
TAQSIMA IV
Aċċessibilità tal-proċedura tal-asil fil-kuntest
tal-protezzjoni temporanja
(1) Il-persuni li jgawdu protezzjoni temporanja jkunu
jistgħu jirrapreżentaw applikazzjoni għall-asil meta jridu.
(2) L-eżami ta’ kull applikazzjoni għall-asil mhux ipproċessata
qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien tal-protezzjoni temporanja
għandu jiġi kkompletat wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ żmien.
Il-kriterji u l-mekkaniżmi li jgħoddu biex jiġi deċiż jekk
tkunx Malta jew xi Stat Membru ieħor li jkun responsabbli li
jikkunsidraw applikazzjoni għal asil għandhom ikunu skond il-
leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea kif din tkun fis-seħħ minn żmien
għal żmien. B’mod partikolari, l-Istat Membru responsabbli għall-
eżami ta’ applikazzjoni għall-asil, ippreżentata minn persuna li
tkun qed tgawdi protezzjoni temporanja, għandu jkun l-Istat
Membru li jkun aċċetta t-trasferiment ta’ dik il-persuna lejn it-
territorju tiegħu.
(1) Il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jista’ jipprovdi li ma
tingħatax protezzjoni temporanja fl-istess ħin ma’ l-istatus ta’
persuna li tkun qed tfittex l-asil filwaqt li jkunu qegħdin jiġu
kkunsidrati l-applikazzjonijiet.
(2) Meta, wara li tkun giet eżaminata applikazzjoni għall-asil,
ma jingħatax l-istatus ta’ rifuġjat jew, meta jkun japplika, xi tip
ieħor ta’ protezzjoni lil persuna li tkun eliġibbli għal jew li tkun
qiegħdha tgawdi protezzjoni temporanja, allura, mingħajr
preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-regolament 28, dik il-
persuna għandha tgawdi jew tissokta tgawdi protezzjoni
temporanja għall-bqija tal-perjodu ta’ protezzjoni.
TAQSIMA V
Ripatrijazzjoni u miżuri wara li tkun intemmet il-protezzjoni
temporanja
Mingħajr
preġudizzju
għad-disposizzjonijiet
tar-
regolamenti 22, 23 u 24, meta tintemm il-protezzjoni temporanja
għandha tapplika l-leġislazzjoni li tkun fis-seħħ f ’dak iż-żmien
dwar il-protezzjoni temporanja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u dwar
ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’mod ġenerali.
(1) Persuni li jgawdu protezzjoni temporanja jew li l-
protezzjoni temporanja tagħhom tkun intemmet ikollhom id-dritt
imorru lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom, hekk li tiġi rispettata
għal kollox id-dinjità tal-bniedem. Il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv
għandu jiżgura li d-deċiżjoni ta’ dawk il-persuni li jmorru lura
tittieħed minnhom f’konoxxenza kompleta tal-fatti.
(2) Sakemm ma tkunx intemmet il-protezzjoni temporanja, u
abbażi taċ-ċirkostanzi li jkunu jipprevalu fil-pajjiż tal-origini,
għandha tingħata konsiderazzjoni favorevoli għal talbiet ta’ ritorn
lejn Stat Membru ospitanti, kemm jekk dan ikun Malta jew Stat
M e m b r u i e ħ o r, m i n n p e r s u n i l i j k u n u g a w d e w p r o t e z z j o n i
temporanja u eżerċitaw id-dritt tagħhom għal ritorn volontarju.
(3) Ma’ tmiem il-protezzjoni temporanja, id-drittijiet stabbiliti
fir-regolamenti 9 sa 17 jistgħu jiġu estiżi b’mod individwali lill-
persuni li kienu koperti bi protezzjoni temporanja u li jkunu
qegħdin jibbenefikaw minn programm ta’ ripatrijazzjoni
volontarja; dik l-estensjoni għandu jkollha effett sad-data tar-ritorn.
(1) Ir-ripatrijazzjoni furzata ta’ persuni li l-protezzjoni
temporanja tagħhom tkun intemmet u li ma jkunux eliġibbli għall-
ammissjoni għandu jsir b’mod li tiġi rispettata kif imiss id-dinjità
tal-bniedem.
(2) F’każijiet ta’ ripatrijazzjoni furzata, il-Uffiċjal Kap
Eżekuttiv għandu jikkunsidra kull raġuni umanitarja kompulsiva li
tista’ tirrendi r-ritorn impossibbli jew mhux raġonevoli f ’każijiet
speċifiċi.
(1) L-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni għandu jieħu l-
miżuri meħtieġa li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet tar-residenza tal-
persuni li jkunu gawdew protezzjoni temporanja u li, minħabba fl-
istat tas-saħħa tagħhom, ma jkunux jistgħu jiġu raġonevolment
mistennija li jivvjaġġaw u meta jkunu ser isofru effetti negattivi
serji jekk tigi interrotta l-kura tagħhom; dawk il-persuni ma
għandhomx jiġu espulsi sakemm tissokta dik is-sitwazzjoni.
(2) L-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni jista’ jippermetti
lill-familji, li jkollhom tfal minuri u li jattendu l-iskola, li
jibbenefikaw mill-kondizzjonijiet tar-residenza u li jippermettu lit-
tfal konċernati li jikkompletaw il-perjodu korrenti tal-iskola.
TAQSIMA VI
Solidarjetà
(1) Il-Gvern ta’ Malta għandu, filwaqt li jaġixxi
f ’koperazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali
kompetenti, jiżgura li l-persuni eliġibbli msemmija fir-regolament
6, li jkunu għadhom ma waslux f’Malta, ikunu esprimew ix-xewqa
tagħhom li jiġu rċevuti ġewwa t-territorju ta’ Malta.
(2) Meta l-għadd ta’ persuni li jkunu eliġibbli għal protezzjoni
temporanja wara influss għall-għarrieda u massiv ikun jaqbeż il-
kapaċità kemm tiflaħ tirċievi Malta, li tkun ġiet indikata f’figuri u
f ’termini ġenerali lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tal-Unjoni
Ewropea, il-Gvern ta’ Malta jkollu d-dritt jitlob li l-Kunsill tal-
Unjoni Ewropea jeżamina, bħala kwistjoni urġenti, is-sitwazzjoni u
jieħu azzjoni adatta, inkluża r-rakkomandazzjoni ta’ appoġġ
addizzjonali.
(1) L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandu, għal għanijiet ta’
koperazzjoni amministativa, jaġixxi bħala, jew jaħtar rappreżentant
sabiex jaġixxi bħala, punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-
komunikazzjoni ma’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni tal-Unjoni
Ewropeja. Id-dettalji tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali għandhom jiġu
kkomunikati lill-Istati Membri oħra u lill-Kummissjoni tal-Unjoni
Ewropeja. L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandu, flimkien mall-
Kummissjoni tal-Unjoni Ewropeja, jieħu l-miżuri adattati sabiex
jistabbilixxi koperazzjoni diretta u skambju ta’ informazzjoni ma’
Stati Membri oħra.
(2) L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jew ir-rappreżentant maħtur minnu
għandu regolarment, u malajr kemm jista’ jkun, jikkomunika data dwar
in-numru ta’ persuni li jgawdu minn protezzjoni temporanja u
informazzjoni sħiħa dwar il-liġi nazzjonali, ir-regolamenti u
provvedimenti amministrattivi rigward l-implementazzjoni tal-
protezzjoni temporanja.
(1) Matul iż-żmien tal-protezzjoni temporanja, il-Gvern
ta’ Malta għandu jikkopera ma’ l-Istati Membri l-oħra rigward it-
trasferiment tar-residenza ta’ persuni li jgawdu protezzjoni
temporanja minn Stat Membru għall-ieħor, bla ħsara għall-kunsens
tal-persuni konċernati għal dak it-trasferiment.
(2) Il-Gvern ta’ Malta għandu jikkomunika t-talbiet li jsirulu
għat-trasferiment lejn Stati Membri oħra u għandu javża lill-
Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea u lill-UNHCR; il-Gvern ta’
Malta għandu wkoll jgħarraf lil kull Stat Membru bil-kapaċità li
jkollu li jirċievi persuni li jiġu trasferiti.
(3) Meta jsir trasferiment minn Malta għal Stat Membru ieħor,
il-permess tar-residenza ta’ Malta għandu jiskadi u jintemmu l-
obbligi lejn il-persuni konċernati li jkollhom x’jaqsmu mal-
protezzjoni temporanja f’Malta.
(4) Il-pass mudell muri fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
regolamenti għandu jintuża għal trasferimenti, bejn Stati Membri,
ta’ persuni li jgawdu protezzjoni temporanja.
TAQSIMA VII
Disposizzjoniet Speċjali
(1) Il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jista’ jeskludi lil xi persuna
mill-protezzjoni temporanja jekk
(a) ikun hemm raġunijiet serji biex jiġi kkundsirat li -
(i)
dik il-persuna tkun ikkommettiet delitt kontra l-
paċi, delitt tal-gwerra, jew delitt kontra l-
umanità,
kif
imfissra
fl-istrumenti
internazzjonali mfassla biex jiġi provdut dwar
dawn id-delitti;
(ii) dik il-persuna tkun ikkommettiet delitt serju
mhux politiku barra minn Malta qabel l-
ammissjoni tagħha f’Malta bħala persuna li
tgawdi protezzjoni temporanja. Il-gravità tal-
persekuzzjoni mistennija għandha tiġi bilanċjata
max-xorta tad-delitt kriminali li dwara tkun
suspettata
l-persuna
inkwistjoni.
B’mod
partikolari, azzjonijiet krudili, saħansitra jekk
dawn isiru b’għan li jkun wieħed allegatament
politiku, jistgħu jiġu kklasifikati bħala delitti
gravi mhux politiċi. Dan japplika kemm għall-
parteċipanti fid-delitt kemm għall-istigaturi tad-
delitt;
(iii) dik il-persuna tkun instabet ħatja ta’ atti
kuntrarji għall-għanijiet u l-prinċipji tan-
Nazzjonijiet Uniti;
(b) ikun hemm raġunijiet sodi sabiex dik il-persuna titqies
bħala ta’ periklu għas-sigurtà ta’ Malta bħala pajjiż
ospitanti jew, wara li tkun ġiet kundannata b’sentenza
finali tal-qorti dwar delitt partikolarment gravi, dik il-
persuna tkun ta’ periklu għall-komunità f’ Malta bħala
pajjiż ospitanti.
(2) Ir-raġunijiet għall-esklużjoni msemmija fis-subregolament
(1) għandhom ikunu unikament ibbażati fuq il-kondotta personali
tal-persuna konċernata. Id-deċiżjonijiet jew il-miżuri tal-esklużjoni
għandhom ikunu ibbażati fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità.
TAQSIMA VIII
Disposizzjonijiet finali
Il-persuni li jkunu ġew esklużi mill-benefiċċju ta’
protezzjoni temporanja jew ta’ tgħaqqid mill-ġdid tal-familja
għandhom dritt ta’ appell lill-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni
Internazzjonali stabbilit taħt l-artikolu 5 tal-Att.
STANDARDS MINIMI GĦALL-PROTEZZJONI
TEMPORANJA TA’ RIFUĠJATI
STANDARDS MINIMI GĦALL-PROTEZZJONI
TEMPORANJA TA’ RIFUĠJATI