Legislator Case Law & Legislation
sl_365.71 republicofyemen MT

ENFORCEMENT OF EUROPEAN UNION SANCTIONS (REPUBLIC OF YEMEN) REGULATIONS (republicofyemen)

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Laws of Malta — Subsidiary Legislation 365.71 — ENFORCEMENT OF EUROPEAN UNION SANCTIONS (REPUBLIC OF YEMEN) REGULATIONS

ENFORCEMENT OF EUROPEAN UNION

SANCTIONS (REPUBLIC OF YEMEN)

SUBSIDIARY LEGISLATION 365.71

ENFORCEMENT OF EUROPEAN UNION

SANCTIONS (REPUBLIC OF YEMEN)

REGULATIONS

14th July, 2015

LEGAL NOTICE 219 of 2015.

Repealed by Act XX.2020.5.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 365.71 — Regolamenti dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-Repubblika tal-JemenImħassrin bl-Att XX tal-2020

Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew

li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta’ xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew

korp elenkat fl-Anness I għal dan ir-Regolament jiġu ffriżati.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 365.71 — Regolamenti dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-Repubblika tal-JemenImħassrin bl-Att XX tal-2020

L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jitqiegħdu għad-disposizzjoni,

direttament jew indirettament, jew għall-beneficċju ta’ xi persuna fiżika jew

ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I.

Artikolu 3

1. L-Anness I jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati

mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal

atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż iżda mhux limitat

għal

(a) atti li jxekklu jew jipperikolaw it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni

politika, kif deskritt fil-Ftehim ta’ Mekkaniżmu ta’ Inizjattiva u

Implimentazzjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC);

(b) atti li jimpedixxu l-applikazzjoni tar-riżultati tar-rapport finali tal-

Konferenza għad-Djalogu Nazzjonali Komprensiv permezz tal-

vjolenza, jew attakki fuq l-infrastruttura essenzjali;

(ċ) l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi

internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi

umanitarja internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet

tal-bniedem, fil-Jemen.

2. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar ta’ persuni fiżiċi jew

ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 365.71 — Regolamenti dwar l-Infurzar ta’ Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-Repubblika tal-JemenImħassrin bl-Att XX tal-2020

L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-

Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li hija neċessarja għall-

identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati. Fir-

rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, inklużi l-

psewdonimi, id-data u l-post ta’ twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-

karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni.

Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi

l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-

INFURZAR TA’ SANZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-JEMEN

negozju. L-Anness I jista’ jinkludi wkoll id-data tad-deżinjazzjoni mill-Kunsill tas-

Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 4

B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, jistgħu

jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu

disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont kundizzjonijiet li jitqiesu

xierqa, dejjem jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet

(a) l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-

riżorsi ekonomiċi huma

(i)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew

ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri

dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet

għal oġġetti tal-ikel, għall-kera jew għall-ħlas ta’ ipoteki, għall-

mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums

tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi;

(ii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali

raġonevoli jew għar-rimborż ta’ spejjeż marbutin mal-forniment

ta’ servizzi legali; jew

(iii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew spejjeż ta’

servizzi għall-kustodja jew manutenzjoni konswetudinarji ta’

fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; u

(b) l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet

bid-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti

awtorizzazzjoni, u li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona

għal din l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol min-notifika.

Artikolu 5

B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu

jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu

disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b’dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu

xierqa, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li l-fondi

jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa minħabba spejjeż straordinarji, u dejjem

jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b’din

id-deċiżjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva din id-deċiżjoni.

Artikolu 6

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru

jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk

jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernatijkunu s-suġġett ta’

garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-

data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2

ikunu ġew inklużi fl-Anness I, jew ta’ sentenza ġudizzjarja,

amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jkunu se jintużaw

esklussivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b’tali

garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti

bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-

persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(ċ) il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna,

entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(d) ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-

politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e) il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru

kkonċernat bil-garanzija jew bis-sentenza.

Artikolu 7

B’deroga mill-Artikolu 2 u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew

ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li

ġie konkluż, jew minn obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità

jew korp ikkonċernat, qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità

jew korp kienu nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jew mill-Kumitat tas-

Sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt

dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi ffriżati jew ta’

riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat

li

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal pagament minn persuna

fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(b) il-pagament ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 2(2); u

(ċ) il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru

relevanti dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni, għaxart ijiem ta’

xogħol bil-quddiem.

Artikolu 8

1. L-Artikolu 2(2) ma jimpedix l-akkreditar ta’ kontijiet iffriżati minn

istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet

terzi fil-kont tal-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp minn dawk elenkati,

dejjem jekk kull żieda f ’dawn il-kontijiet tiġi ffriżata ukoll. L-istituzzjoni

finanzjarja jew ta’ kreditu tinforma lill-awtoritajiet kompetenti relevanti dwar kull

tranżazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

2. L-Artikolu 2(2) ma japplikax għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’

(a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew

konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew

ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew

inklużi fl-Anness I; jew

(ċ) pagamenti dovuti taħt garanzija jew sentenza

ġudizzjarja,

amministrattiva jew arbitrali, kif imsemmi fl-Artikolu 6;

sakemm kull imgħax, qligħ u pagament ieħor bħal dan ikun iffriżat skont l-Artikolu

2(1).

Artikolu 9

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-

kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u

l-korpi

(a) ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-

Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati

skont l-Artikolu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn

ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu din l-informazzjoni,

direttament jew permezz tal-Istat Membru lill-Kummissjoni; u

INFURZAR TA’ SANZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-JEMEN

(b) jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f’kull verifika ta’ din l-

informazzjoni.

2. Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni tkun

disponibbli għall-Istati Membri.

3. Kull informazzjoni mogħtija jew riċevuta skont dan l-Artikolu tintuża biss

għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.

Artikolu 10

Il-parteċipazzjoni b’mod konxju u intenzjonali, f ’attivitajiet fejn l-għan jew l-

effett huwa li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 hija pprojbita.

Artikolu 11

1. L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li dawn il-fondi jew ir-

riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, li jsir in bona fede għar-raġuni li din l-azzjoni

tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma joħolqu l-ebda tip ta’ responsabbiltà fuq

il-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jwettaq tali azzjoni, jew fuq

id-diretturi jew l-impjegati tiegħu, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi

ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma minħabba negliġenza.

2. Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma joħolqu

l-ebda responsabbiltà, tal-ebda tip, għalihom jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom

l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-projbizzjonijiet

stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 12

1. L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-

eżekuzzjoni tagħhom ġiet milquta, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew

parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet

għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal

kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal

estensjoni jew ħlas ta’ rahan, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija

finanzjarja jew indennizz finanzjarju, tal-ebda għamla, ma tiġi sodisfatta, jekk din

issir minn

(a) persuni fiżiċi jew ġuridiċi, mill-entitajiet jew mill-korpi elenkati fl-

Anness I;

(b) persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz jew

f’isem waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt

(a).

2. Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun

ippruvat li l-issodisfar tal-pretensjoni mhuwiex ipprojbit mill-paragrafu 1, ikun fuq

il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-infurzar ta’

din il-pretensjoni.

3. Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-

entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità

tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri

meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra relevanti li

jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma’ dan ir-Regolament, b’mod

partikolari informazzjoni

(a) fir-rigward tal-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u awtorizzazzjonijiet

mogħtija skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 7;

(b) dwar il-ksur, il-problemi ta’ infurzar u s-sentenzi mogħtija mill-qrati

nazzjonali.

2. L-Istati Membri jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull

informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista’

taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi ta’ informazzjoni

moghtija mill-Istati Membri.

Artikolu 15

1. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-

Sanzjonijiet jinnomina persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp u jkun ipprovda

dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deżinjazzjoni, il-Kunsill għandu jinkludi tali

persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat fl-Anness I. Il-Kunsill

għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet, lill-persuna

fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, direttament, jekk l-indirizz ikun

magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika, li tipprovdi lil tali persuna

fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat b’opportunità li jippreżenta

osservazzjonijiet.

2. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi preżentata evidenza

sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-

persuna entità jew korp ikkonċernat b’dan.

3. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-

Sanzjonijiet jiddeċiedi li jneħħi mil-lista xi persuna, entità jew korp, jew li jemenda

d-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu

jemenda l-Anness I skont dan.

Artikolu 16

1. L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur

tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex

jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi,

proporzjonati u dissważivi.

2. L-Istati Membri jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr

dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b’kull

emenda sussegwenti.

Artikolu 17

1. L-Istati Membri jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-

Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri

jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom

elenkati fl-Anness II.

2. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet

kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti,

mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u jinnotifikawha

b’kull emenda sussegwenti.

3. Meta dan ir-Regolament jippreżenta l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi

nnotifikata jew infurmata, jew issir xi komunikazzjoni magħha xorta oħra, l-indirizz

u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jintużaw għal din il-komunikazzjoni jkunu dawk

indikati fl-Anness II.

INFURZAR TA’ SANZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-JEMEN

Artikolu 18

Dan ir-Regolament japplika

(a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat

Membru;

(ċ) għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun

ċittadina ta’ Stat Membru;

(d) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-

territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’

Stat Membru;

(e) għal kull persuna, entità jew korp legali fir-rigward ta’ kull negozju li

jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f ’Il-Ġurnal

Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri

kollha.

(1)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-

dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ara paġna 147 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru

2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u

l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(3)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-

protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik

id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 2

PERSUNI

1. Abdullah Yahya Al Hakim (magħruf ukoll bħala: a) Abu Ali al Hakim; b)

Abu-Ali al- Hakim; c) Abdallah al-Hakim; d) Abu Ali Alhakim; e) Abdallah al-

Mu’ayyad).

Deżinjazzjoni: Grupp Huthi t-tieni fil-kmand.

Indirizz: Dahyan, Sa’dah Governorate, Jemen.

Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1985; b) Bejn l-1984 u l-1986.

Post tat-twelid: a) Dahyan, Jemen; b) Sa’dah Governorate, Jemen.

Ċittadinanza: Jemen.

Informazzjoni oħra: Sess: raġel.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar

ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet

Abdullah Yahya Al Hakim ġie nominat għas-sanzjonijiet fis-7 ta’ Novembru 2014

skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), minħabba li jissodisfa l-kriterji

tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

Abdullah Yahya Al Hakim kien involut f ’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-

istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta’

Novembru 2011, bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi

transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

F’Ġunju 2014, Abdullah Yahya Al Hakim skont ir-rapporti kellu laqgħa sabiex

jippjana kolp ta’ stat kontra l-President tal-Jemen Abdrabuh Mansour Hadi. Al

Hakim iltaqa’ ma’ militari u kmandanti tas-sigurtà, u mexxejja tribali; figuri

partiġjani ewlenin leali lejn l-ex President tal-Jemen Ali Abdullah Saleh attendew

ukoll il-laqgħa, li kienet timmira li tikkoordina l-isforzi militari biex jieħdu

f’idejhom Sana’a, il-belt kapitali tal-Jemen.

F’dikjarazzjoni pubblika fid-29 ta’ Awwissu 2014, il-President tal-Kunsill tas-

Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjara li l-Kunsill ikkundanna l-azzjonijiet tal-forzi

kkmandati minn Abdullah Yahya Al Hakim li invadew Amran, il-Jemen, inklużi l-

kwartieri ġenerali tal-Brigata tal-Armata tal-Jemen fit-8 ta’ Lulju 2014. Al Hakim

mexxa l-ħakma vjolenti ta’ Lulju 2014 tal-Governorat ta’ Amran u kien il-kmandant

militari responsabbli li jieħu deċiżjonijiet rigward il-konflitti kurrenti fil-Governorat

ta’ Amran u f’Hamdan, il-Jemen.

Minn kmieni f’Settembru 2014, Abdullah Yahya Al Hakim baqa’ f ’Sana’a biex

jissorvelja operazzjonijiet ta’ ġlied fil-każ li kien jibda l-ġlied. Ir-rwol tiegħu kien li

jorganizza operazzjonijiet militari sabiex ikunu jistgħu jwaqqgħu l-Gvern tal-Jemen,

u huwa kien ukoll responsabbli biex jiżgura u jikkontrolla r-rotot kollha lejn u barra

Sana’a.

2. Abd Al-Khaliq Al-Huthi (magħruf ukoll bħala: a) Abd-al-Khaliq al-Huthi;

b) Abd-al-Khaliq Badr-al-Din al Huthi; c) ’Abd al-Khaliq Badr al-Din al-Huthi; d)

Abu-Yunus).

Deżinjazzjoni: Kmandant militari Huthi.

Data tat-Twelid: 1984.

Ċittadinanza: Jemen.

Informazzjoni oħra: Sess: Raġel.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar

ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet

Abd al-Khaliq al-Huthi ġie nominat għas-sanzjonijiet fis-7 ta’ Novembru 2014

skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji tad-

deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

Abd al-Khaliq al-Huthi kien involut f ’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-

istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta’

Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi

transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-

Jemen.

Lejn l-aħħar ta’ Ottubru 2013, Abd Al-Khaliq al-Huthi mexxa grupp ta’ ġellieda

mlibbsin uniformijiet militari tal-Jemen f’attakk fuq postijiet f’Dimaj, il-Jemen. Il-

ġlied sussegwenti rriżulta f’diversi mwiet.

Lejn l-aħħar ta’ Settembru 2014, numru mhux magħruf ta’ ajruplani mhux

INFURZAR TA’ SANZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-JEMEN

identifikati allegatament kienu lesti biex jattakkaw faċilitajiet diplomatiċi f’Sana’a,

il-Jemen, malli jirċievu ordnijiet minn Abd Al-Khaliq al-Huthi. Fit- 30 ta’ Awwissu

2014, al-Huthi kkoordina biex iċaqilqu l-armi minn Amran għal kamp ta’ protesta

f’Sana’a.

3. Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ali Abdallah Salih).

Deżinjazzjoni: a) President tal-partit tal-Kungress tal-Poplu Ġenerali tal-Jemen; b)

President tal-Ex-Repubblika tal-Jemen.

Data tat-twelid: a) 21.3.1945; b) 21.3.1946; c) 21.3.1942; d) 21.3.1947.

Post tat-twelid: a) Bayt al-Ahmar, Sana’a Governorate, il-Jemen; b) Sana’a, il-

Jemen; c) Sana’a, Sanhan, Al-Rib’ al-Sharqi.

Ċittadinanza: Jemen.

Nru tal-Passaport: 00016161 (Jemen).

Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 01010744444.

Informazzjoni oħra: Sess: Raġel.

Data tal-għażla min-NU: 7.11.2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar

ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet

Ali Abdullah Saleh ġie nominat għas-sanzjonijiet fis-7 ta’ Novembru 2014 skont

il-paragrafi 11 u 15 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014), minħabba li jissodisfa l-kriterji

tal-għażla stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

Ali Abdullah Saleh kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà

tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta’ Novembru

2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni

paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

S k o n t i l - F t e h i m t a t - 2 3 t a ’ N o v e m b r u 2 0 11 a p p o ġ ġ a t m i l l - K u n s i l l t a ’

Kooperazzjoni tal-Golf, Ali Abdullah Saleh irriżenja minn President tal-Jemen wara

aktar minn 30 snin.

Mill-ħarifa tal-2012, Ali Abdullah Saleh kien allegatament sar wieħed mis-

sostenituri primarji tal-azzjonijiet vjolenti ta’ Huthi fit-Tramuntana tal-Jemen.

Ġlied fin-Nofsinhar tal-Jemen fi Frar 2013 kien ir-riżultat ta’ sforzi magħquda ta’

Saleh, l-AQAP u s-seċessjonista tan-Nofsinhar Ali Salim al-Bayd sabiex jaqilgħu l-

inkwiet qabel il-Konferenza ta’ Djalogu Nazzjonali fil-Jemen tat-18 ta’ Frar 2013.

Aktar reċentement, f ’Settembru 2014, Saleh kien qed jiddestabbilizza l-Jemen

billi juża persuni oħrajn biex jimminaw lill-gvern ċentrali u joħolqu biżżejjed

instabbiltà biex jheddu b’kolp ta’ stat. Skont rapport ta’ Settembru 2014 minn Bord

ta’ Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen, interlokuturi allegaw li Saleh

jappoġġa azzjonijiet vjolenti ta’ xi Jemeniti billi jipprovdilhom fondi u appoġġ

politiku, kif ukoll billi jiżgura li l-Membri tal-GPC jibqgħu jikkontribwixxu għad-

destabbilizzazzjoni tal-Jemen permezz ta’ diversi mezzi.

ANNESS II

SITI WEB GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

U L-INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKA LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

h t t p : / / w w w. b m w i . d e / D E / T h e m e n / A u s s e n w i r t s c h a f t /

aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

h t t p : / / w w w. e x t e r i o r e s . g o b . e s / P o r t a l / e s / P o l i t i c a E x t e r i o r C o o p e r a c i o n /

GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/

ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.

pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

INFURZAR TA’ SANZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-JEMEN

L-UNGERIJA

h t t p : / / w w w. k u l u g y m i n i s z t e r i u m . h u / k u m / h u / b a l / K u l p o l i t i k a n k /

nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/MT/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

h t t p : / / w w w. p o r t u g a l . g o v. p t / p t / o s - m i n i s t e r i o s / m i n i s t e r i o - d o s - n e g o c i o s -

estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-

restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

h t t p : / / w w w. m z z . g o v. s i / s i / z u n a n j a _ p o l i t i k a _ i n _ m e d n a r o d n o _ p r a v o /

zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

Posta Elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

Siti oħra ġestiti mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

EU Bookshop

EU Open Data Portal

Ted

Whoiswho

CORDIS

N-Lex

Liġi u pubblikazzjonijiet tal-UE

Aċċess dirett

Il-Ġurnal Uffiċjali

Liġi tal-UE u dokumenti relatati

Liġi nazzjonali

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →