Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Munxar)
Table of Provisions (6)
Statutory Text (6 Articles)
KONTROLL TAL-
ĦAMIEM (KUNSILL LOKALI MUNXAR)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.236
BYE-LAWS DWAR KONTROLL TAL-
ĦAMIEM (KUNSILL LOKALI MUNXAR)
23 ta’ Settembru, 2022
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 42/04/2022.
It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu l-Bye-Laws dwar
Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Munxar).
F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra
"Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;
"ħamiem domestiku" tfisser ħamiem li jkun miżmum
f’post ta’ abitazzjoni jew xi post ieħor għal skop ta’
rikreazzjoni, passatemp jew sport;
"ħamiem selvaġġ" tfisser ħamiem li ma jkunx ħamiem
domestiku;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Munxar;
"lokalità" tfisser il-lokalità tal-Munxar kif indikata fit-
Tieni Skeda li tinsab mal-Att.
1. F’kull parti tal-lokalità hu projbit li persuna titma’
ħamiem selvaġġ.
3.2. Hu projbit ukoll li persuna tħalli, b’mod volontarju, ikel
f’postijiet aċċessibbli għal ħamiem.
3.3. Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-bye-law ma għandhomx
japplikaw għal dawk il-persuni li jrabbu jew jieħdu ħsieb ħamiem
domestiku.
Is-sidien ta’ proprjetà immobbli abbandunata ġewwa l-
lokalità għandhom jiżguraw li l-imsemmija proprjetà tkun magħluqa u
ssiġġillata b’tali mod li ma jkunx jista’ jidħol jew ibejjet ħamiem
selvaġġ ġewwa fiha.
Kull persuna li tonqos milli tikkonforma ma’ xi
dispożizzjoni ta’ dawn il-Bye-Laws għandha titqies li tkun wettqet
kontravvenzjoni u għandha, meta tinstab ħatja, teħel, sakemm ma
tkunx tapplika penali ogħla taħt xi liġi oħra
(a)
għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ sitta u
erbgħin euro u disgħa u ħamsin ċenteżmu (€46.59);
(b)
għat-tieni kontravvenzjoni jew kontravvenzjoni
KONTROLL TAL-
ĦAMIEM (KUNSILL LOKALI MUNXAR)
sussegwenti, ammenda ta’ disgħa u sittin euro u tmienja u
tmenin ċenteżmu (€69.88);
(ċ)
f’każ ta’ kontravvenzjoni kontinwa, ammenda ta’
ħdax-il euro u ħamsa u sittin ċenteżmu (€11.65) għal kull jum li
matulu tkompli l-kontravvenzjoni.