Legislator Case Law & Legislation
sl_379.8 MT

Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

24 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (24)

Statutory Text (24 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 379.08

REGOLAMENTI DWAR

IL-KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

1 ta’ Jannar, 2003

L-AVVIŻ LEGALI 294 tal-2002, kif emendat bl-Avviżi Legali 299 tal-

2002, u 49, 425 u 349 tal-2007 u bl-Att XVI tal-2019.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar il-

Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

Emendata

A.L. 49 tal-2007;

(Regolament 5)

A.L. 425 tal-2007;

A.L. 349 tal-2011;

XVI.2019.72.

FORMOLA TA’ NOTIFIKA DWAR KON~ENTRAZZJONI

(Formola NK)

INTRODUZZJONI

A.

L-għan ta’ din il-Formola

Din il-Formola tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn

intrapriża jew intrapriżi meta dawn ikunu qed jinnotifikaw lid-Direttur Ġenerali

b’konċentrazzjoni li taqa’ taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’

Konċentrazzjonijiet.

Int mitlub tagħti każ tad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Kontroll

ta’ Konċentrazzjonijiet, u ta’ l-Att dwar il-Kompetizzjoni.

Għandu jiġi nnutat li l-laqgħat ta’ prenotifika huma bilwisq ta’ valur kbir

sew għall-partijiet notifikanti sew għad-Direttur Ġenerali meta jiġi biex jistabbilixxi

l-ammont preċiż ta’ informazzjoni meħtiega f ’xi notifika u, fil-biċċa l-kbira tal-

każijiet, dawn jirriżultaw fi tnaqqis sinifikattiv ta’ l-informazzjoni meħtieġa.

Għalhekk, il-partijiet notifikanti huma mħeġġa li jikkonsultaw mad-Direttur

Ġ e n e r a l i d w a r i l - p o s s i b i l i t à l i j i ġ u e ż e n t i m i l l - o b b l i g u l i j i pp r o v d u ċ e r t u

informazzjoni (ara Sezzjoni B(g) dwar il-possibilità ta’ din id-dispensa).

B.

Il-ħtieġa ta’ notifika korretta u kompleta

Kull informazzjoni meħtieġa b’din il-Formola għandha tkun korretta u

kompleta. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun provduta fis-Sezzjoni adatta ta’

din il-Formola. L-annessi għal din il-Formola għandhom jiġu użati biss biex

jissupplementaw l-informazzjoni provduta fil-Formola nnifisha.

B’mod partikolari għandek tinnota li

(a) It-termini ta’ żmien tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’

Konċentrazzjonijiet, marbuta man-notifika ma jibdewx għaddejin

sakemm kull informazzjoni li għandha tkun provduta man-notifika ma

tkunx ġiet riċevuta mid-Direttur Ġenerali. Din il-ħtieġa qegħda hemm

biex tiżġura li d-Direttur Ġenerali jkun jista’ jivvaluta l-konċentrazzjoni

notifikata fit-termini ta’ żmien stretti li hemm provdut dwarhom bir-

Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet.

(b) Il-partijiet notifikanti għandhom jivverifikaw b’attenzjoni kbira, filwaqt

li jkunu qegħdin jippreparaw in-notifika tagħhom, li l-ismijiet u numri

ta’ persuni li magħhom jista’ jsir kuntatt, u b’mod partikolari numri tal-

fax, li jingħataw lid-Direttur Ġenerali, ikunu preċiżi, rilevanti u

aġġornati.

(ċ) Informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa fin-notifika għandha titqies li

tkun informazzjoni inkompleta.

(d) Jekk notifika tkun inkompleta, id-Direttur Ġenerali għandu jgħarraf

b’dan lill-partijiet notifikanti jew lir-rappreżentanti tagħhom bil-miktub

u mingħajr ebda dewmien. In-notifika ssir biss effettiva fid-data meta

tiġi riċevuta l-informazzjoni kompleta u preċiża mid-Direttur Ġenerali u

d-dritt tan-notifika jkun ġie debitament mħallas.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

(e) Ir-regolament

13(1)

tar-Regolamenti

dwar

il-Kontroll

ta’

Konċentrazzjonijiet jipprovdi li meta tingħata bil-ħsieb jew

b’negliġenza informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa, il-parti jew

partijiet notifikanti li jagħtuha jistgħu jeħlu li jħallsu penali ta’ mhux

anqas minn elf euro (€1,000) u mhux iżjed minn għaxart elef euro

(€10,000). Iżjed minn hekk, konformi mar-regolament 8(5) tar-

Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet, id-Direttur

Ġenerali jista’ wkoll jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kompatibilità

ta’ konċentrazzjoni notifikata meta din tkun imsejsa fuq informazzjoni

mhux korretta li dwarha tkun responsabbli xi waħda mill-intrapriżi.

(f)

Tista’ titlob li d-Direttur Ġenerali jaċċetta li n-notifika tkun kompleta

minkejja n-nuqqas li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa b’din il-

Formola, jekk dik l-informazzjoni ma tkunx raġonevolment disponibbli

f’parti minnha jew kollha kemm hi (per eżempju, minħabba fin-nuqqas

ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni fuq kumpannija fil-mira matul

offerta kkontestata).

Id-Direttur Ġenerali jikkonsidra talba bħal din, sakemm tagħti r-

raġunijiet tiegħek għaliex ikun hemm nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ l-

informazzjoni, u tipprovdi l-aħjar valutazzjonijiet li jkollok għat-tagħrif

li jonqos flimkien ma’ l-għejjun għal dawk il-valutazzjonijiet. Meta

jkun possibbli, għandhom jingħataw ukoll indikazzjonijiet dwar minn

fejn tkun tista’ tinkiseb mid-Direttur Ġenerali xi informazzjoni mitluba

li ma tkunx disponibbli.

(g) Tista’ titlob li d-Direttur Ġenerali jaċċetta li n-notifika titqies kompleta

minkejja n-nuqqas li tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa b’din il-

Formola, jekk int tikkonsidra li xi informazzjoni partikolari mitluba

b’din il-Formola, fil-verżjoni tal-formola sħiħa jew imqassra tagħha,

tista’ ma tkunx meħtieġa biex id-Direttur Ġenerali jagħmel eżami tal-

każ.

Id-Direttur Ġenerali jikkonsidra talba bħal din, sakemm int tagħti

raġunijiet għaliex dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti u meħtieġa fl-

istharriġli jkun qed isir fl-operazzjoni notifikata. Tista’ tispjega dan

matul il-kuntatti ta’ prenotifika li int tagħmel mad-Direttur Ġenerali u,

jew fin-notifika tiegħek u ssaqsi lid-Direttur Ġenerali jeżentak mill-

obbligu li tipprovdi dik l-informazzjoni.

Notifika fil-forma l-qasira

(a) F’każijiet meta joint venture ma jkollha ebda attività, jew xi attività de

minimis, attwali jew prevista, ġewwa t-territorju ta’ Malta, d-Direttur

Ġenerali għandu jippermetti notifika ta’ l-operazzjoni permezz tal-

forma l-qasira. Tali każijiet jiġru meta jinkiseb kontroll konġunt minn xi

żewġintrapriżi jew aktar, u meta

it-turnover * tal-joint venture u, jew # it-turnover ta’ l-attivitajiet

(i)

*It-turnover tal-joint venture għandu jkun stabbilit skond il-kontijiet verifikati tal-kumpanniji prin`ipali l-

aktar re`enti, jew tal-joint venture nnifisha, skond id-disponibilità ta’ kontijiet separati għar-riżorsi

kombinati fil-joint venture.

#Il-frażi "u, jew" "tirreferi għall-varjetà ta’ sitwazzjonijiet koperti bil-formola mqassra; per eżempju

- fil-każ ta’ l-akkwist konġunt ta’ kumpannija fil-mira, it-turnover li għandu jitqies ħuwa t-turnover ta’ din

il-kumpanija fil-mira (il-joint venture),

- fil-każ tal-formazzjoni ta’ joint venture li għaliha l-kumpanniji prin`ipali jikkontribwixxu l-attvitajiet

tagħhom, it-turnover li għandu jitqies hu dak li jirreferixxi għall-attivitajiet kontribwiti,

- fil-każ tad-dħul ta’ parti ġdida li għandha kontroll f’joint venture eżistenti it-turnover tal-joint venture u t-

turnover relattivi għall-attivitajiet kontribwiti mill-kumpannija prin`ipali l-ġdida (jekk hemm) għandhom

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

kontribwiti, ikun inqas minn €698,812.02 fit-territorju ta’ Malta;

u

(ii) il-valur totali * ta’ kull attiv trasferit lill-joint venture ikun inqas

minn €698,812.02 fit-territorju ta’ Malta # .

(b) Jekk tqis li l-operazzjoni li għandha tiġi notifikata tkun skond dawn il-

kwalifiki, tista’ tispjega dan fin-notifika li tagħmel u titlob lid-Direttur

Ġenerali jeżentak mill-obbligu li tipprovdilu n-notifika fil-forma sħiħa,

u li jippermettilek tinnotifikah permezz tal-forma mqassra.

(ċ) In-notifika fil-forma mqassra tippermetti lill-partijiet notifikanti

jillimitaw l-informazzjoni pprovduta fin-notifika għal dawn is-

sezzjonijiet u mistoqsijiet li ġejjin

-

Sezzjoni 1,

-

Sezzjoni 2, ħlief mistoqsijiet 2.1 (a), (b) u (d),

-

Sezzjoni 3, biss mistoqsijiet 3.1 u 3.2 (a),

-

Sezzjoni 5, biss mistoqsijiet 5.1 u 5.3,

-

Sezzjoni 6,

-

Sezzjoni 10,

-

Sezzjoni 11 (b’għażla għall-konvenjenza tal-partijiet), u

-

Sezzjoni 12,

-

l-akbar ħames klijenti indipendenti, l-akbar ħames fornituri

indipendenti, u l-akbar ħames kompetituri fis-swieq fejn il-joint

venture se tkun attiva. Agħti l-isem, l-indirizz, numru tat-telefon,

numru tal-fax u l-persuna adatta ma’ min jista’ jsir kuntatt ta’ kull

tali klijent, fornitur u kompetitur.

(d) Iżjed minn hekk, għar-rigward tas-swieq milquta kif imfissra fis-

Sezzjoni 6, indika għat-territorju ta’ Malta u fejn ikun differenti, fil-

fehma tal-partijiet notifikanti, għas-suq ġeografiku rilevanti, il-bejgħ

fil-valur u l-volum, kif ukoll l-ishma fis-suq, għas-sena preċedenti l-

operazzjoni.

(e) Id-Direttur Ġenerali jista’ jeħtieġnotifika sħiħa jew, meta jkun hekk

adatt, parzjali taħt il-Formola NK meta

-

l-operazzjoni notifikata ma tkunx tilħaq l-għetiebi għall-forma

mqassra, jew

-

din tkun tidher li hi meħtieġa għal investigazzjoni adegwata għar-

rigward tal-problemi ta’ kompetizzjoni li jkunu possibbli.

F’każijiet bħal dawk, in-notifika tista’ titqies bħala inkompleta f’xi aspett

m a t e r j a l i . I d - D i r e t t u r Ġ e n e r a l i j i n f o r m a l i l l - p a r t i j i e t n o t i f i k a n t i j e w l i r-

rappreżentanti tagħhom b’dan bil-miktub u mingħajr ebda dewmien u għandu

jistabbilixxi terminu għall-preżentata ta’ notifika sħiħa jew, meta jkun hekk adatt,

waħda parzjali. Dik in-notifika ssir biss waħda effettiva fid-data meta tasal kull

informazzjoni meħtieġa.

D.

Min għandu d-dmir li jinnotifika

*Il-valur totali ta’ l-attiv tal-joint venture għandu jkun stabbilit skond il-karta tal-bilan` li tkun l-aħħar

ġiet regolarment imħejjija u approvata ta’ kull kumpannija prin`ipali. Il-frażi "attiv" tinkludi: (1) kull attiv

tanġibbli u mhux tanġibbli li jkun se jiġi trasferit lill-joint venture (eżempji ta’ attiv tanġibbli jinkludu

impjanti ta’ produzzjoni, postijiet ta’ bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut, u l-inventarju ta’ oġġetti), u (2) kull

ammont ta’ kreditu jew kull obbligu tal-joint venture li xi kumpannija prin`ipali tal-joint venture tkun

qablet li testendi jew tiggarantixxi.

#Meta l-assi trasferiti jiġġeneraw turnover, il-valur ta’ l-assi jew tat-turnover ma jistax je``edi €698,812.02.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

Fil-każ ta’ amalgamazzjoni jew l-akkwist ta’ kontroll konġunt f’intrapriża

fl-ambitu tat-tifsira tar-regolament 2(d) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’

Konċentrazzjonijiet, in-notifika għandha timtela b’mod kunġunt mill-partijiet fl-

amalgamazzjoni jew minn dawk li jkunu qed jiksbu kontroll konġunt skond ma jkun

il-każ.

Fil-każ li l-akkwist ta’ xi interess ta’ kontroll f’intrapriża jsir minn

intrapriża oħra, l-akkwirent għandu jimla n-notifika.

Fil-każ ta’ offerta pubblika għall-akkwist ta’ intrapriża, l-offerent għandu

jimla n-notifika.

Kull parti li timla n-notifika tkun responsabbli għall-eżattezza ta’ l-

informazzjoni li tipprovdi.

E.

Kif issir in-notifika

L-informazzjoni mitluba b’din il-Formola għandha titniżżel skond kif

inhuma s-sezzjonijiet u n-numri tal-paragrafi tal-Formola, billi tiġi ffirmata

dikjarazzjoni kif provdut fis-Sezzjoni 12, u tintehmeż kull dokumentazzjoni relatata.

Id-dokumenti relatati jistgħu jkunu l-oriġinal jew kopji ta’ l-oriġinal. F’dan

l-aħħar każ, il-parti notifikanti għandha tikkonferma li dawn ikunu veri kopji u

kompleti.

Għandhom jiġu pprovduti oriġinal wieħed u żewġkopji tal-Formola NK u ta’

kull dokument relatat.

In-notifika għandha tintbagħat lid-Direttur Ġenerali fil-ġranet tax-xogħol

f’dan l-indirizz li ġej

Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni

Mizzi House

Triq Nazzjonali

Blata l-Bajda HMR 9010

Malta

F.

Konfidenzjalità

Ir-regolament 15 tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet,

jeħtieġli d-Direttur Ġenerali u l-uffiċjali pubbliċi impjegati ma’ jew li jkunu qed

jaqdu dmirijiethom fl-Uffiċċju u konsulenti b’kuntratt mal-Uffiċċju ma jiżvelaw

ebda informazzjoni li jkunu kisbu permezz ta’ l-applikazzjoni tar-regolamenti tax-

xorta koperta bl-obbligazzjoni ta’ segretezza professjonali. L-istess prinċipju għandu

wkoll japplika sabiex tiġi protetta kull konfidenzjalità bejn il-partijiet notifikanti.

Jekk taħseb li l-interessi tiegħek jittiefsu jekk xi parti mill-informazzjoni li

tinsab mitlub tagħti kellha tiġi ppubblikata jew xort’oħra imxerrda lil xi partijiet

oħra, ibgħat din l-informazzjoni separatament ma’ kull paġna mmarkata b’mod ċar

bħala "Sigrieti Kummerċjali". Għandek ukoll tagħti r-raġunijiet il-għaliex din l-

informazzjoni ma għandhiex tiġi mxerrda jew ippubblikata.

Fil-każ ta’ amalgamazzjonijiet jew akkwisti konġunti, jew f’każijiet oħra

meta n-notifika timtela minn iktar minn waħda mill-partijiet, is-sigrieti kummerċjali

jistgħu jiġu ppreżentati separatament għalihom weħidhom, u jissemmew fin-notifika

bħala anness. Kull anness bħal dan għandu jkun inkluż fis-sottomissjoni biex

notifika tkun tista’ titqies bħala waħda kompleta.

G.

Tifsiriet u istruzzjonijiet għall-finijiet ta’ din il-Formola

Parti jew partijiet notifikanti: f’każijiet meta notifika tiġi ppreżentata minn

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

waħda biss mill-intrapriżi li tkun parti għall-operazzjoni, "il-partijiet notifikanti"

tintuża biex tirreferi biss għall-intrapriża li tkun qegħda attwalment tissottometti n-

notifika.

Parti (partijiet) fil-konċentrazzjoni: dawn il-frażijiet jirrelataw kemm għall-

partijiet akkwirenti kif ukoll għal dawk akkwiżiti, jew għall-partijiet amalgamanti,

inklużi l-intrapriżi kollha fejn ikun qed jiġi akkwiżit interess ta’ kontroll jew fejn

dan ikun is-suġġett ta’ offerta pubblika.

ħlief meta jiġi xort’ohra speċifikat, il-frażijiet "parti (partijiet) notifikanti" u

"parti (partijiet) fil-konċentrazzjoni" jinkludu l-intrapriżi kollha li jappartjenu lill-

istess gruppi bħal dawk il-"partijiet".

Swieq milquta: Is-Sezzjoni 6 ta’ din il-Formola teħtieġli l-partijiet

notifikanti jiddefinixxu s-suq ta’ prodotti rilevanti, u iktar minn hekk jidentifikaw

liema minn dawk is-swieq rilevanti x’aktarx li huma milquta bl-operazzjoni

notifikata. Din it-tifsira ta’ suq milqut hija użata bħala l-bażi għall-ħtieġa ta’

informazzjoni għal għadd ta’ mistoqsijiet oħra li jinsabu f’din il-Formola. It-tifsiriet

li jiġu hekk ippreżentati mill-partijiet notifikanti huma msemmija f’din il-Formola

bħala s-swieq milquta. Din il-frażi tista’ tirreferi għal suq rilevanti magħmul jew

minn prodotti jew minn servizzi.

Sena: kull referenza għall-kelma "sena" f’din il-Formola għandha tiftiehem

bħala sena kalendarja, kemm-il darba ma jingħadx xort’oħra. Kull informazzjoni

mitluba f ’din il-Formola għandha, kemm-il darba xort’oħra speċifikat, tkun

tirrigwarda s-sena li tiġi qabel dik tan-notifika.

Kull referenza li tinsab f’din il-Formola hi għar-regolamenti rilevanti tar-

Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet, kemm-il darba ma jingħadx

xort’oħra.

H.

Rabtiet wara n-notifika

Il-partijiet notifikanti jistgħu wara n-notifika, sa tmiem il-ħames ġimgħa li

taħbat wara l-jum meta tasal in-notifika, jippreżentaw rabtiet lid-Direttur Ġenerali

bil-għan li jirrendu l-konċentrazzjoni leġittima skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn

ir-regolamenti. Wara li jgħaddi dan iż-żmien ta’ ħames ġimgħat dawn jistgħu jitolbu

li jitwaqqaf iż-żmien għal perjodu ta’ tliet ġimgħat sabiex tiġi diskussa proposta ta’

rabta ġdida jew sostanzjalment riveduta imma jkun fid-diskrezzjoni tad-Direttur

Ġenerali jekk għandux jilqa’ jew le din it-talba. Dawn jistgħu wkoll jippreżentaw

rabtiet lid-Direttur Ġenerali matul it-tieni fażi ta’ l-investigazzjonijiet wara li huwa

jiddeċiedi li l-konċentrazzjoni tkun tqajjem dubbji serji dwar il-leġittimità tagħha

skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u jibda proċedimenti sa mhux

aktar tard minn tmiem it-tielet xahar li jiġi wara l-bidu tal-proċedimenti. Matul dan

il-perjodu dawn jistgħu wkoll jitolbu li ż-żmien jitwaqqaf għal perjodu ta’ mhux

aktar minn xahar sabiex jitqies sew x’ikunu jinvolvu dawk ir-rabtiet, liema talba d-

Direttur Ġenerali jista’ biss jirrifjuta f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

I.

Dritt dwar in-Notifika

Għandu jitħallas dritt ta’ €163.06 minn kull parti li tkun qegħda tagħmel in-

notifika meta tkun qegħda tiġi ppreżentata l-formola ta’ notifika mimlija kif imiss.

SEZZJONI 1

Informazzjoni Bażi

Informazzjoni dwar il-parti (jew partijiet) * notifikanti

1.1.

Agħti dettalji dwar

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

l-isem u l-indirizz ta’ l-intrapriża;

ix-xorta ta’ kummerċ ta’' l-intrapriża;

1.1.3. l-isem, l-indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u, jew telex ta’, u l-

posizzjoni li jkollha, l-persuna adatta li magħha jista’ jsir kuntatt.

Informazzjoni dwar partijiet oħra fil-konċentrazzjoni

Ghal kull parti fil-konċentrazzjoni (ħlief il-parti jew partijiet notifikanti)

agħti dettalji dwar

l-isem u l-indirizz ta’ l-intrapriża;

ix-xorta ta’ kummerċ ta’ l-intrapriża;

1.2.3. l-isem, l-indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u, jew telex ta’, u l-

posizzjoni li jkollha l-persuna adatta.

L-indirizz fejn isiru n-notifiki

Agħti l-indirizz fejn tkun tista’ ssir kull komunikazzjoni u jintbagħtu d-

dokumenti.

ħatra ta’ rappreżentanti

Meta notifiki jkunu ffirmati mir-rappreżentanti ta’ intrapriżi, dawk ir-

rappreżentanti għandhom iġibu prova bil-miktub li jkunu awtorizzati jaġixxu.

Jekk tkun qed tiġi ppreżentata notifika konġunta, ġie maħtur xi

rappreżentant konġunt?

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji mitluba fis-Sezzjonijiet 1.4.1 sa

Jekk le, jekk jogħġbok agħti dettalji ta’ informazzjoni dwar dawk ir-

rappreżentanti li ġew awtorizzati jaġixxu għal kull waħda mill-partijiet fil-

konċentrazzjoni, filwaqt li tindika min ikunu jirrappreżentaw

l-isem ta’ rappreżentant;

l-indirizz ta’ rappreżentant;

1.4.3. l-isem ta’ persuna li għandha tiġi kkuntattjata (u l-indirizz, jekk dan ikun

differenti minn 1.4.2);

numru tat-telefon, numru tal-fax u, jew telex.

SEZZJONI 2

Dettalji tal-konċentrazzjoni

Iddeskrivi x-xorta tal-koncentrazzjoni li tkun qed tiġi notifikata. Meta

tkun qed tagħmel dan għid

(a) jekk il-konċentrazzjoni proposta tkunx amalgamazzjoni totali legali,

akkwist ta’ kontroll uniku jew konġunt, joint venture b’funzjoni sħiħa

fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-ewwel proviso tar-regolament 2(d) tar-

Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet, jew kuntratt jew

xi mezz ieħor ta’ għoti ta’ kontroll dirett jew indirett fl-ambitu tat-tifsira

tar-regolament

2(d)

tar-Regolamenti

dwar

il-Kontroll

ta’

Konċentrazzjonijiet;

*Dawn jinkludu l-kumpannija fil-mira fil-każ ta’ offerta kkontestata, f’liema każ id-dettalji għandhom jiġu

mimlija daqskemm dan ikun possibbli.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

(b) jekk humiex il-partijiet kollha jew biċċiet minnhom li jkunu suġġetti

għall-konċentrazzjoni;

(ċ) spjegazzjoni qasira ta’ l-istruttura ekonomika u finanzjarja tal-

konċentrazzjoni;

(d) jekk xi offerta pubblika għat-titoli ta’ parti waħda minn parti oħra

ikollhiex l-appoġġtal-bord ta’ diretturi ta’ dan ta’ l-ewwel jew ta’ korpi

oħra li jkunu legalment jirrappreżentaw lil dik il-parti;

(e) id-data proposta jew mistennija ta’ avvenimenti maġġuri intiżi li jġibu t-

tlestija tal-konċentrazzjoni;

(f)

l-istruttura proposta ta’ proprjetà u kontroll wara t-tlestija tal-

konċentrazzjoni;

(g) kull appoġġfinanzjarju jew ta’ xort’oħra li jiġi riċevut minn liema sorsi

tkun (inklużi awtoritajiet pubbliċi) minn xi waħda mill-partijiet u x-

xorta u l-ammont ta’ dan l-appoġġ.

Elenka s-setturi ekonomici involuti fil-konċentrazzjoni

Għal kull waħda mill-intrapriżi involuti fil-koncentrazzjoni agħti dan it-

tagħrif li ġej għas-sena finanzjarja li għaddiet

turnover fid-dinja kollha;

turnover f’Malta.

SEZZJONI 3

Proprjetà u kontroll

Għal kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni agħti lista ta’ kull

intrapriża li tappartjeni lill-istess grupp.

Din il-lista għandha tinkludi

kull intrapriża jew persuna li tikkontrolla dawn il-partijiet, direttament

jew indirettament;

kull intrapriża attiva fuq xi suq milqut li hija kkontrollata, direttament jew

indirettament

(a) minn dawn il-partijiet;

(b) minn xi intrapriża oħra identifikata fi 3.1.

Għal kull reġistrazzjoni elenkata hawn qabel, ix-xorta u l-mezzi ta’

kontroll għandhom ikunu speċifikati.

L-informazzjoni miksuba f’din is-sezzjoni tista’ tintwera bl-użu ta’ charts

ta’ organizzazzjoni jew ta’ dijagrammi li jkunu juru l-istruttura ta’ proprjetà u

kontroll ta’ intrapriżi.

SEZZJONI 4

Rabtiet personali u finanzjarji u akkwisti li jkunu saru qabel

Għar-rigward tal-partijiet fil-konċentrazzjoni u ta’ kull intrapriża jew

persuna identifikata b’risposta għas-Sezzjoni 3, agħti

lista ta’ kull intrapriża oħra li tkun attiva fuq is-swieq milquta (swieq

milquta huma mfissra fis-Sezzjoni 6) * fejn l-intrapriżi, jew persuni, tal-grupp

ikollhom individwalment jew kollettivament 10% jew aktar tad-drittijiet ta’ vot,

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

kapital azzjonarju maħruġjew titoli oħra;

f’kull każ identifika d-detentur u għid xi jkun il-perċentaġġli jkollu

4.2.

lista għal kull intrapriża tal-membri tal-bordijiet ta’ diretturi li jkunu

wkoll membri tal-bordijiet ta’ diretturi jew tal-bordijiet ta’ sorveljanza ta’ xi

intrapriża oħra li tkun attiva fuq swieq milquta; u (meta dan japplika) għal kull

intrapriża, lista tal-membri tal-bordijiet ta’ sorveljanza tagħhom li jkunu wkoll

membri tal-bordijiet ta’ diretturi ta’ xi intrapriża oħra li tkun attiva fuq swieq

milquta;

f’kull każ identifika l-isem ta’ l-intrapriża l-oħra u l-pożizzjonijiet

miżmuma;

4.3.

dettalji ta’ akkwisti magħmulin matul l-aħħar tliet snin mill-gruppi

identifikati hawn qabel (Sezzjoni 3) ta’ intrapriżi attivi fi swieq milquta kif imfissra

fis-Sezzjoni 6.

Informazzjoni pprovduta hawnhekk tista’ tiġi illustrata bl-użu ta’ charts

ta’ organizzazzjoni jew ta’ dijagrammi sabiex din tkun tista’ tiftiehem aħjar.

SEZZJONI 5

Dokumentazzjoni rilevanti

Il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu dan li ġej

5.1.

kopji tal-verżjonijiet finali jew dawk l-aktar reċenti ta’ kull dokument li

jwassal għall-konċentrazzjoni, sew bi qbil bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni,

akkwist ta’ interess ta’ kontroll jew offerta pubblika;

5.2.

f’offerta pubblika, kopja tad-dokument ta’ l-offerta; jekk dan ma jkunx

disponibbli filwaqt tan-notifika, din għandha tiġi ppreżentata kemm jista’ jkun

malajr u mhux aktar tard minn meta dan jiġi mibgħut bil-posta lill-azzjonisti;

5.3.

kopji tar-rapporti annwali l-aktar reċenti u tal-kontijiet tal-partijiet kollha

fil-konċentrazzjoni;

5.4.

meta jiġi identifikat mill-inqas suq milqut wieħed

kopji ta’ l-analiżi, rapporti, studji u surveys ippreżentati lil jew ippreparati

għal xi membru(i) tal-bord ta’ diretturi, tal-bord ta’ sorveljanza, jew tal-laqgħa ta’ l-

azzjonisti bil-għan li tiġi valutata jew stmata l-konċentrazzjoni għar-rigward ta’

kondizzjonijiet kompetittivi, kompetituri (attwali u potenzjali), u l-kondizzjonijiet

tas-suq.

SEZZJONI 6

Tifsiriet dwar is-suq

Il-prodott rilevanti u swieq ġeografiċi jistabbilixxu l-iskop li fl-ambitu

tiegħu għandha tkun valutata l-qawwa tas-suq ta’ l-entità l-ġdida kif tirriżulta mill-

konċentrazzjoni.

Il-parti jew partijiet notifikanti għandhom jipprovdu t-tagħrif mitlub fil-

qjies ta’ dawn it-tifsiriet li ġejjin

I.

Swieq rilevanti għall-Prodotti

Suq rilevanti għall-prodott jinkludi fih kull prodott u, jew servizz li

*Ara is-Sezzjoni 6 għat-tifsira ta’ swieq milquta.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

jitqiesu li huma skambjabbli jew sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba fil-

karatteristiċi tal-prodotti, l-prezzijiet tagħhom u l-użu li jkunu maħsubin għalihom.

Suq rilevanti għall-prodott jista’ f’xi każijiet ikun magħmul minn għadd ta’ prodotti

u, jew servizzi individwali li jkunu jippreżentaw karatteristiċi bilwisq fiżikament

jew teknikament identiċi u li jkunu skambjabbli.

Fatturi rilevanti għall-valutazzjoni tas-suq rilevanti għall-prodott jinkludu

l-analiżi dwar ir-raġuni għaliex ikunu inklużi il-prodotti jew is-servizzi f’dawn is-

swieq u għaliex oħrajn ikunu esklużi billi tintuża tifsira hawn qabel mogħtija, u billi

jitqiesu, per eżempju, is-sostitwibbilità tagħhom, il-kondizzjonijiet tal-

kompetizzjoni, il-prezzijiet, l-elastiċità bejn prezz u ieħor tad-domanda jew fatturi

rilevanti oħra għat-tifsira tas-swieq ta’ prodott.

II.

Swieq ġeografici rilevanti

Is-suq ġeografiku rilevanti jinkludi l-area fejn l-intrapriżi inkwistjoni

huma involuti fil-provvista u d-domanda ta’ prodotti jew servizzi rilevanti, fejn il-

kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni ikunu biżżejjed jixxiebħu u li jistgħu jkunu distinti

minn arei ġeografiċi fil-qrib għaliex, b’mod partikolari, il-kondizzjonijiet tal-

kompetizzjoni ikunu differenti b’mod apprezzabbli f’dawk l-arei.

Fatturi rilevanti għall-valutazzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti jinkludu x-

xorta u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi inkwistjoni, l-eżistenza ta’

impedimenti għad-dħul, preferenzi tal-konsumatur, differenzi apprezzabbli fis-

sehem ta’ l-intrapriżi fis-swieq bejn arei ġeografiċi fil-qrib jew differenzi sostanzjali

fil-prezz.

III.

Swieq milquta

Għall-finijiet ta’ l-informazzjoni meħtieġa f’din il-Formola, swieq

milquta jikkonsistu fi swieq rilevanti għall-prodotti fejn, fit-territorju ta’ Malta jew

f’xi parti rilevanti minnu

(a) xi żewġjew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu qed iwettqu

attivitajiet kummerċjali fl-istess suq għall-prodott u fejn il-

konċentrazzjoni tkun twassal għal sehem kombinat fis-suq ta’ 15% jew

aktar. Dawn ir-relazzjonijiet huma orizzontali;

(b) xi parti waħda jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu qed iwettqu

attivitajiet kummerċjali f’suq għal prodott, li jkun fil-linja ’l fuq jew fil-

linja ’l isfel ta’ suq għal prodott fejn parti oħra fil-konċentrazzjoni tkun

ukoll qed twettaq kummerċ, u xi wieħed mis-sehem fis-swieq

individwali jew kombinat tagħhom ikun ta’ 25% jew aktar, mingħajr ma

jittieħed kont ta’ sew jekk ikunx hemm jew ma jkunx hemm xi

relazzjonijiet eżistenti ta’ fornitur/klijent bejn il-partijiet fil-

konċentrazzjoni. Dawn ir-relazzjonijiet huma vertikali.

Abbażi tat-tifsiriet hawn qabel mogħtija u tal-għetiebi ta’ ishma fis-suq,

identifika kull suq milqut fl-ambitu tat-tifsira tas-Sezzjoni III.

IV.

Swieq relatati għal swieq milquta fl-ambitu tat-tifsira tas-Sezzjoni III

6.2.

Iddeskrivi is-swieq rilevanti għall-prodotti u s-swieq ġeografiċi

ikkonċernati bl-operazzjoni notifikata, li huma relatati mill-qrib mas-suq (swieq)

milqut(a) (fil-linja ’l fuq, fil-linja ’l isfel u swieq orizzontali fil-qrib), fejn xi waħda

mill-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu attivi u li ma jkunux fihom infushom swieq

milquta fl-ambitu tat-tifsira tas-Sezzjoni III.

V.

Swieq mhux milquta

6.3.

Fil-każ li ma jkunx hemm swieq milquta fl-ambitu tat-tifsira tas-Sezzjoni

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

6.1, iddeskrivi il-prodott u l-iskop ġeografiku tas-swieq li fuqhom l-operazzjoni

notifikata ikun se jkollha impatt.

SEZZJONI 7

Informazzjoni fuq swieq milquta

Għal kull suq rilevanti għall-prodott milqut, għal kull waħda mill-aħħar

tliet snin finanzjarji, agħti dan li ġej

7.1.

stima tad-daqs totali tas-suq skond il-valur tal-bejgħ (f’euro) u volum

(unitajiet) * . Indika l-bażi u s-sorsi għall-kalkoli li għamilt u ġib dokumenti meta

dawn ikunu disponibbli sabiex tikkonferma dawn il-kalkoli;

7.2.

il-bejgħ skond il-valur u l-volum, kif ukoll stima ta’ l-ishma fis-suq, ta’

kull parti fil-konċentrazzjoni;

7.3.

stima tas-sehem tas-suq fil-valur (u meta adatt il-volum) tal-kompetituri

(inklużi importaturi) li jkollhom mill-anqas 10 % tas-suq ġeografiku li jkun qed jiġi

kkunsidrat. Agħti dokumenti meta disponibbli għall-konferma tal-kalkolu ta’ dawn l-

ishma fis-swieq u agħti l-isem, l-indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u tal-

persuna adatta li magħha jista’ jsir kuntatt, ta’ dawn il-kompetituri’

7.4.

stima tal-valur totali u volum u sors ta’ importazzjonijiet f’Malta u

identifika

(a) il-proporzjon ta’ dawk l-importazzjonijiet li jinkisbu mill-gruppi li

jkunu jappartjenu għalihom il-partijiet fil-konċentrazzjoni;

(b) stima tal-grad sa fejn xi kwoti, imblokki tariffarji jew mhux tariffarji

għall-kummerċ, li jkunu jolqtu dawn il-importazzjonijiet, u

(ċ) stima tal-grad sa fejn it-trasport u spejjeż oħra jkunu jolqtu dawn l-

importazzjonijiet;

7.5.

il-mod kif il-partijiet fil-konċentrazzjoni jipproduċu u jbiegħu l-prodotti

u, jew servizzi; per eżempju, jekk ikunux jimmanifatturaw lokalment, jew jekk ikunu

jbiegħu permezz ta’ faċilitajiet ta’ distribuzzjoni lokali;

7.6.

ix-xorta u l-grad sa fejn ikun hemm integrazzjoni vertikali ta’ kull parti

fil-konċentrazzjoni paragunata ma’ l-akbar kompetituri tagħhom.

SEZZJONI 8

Kondizzjonijiet ġenerali fis-swieq milquta

Identifika l-ħames l-akbar fornituri indipendenti # lill-partijiet u l-ishma

8.1.

individwali tagħhom ta’ xirjiet mingħand kull wieħed minn dawn il-fornituri (ta’

materja prima jew ħwejjeġużati għall-finijiet li jipproduċu l-prodotti rilevanti).

Agħti l-isem, l-indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u l-persuna adatta li

magħha jista’ jsir kuntatt, ta’ dawn il-fornituri.

*Il-valur u l-volum ta’ suq għandhom ikunu jirriflettu l-ħruġnieqes l-esportazzjonijiet flimkien ma’ l-

importazzjonijiet għall-arei ġeografi`i li jkunu qegħdin jitqiesu.

#Jiġifieri fornituri li ma jkunux sussidjarji, aġenti jew intrapriżi li jifformaw parti mill-grupp tal-parti

inkwistjoni. B’żjieda ma’ dawk il-ħames fornituri indipendenti il-partijiet notifikanti jistgħu, jekk ikunu

jqisu li jkun hekk meħtieġgħall-eżami xieraq tal-każ, jidentifikaw il-fornituri fi ħdan il-grupp. L-istess

japplika fi 8.5 għar-rigward ta’ klijenti.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

Struttura ta’ provvista fis-swieq milquta

8.2.

Spjega l-kanali ta’ distribuzzjoni u n-nisġa ta’ servizzi li jeżistu fis-swieq

milquta. Meta tkun qed tagħmel dan, qis dan li ġej meta jkun hekk adatt

(a) is-sistemi ta’ distribuzzjoni li jipprevalixxu fis-suq u l-importanza

tagħhom. Sa liema grad id-distribuzzjoni tkun qed issir minn terzi u,

jew intrapriżi li jappartjenu għall-istess grupp bħall-partijiet identifikati

fis-Sezzjoni 3?

(b) in-nisġiet ta’ servizz (per eżempju, manutenzjoni u tiswija) li jipprevalu

u l-importanza tagħhom f’dawn is-swieq. Sa liema grad huma dawn is-

servizzi mwettqa minn terzi u, jew intrapriżi li jappartjenu għall-istess

grupp bħall-partijiet identifikati fis-Sezzjoni 3?

8.3.

Meta jkun adatt, agħti stima tal-kapaċità totali ma’ Malta kollha għall-

aħħar tliet snin. Matul dan il-perjodu xi proporzjon ta’ din il-kapaċità jgawdu kull

wieħed mill-partijiet fil-konċentrazzjoni, u x’kienu r-rati rispettivi tagħhom ta’

utilizzazzjoni ta’ kapaċità.

8.4.

Jekk tqis li xi konsiderazzjonijiet oħra daparti tal-provvista huma

rilevanti, dawn għandhom jiġu speċifikati.

Struttura ta’ domanda fis-swieq milquta

8.5.

Identifika l-ħames l-akbar klijenti indipendenti tal-partijiet f’kull suq

milqut u s-sehem individwali tagħhom fil-bejgħ totali għal dawk il-prodotti għal kull

wieħed minn dawk il-klijenti. Agħti l-isem, l-indirizz, numru tat-telefon, numru tal-

fax u l-persuna adatta li magħha jista’ jsir kuntatt, ta’ kull wieħed minn dawn il-

klijenti.

8.6.

Spjega l-istruttura ta’ domanda skond

(a) il-fażijiet tas-swieq skond, per eżempju, il-bidu, espansjoni, maturità u

tnaqqis, u previżjoni tar-rata ta’ tkabbir tad-domanda;

(b) l-importanza tal-preferenzi tal-klijenti skond il-lealtà li jkollhom lejn it-

tikketta, id-differenzazzjoni bejn il-prodotti u l-provvista ta’ medda

sħiħa ta prodotti;

(ċ) il-grad ta’ konċentrazzjoni jew dispersjoni ta’ klijenti;

(d) is-segmentazzjoni ta’ klijenti fi gruppi differenti b’deskrizzjoni tal-

"klijent tipiku" ta’ kull grupp;

(e) l-importanza ta’ kuntratti ta’ distribuzzjoni esklużiva u tipi oħra ta’

kuntratti għal żmien twil;

(f)

il-grad sa fejn l-awtoritajiet pubbliċi, aġenziji tal-gvern, intrapriżi

statali jew korpi simili jkunu parteċipanti importanti bħala sors ta’

domanda.

Dħul fis-suq

8.7.

Matul dawn l-aħħar ħames snin, kien hemm xi dħul sinifikattiv f’xi swieq

milquta. Jekk ir-risposta hi "iva", agħti meta possibbli l-isem, l-indirizz, numru tat-

telefon, numru tal-fax u l-persuna adatta tagħhom li magħha jista’ jsir kuntatt, u

stima tas-sehem tagħhom korrenti fis-swieq.

8.8.

Fil-fehma tal-partijiet notifikanti hemm xi intrapriżi (inklużi dawk li fil-

preżent joperaw biss barra mis-suq Malti) li x’aktarx jidħlu fis-suq. Jekk ir-risposta

hi "iva", jekk jogħġbok spjega għaliex u identifika lil dawk li se jidħlu bl-isem, l-

indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u l-persuna adatta li magħha jista’ jsir

kuntatt, u sa meta taħseb li dak id-dħul x’aktarx jiġri.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

8.9.

Iddeskrivi d-diversi fatturi li jinfluwenzaw id-dħul fi swieq milquta li

jeżistu fil-każ preżenti, wara li teżamina d-dħul mill-aspett kemm ġeografiku u tal-

prodott. Meta tkun qed tagħmel dan, qis dan li ġej meta jkun adatt

(a) l-ispejjeż totali tad-dħul (riċerka u żvilupp, twaqqif ta’ sistemi ta’

distribuzzjoni, promozzjoni, reklamar, manutenzjoni, eċċ.) fuq skala

ekwivalenti għal kompetitur vijabbli sinifikattiv, filwaqt li tindika s-

sehem fis-suq ta’ dak il-kompetitur;

(b) kwalunkwe imblokki legali jew regolatorji għad-dħul, bħalma huma xi

awtorizzazzjoni governattiva jew it-twaqqif ta’ standards fi kwalunkwe

forma;

(ċ) kwalunkwe restrizzjoni li toriġina mill-eżistenza ta’ privattivi, know-

how u drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali f’dawn is-swieq u

kwalunkwe restrizzjoni li toriġina mil-liċenzjar ta’ drittijiet bħal dawn;

(d) il-grad sa fejn kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu

detenturi ta’ liċenza jew konċedenti ta’ liċenza ta’ privattivi, know-how

u drittijiet oħra fis-swieq rilevanti;

(e) l-importanza ta’ ekonomiji ta’ skala għall-produzzjoni ta’ prodotti fis-

swieq milquta;

(f)

aċċess għal sorsi ta’ provvista, bħalma hi disponibbiltà ta’ materja

prima.

Riċerka u żvilupp

8.10. Agħti rendikont ta’ l-importanza ta’ riċerka u żvilupp fl-ambitu ta’

impriża li tkun qed taħdem fis-suq jew swieq rilevanti biex fl-aħħar mill-aħħar

tikkompeti. Spjega x-xorta ta’ riċerka u żvilupp fis-swieq milquta kif ġestiti mill-

partijiet fil-konċentrazzjoni.

Meta tkun qed tagħmel dan, qis dan li ġej, meta jkun adatt

(a) it-tendenzi u l-intensitajiet * ta' riċerka u żvilupp f’dawn is-swieq u

għall-partijiet fil-konċentrazzjoni;

(b) il-mixja ta’ żvilupp teknoloġiku għal dawn is-swieq tul perjodu ta’

żmien adatt (inklużi żviluppi fi prodotti u, jew servizzi, proċessi ta’

produzzjoni, sistemi ta’ distribuzzjoni, eċċ.);

(ċ) l-akbar innovazzjonijiet li jkunu saru f’dawn is-swieq u l-intrapriżi

responsabbli għal dawn l-innovazzjonijiet;

(d) iċ-ċiklu ta’ innovazzjoni f’dawn is-swieq u fejn l-partijiet ikunu f’dan

iċ-ċiklu ta’ innovazzjoni.

Ftehim ta’ kooperazzjoni

8.11. Kemm jeżistu ftehim ta’ kooperazzjoni (orizzontali jew vertikali) fis-

swieq milquta?

8.12. Agħti dettalji tal-ftehim ta’ kooperazzjoni l-aktar importanti li daħlu

fihom il-partijiet fil-konċentrazzjoni fis-swieq milquta, bħalma huma r-riċerka u l-

i ż v i l u p p , i l - l i ċ e n z j a r, i l - p r o d u z z j o n i k o n ġ u n t a , l - i s p e ċ j a l i z z a z z j o n i , i d -

distribuzzjoni, ftehim fit-tul dwar l-għoti u l-iskambju ta’ informazzjoni.

Għaqdiet ta’ Kummerċ

8.13.

Għar-rigward ta’ għaqdiet ta’ kummerċ fis-swieq milquta

*Intensità ta’ ri`erka u żvilupp hija mfissra bħala n-nefqa għal ri`erka u żvilupp bħala proporzjon tat-

turnover.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

(a) identifika dawk fejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni huma membri;

(b) identifika l-għaqdiet ta’ kummerċ l-aktar importanti li għalihom

jappartjenu l-klijenti u l-fornituri tal-partijiet fil-konċentrazzjoni.

Agħti l-isem, l-indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u l-persuna

adatta li magħha jista’ jsir kuntatt ta’ kull għaqda tal-kummerċ hawn fuq elenkati.

SEZZJONI 9

Informazzjoni ġenerali fuq is-suq

Tagħrif mis-suq fuq aspetti ta’ konglomerazzjoni

Meta xi waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni jkollha individwalment

sehem fis-suq ta’ 25% jew aktar għal xi suq ta’ prodott fejn ma jkun hemm ebda

relazzjoni orizzontali jew vertikali kif hawn fuq deskritt, agħti din l-informazzjoni li

ġejja

9.1.

deskrizzjoni ta’ kull suq ta’ prodott u spjega għaliex il-prodotti u, jew

servizzi f’dawn is-swieq ġew inklużi (u għaliex oħrajn ġew esklużi) minħabba fil-

karatteristiċi tagħhom, il-prezzijiet u l-użu maħsub tagħhom;

9.2.

stima tal-valur tas-suq u l-ishma tas-suq ta’ kull wieħed mill-gruppi li

għalihom jappartjenu l-partijiet għal kull suq ta’ prodott identifikat f ’9.1. għall-

aħħar sena finanzjarja

(a) għat-territorju ta’ Malta;

(b) u, meta differenti, għas-suq ġeografiku rilevanti.

Dehra ġenerali tas-swieq

9.3.

Meta jkun japplika, iddeskrivi l-kuntest ġenerali dinji tal-konċentrazzjoni

proposta, fejn tindika l-posizzjoni ta’ kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni

barra mit-territorju ta’ Malta skond id-daqs u s-saħħa kompetittiva.

Iddeskrivi kif il-konċentrazzjoni proposta x’aktarx li tolqot l-interessi ta’

konsumaturi intermedji u aħħarin u l-iżvilupp ta’ progress tekniku u ekonomiku.

SEZZJONI 10

Effetti ta’ natura koperattiva ta’ joint venture

10. Għall-finijiet tar-regolament 4(3) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’

Konċentrazzjonijiet, jekk jogħġbok irrispondi għal dawn il-mistoqsijiet li ġejjin

(a) Hemm żewġkumpanniji prinċipali jew aktar li għandhom fi grad

sinifikattiv attivitajiet fl-istess suq bħal joint venture jew f’xi suq li

jinsab fil-linja ’l isfel jew fil-linja ’l fuq minn dik tal-joint venture jew

f’xi suq fil-qrib b’rabta qawwija ma’ dan is-suq?

Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jekk jogħġbok indika għal kull wieħed

mis-swieq hawn imsemmija

-

it-turnover ta’ kull kumpannija prinċipali fis-sena finanzjarja

preċedenti;

-

is-sinifikat ekonomiku ta’ l-attivitajiet tal-joint venture dwar dan

it-turnover;

is-sehem fis-suq * ta’ kull kumpannija prinċipali.

-

*Għat tifsiriet dwar is-suq ara s-Sezzjoni 6.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jekk jogħġbok iġġustifika ir-risposta

tiegħek.

(b) jekk ir-risposta għal (a) hi fl-affermattiv u fil-fehma tiegħek il-ħolqien

tal-joint venture ma jwassal għal ebda koordinament bejn intrapriżi

indipendenti li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-

artikolu 5 ta’ l-Att dwar il-Kompetizzjoni, agħti r-raġunijiet tiegħek.

SEZZJONI 11

Affarijiet ġenerali

Restrizzjonijiet anċillari

Jekk il-partijiet fil-konċentrazzjoni, u, jew partijiet oħra involuti (inklużi

l-bejjiegħ u azzjonisti minoritarji), jidħlu f’xi restrizzjonijiet anċillari direttament

r e l a t a t i u m e ħ t i e ġ a g ħ a l l - i m p l i m e n t a z z j o n i t a l - k o n ċ e n t r a z z j o n i , d a w n i r-

restrizzjonijiet jistgħu jkunu valutati flimkien mal-konċentrazzjoni nnifisha.

(a) Identifika kull restrizzjoni anċillari f’kull ftehim provdut man-notifika

li dwarha int titlob valutazzjoni flimkien mal-konċentrazzjoni; u

(b) spjega għaliex dawn ħuma direttament relatati u meħtieġa għall-

implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni.

SEZZJONI 12

Dikjarazzjoni

Meta n-notifiki jkunu ffirmati mir-rappreżentanti ta’ intrapriżi, dawk ir-

rappreżentanti għandhom iġibu prova bil-miktub li jkunu awtorizzati jaġixxu. Dik l-

awtorizzazzjoni bil-miktub għandha tingħata flimkien man-notifika.

In-notifika għandha ttemm b’din id-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tiġi

ffirmata minn jew għan-nom tal-partijiet notifikanti

L-hawn taħt iffirmati jiddikjaraw li sa fejn jafu u jaħsbu l-informazzjoni

mogħtija f’din in-notifika hi vera, korretta, u kompleta, li ġew provduti kopji sħaħ

tad-dokumenti meħtieġa bil-Formola NK, u li kull valutazzjoni jew stima huma

identifikati bħala tali u li dawn huma l-aħjar valutazzjonijiet u stimi tagħhom tal-

fatti sottostanti u li l-fehmiet kollha espressi huma sinċieri.

Huma jafu bid-disposizzjonijiet tar-regolament 13(1) tar-Regolamenti

dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet.

Post u data

Firem

Isem/ismijiet

Għan-nom ta’

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

tkunx teħtieġ xort’oħra -

"Att" tfisser l-Att dwar il-Kompetizzjoni;

"Direttur Ġenerali" tfisser id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)

kif maħtur bl-artikolu 13 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-

Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur;

"għaqda ta’ intrapriżi" tfisser korp ta’ persuni (sew inkorporati

sew mhumiex) li jkun iffurmat bil-għan li jestendi l-interess

kummerċjali tal-membri tiegħu jew ta’ persuni rappreżentati mill-

membri tiegħu;

"intrapriża" tfisser kull min, sew jekk individwu, korp magħqud

jew inkorporat jew xi entità oħra, ikun qed iwettaq xi attività

ekonomika, u tinkludi grupp ta’ intrapriżi fis-sens mogħti lil din il-

frażi bl-artikolu 2 tal-Att.

"konċentrazzjoni" tfisser -

(i)

l-amalgamazzjoni ta’ żewġintrapriżi jew aktar li qabel

kienu ekonomikament indipendenti minn xulxin; jew

(ii) l-akkwist minn intrapriża waħda jew aktar minn waħda

jew minn persuna waħda jew aktar li jkunu diġà

jikkontrollaw mill-anqas xi intrapriża waħda, sew bix-

xiri ta’ titoli jew ta’ assi, b’kuntratt jew b’kull mezz

ieħor, ta’ kontroll dirett jew indirett ta’ intrapriża jew

intrapriżi sħaħ jew ta’ partijiet minnhom,

sew ġewwa Malta jew barra minn Malta f’każ li fis-sena finanzjarja

ta’ qabel it-turnover totali f ’Malta ta’ l-intrapriżi kkonċernati

eċċeda €2,329,373.40 u kull intrapriża mill-intrapriżi kkonċernati

kellha turnover f’Malta ekwivalenti ta’ għall-inqas għaxra fil-mija

(10%) tat-turnover totali kombinat f’Malta tal-intrapriżi konċernati

Iżda l-ħolqien ta’ joint venture li tkun twettaq fuq bażi

dejjiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma

msemmija hawn iżjed ’il quddiem bħala joint venture b’funzjoni

sħiħa għandu wkoll jikkostitwixxi konċentrazzjoni

Iżda wkoll dan li ġej m’għandux jitqies li jagħti lok għal

konċentrazzjoni

-

il-pussess fuq bażi temporanja minn istituzzjonijiet ta’

kreditu jew finanzjarji jew minn kumpanniji ta’ l-

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

assigurazzjoni, li l-attivitajiet normali tagħhom

jinkludu operazzjonijiet u negozju f’titoli ta’ ekwità

għalihom infushom jew għal oħrajn, ta’ titoli ta’

ekwità li jkunu kisbu f’xi intrapriża bil-għan li jerġgħu

ibiegħhom, sakemm dawn ma jkunux jeżerċitaw

drittijiet ta’ vot għar-rigward ta’ dawk it-titoli ta’

ekwità bil-għan li jiġi stabbilit il-komportament

kompetittiv ta’ dik l-intrapriża jew sakemm huma

jeżerċitaw dawk id-drittijiet ta’ vot biss bil-għan li

jippreparaw it-tneħħija ta’ l-intrapriża kollha jew ta’ xi

parti minnha jew ta’ kull attiv tagħha jew it-tneħħija

ta’ dawk it-titoli ta’ ekwità u li kull tneħħija bħal dik

isseħħ fi żmien sentejn mid-data ta’ akkwist jew f’dak

iż-żmien itwal li d-Direttur Ġenerali jista’ jistabbilixxi

fuq talba mill-istituzzjoni jew mill-kumpanija

inkwistjoni fejn jintwera li t-tneħħija ma kienx

raġonevolment possibbli fi żmien sentejn;

-

il-kontroll jinkiseb mill-persuna jew mill-entità li tkun

kompetenti skond il-liġi li tmexxi l-proċeduri ta’ stralċ

xoljiment,

insolvenza,

waqfien

ta’

ħlas,

kompożizzjonijiet jew proċedimenti analogi;

-

il-kontroll jinkiseb minn kumpanija li l-għan uniku

tagħha hu li takkwista holdings f’intrapriżi oħra u li

tmexxi dawk il-holdings u li ddawwarhom fi profitt

mingħajr ma tinvolvi ruħha direttament jew

indirettament fit-tmexxija ta’ dawk l-intrapriżi,

mingħajr ma tippreġudika d-drittijiet li jkollhom

azzjonisti, b’dan iżda illi jkunu eżerċitati d-drittijiet

ta’ vot għar-rigward tal-holding, b’mod partikolari

dwar il-ħatra ta’ membri tal-korpi ta’ tmexxija u

sorveljanza ta’ l-intrapriżi fejn ikollhom il-holdings,

biss biex jinżamm il-valur sħih ta’ dawk l-investimenti

u mhux biex jiġi stabbilit direttament jew

indirettament il-komportament kompetittiv ta’ dawk l-

intrapriżi;

"kontroll" tfisser li jkun hemm il-possibilità li tiġi eserċitata

influenza deċiżiva fuq intrapriża, b’mod partikolari -

(i)

permezz tal-proprjetà jew il-jedd li jintuża kull attiv

ta’ intrapriża jew parti minnu; jew

(ii) permezz ta’ drittijiet jew kuntratti li jgħaddu influenza

deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, l-ivvotar jew id-

deċiżjonijiet ta’ l-organi ta’ intrapriża; iżda wkoll

persuni jew intrapriżi li ma jkollhomx dawk id-

drittijiet jew li ma jkunux intitolati għal dawk id-

drittijiet taħt il-kuntratt inkwistjoni għandhom jitqiesu

bħala li jkunu kisbu kontroll jekk ikollhom is-setgħa

jeserċitaw id-drittijiet li jinkisbu minnhom;

"Qorti" tfisser il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) kif

imwaqqfa bl-artikolu 3 tal-Ordni dwar it-Twaqqif ta’ Sezzjonijiet

tal-Qrati Ċivili;

"suq rilevanti" tfisser is-suq għall-prodotti jew għas-servizzi sew

ġewwa Malta jew kif limitat għal xi area jew lokalità partikolari

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

ġewwa Malta jew barra minn Malta, u sew jekk ikun ristrett għal xi

perjodu partikolari ta’ żmien jew staġun tas-sena sew jekk ma

jkunx;

"TFUE" tfisser it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni

Ewropea;

"Uffiċċju" tfisser l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kif stabbilit bl-

artikolu 13 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u

għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) It-turnover totali skond it-tifsir mogħti fir-regolament

2(d) għandu jikkomprendi l-ammonti miksuba minn kull waħda

mill-intrapriżi inkwistjoni fis-sena finanzjarja ta’ qabel mill-bejgħ

ta’ p ro do tt i u l -g ħo ti t a ’ se rv iz z i l il i nt ra p ri ż i oħ ra je w l il

konsumaturi li jinkwadraw taħt l-attivitajiet ordinarji ta’ l-

intrapriżi wara li jsir it-tnaqqis ta’ kull skont kummerċjali u tat-

taxxa fuq il-valur miżjud u ta’ kull taxxa oħra li jkollha x’taqsam

b’mod dirett mat-turnover

Iżda t-turnover totali ta’ intrapriża inkwistjoni m’għandux

ikun jinkludi l-bejgħ ta’ prodotti jew l-għoti ta’ servizzi li l-

intrapriżi msemmija fis-subregolament (5) jagħmlu bejniethom.

(2) B’deroga mis-subregolament (1), meta l-konċentrazzjoni

tkun tikkonsisti fl-akkwist ta’ partijiet, sew jekk kostitwiti bħala

entitajiet legali, ta’ xi waħda jew iżjed mill-intrapriżi, ikun biss it-

turnover li jirrigwarda l-partijiet li jkunu s-suġġett ta’ l-operazzjoni

li jiġi kkunsidrat għar-rigward tal-bejjiegħ jew tal-bejjiegħa

Iżda meta jsiru żewġ operazzjonijiet jew aktar fi żmien

sentejn bejn l-istess persuni jew intrapriżi dawn għandhom jitqiesu

bħala l-unika u l-istess konċentrazzjoni li toriġina id-data ta’ l-

aħħar operazzjopni.

(3) Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet

finanzjarji oħra, fir-rigward tar-regolament 2(d), it-turnover ta’

dawk l-istituzzjonijiet għandu jikkomprendi l-ammont ta’ dawn l-

elementi ta’ dħul, wara li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud u

kull taxxa oħra li b’mod dirett ikollha x’taqsam ma’ dawk l-

elementi, meta jkun adatt, li jiġu riċevuti mill-istituzzjoni jew mill-

fergħa tagħha f’Malta

(i)

dħul ta’ mgħax u dħul ieħor bħalu;

(ii) dħul minn titoli

-

dħul minn ishma u titoli oħra li jirrendu

varjabbli,

-

dħul minn interessi parteċipattivi,

-

dħul minn ishma f’intrapriżi affiljati;

(iii) kummissjonijiet li jistgħu jiġu riċevuti;

(iv) profitt nett fuq operazzjonijiet finanzjarji;

(v) dħul operattiv ieħor.

(4) Fil-każ ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, it-turnover ta’

dawk l-intrapriżi għandu jkun jikkonsisti fil-valur gross ta’

premiums reġistrati li għandhom jikkomprendu kull ammont

riċevut u li jista’ jiġi riċevut għar-rigward ta’ kuntratti ta’ l-

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

a s s i gu r a z z j o n i m a ħ r u ġ a m i n n j e w f ’ i s e m l - i n t r a p r i ż i ta ’ l -

assigurazzjoni, inklużi wkoll premiums tar-riassigurazzjoni li jkunu

se jinħarġu u wara t-tnaqqis tat-taxxi u kontribuzzjonijiet

parafiskali jew imposti li jitħallsu b’riferenza għall-ammonti ta’

premiums individwali jew għall-volum totali ta’ premiums.

(5) Mingħajr preġudizzju għas-subregolament (2), it-turnover

totali ta’ intrapriża inkwistjoni skond it-tifsir fir-regolament 2(d)

għandu jiġi kkalkolat billi jiżdiedu flimkien it-turnovers rispettivi

ta’ dawn li ġejjin

(i)

l-intrapriża inkwistjoni;

(ii) dawk l-intrapriżi fejn l-intrapriża inkwistjoni, b’mod

dirett jew indirett

-

tkun proprjetarja ta’ iżjed minn nofs il-kapital

jew l-attiv tal-kummerċ, jew

-

ikollha s-setgħa teżerċita iktar minn nofs il-

jeddijiet għall-vot, jew

-

ikollha s-setgħa taħtar iktar minn nofs il-membri

tal-bord tad-diretturi jew ta’ korp jew korpi oħra

li jkunu ġuridikament jirrappreżentaw l-

intrapriżi, jew

-

ikollha d-dritt tmexxi l-affarijiet ta’ l-intrapriżi;

(iii) dawk l-intrapriżi li jkollhom fl-intrapriża inkwistjoni

d-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-paragrafu (ii);

(iv) dawk l-intrapriżi li fihom intrapriża bħal dik

imsemmija fil-paragrafu (iii) jkollha d-drittijiet jew is-

setgħat elenkati fil-paragrafu (ii);

(v) dawk l-intrapriżi li fiha żewġintrapriżi jew aktar bħal

dawk imsemmija fil-paragrafi (i) sa (iv) b’mod

konġunt ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati

fil-paragrafu (ii).

(6) Meta intrapriżi milquta mill-konċentrazzjoni b’mod

konġunt ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fis-

subregolament (5)(ii), fil-kalkolu tat-turnover totali ta’ l-intrapriżi

inkwistjoni għall-finijiet tar-regolament 2(d), m’għandu jittieħed

ebda qies tat-turnover li jirriżulta mill-bejgħ ta’ prodotti jew mill-

għoti ta’ servizzi bejn l-intrapriża konġunta u kull waħda mill-

intrapriżi inkwistjoni jew xi intrapriża oħra konnessa ma’ xi waħda

minnhom, kif stipulat fis-subregolament (5)(ii) sa (v), iżda għandu

jitqies it-turnover li jirriżulta mill-bejgħ ta’ prodotti u mill-għoti

ta’ servizzi bejn l-intrapriża konġunta u intrapriżi terzi, hekk li dan

it-turnover għandu jinqasam indaqs fost l-intrapriżi inkwistjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Bla ħsara għas-subregolament (4), konċentrazzjonijiet

li jistgħu jwasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-kompetizzjoni fis-suq

Malti jew f’xi parti minnu huma pprojbiti.

(2) Id-Direttur Ġenerali jkollu d-dmir jistabbilixxi jekk

konċentrazzjoni tkunx kompatibbli mas-subregolament (1) u meta

jkun qed jagħmel din il-valutazzjoni id-Direttur Ġenerali għandu

jqis, fost l-ohrajn

(a) il-ħtieġa li tinżamm u tiġi żviluppata kompetizzjoni

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

effettiva fis-suq Malti minħabba, fost affarijiet oħra, l-

istruttura tas-swieq kollha inkwistjoni u l-

kompetizzjoni attwali jew potenzjali minn intrapriżi

lokalizzati ġewwa jew barra minn Malta;

(b) jekk in-negozju, jew parti min-negozju ta’ xi parti fil-

konċentrazzjoni tkun qegħda jew fi stat ta’ falliment

jew waslet biex tkun fi stat ta’ falliment;

(ċ) ix-xorta u l-grad ta’ żvilupp u innovazzjoni f’suq

rilevanti;

(d) il-posizzjoni fis-suq ta’ l-intrapriżi inkwistjoni u s-

saħħa li jkollhom sew ekonomika sew finanzjarja, l-

alternattivi disponibbli għal provvedituri u utenti, l-

aċċess li għandhom għal provvisti jew swieq,

kwalunkwe impedimenti legali jew oħrajn għad-dħul,

xejra tal-provvista u d-domanda għall-oġġetti u

servizzi

rilevanti,

l-interessi

tal-konsumaturi

intermedji u aħħarin, u l-iżvilupp ta’ progress tekniku

u ekonomiku sakemm dan ikun għal vantaġġtal-

konsumatur u ma jkunx jostakola b’ebda mod il-

kompetizzjoni.

(3) Safejn il-ħolqien ta’ joint venture li tikkostitwixxi

konċentrazzjoni jkollha bħala l-għan jew effett il-koordinament tal-

komportament kompettitiv ta’ intrapriżi li jibqgħu indipendenti,

tali koordinament għandu jiġi valutat skond il-kriterji ta’ l-artikolu

5 ta’ l-Att bil-għan li tiġi stabbilita l-leġittimità ta’ l-operazzjoni

taħt dawn ir-regolamenti

Iżda meta jkun qed jagħmel din il-valutazzjoni, id-Direttur

Ġenerali għandu jqis b’mod partikolari

(i)

jekk żewġkumpanniji prinċipali jew aktar iżommux

b’mod sinifikanti attivitajiet fl-istess suq tal-joint

venture jew f’suq li jkun fil-linja ’l isfel jew fil-linja ’l

fuq minn dik tal-joint venture jew f’xi suq viċin li

jkollu x’jaqsam mill-qrib dan is-suq;

(ii) jekk il-koordinament li hu l-konsegwenza diretta tal-

ħolqien tal-joint venture ikunx jagħti lill-intrapriżi

inkwistjoni l-possibilità li jeliminaw il-kompetizzjoni

fir-rigward ta’ parti sostanzjali mill-prodotti jew mis-

servizzi inkwistjoni.

(4) Konċentrazzjonijiet li jagħtu lok jew x’aktarx jagħtu lok

għal ksib ta’ effiċjenzi li jkunu akbar minn u li jkunu jpattu għall-

effetti ta’ kwalunkwe prevenzjoni jew tnaqqas tal-kompetizzjoni li

tirriżulta jew x’aktarx li tirriżulta mill-konċentrazzjoni

m’għandhomx ikunu projbiti jekk l-intrapriżi inkwistjoni jġibu

prova li dak il-ksib fl-effiċjenza ma jkunx jista’ jiġi xort’oħra

miksub, ikunu verifikabbli u x’aktarx li jitgħadda lill-konsumaturi

permezz ta’ prezzijiet iktar baxxi, jew aktar innovazzjoni, għażla,

jew kwalità ta’ prodotti jew servizzi.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Il-konċentrazzjonijiet għandhom jiġu notifikati lid-

Direttur Ġenerali qabel l-implimentazzjoni tagħhom u wara li jkun

sar il-ftehim, tkun tħabbret l-offerta pubblika, jew l-akkwist ta’

kontroll konġunt, fi żmien ħmistax-il ġurnata.

(2) Konċentrazzjoni għandha tkun notifikata mill-persuna jew

l-intrapriża li tikseb il-kontroll ta’ intrapriża jew intrapriżi sħaħ jew

ta’ partijiet minnhom imma fejn din tkun tikkonsisti

f ’amalgamazzjoni jew l-akkwist ta’ kontroll konġunt, dawn

għandhom ikunu notifikati b’mod konġunt mill-partijiet fl-

amalgamazzjoni jew minn dawk li jkunu qed jakkwistaw kontroll

konġunt skond ma jkun il-każ.

(3) Konċentrazzjoni m’għandhiex titqies li tkun ġiet notifikata

kemm-il darba n-notifika ma ssirx skond ir-regoli stipulati fl-

Iskeda u kemm-il darba d-dritt għal notifika stipulat fl-Iskeda ma

jitħallasx man-notifika u f ’dak il-każ id-Direttur Ġenerali għandu

jiddikjara lil dik in-notifika bħala waħda inkompleta u

għaldaqshekk invalida.

(4) Id-Direttur Ġenerali għandu malli ssir in-notifika

jippubblika fil-Gazzetta u f ’gazzetta ta’ kuljum il-fatt dwar in-

notifika, l-ismijiet tal-partijiet, ix-xorta tal-konċentrazzjoni u s-

setturi ekonomiċi involuti.

(5) Id-Direttur Ġenerali għandu f’pubblikazzjoni tal-fatt ta’

notifika jiddikjara li terzi li jridu joġġezzjonaw ikollhom id-dritt

iressqu l-oġġezzjonijiet tagħhom bil-miktub fi żmien sebat ijiem

mill-pubblikazzjoni tal-fatt tan-notifika fil-Gazzetta u f’ġurnal ta’

kuljum, skond liema jiġi pubblikat l-ewwel.

(6) Id-Direttur Ġenerali għandu jqis kull interess leġittimu ta’

l-intrapriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Id-Direttur Ġenerali għandu jeżamina n-notifika fiż-

żmien stipulat fir-regolament 9 u -

(i)

meta jikkonkludi li l-konċentrazzjoni notifikata ma

tkunx taqa’ fl-ambitu ta’ dawn ir-regolamenti, huwa

għandu jirreġistra dik ir-riżultanza permezz ta’

deċiżjoni;

(ii) meta jirriżultalu li l-konċentrazzjoni notifikata,

għalkemm din tkun taqa’ fl-ambitu ta’ dawn ir-

regolamenti, ma tkunx tqajjem dubji serji dwar il-

leġittimità tagħha skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn

ir-regolamenti, huwa għandu jiddeċiedi li m’għandux

jopponiha u għandu jiddikjaraha bħala konċentrazzjoni

leġittima u dik id-dikjarazzjoni għandha wkoll tkopri

r-restrizzjonijiet direttament relatati u meħtieġa għall-

implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni;

(iii) meta jirnżultalu li l-konċentrazzjoni notifikata tkun

taqa’ fl-ambitu ta’ dawn ir-regolamenti u tqajjem dubji

serji

dwar

il-leġittimità

tagħha

skond

id-

disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, huwa

għandu jiddeċiedi li jibda l-proċedimenti.

(2) Meta d-Direttur Ġenerali jirriżultalu li, wara li jsiru

modifikazzjonijiet mill-intrapriżi inkwistjoni, konċentrazzjoni

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

notifikata ma tkunx għadha tqajjem dubji serji fl-ambitu tat-tifsira

tas-subregolament (1)(iii), huwa jista’ jiddeċiedi li jiddikjara l-

konċentrazzjoni bħala konċentrazzjoni leġittima konformi mas-

subregolament (1)(ii)

Iżda huwa jista’ jgħaqqad mad-deċiżjoni tiegħu taħt is-

subregolament (1)(ii) kondizzjonijiet u obbligi maħsuba biex

jiżguraw li l-intrapriżi inkwistjoni jikkonformaw mar-rabtiet li

jkunu daħlu għalihom mad-Direttur Ġenerali bil-għan li jagħmlu l-

konċentrazzjoni waħda leġittima skond id-disposizzjonijiet ta’

dawn ir-regolamenti.

(3) Id-Direttur Ġenerali jista’ jirrevoka d-deċiżjoni li jkun ħa

b’mod konformi mas-subregolament (1)(i) u (ii) meta -

(i)

d-deċiżjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni mhux

korretta li dwarha tkun responsabbli waħda mill-

intrapriżi jew meta din tkun inkisbet bil-qerq, jew

(ii) l-intrapriżi inkwistjoni jikkommettu ksur ta’ obbligu

magħqud mad-deċiżjoni,

u f ’każ bħal dak huwa mbagħad jista’ jieħu deċiżjoni taħt is-

subregolament (1) mingħajr ma jkun marbut b’xi termini minn

dawk imsemmija fir-regolament 9(1).

(4) Id-Direttur Ġenerali għandu javża bid-deċiżjoni li jkun ħa

lill-intrapriżi inkwistjoni mingħajr ebda dewmien.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Konċentrazzjoni m’għandhiex tinġieb fis-seħħ jew

qabel in-notifika tagħha jew sakemm din tkun ġiet dikjarata bħala

waħda leġittima konformi ma’ deċiżjoni taħt ir-regolament 6(1)(ii)

jew ir-regolament 8(2) jew abbażi ta’ xi presunzjoni skond ir-

regolament 9(7).

(2) Is-subregolament

(1)

m’għandux

jipprevjeni

l-

implimentazzjoni ta’ offerta pubblika li tkun ġiet notifikata lid-

Direttur Ġenerali sakemm l-akkwirent ma jeserċitax id-drittijiet ta’

vot marbuta mat-titoli inkwistjoni jew inkella jagħmel hekk biss

biex jibqa’ jżomm il-valur sħiħ ta’ dawk l-investmenti u abbażi ta’

deroga mogħtija mid-Direttur Ġenerali taħt is-subregolament (3).

(3) Id-Direttur Ġenerali jista’, fuq talba raġunata qabel notifika

jew wara l-operazzjoni, wara li jqis fost l-oħrajn l-effetti tas-

sospen sjon i fu q i nt rap ri ża w aħd a je w ak tar i nk wist jon i ta’

konċentrazzjoni jew fuq terza persuna u t-theddida għall-

kompetizzjoni li ġġib magħha l-konċentrazzjoni, jagħti deroga

mill-obbligazzjonijiet imposti fis-subregolament (1)

Iżda d-deroga tista’ tkun soġġetta għal kondizzjonijiet u

obbligi sabiex jiġu assigurati kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni

effettiva.

(4) Il-validità ta’ kwalunkwe operazzjoni li ssir bi ksur tas-

subregolament (1) tkun dipendenti fuq deċiżjoni konformi mar-

regolament 6(1)(ii) jew mar-regolament 8(2) jew (3) jew fuq

presunzjoni konformi mar-regolament 9(7)

Iżda dan ir-regolament m’għandu jkollu ebda effett fuq il-

validità ta’ operazzjonijiet f’titoli inklużi dawk konvertibbli f’titoli

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

oħra li jkunu jistgħu jiġu kkummerċjati f ’suq li jkun regolat u

sorveljat mill-awtoritajiet kompetenti maħtura taħt il-liġi u li jkun

jopera regolarment u li jkun aċċessibbli direttament jew

indirettament għall-pubbliku, kemm-il darba x-xerrej u l-bejjiegħ

kienu jafu jew kien imisshom ikunu jafu li l-operazzjoni tkun saret

bi ksur tas-subregolament (1).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Il-proċedimenti kollha mibdijin konformi mar-

regolament 6(1)(iii) għandhom jingħalqu permezz ta’ deċiżjoni kif

provdut fis-subregolamenti (2) sa (5).

(2) Meta d-Direttur jirriżultalu li, wara modifikazzjoni mill-

intrapriżi inkwistjoni jekk meħtieġa, konċentrazzjoni notifikata ma

tkunx tikser ir-regolament 4(1) u, fil-każijiet imsemmija fir-

regolament 4(3), tkun twettaq il-kriterji stipulati fl-artikolu 5(3)

tal-Att, huwa għandu joħroġdeċiżjoni li biha jiddikjara li l-

konċentrazzjoni tkun waħda leġittima skond dawn ir-regolamenti u

deċiżjoni bħa1 dik għandha tkun ukoll tkopri restrizzjonijiet

direttament relatati u meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-

konċentrazzjoni

Iżda huwa jista’ jgħaqqad mad-deċiżjoni tiegħu

kondizzjonijiet u obbligi maħsuba sabiex jiżguraw li l-intrapriżi

inkwistjoni jikkonformaw ruħhom mar-rabtiet li jkunu daħlu

għalihom mad-Direttur Ġenerali bil-għan li jagħmlu l-

konċentrazzjoni leġittima skond dawn ir-regolamenti.

(3) Meta d-Direttur Ġenerali jirriżultalu li konċentrazzjoni tkun

tikser ir-regolament 4(1) jew, fil-każijiet imsemmija fir-regolament

4(3), ma tkunx twettaq il-kriterji stipulati fl-artikolu 5(3) tal-Att,

huwa għandu joħroġdeċiżjoni fejn jiddikjara li l-konċentrazzjoni

ma tkunx waħda leġittima skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-

regolamenti.

(4) Meta konċentrazzjoni tkun diġà ġiet implimentata, id-

Direttur Ġenerali jista’, f ’deċiżjoni konformi mas-subregolament

(3) jew b’deċiżjoni separata, jeħtieġlill-intrapriżi jew kull attiv

miġjuba flimkien li jkunu separati jew iċ-ċessazzjoni tal-kontroll

konġunt jew jeħtieġxi azzjoni oħra li tista’ tkun adatta sabiex jerġa’

jkun hemm il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva.

(5) Id-Direttur Ġenerali jista’ jirrevoka d-deċiżjoni li jkun ħa

b’mod konformi mas-subregolament (2) jew jieħu deċiżjoni

konformi mas-subregolament (3) mingħajr ma jkun marbut bit-

terminu msemmi fir-regolament 9(3) meta -

(i)

d-deċiżjoni tkun imsejsa fuq informazzjoni falza,

qarrieqa jew inkompleta li għaliha tkun responsabbli

xi waħda mill-intrapriżi, jew

(ii) l-intrapriżi inkwistjoni jiksru xi rabta marbuta mad-

deċiżjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Id-deċiżjonijiet

imsemmija

fir-regolament

6(1)

għandhom jittieħdu fi żmien sitt ġimgħat mill-għada li tiġi riċevuta

n-notifika jew, jekk l-informazzjoni li għandha tingħata flimkien

man-notifika tkun waħda inkompleta, mill-għada ta’ meta tasal l-

informazzjoni kompleta

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

Iżda dan il-perjodu għandu jiżdied għal xahrejn jekk, wara

notifika ta’ konċentrazzjoni u mhux iżjed tard minn tmiem il-ħames

ġimgħa mill-ġurnata meta tasal in-notifika tal-konċentrazzjoni, l-

i n t r a p r i ż i i n k w i s t j o n i j i p p r e ż e n t a w r a b t i e t k o n f o r m i m a r-

regolament 6(2) li jkunu intiżi mill-partijiet li jifformaw l-bażi għal

deċiżjoni konformi mar-regolament 6(1)(ii)

Iżda wkoll, wara tmiem il-perjodu ta’ ħames ġimgħat li fih

jistgħu jiġu ppreżentati r-rabtiet, l-intrapriżi inkwistjoni jistgħu

jitolbu li d-dekorrenza tal-perjodi hawn qabel imsemmija tiġi

sospiża għal perjodu ta’ tliet ġimgħat sabiex tiġi diskussa proposta

ta’ rabta ġdida jew sostanzjalment riveduta imma jkun fid-

diskrezzjoni tad-Direttur Ġenerali jekk huwa għandux jilqa’ jew le

din it-talba.

(2) Deċiżjonijiet meħudin konformi mar-regolament 8(2) dwar

konċentrazzjonijiet notifikati għandhom jittieħdu malli jkun jidher

li d-dubji serji msemmija fir-regolament 6(1)(iii) ikunu tneħħew,

partikolarment bħala riżultat ta’ modifikazzjonijiet magħmulin

mill-intrapriżi inkwistjoni, u mhux iktar tard mit-terminu impost

fis-subregolament (3)

Iżda meta l-intrapriżi inkwistjoni jippreżentaw rabtiet bil-

għan li jirrendu l-konċentrazzjoni leġittima skond dawn ir-

regolamenti wara li jkunu nbdew il-proċedimenti kkontemplati fir-

regolament 6(1)(iii) u sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet xahar

wara li jkunu nbdew il-proċedimenti, dawn jistgħu jitolbu li t-

terminu preskritt bis-subregolament (3) jiġi sospiż għal żmien

mhux iżjed minn xahar sabiex dawk ir-rabtiet jitqiesu kif imiss,

liema talba d-Direttur Ġenerali jista’ biss jirrifjuta f ’ċirkostanzi

eċċezzjonali.

(3) Deċiżjonijiet li jittieħdu konformi mar-regolament 8(3)

dwar konċentrazzjonijiet notifikati għandhom jittieħdu mhux iżjed

tard minn erba’ xhur mid-data meta jkunu nbdew il-proċedimenti

bla ħsara għall-proviso li hemm mas-subregolament (2).

(4) Il-perjodi stipulati bis-subregolamenti (1) u (3) għandhom

ikunu sospiżi meta d-Direttur Ġenerali kellu jitlob xi informazzjoni

b’deċiżjoni konformi mar-regolament 10 jew jordna investigazzjoni

b’deċiżjoni konformi mar-regolament 11 minħabba illi

(i)

informazzjoni li d-Direttur Ġenerali jkun talab

konformi mar-regolament 10 mingħand xi waħda mill-

partijiet notifikanti jew mingħand xi parti oħra

involuta, kif imfisser fir-regolament 10, ma tiġix

provduta jew ma tiġix provduta kollha kemm hi fiż-

żmien stabbilit mid-Direttur Ġenerali;

(ii) informazzjoni li d-Direttur Ġenerali jkun talab

konformi mar-regolament 10 mingħand terza persuna,

kif imfisser fir-regolament 10, ma tiġix provduta jew

ma tiġix provduta kollha kemm hi fiż-żmien stabbilit

mid-Direttur Ġenerali minħabba f’ċirkostanzi li

għalihom tkun responsabbli xi waħda mill-partijiet

notifikanti jew xi parti oħra involuta, kif imfisser fir-

regolament 10;

(iii) waħda mill-partijiet notifikanti jew xi parti oħra

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

involuta, kif imfisser fir-regolament 10, tkun irrifjutat

li toqgħod għal investigazzjoni li titqies li tkun

meħtieġa mid-Direttur Ġenerali abbażi tar-regolament

11 jew li tikkoopera fit-twettiq ta’ dik l-

investigazzjoni skond dak ir-regolament;

(iv) il-partijiet notifikanti jkunu naqsu milli jgħarrfu lid-

Direttur Ġenerali b’kull tibdil materjali fil-fatti li jkun

hemm fin-notifika.

(5) Il-perjodi stabbiliti bis-subregolamenti (1) u (3) għandhom

ikunu sospiżi fil-każijiet imsemmija fis-subregolament (4)(i) u (ii)

għaż-żmien bejn tmiem it-terminu ta’ żmien iffissat fit-talba għall-

informazzjoni u meta tasal l-informazzjoni kompleta u korretta kif

tkun meħtieġa bid-deċiżjoni; fil-każijiet imsemmija fis-

subregolament (4)(iii) għall-perjodu bejn it-tentattiv bla suċċess li

ssir l-investigazzjoni u t-tmiem ta’ l-investigazzjoni ordnata bid-

deċiżjoni; u fil-każijiet imsemmija fis-subregolament (4)(iv) għall-

perjodu bejn meta tiġri dik il-bidla fil-fatti hemm imsemmija u

meta tasal l-informazzjoni kompleta u korretta kif tkun meħtieġa

bid-deċiżjoni jew it-tmiem ta’ l-investigazzjoni ordnata bid-

deċiżjoni.

(6) Meta l-Qorti f’sentenza tannulla d-deċiżjoni kollha kemm hi

jew parti minn deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali meħuda taħt dawn ir-

regolamenti, il-perjodi stipulati f ’dawn ir-regolamenti għandhom

jerġgħu jibdew għaddejjin mid-data tas-sentenza tal-Qorti, jew jekk

jiġi ppreżentat appell mis-sentenza tal-Qorti, mid-data tas-sentenza

tal-Qorti tal-Appell.

(7) Meta d-Direttur Ġenerali ma jkunx ħa deċiżjoni skond ir-

regolament 6(1)(ii) jew (iii) jew ir-regolament 8(2) jew (3) fit-

termini stipulati fis-dubregolamenti (1) u (3) rispettivament, il-

konċentrazzjoni għandha titqies li tkun ġiet dikjarata leġittima

skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Fit-twettiq tad-dmirijiet lilu assenjati b’dawn ir-

regolamenti, d-Direttur Ġenerali jista’ jikseb kull informazzjoni

meħtieġa mingħand intrapriżi u persuni li jikkontrollaw dawk l-

intrapriżi u għaqda ta’ intrapriżi.

(2) Meta jkun qed jibgħat talba għal informazzjoni lil xi

persuna, intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi, d-Direttur Ġenerali

għandu jiddikjara fit-talba il-bażi legali u l-iskop tat-talba u għandu

wkoll jispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u jiffissa żmien li

fih din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kif ukoll il-penali li

hemm provdut dwarhom fir-regolament 13 għal min ma jagħtix

informazzjoni korretta.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

Fit-twettiq tad-dmirijiet lilu assenjati b’dawn ir-

regolamenti, d-Direttur Ġenerali jista’ jgħaddi biex jagħmel l-

investigazzjonijiet kollha meħtieġa dwar intrapriżi u għaqdiet ta’

intrapriżi u għal dan l-iskop huwa jkollu s-setgħat kollha mogħtija

lilu bl-artikolu 12 ta’ l-Att inkluża s-setgħa li jwettaq spezzjoni u-

(i)

li jeżamina l-kotba u records oħra tan-negozju;

(ii) li jagħmel jew jitlob kopji ta’ jew estratti mill-kotba u

r-records tan-negozju;

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

(iii) jitlob jew jordna li jingħataw spjegazzjonijiet dak il-

ħin;

(iv) jidħol f’kull fond, fuq kull art u mezz tat-trasport ta’

intrapriżi.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Il-proċedura simplifikata għandha tkun tapplika għal

dawn il-kategoriji ta’ konċentrazzjonijiet li ġejjin li jitqiesu li ma

jqajjmux dubji serji dwar il-legalità tagħhom skond id-

disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, kemm-il darba d-Direttur

Ġenerali f ’każijiet eċċezzjonali u minħabba li l-kondizzjonijiet

ekonomiċi li jappartjenu għas-suq u għall-partijiet fil-

konċentrazzjoni ma jkunx iqis xort’oħra

(i)

meta żewġintrapriżi jew aktar jiksbu kontroll konġunt

f’joint venture, sakemm dik il-joint venture ma

jkollhiex, jew ikollha b’mod negliġibbli fit-territorju

ta’ Malta attivitajiet, attwali jew previsti għaliex it-

turnover tal-joint venture u, jew it-turnover ta' l-

attivitajiet kontribwiti jkun ta’ inqas minn €698,812.02

fit-territorju ta’ Malta u l-valur totali ta’ kull attiv

trasferit lill-joint venture ikun inqas minn €698,812.02

fit-territorju ta’ Malta;

(ii) meta żewġintrapriżi jew aktar jamalgamaw, jew

intrapriża waħda jew aktar takkwista kontroll uniku

jew konġunt ta’ xi intrapriża oħra, iżda ebda waħda

mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ma jkunu involuti

f’attivitajiet kummerċjali fl-istess suq ta’ prodott u suq

ġeografiku, jew f’suq ta’ prodott li jkun fil-linja ’l fuq

jew fil-linja ’l isfel ta’ suq ta’ prodott li fih tkun

involuta xi parti oħra tal-konċentrazzjoni;

(iii) meta żewġintrapriżi jew aktar jamalgamaw, jew

intrapriża waħda jew aktar tikseb kontroll uniku jew

konġunt ta’ xi intrapriża oħra u żewġpartijiet jew aktar

tal-konċentrazzjoni jkunu involuti f’attivitajiet

kummerċjali jew fl-istess suq ta’ prodott u suq

ġeografiku u s-sehem fis-suq kombinat tagħhom ikun

anqas minn 15%, jew f’suq ta’ prodott li jkun fil-linja

’l fuq jew fil-linja ’l isfel ta’ suq ta’ prodott fejn tkun

involuta xi parti oħra tal-konċentrazzjoni s-sehem fis-

suq kombinat tagħhom ikun ta’ inqas minn 25%.

(2) Sabiex jiġi stmat jekk konċentrazzjoni tkunx taqa’ taħt xi

waħda minn dawn il-kategoriji, d-Direttur Ġenerali għandu jiżgura

li ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha jiġu stabbiliti b’mod biżżejjed ċar

Iżda jekk is-swieq rilevanti jew is-sehem fis-swieq tal-

partijiet ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’mod biżżejjed ċar, huwa

m’għandux japplika l-proċedura simplifikata.

(3) Il-proċedura simplifikata m’għandhiex tkun tapplika għal

konċentrazzjonijiet li jkunu jinvolvu koordinament skond ir-

regolament 4(3).

(4) Jekk id-Direttur Ġenerali jkun sodisfatt li l-konċentrazzjoni

tikkwalifika għall-proċedura simplifikata, huwa għandu

joħroġdeċiżjoni f ’forma qasira fejn jiddikjara l-konċentrazzjoni

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

bħala waħda leġittima skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-

regolamenti fi żmien erba’ ġimgħat mid-data ta’ notifika konformi

mar-regolament 9(1) u (7)

Iżda fil-perjodu li jwassal għat-terminu ta’ erba’ ġimgħat,

id-Direttur Ġenerali jibqagħlu l-għażla li jerġa’ lura għall-ewwel

fażi tal-proċedura normali u b’hekk jibda’ investigazzjonijiet u, jew

jadotta deċiżjoni sħiħa, jekk iqis azzjoni bħal dik adatta fil-każ

inkwistjoni.

(5) Kemm-il darba id-Direttur Ġenerali ma jiddeċidix

xort’oħra, il-proċedura simplifikata għall-approvazzjoni ta’

konċentrazzjonijiet għandha wkoll tapplika għal restrizzjonijiet

direttament relatati u meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-

konċentrazzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

Id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 12A tal-Att għandhom,

mutatis mutandis, japplikaw meta d-Direttur Ġenerali jitlob l-

impożizzjoni ta’ penali fuq persuna, intrapriża, u, jew għaqda ta’

intrapriżi skont ir-regolamenti 13 u 14.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Il-Qorti għandha timponi penali ta’ mhux anqas minn

elf euro (€1,000) u mhux aktar minn għaxart elef euro (€10,000)

fuq kull persuna, intrapriża u, jew għaqda ta’ intrapriżi li

b’intenzjoni jew b’negliġenza

(i)

tonqos milli tinnotifika konċentrazzjoni skont ir-

regolament 5 qabel ma tiġi implimentata;

(ii) tagħti informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa

f’notifika skont ir-regolament 5;

(iii) tagħti informazzjoni mhux korretta b’risposta

għal talba magħmula skont ir-regolament 10 jew

tonqos milli tagħti informazzjoni f’dak il-

perjodu ffissat mid-Direttur Ġenerali skont ir-

regolament 10;

(iv) tipprovdi l-kotba mitluba jew records oħra tan-

negozju imma dawn ma jkunux kompleti, waqt

investigazzjonijiet skont ir-regolament 11, jew

tirrifjuta milli toqgħod għal investigazzjoni jew

spezzjoni skont ir-regolament 11.

(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21(1) ta’ l-Att għandhom

mutatis mutandis japplikaw għal persuni jew intrapriżi li bil-ħsieb

jew b’negliġenza -

(i)

jonqsu milli jikkonformaw ma’ xi obbligu impost

b’deċiżjoni konformi ma’ kull proviso li hemm mar-

regolamenti 7(3) jew 8(2);

(ii) iqegħdu fis-seħħ

konċentrazzjoni

bi

ksur

tar-

regolament 7(1);

(iii) iqegħdu fis-seħħ konċentrazzjoni ddikjarata mhux

leġittima skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-

regolamenti b’deċiżjoni konformi mar-regolament 8(3)

jew ma jieħdux il-miżuri ordnati b’deċiżjoni konformi

mar-regolament 8(4);

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Id-disposizzjonijiet tal-artikolu 21(7) tal-Att għandhom

mutatis mutandis ikunu japplikaw għal persuni, intrapriżi jew

għaqdiet ta’ intrapriżi sabiex jiġu mġiegħla

(i)

jjipprovdu l-informazzjoni kompleta u korretta skont ir-

regolament 10;

(ii) joqogħdu għal investigazzjoni skont ir-regolament 11

(iii) jikkonformaw ma’ obbligu impost b’deċiżjoni

konformi ma’ kull proviso li hemm mar-regolamenti

7(3) jew 8(2);

(iv) japplikaw il-miżuri ordnati b’deċiżjoni konformi mar-

regolament 8(4).

(2)

Meta persuna li tkun direttur, manager, segretarju jew

uffiċjal simili ta’ intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi tonqos

mingħajr raġuni valida milli tipprovdi l-informazzjoni mitluba fiż-

żmien mogħti, il-Qorti tista’ timponi penali sa elfejn u erba’ mitt

euro (€2,400) għal kull ġurnata li jkun hemm dak in-nuqqas.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

Id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 13B tal-Att għandhom,

mutatis mutandis, japplikaw għas-sentenzi mogħtija mill-Qorti skont

ir-regolamenti 13 u 14.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Informazzjoni li tinkiseb bħala riżultat ta’ l-

applikazzjoni tar-regolamenti 10, 11 u 16 għandha biss tiġi użata

għall-finijiet tat-talba, investigazzjoni jew smigħ rilevanti.

(2) Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti 5(3), 16 u 17, id-

Direttur Ġenerali u uffiċjali pubbliċi impjegati ma’ jew li jkunu qed

jaqdu dmirijiethom fl-Uffiċċju u konsulenti b’kuntratt mal-Uffiċċju

m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni li jkunu kisbu permezz ta’ l-

applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti tax-xorta koperta bl-obbligu

ta’ segretezza professjonali.

(3) Is-subregolamenti (1) u (2) ma jipprevjenu bl-ebda mod il-

pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ġenerali jew ta’ surveys li ma

jkunx fihom informazzjoni li tirrigwarda intrapriżi jew għaqdiet ta’

intrapriżi partikolari.

16.(1)(a)Qabel ma jieħu xi deċiżjoni li hemm provdut dwarha

fir-regolament 6(3), ir-regolament 7(3), il-proviso li

jinsab mar-regolament 8(2) u r-regolament 8(3) sa (5), id-

Direttur Ġenerali għandu jagħti lill-persuni, intrapriżi

u għaqdiet ta’ intrapriżi inkwistjoni l-opportunità,

f ’kull stadju tal-proċedura, li jesprimu l-fehmiet

tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet kontrihom.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

(b) Meta d-Direttur Ġenerali jkollu l-ħsieb li jieħu

deċiżjoni skont ir-regolament 6(3), il-proviso li jinsab

mar-regolament 8(2) u r-regolament 8(3) sa (5), hu

għandu javża lill- persuni, intrapriżi jew għaqdiet ta’

intrapriżi konċernati bil- miktub bl-oġġezzjonijiet

imressqa kontrihom skont id- dispożizzjonijiet tal-

artikolu 64 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-

Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal- Konsumatur, u

għandu jiffissa terminu ta’ żmien li fih huma jistgħu

jinfurmawh bil-fehmiet tagħhom bil-miktub, u l-

persuni, intrapriżi jew għaqdiet ta’ intrapriżi

konċernati jistgħu, fit-terminu ta’ żmien iffissat, fis-

sottomissjonijiet tagħhom jiktbu il-fatti kollha illi

huma jafu bihom u li jistgħu jkunu rilevanti għad-

difiża tagħhom kontra l-oġġezzjonijiet mressqa mid-

Direttur Ġenerali u għandhom jehmżu d-dokumenti

rilevanti kollha bħala prova ta’ dan. Huma jistgħu

ukoll jipproponu li d-Direttur Ġenerali jisma’ persuni

li jkunu jistgħu jikkoroboraw dawk il-fatti.

(ċ) Meta d-Direttur Ġenerali jkollu l-ħsieb li jieħu

deċiżjoni skont ir-regolament 6(3), il-proviso li jinsab

mar-regolament 8(2) u r-regolament 8(3) sa (5), id-

Direttur Ġenerali għandu jagħti lill-persuni, intrapriżi

jew għaqdiet ta’ intrapriżi konċernati l-opportunità

sabiex jiżviluppaw l-argumenti tagħhom bil-fomm,

jekk ikun hekk mitlub fis-sottomissjonijiet tagħhom

bil-miktub.

(2)

(a) B’deroga mis-subregolament (1), deċiżjoni li tingħata

deroga mis-sospensjoni kif imsemmi fir-regolament

7(3) tista’ tittieħed provviżorjament, mingħajr ma l-

persuni, intrapriżi jew għaqdiet ta’ intrapriżi

inkwistjoni ma jingħataw l-opportunità li jesprimu l-

fehmiet tagħhom minn qabel, sakemm id-Direttur

Ġenerali jagħtihom dik l-opportunità kemm jista’ jkun

malajr wara li jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu.

(b) Id-Direttur Ġenerali għandu mingħajr dewmien jibgħat

lill-persuni, intrapriżi jew għaqdiet ta’ intrapriżi

konċernati t-test tad-deċiżjoni proviżorja u għandu

jistabbilixxi limitu ta’ żmien li matulu huma jkunu

jistgħu jressqu bil-kitba il-kummenti tagħhom.

(ċ) La darba l-persuni, intrapriżi jew għaqdiet ta’

intrapriżi konċernati jressqu l-kummenti tagħhom, id-

Direttur Ġenerali għandu jieħu deċiżjoni finali li

tikkanċella, temenda jew tikkonferma d-deċiżjoni

proviżorja. Meta huma ma jkunux ressqu l-kummenti

tagħhom bil-kitba matul il-limitu ta’ żmien stabbilit,

id-deċiżjoni proviżorja tad-Direttur Ġenerali għandha

ssir finali mat-tmiem ta’ dak il-perjodu.

(3) Id-Direttur Ġenerali għandu jsejjes id-deċiżjoni tiegħu biss

fuq l-oġġezzjonijiet li fuqhom l-partijiet setgħu jissottomettu l-

osservazzjonijiet tagħhom, filwaqt li d-drittijiet kollha tad-difiża

jkunu għal kollox rispettati fil-proċedimenti.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

(4)

(a) Għandu jkun hemm aċċess għall-inkartament mill-

part ij ie t ko ll h a d iret t am ent in vo lu t i, me ta d awn

jagħmlu talba bil-miktub, bla ħsara għal kull interess

leġittimu ta’ intrapriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti

kummerċjali tagħhom.

(b) Id-dritt tal-aċċess għall-file m’għandux jestendi għall-

informazzjoni kunfidenzjali, jew għal dokumenti

interni

tad-Direttur

Ġenerali,

tal-Kummissjoni

Ewropea, jew tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-

Istati Membri. Id-dritt tal-aċċess għall-file għandu bl-

istess mod ma jkunx estiż għall-korrispondenza bejn

id-Direttur Ġenerali, il-Kummissjoni Ewropea u l-

awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri oħra.

(ċ) Id-dokumenti miksuba permezz tal-aċċess għall-file

skont dan is-subregolament jistgħu jkunu użati biss

għall-iskopijiet tal-proċedimenti rilevanti skont dawn

ir-regolamenti.

(5)

(a) Fil-parametri ta’ kemm id-Direttur Ġenerali jista’ jqis

li jkun hekk meħtieġ, huwa jista’ wkoll jisma’ lil

persuni jew intrapriżi oħra li jkunu juru biżżejjed

interess u b’mod partikolari lill-membri tal-korpi

amministrattivi jew maniġerjali ta’ l-intrapriża

inkwistjoni u r-rappreżentanti rikonoxxuti ta’ l-

impjegati tagħhom għandu jkollhom id-dritt, meta

hekk jitolbu, li jinstemgħu.

(b) Jekk terzi persuni japplikaw bil-kitba sabiex ikunu

mismugħa skont il-paragrafu (a), id-Direttur Ġenerali

għandu jgħarrafhom bil-kitba dwar ix-xorta u l-

materja tas-suġġett tal-proċedura u jistabbilixxi limitu

ta’ żmien li fih huma jkunu jistgżu jressqu l-kummenti

tagħhom u t-terzi persuni msemmija għandhom

jagħmlu magħrufa l-fehmiet tagħhom bil-miktub fiż-

żmien stabbilit.

(ċ) Id-Direttur Ġenerali jista’ jagħti lil terzi persuni l-

opportunità sabiex jiżviluppaw l-argumenti tagħhom

bil-fomm, jekk ikun hekk mitlub fis-sottomissjonijiet

tagħhom bil-miktub.

(6) Id-Direttur Ġenerali jista’, meta jkun xieraq, jistieden kull

persuna oħra biex tinfurmah bil-miktub bil-fehmiet tagħha fit-

terminu stabbilit mid-Direttur Ġenerali u jista’ jagħti lil dik il-

persuna l-oħra l-opportunità li tippreżenta l-fehmiet tagħha bil-

fomm jekk hekk titlob fis-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub.

(7) Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, intrapriżi jew

għaqdiet ta’ intrapriżi konċernati, terzi persuni u persuni oħra li

jitolbu laqgħa separata u individwali taħt dan ir-regolament, id-

Direttur Ġenerali jista’ wkoll, fuq inizjattiva tiegħu, u, kif iqis

xieraq, jistieden lil xi uħud jew kull waħda mill-persuni msemmija,

intrapriżi jew għaqdiet ta’ intrapriżi konċernati, terzi persuni u

persuni oħra li jkunu ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub skont

dan ir-regolament għal laqgħa li fiha huma għandhom jiżviluppaw

l-argumenti tagħhom u jagħmlu kontro-sottomissjonijiet fil-

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

preżenza ta’ xulxin u jirrispondu għall-mistoqsijiet tad-Direttur

Ġenerali

Iżda matul dik il-laqgħa, id-Direttur Ġenerali għandu

jiżgura li tingħata konsiderazzjoni għall-protezzjoni tas-sigrieti

tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1) Id-Direttur

Ġenerali

għandu

jippubblika

d-

deċiżjonijiet li jieħu konformi mar-regolament 6(1) sa (3), 8(2) sa

(5) u r-regolament 12.

(2) Il-pubblikazzjoni għandha tgħid x’ikunu l-ismijiet tal-

partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni imma għandu jitqies

kull interess leġittimu ta’ l-intrapriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti

kummerċjali tagħhom.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

(1)

Il-persuni, intrapriżi jew għaqda ta’ intrapriżi

konċernati u kull terza persuna li jkollha d-dritt ta’ smigħ skont ir-

regolament 16(5) jistgħu, fi żmien għoxrin jum min-notifika tad-

deċiżjoni finali tad-Direttur Ġenerali skont ir-regolamenti 6, 7 u 8 jew

fil-każ ta’ terzi persuni fi żmien għoxrin jum mid-data tal-

pubblikazzjoni tagħha, jippreżentaw rikors quddiem il-Qorti fuq punti

ta’ dritt u, jew ta’ fatt, li fih jitolbu li jsir appell mid-deċiżjoni tad-

Direttur Ġenerali.

(2) Ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lid-Direttur Ġenerali u d-

Direttur Ġenerali għandu jippreżenta r-risposta tiegħu fi żmien

għoxrin jum mid-data tan-notifika tar-rikors.

(3)

Rikors ippreżentat quddiem il-Qorti skont is-subregolament

(1) ma għandux ikollu l-effett li jissospendi d-deċiżjoni, ħlief meta l-

Qorti, fuq talba raġunata magħmula minn parti kkonċernata fil-

proċedimenti u wara li l-Qorti tkun ikkunsidrat is-sottomissjonijiet tal-

partijiet kollha fil-proċedimenti, il-Qorti tissospendi d-deċiżjoni

b’dawk il-kundizzjonijiet li hija tqis li jkunu xierqa, u tagħti r-

raġunijiet tagħha u dan sakemm ikun hemm deċiżjoni finali mill-Qorti

fuq l-appell.

(4)

Il-Qorti għandu jkollha s-setgħa li tissostitwixxi d-

diskrezzjoni tagħha għal dik tad-Direttur Ġenerali, inkluża s-setgħa li

tikkonferma, timmodifika jew tħassar bi sħiħ jew parzjalment id-

deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali

Iżda meta l-Qorti tħassar bi sħiħ jew parzjalment id-

deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali hija tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lid-

Direttur Ġenerali sabiex jieħu deċiżjoni ġdida.

(5)

Id-Direttur Ġenerali u kull parti oħra fil-proċedimenti

quddiem il-Qorti li tħossha aggravata mis-sentenza mogħtija mill-

imsemmija Qorti, tista’ tappella fuq punti ta’ dritt u, jew ta’ fatt

quddiem il-Qorti tal-Appell permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru

ta’ dik il-qorti fi żmien għoxrin jum mid-data tas-sentenza tal-Qorti.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

(6)

L-intrapriżi kkonċernati, id-Direttur Ġenerali u kull terza

persuna jistgħu jitolbu lill-Qorti tismagħhom bil-magħluq meta s-

sottomissjonijiet li jkunu ser jagħmlu jew l-evidenza li tkun ser tiġi

prodotta tkun ta’ natura kunfidenzjali jew tinkludi sigrieti tan-negozju.

(7)

(a)

Għandhom jiġu ppreżentati verżjoni kunfidenzjali u

verżjoni mhux kunfidenzjali tal-osservazzjonijiet bil-miktub kollha u

tal-evidenza dokumentarja kollha li jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti;

u

(b) Il-Qorti għandha tivverifika l-kunfidenzjalità jew

xort’oħra tal-informazzjoni ppreżentata.

(8)

Fl-interpretazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti il-Qorti tista’

tirrikorri għal sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

għal deċiżjonijiet u stqarrijiet rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea,

inklużi avviżi interpretattivi fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-

TFUE u għal leġiżlazzjoni sekondarja relatata mal-kompetizzjoni u

tista’ wkoll tirreferi għad-deċiżjonijiet tagħha u tat-Tribunal tal-Appell

għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur.

(9) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, id-

dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili

għandhom, mutatis mutandis, japplikaw għall-proċedimenti quddiem

il-Qorti.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

L-artikolu 26A tal-Att għandu, mutatis mutandis, japplika fir-

rigward tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’

penalitajiet.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

Il-konċentrazzjonijiet għandhom ikunu esklużivament

regolati b’dawn ir-regolamenti u l-artikoli 5 sa 10 ta’ l-Att

m’għandhomx jibqgħu japplikaw għalihom ħlief għar-rigward tal-

joint ventures b’funzjoni sħiħa li jkollhom bħala għan tagħhom jew

effett il-koordinament tal-komportament kompetittiv ta’ intrapriżi

li jibqgħu indipendenti skond ir-regolament 4(3).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 379.8 — Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet

Fl-interpretazzjoni tar-regolament 4(4) u tar-regolament

4(2)(b), id-Direttur Ġenerali għandu jirrikorri għal -

(a) sentenzi tal-Qorti u d-deċiżjonijiet preċedenti tagħha;

(b) sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(ċ) deċiżjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea;

(d) l-Avviżi Interpretattivi u l-Linji Gwida tal-

Kummissjoni Ewropea dwar id-dispożizzjonijiet

rilevanti tat-TFUE u tal-leġiżlazzjoni sekondarja

relatata mal-kompetizzjoni; u

(e) ġurisprudenza barranija oħra li tkun pertinenti.

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →