Legislator Case Law & Legislation
sl_363.237 MT

Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

12 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (12)

Statutory Text (12 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U L-KONSUM TA’

ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI, U STABBILIMENTI

TAL-IKEL FIL-BERAĦ (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ

GĦAWDEX)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.237

BYE-LAWS DWAR XORB F’KONTENITURI TAL-

ĦĠIEĠ U L-KONSUM TA’ ALKOĦOL F’POSTIJIET

PUBBLIĊI, U STABBILIMENTI TAL-IKEL FIL-

BERAĦ (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ GĦAWDEX)

21 ta’ Ottubru, 2022

KUNSILL LOKALI BYE-LAW 66/05/2022.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

1. It-titolu ta’ dawn il-bye-laws hu l-Bye-Laws dwar Xorb

f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u

Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

(bye-law 6(a))

IL-KONSUM TA’ XORB ALKOĦOLIKU F’POSTIJIET

PUBBLIĊI KIF IMFISSRA FIL-BYE-LAWS HU PROJBIT BIL-

LIĠI.

IL-ĠARR TA’ XORB ALKOĦOLIKU U KULL TIP TA’

XORB IEĦOR F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ HU PROJBIT BIL-

LIĠI F’POSTIJIET PUBBLIĊI JEKK MHUX F’KONTENITURI

SSIĠILLATI U MAGĦLUQA.

THE CONSUMPTION OF ALCOHOLIC BEVERAGES IS

PROHIBITED BY LAW IN PUBLIC PLACES AS DEFINED IN

THE BYE-LAWS.

THE CARRYING OF ALCOHOL AND BEVERAGES IN

GLASS CONTAINERS IN PUBLIC PLACES OTHER THAN IN

SEALED AND CLOSED CONTAINERS IS PROHIBITED BY LAW.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

F’dawn il-bye-laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx xort’oħra

"arei msemmija" tfisser dawk l-arei msemmija mill-

awtoritajiet kompetenti għat-tqegħid tal-imwejjed u siġġijiet

sabiex jiġi kkunsmat ikel u xorb;

"ashtrays" tfisser reċipjenti approvati għar-rimi ta’ skart

relatat mas-sigaretti li jinkludu iżda mhux limitati għal loqom

tas-sigaretti u mqiegħda f’post pubbliku;

"Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;

"bin" tfisser kwalunkwe kontenitur li jista’ jingħalaq

permezz ta’ għatu, fornut mill-Kunsill Lokali, u mqiegħed

f’post pubbliku fil-konfini tal-lokalità ta’ Marsalforn (Żebbuġ)

Għawdex għad-depożitu tal-iskart;

"kontenitur ta’ xorb alkoholiku" tinkludi fliexken,

bottijiet, tazzi, u, jew xi kontenitur ieħor maħsub biex fih jiġi

servut ix-xorb;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Żebbuġ (Għawdex);

"lokalità" tfisser il-lokalità ta’ Marsalforn (Żebbuġ)

Għawdex kif indikata fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Att;

"post pubbliku" tfisser u tinkludi t-toroq, sqaqien,

bankini, pjazez, promenades, ġonna, parks, belvederes, xtajtiet,

u l-ispazji pubbliċi miftuħa kollha li jagħmlu parti mill-konfini

ta’ Marsalforn (Żebbuġ) Għawdex;

"titlajja" jew "tlajjar" tfisser il-preżenza persistenti ta’

kwalunkwe persuna għal ebda raġuni partikolari, esklużi

persuni li jkunu qegħdin iwettqu xi dmir f’post pubbliku.

XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U L-KONSUM TA’

ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI, U STABBILIMENTI

TAL-IKEL FIL-BERAĦ (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ

GĦAWDEX)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

1. L-ebda persuna ma għandha titlajja f’xi post pubbliku

filwaqt li żżomm f’idha, iġġorr jew ikollha fil-pussess tagħha jew fuq

il-persuna tagħha xi kontenitur tal-ħġieġ.

3.2. L-ebda persuna ma għandha titlajja f’xi post pubbliku

filwaqt li żżomm f’idha, iġġorr jew ikollha fil-pussess tagħha jew fuq

il-persuna tagħha xorb alkoħoliku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

L-ebda persuna ma għandha ġġorr xorb alkoħoliku f’post

publiku jekk mhux f’kontenitur issiġillat jew magħluq.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

L-ebda persuna ma tista’ tikkonsma xorb alkoħoliku fit-

toroq jew f’postijiet pubbliċi ħlief f’arei msemmija.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

Kwalunkwe stabbiliment kummerċjali jew tal-ikel li

jopera fil-konfini tal-lokalità li jbigħ jew iservi xorb għandu

(a)

iwaħħal avviż bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż kif

indikat fl-Iskeda, li għandu jkun provdut mill-Kunsill, u dak l-

avviż għandu jitqiegħed f’post fejn ikun jidher sew li jinqara

faċilment mill-klijenti jew parruċċani tal-istess stabbiliment

kummerċjali;

(b)

jipprovdi kontenituri magħmula minn materjal li

ma jkunx ħġieġ jekk dak ix-xorb ikun ser jiġi kkunsmat f’xi

post pubbliku;

(ċ)

jaċċerta ruħu li jsir tindif regolari taż-żona li

tinsab f’distanza ta’ ħames (5) metri mill-istabbiliment

kummerċjali u għall-ġbir tal-iskart mill-bins fiż-żona li tinsab

fl-istess distanza;

(d)

kwalunkwe persuna li torganizza xi attività fil-

konfini ta’ Marsalforn (Żebbuġ) Għawdex għandu jikkonforma

ma’ dawn il-bye-laws u jikseb il-permessi meħtieġa mill-

Kunsill.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

1. Kull stabbiliment tal-ikel għandu jkun responsabbli għat-

tindif u l-iżbarazzar ta’ kwalunkwe skart depożitat fl-ispazju fil-beraħ

tal-istabbiliment tiegħu mill-klijenti tiegħu jew mill-istabbiliment

stess.

7.2. Kull stabbiliment tal-ikel li jagħti servizz lill-klijenti fi

spazju fil-beraħ għandu jpoġġi numru adattat ta’ ashtrays fiż-żona ta’

barra tiegħu u għandu jkun responsabbli għat-tindif u l-iżbarazzar tal-

ashtrays kif ukoll għar-rimi xieraq tal-iskart imqiegħed fl-ashtrays.

7.3.

Kull stabbiliment tal-ikel għandu jiżgura li l-ashtrays ma

XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U L-KONSUM TA’

ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI, U STABBILIMENTI

TAL-IKEL FIL-BERAĦ (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ

GĦAWDEX)

għandhom fl-ebda ħin ikunu mfawra jew f’riskju li jfuru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

Kwalunkwe użu tal-plastik għandu jkun ipprojbit u

minflok għandhom jintużaw kontenituri bijodegradabbli.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

Dawn il-Bye Laws għandhom japplikaw bla ħsara għad-

dispożizzjonjiet tar-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu Permess

mill-Kunsill Lokali.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.237 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi, u Stabbilimenti tal-Ikel fil-Beraħ (Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex)

Kwalunkwe persuna, sid jew operatur ta’ stabbiliment

kummerċjali jew tal-ikel, skont il-każ, li jikser kwalunkwe mid-

dispożizzjoni ta’ dawn il-Bye Laws, għandu, meta jinstab ħati, jeħel

ammenda ta’ sebgħin euro (€70) għal dik il-kontravvenzjoni, kif ukoll

ammenda oħra ta’ ħmistax -il euro (€15) għal kull jum li fih ikun kiser

xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye Laws.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →