Regolamenti dwar Ċerti Setgħat ta' l-Uffiċjali tad-Dwana
Table of Provisions (6)
Statutory Text (6 Articles)
ĊERTI SETGĦAT TA’ L-UFFIĊJALI TAD-DWANA
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.09
REGOLAMENTI DWAR ĊERTI SETGĦAT
TAL-UFFIĊJALI TAD-DWANA
8 ta’ Marzu, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 29 tal-1991, kif emendat bl-Att VII tal-2019 u VIII tal-
2020.
It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar
Ċerti Setgħat tal-Uffiċjali tad-Dwana.
1. Kull port, bajja jew daħla, jew il-baħar fil-ġurisdizzjoni
territorjali ta’ Malta.
2. Kull ajruport, kull post fil-konfini ta’ kull ajruport, u kull
post barra dawk il-konfini jekk dak il-post ikun anċillari għal xi
ajruport u fil-viċinanza tiegħu.
(1)
Uffiċjal tad-Dwana, meta awtorizzat mill-
Kummissarju, għandu jkollu s-setgħa, b’żieda mas-setgħat u mad-
dmirijiet mogħtija lilu skont l-Ordinanza tad-Dwana, li jeżerċita s-
setgħat u d-dmirijiet kollha li bil-liġi huma mogħtija lil uffiċjal tal-
Pulizija Eżekuttiva fil-postijiet murija fl-Iskeda, dwar reat li jkun
sar jew li jkun hemm suspett li jkun sar.
(2) Qabel ma l-uffiċjal jibda jaqdi l-irwoli msemmija fis-
subregolament (1), hu għandu jieħu dan il-ġurament
"Jiena ................................. solennement naħlef/
niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-poplu u r-
Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha u li naqdi
fedelment l-imsemmija Repubblika fis-servizz tiegħi bħala
uffiċjal tad-Dwana u bil-poteri mogħtija lili bħala uffiċjal tal-
Pulizija Eżekuttiva, skont il-liġi, mingħajr biża’ jew favuri,
ġibda jew mibegħda. (Hekk Alla jgħinni)"
Iżda dawk il-funzjonijiet, setgħat u dmirijiet li huma b’liġi
riservati għal uffiċjali li jkollhom il-grad ta’ mhux inqas minn spettur
tal-Pulizija għandhom jitwettqu biss minn uffiċjali li ma jkollhomx grad
inqas minn dak ta’ Customs officer hekk kif elenkat fl-Estimi Finanzjarji
Annwali bis-saħħa tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi.
Kull uffiċċju, bini, tinda jew post ieħor okkupat mill-
Kontrullur tad-Dwana jew li jkun taħt il-kontroll tiegħu.
Kull parti tax-xtajta ta’ Malta jew fil-viċinanza immedjata
tagħha.