Legislator Case Law & Legislation
sl_363.235 cittàbeland MT

Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland)) (cittàbeland)

7 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (7)

Statutory Text (7 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.235 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland))

KONTROLL TAL-ĦAMIEM

(KUNSILL LOKALI ŻEJTUN (CITTÀ BELAND))

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.235

BYE-LAWS DWAR KONTROLL TAL-ĦAMIEM

(KUNSILL LOKALI ŻEJTUN (CITTÀ BELAND))

18 ta’ Frar, 2022

KUNSILL LOKALI BYE-LAW 10/03/2022.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.235 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland))

It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu l-Bye-Laws dwar

Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland)).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.235 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland))

F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;

"ħamiem domestiku" tfisser ħamiem li jkun miżmum f’post ta’

abitazzjoni jew xi post ieħor għal skop ta’ rikreazzjoni, passatemp jew

sport;

"ħamiem selvaġġ" tfisser ħamiem li ma jkunx ħamiem

domestiku;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland);

"lokalità" tfisser il-lokalità taż-Żejtun (Città Beland) kif murija

fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Att.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.235 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland))

1

F’kull parti tal-lokalità hu projbit li persuna titma’

ħamiem selvaġġ.

3.2

Hu projbit ukoll li persuna tħalli, b’mod volontarju, ikel

f’postijiet aċċessibbli għall-ħamiem.

3.3

Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-bye-law ma japplikawx

għal dawk il-persuni li jrabbu jew jieħdu ħsieb ħamiem domestiku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.235 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland))

Is-sidien ta’ proprjetà immobbli abbandunata ġewwa l-

lokalità għandhom jiżguraw li l-imsemmija proprjetà tkun imbarrata

b’tali mod li ma jkunx jista’ jidħol jew ibejjet ħamiem selvaġġ ġewwa

fiha.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.235 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland))

Kull persuna li tonqos milli tikkonforma ma’ xi

dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws għandha titqies li wettqet

kontravvenzjoni u għandha, meta tinstab ħatja, sakemm ma tkunx

tapplika penali ogħla taħt xi liġi oħra, teħel

(a)

għall-ewwel kontravvenzjoni ammenda ta’ sitta u

erbgħin euro, disa’ u ħamsin ċenteżmu (€46.59);

(b)

għat-tieni

kontravvenzjoni

jew

kull

kontravvenzjoni li tiġi wara, ammenda ta’ disa’ u sittin euro,

KONTROLL TAL-ĦAMIEM

(KUNSILL LOKALI ŻEJTUN (CITTÀ BELAND))

tmienja u tmenin ċenteżmu (€69.88);

(ċ)

f’każ ta’ kontravvenzjoni kontinwata, ammenda

ta’ ħdax-il euro u ħamsa u sittin ċenteżmu (€11.65) għal kull

jum li matulu tkompli l-kontravvenzjoni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.235 — Bye-Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Żejtun (Città Beland))

Huwa ukoll legali għall-Kunsill li juża kwalunkwe

miżura ta’ kontroll tat-tkattir tal-ħamiem disponibbli sabiex inaqqas il-

popolazzjoni, dejjem jekk jitqies meħtieġ.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →