Legislator Case Law & Legislation
sl_420.1 MT

Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

9 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (9)

Statutory Text (9 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 420.01

REGOLAMENTI DWAR IL-PROĊEDURI TAT-

TRIBUNAL TAL-APPELLI GĦALL-PROTEZZJONI

INTERNAZZJONALI

29 ta’ Ottubru, 2001

L-AVVIŻ LEGALI 252 tal-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 426 tal-

2007 u7 426 tal-2012.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti huwa Regolamenti dwar

il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni

Internazzjonali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

Emendata

A.L. 426 tal-2012.

Regolament 4(1)

Formula ta’ Ġurament li jittieħed mill-President jew minn Membru

tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

ATT DWAR IR-RIFUĠJATI

ĠURAMENT TAL-KARIGA TA’ MEMBRI TAT-TRIBUNAL TAL-APPELLI

GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

(Skond ir-regolament 4(1) tar-Regolamenti dwar il-Proċeduri

tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali)

Jien ............................................... numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni

legatment validu ........................., li ġejt maħtur bħala President / Membru tat-tat-

Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali naħlef / niddikjara li fedelment,

b’mod komplet u imparzjali u mill-aħjar li nista’ naqdi l-inkarigu u nwettaq id-

dmirijiet lili fdati bis-saħħa tal-ħatra msemmija.

Hekk Alla jgħinni.

(firma)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

F’dawn ir-regolamenti, sakemm il-kuntest ma jirrikjedix

xort’oħra -

"appell" tfisser appell magħmul kontra rakkomandazzjoni tal-

Uffiċjal Kap Eżekuttiv skond l-artikolu 7 ta’ l-Att;

"l-Att" tfisser l-Att dwar il-Protezzjoni Internazzjonali;

"appellant" tfisser persuna li tagħmel appell skond l-artikolu 7

ta’ l-Att;

"applikant" tfisser min japplika għal status ta’ rifujjat skond l-

artikolu 8 ta’ l-Att;

"applikazzjoni" tfisser applikazzjoni għal status ta’ rifuġjat

skond l-artikolu 8 ta’ l-Att;

"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-immigrazzjoni;

"rappreżentant legali" tfisser il-persuna maħtura biex tagħti

għajnuna legali bla ħlas sabiex tirrappreżenta lill-appellant

quddiem it-Tribunal skond l-artikolu 7(5) ta’ l-Att;

"Tribunal" tfisser it-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni

Internazzjonali maħtur skond ma hemm fl-artikolu 5 ta’ l-Att.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

Emendata

A.L. 426 tal-2012.

Regolament 6(3)

Taħrika ta’ xhieda biex jidhru quddiem it-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni

Internazzjonali

ATT DWAR IR-RIFUĠJATI

TAĦRIK TA’ XHIEDA

(Skond ir-regolament 6(3) tar-Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli

għall-Protezzjoni Internazzjonali)

Lil ..................................................... numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni

legatment validu ......................

B’dan qiegħed titħarrek sabiex tidher quddiem it-Tribunal tal-Appelli għall-

Protezzjoni Internazzjonali f i .................................................. ( po st ) f i

( data

u

ħ in )

sabiex

tixhed

dwar

.................................................................................... (il-kwistjoni ta’ l-inkjesta).

Mogħti bil-firma tiegħi, illum ............................ ta’ ..........................., 20 ............

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

Tkun il-funzjoni tal-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni

Internazzjonali li jisma’ u jiddeċiedi appelli kontra

rakkomandazzjoni tal-Kummissarju skond l-artikoli 5 sa 7 ta’ l-Att.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

(1) Kull min jinħatar biex ikun, jew iservi bħala president

jew membru tat-Tribunal għandu, qabel ma jibda jaqdi dmirijietu,

jieħu u jiffirma ġurament fil-forma preskritta fl-Ewwel Skeda jew

f’kull forrna oħra li tista’ tkun adatta skond il-każ.

(2) Dak il-ġurament jista’ jittieħed quddiem Uffiċjal Kap

Eżekuttiv għall-ġuramenti u għandu jiġi depożitat għand l-Avukat

Ġenerali.

(3) L-uffiċjal u l-impjegati li jinħatru biex jaħdmu mat-

Tribunal għandhom qabel ma jibdew jeżerċitaw il-kariga jew l-

impieg tagħhom jieħdu ġurament li jkunu ser iwettqu id-dmirijiet

tal-kariga jew l-impieg tagħhom fedelment u imparzjalment, u li

ma jagħtu ebda informazzjoni li huma jkunu kisbu taħt l-Att. Dak

il-ġurament għandu jingħata mill-President tat-Tribunal.

PROĊEDURI TAT - TRIBUNAL TAL-APPELLI GĦALL-

PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

(1) It-Tribunal għandu jmexx il-proċedimenti tiegħu skond

dawn il-proċeduri li ġejjin

(a) skond l-artikolu 7(2) ta’ l-Att, appell taħt dawn ir-

regolamenti jista’ jsir lit-Tribunal mill-applikant u,

jew lill-Ministru fi żmien ġimgħatejn min-notifika li

ssir lill-applikant dwar ir-rakkomandazzjoni tal-

Uffiċjal Kap Eżekuttiv lill-Ministru biex jaċċetta jew

ma jaċċettax l-applikazzjoni;

(b) it-Tribunal għandu jibgħat kopja ta’ l-appell li jkun

irċieva mingħand l-applikant lill-Ministru u lill-

Uffiċjal Kap Eżekuttiv. Meta l-appell isir mill-

Ministru, għandha tiġi notifikata kopja ta’ l-appell lill-

applikant u lill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv;

(ċ) il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandu jissupplixxi lit-

Tribunal b’kopji ta’ kull rapport, dokument jew

sottomissjoni bil-miktub li jingħatawlu taħt l-artikolu

8 ta’ l-Att kif ukoll indikazzjoni bil-rniktub dwar ix-

xorta u l-oriġini ta’ kull informazzjoni oħra li

tirrigwarda l-applikazzjoni li jkun sar jaf biha matul xi

investigazzjoni li jkun qed jagħmel;

(d) it-Tribunal jista’, għall-finijiet tal-funzjonijiet li

għandu taħt l-Att, jitlob lill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv

biex jagħmel dak l-istħarriġ ulterjuri kollu u biex

jissupplixxi lit-Tribunal b’dik l-informazzjoni ulterjuri

kollha hekk kif it-Tribunal iqis li jkun meħtieġ f’dak

iż-żmien li jista’ jispeċifika;

(e) il-Uffiċjal Kap Eżekuttiv għandu jissupplixxi lit-

Tribunal b’osservazzjonijiet bil-miktub dwar kull

kwistjoni li tqum fuq il-motivi ta’ l-appell kulmeta dan

jenħtieġ mit-Tribunal u kopja ta’ dawk l-

osservazzjonijiet għandha tiġi pprovduta lill-applikant

involut u lir-rappreżentant legali tiegħu;

(f)

bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-proviso mal-

paragrafu (h) u tal-paragrafu (l), it-Tribunal għandu

jissupplixxi lill-applikant interessat u lir-rappreżentant

legali tiegħu, jekk ikun magħruf, kopji ta’ kwalunkwe

informazzjoni bil-miktub u, jew dokumentazzjoni li

raġonevolment fid-deskrizzjoni tat-Tribunal tista’ tkun

neċessarja biex l-applikant jippreżenta b’mod sħiħ il-

każ tiegħu;

(g) applikant jista’ jirtira appell lit-Tribunal billi jibgħat

avviż ta’ ċessjoni bil-miktub u ffirmat;

(h) it-Tribunal għandu, meta jkun hekk adatt, u wara li

joħroġ

avviż

lill-partijiet

interessati,

jisma’

sottomissjonijiet bil-fomm. It-Tribunal għandu

normalment jisma’ biss evidenza ġdida li dwarha hu

jkun sodisfatt li tali evidenza ma kenitx magħrufa

qabel jew li ma setgħetx tiġi prodotta iktar kmieni

meta l-każ kien qed jiġi eżaminat l-ewwel darba mill-

Uffiċjal Kap Eżekuttiv. Għall-finijiet ta’ dik is-seduta,

jekk ikun il-każ, it-Tribunal jista’ -

(i)

jordna bil-miktub lil kull persuna li tkun

meħtieġa x-xiehda tagħha mit-Tribunal biex

tattendi quddiemu f’dik id-data u dak il-ħin u l-

post speċifikati fl-ordni sabiex hemm tagħti x-

xieħda tagħha u biex iġġib magħha kull

dokument jew ħaġa li jkollha fil-pussess jew

kontroll tagħha speċifikati fl-ordni,

(ii) jordna lil dik il-persuna li ġġib magħha

dokument jew ħaġa speċifikati li jkollha fil-

pussess jew kontroll tagħha,

(iii) jagħti kull ordni oħra għall-fini ta’ xi appell li l-

Tribunal ikun jidhirlu li tkun waħda raġonevoli u

ġustifikata

Iżda s-subparagrafi (i) u (ii) ma għandhomx

japplikaw fil-każ ta’ dokument jew ħaġa li tkun

tirrigwarda informazzjoni li dwarha l-Ministru jew il-

Ministru responsabbli għall-Affarijiet Barranin, skond

il-każ, jordna li l-informazzjoni tinżamm fl-interess

tas-sigurtà nazzjonali jew ta’ policy pubblika;

(i)

il-Tribunal għandu jippermetti lill-applikant u lill-

Uffiċjal Kap Eżekuttiv jew lil xi uffiċjal awtorizzat li

jkunu preżenti matul is-seduta u li jippreżentaw il-każ

tagħhom quddiem it-Tribunal personalment jew

permezz ta’ rappreżentant legali jew persuna

awtorizzata oħra;

(j)

il-Tribunal għandu, skond ma kull każ partikolari jista’

jkun jeħtieġ, jagħmel kull ma jista’ sabiex jara li

jattendi interpretu biex jgħin waqt kull seduta;

(k) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (l), xhud

li tkun ingħatat jew se tingħata x-xiehda tiegħu

quddiem it-Tribunal ikollu jedd għall-istess privileġġi

u immunitajiet bħalma jkollu xhud fil-qorti;

(l)

meta tkun ġiet mogħtija informazzjoni lill-Uffiċjal

Kap Eżekuttiv, minn jew f’isem il-gvern ta’ xi Stat

ieħor skond xi ftehim, espress jew impliċitu, li l-

informazzjoni tkun ser tinżamm kunfidenzjali, l-

informazzjoni m’għandhiex, mingħajr il-kunsens ta’ l-

istat l-ieħor, tiġi prodotta jew żvelata ulterjorment

b’mod differenti minn dak il-ftehim;

(m) qabel rna jgħaddi biex jiddeċiedi appell taħt dan l-

artikolu, il-Tribunal għandu jqis dan li ġej

(i)

l-avviż ta’ appell rilevanti magħmul mill-

applikant u, jew mill-Ministru taħt l-artikolu 7

ta’ l-Att;

(ii) ir-rakkomandazzjoni tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv

lill-Ministru jew, hekk kif jista’ jkun adatt, id-

deċiżjoni rilevanti mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv

bil-miktub u r-raġunijiet li fuqha tkun imsejsa,

magħmula skond l-artikolu 8(5) ta’ l-Att;

(iii) kull osservazzjoni magħmula lill-Tribunal mill-

Uffiċjal Kap Eżekuttiv jew mill-Kummissarju

PROĊEDURI TAT - TRIBUNAL TAL-APPELLI GĦALL-

PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

Għoli;

(iv)

ix-xiehda miġjuba u kull sottomissjoni

magħmula matul seduta ta’ sottomissjonijiet bil-

fomm, jekk ikun il-każ; u

(v)

kull dokument, sottomissjoni bil-miktub jew

informazzjoni oħra mogħtija lill-Uffiċjal Kap

Eżekuttiv konformi ma’ l-artikolu 8 ta’ l-Att;

(n) kull deċiżjoni tat-Tribunal u r-raġunijiet li tkun

imsejsa fuqhom għandhom jitwasslu mit-Tribunal lill-

applikant interessat, lir-rappreżentant legali tiegħu,

jekk ikun magħruf, lill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, lill-

Ministru u lill-Kummissarju Għoli;

(o) il-minuti ta’ kull seduta tat-Tribunal għandhom

jinżammu

mis-Segretarju

u

għandhom

jiġu

kkonfermati mit-Tribunal u ffirmati mill-President.

(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet taħt is-subparagrafu (1)(a)

sa (o), it-Tribunal għandu xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu

nnifsu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.1 — Regolamenti dwar il-Proċeduri tat-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali

(1) It-Tribunal ikollu s-setgħa li, permezz tal-President

tiegħu, jew mill-persuna hekk awtorizzata mill-President -

(a) jħarrek xhieda;

(b) jieħu l-parir ta’ esperti;

(`)

jeħtieġ lil kull min jidhirlu li jkollu konoxxenza

speċjali tal-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata li

jagħti

bil-fomm

jew

bil-miktub

dawk

il-

partikolaritajiet għar-rigward tal-kwistjoni hekk kif it-

Tribunal jista’ jeħtieġ; u

(d) jagħti l-ġurament lil kull xhud u lil kull min ikun

involut fl-investigazzjoni ta’ l-appell li jkollha

quddiemha, u jeħtieġhom jagħtu xiehda u jġibu

magħhom dokumenti li jkollhom jew li jkunu fil-

kustodja tagħhom f’dawk iċ-ċirkostanzi bħalma huma

jistgħu jenħtieġu li jagħtu xiehda jew iġibu magħhom

dokumenti quddiem qorti tal-ġustizzja.

(2) Il-ġurarnenti li jingħataw taħt is-subregolament (1)(d)

għandhom jingħataw mill-President.

(3) Kull taħrika għall-attendenza quddiem it-Tribunal tista’

tkun fil-forma stipulata fit-Tieni Skeda jew f’dik il-forma li tista’

tkun adatta għall-każ, u għandha tkun iffirmata mill-President jew

membru tat-Tribunal.

(4) Taħrika tista’ tiġi notifikata sew personalment sew bil-

posta. Meta din tiġi notifikata bl-idejn ikun suffiċjenti li jiġi

ppruvat li saret in-notifika billi tinġieb prova li t-taħrika tkun

tħalliet f’idejn persuna li tkun għalqet is-sittax-il sena fil-post ta’

residenza jew tan-negozj u tal-persuna mħarrk a; u jekk tiġi

notifikata bil-posta jkun suffiċjenti li jiġi ppruvat li saret in-

not ifika bill i tinġieb prova li t-taħrika kienet indirizzata u

impustata kif dovut.

(5) Ħlief għal dawk il-każijiet li jaqgħu taħt il-proviso għar-

regolament 5(1)(h) u bir-regolament 5(1)(l), kull min ikun imħarrek

ki f h a w n q a be l i m s e m m i u l i ji r r o f ta , j e w m in g ħ a j r r a ġ u ni

suffiċjenti jonqos milli jattendi fil-ħin u fil-post imsemmija fit-

taħrika, jew jirrofta, mingħajr raġuni suffiċjenti, milli jwieġeb jew

milli jwieġeb għalkollox u b’mod sodisfaċenti, skond dak kollu li

jkun jaf u jagħraf il-mistoqsijiet kollha li jsirulu mit-Tribunal jew

skond ma japprova, jew jirrofta jew jonqos, mingħajr kawża

suffiċjenti, li jġib miegħu xi dokument li kien meħtieġ li jġib mit-

Tribunal jew skond ma japprova, jkun ħati ta’ reat taħt dawn ir-

regolamenti u jista' jehel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iktar

minn elf u mija u erbgħa u sittin euro u disgħa u sittin ċenteżmu

(€1,164.69) jew priġunerija għal mhux iktar rninn tliet xhur, jew

għall-multa u priġunerija flimkien

Iżda,

mingħajr

preġudizzju

għall-ġeneralità

tad-

disposizzjonijiet tas-subregolament (1)(d), ebda persuna li tkun qed

tagħti xiehda quddiem it-Tribunal ma tista’ tiġi mġiegħla li

tinkrimina lilha nnifisha, u kull tali persuna jkollha, dwar kull

xiehda minnha mogħtija quddiem it-Tribunal, jedd għall-istess

privileġġi li jkollu jedd għalihom xhud li jkun qed jagħti x-xiehda

tiegħu quddiem qorti tal-ġustizzja.

(6) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 370 tal-Kodiċi

Kriminali, proċedimenti dwar reat bi ksur ta’ dawn ir-regolamenti

huma ta’ kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew tal-Qorti

tal-Maġistrati (Għawdex), skond il-każ, u għandhom ikunu skond

id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali li jirregolaw il-proċedura

quddiem dawk il-qrati bħala qrati ta’ ġudikatura kriminali.

(7) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, l-Avukat

Ġenerali dejjem ikollu l-jedd li jagħmel appell quddiem il-Qrati ta’

l-Appell Kriminali minn kull deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-

Maġistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) dwar

proċedimenti rigward reati bi ksur ta’ dawn ir-regolamenti.

(8) Ma għandhom jinbdew ebda proċedimenti għar-rigward ta’

xi reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti mingħajr

l-approvazzjoni ta’ l-Avukat Ġenerali.

PROĊEDURI TAT - TRIBUNAL TAL-APPELLI GĦALL-

PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →