Bye-Laws dwar Użu ta’ Faċilitajiet u Amministrazzjoni (Kunsill Lokali Ħad-Dingli)
Table of Provisions (17)
Statutory Text (17 Articles)
(KUNSILL LOKALI ĦAD-DINGLI)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.224
BYE-LAWS DWAR UŻU TA’ FAĊILITAJIET U
AMMINISTRAZZJONI
(KUNSILL LOKALI ĦAD-DINGLI)
8 ta’ Jannar, 2021
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 16/02/2021.
It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu l-Bye-Laws dwar Użu
ta’ Faċilitajiet u Amministrazzjoni (Kunsill Lokali Ħad-Dingli).
(bye-law 5)
Applikazzjoni għall-użu tal-faċilitajiet
Nru. Tal-Applikazzjoni: .......................................................
Isem u Kunjom tal-Applikant: ..............................................
Nru ta’ Dokument ta’ Identifikazzjoni Legalment Validu/Nru.
Tal-Passport: ..............................
Kariga fl-Għaqda (e.ż. President, Segretarju, eċċ) ................
Isem tal-Għaqda (jekk applikabbli) ............................
Indirizz Uffiċjali
Nru. Tat-Telefon: .......................................................
Nru. Tal-Mowbajl: .......................................................
Il-Faċilità li qed tapplika għaliha: ......................................
Ġranet tal-Attività Minn .................................... Sa ................
Żmien (Ħin) Minn ...................... Sa ......................................
Nru. Ta’ nies li maħsub li ser jattendu: ...........................
Dritt għad-Dħul (jekk applikabbli) ...............................
Miżuri meħuda biex jindennizzaw lill-Kunsill (ehmeż id-
dokumenti) : ........................................ (eż. Polza ta’ Assigurazzjoni,
Garanzija Bankarja, eċċ)
Data..................................
Firma tal-Applikant .......................................................
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI
Dritt Imħallas .......................................................
Nru. Tar-Riċevuta ...........................................
Data u Ħin meta waslet l-applikazzjoni ................................
Aċċettata/ Mhux Aċċettata (ħassar kif meħtieġ) Data .............
LOKALI ĦAD-DINGLI)
Kummenti mill-Kunsill (jekk meħtieġ) ...............................
Firma ....................................................... Timbru Uffiċjali
Kariga .......................................................
F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra
''applikant'' tfisser kull persuna, sew jekk individwu, klabb,
għaqda, assoċjazzjoni jew soċjetà, li japplika sabiex jagħmel użu mill-
faċilitajiet skont dawn il-Bye-Laws;
''Att'' tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;
''attrezzamenti'' tfisser kull proprjetà tal-Kunsill Lokali, sew
jekk mobbli jew jekk immobbli, li tinkludi iżda mhijiex limitata għal
għodda u makkinarju, ħwejjeġ, kompjuters, internet, mobilità,
għamara tat-triq, tal-uffiċċju jew materjal edukattiv ieħor;
''faċilitajiet'' tfisser kull post jew binja, tagħmir, attrezzament
jew proprjetà ta’, provdut minn jew jaqa’ taħt il-ġurisidizzjoni tal-
Kunsill Lokali;
''Kunsill'' tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli;
''lokalità'' tfisser il-lokalità ta’ Ħad-Dingli li tinsab fil-konfini
definiti fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Att;
''persuna awtorizzata'' tfisser il-persuna, kumpanija, klabb,
għaqda, assoċjazzjoni jew soċjetà li tkun ġiet mogħtija l-
awtorizzajzzjoni mill-Kunsill skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-
Bye-Laws sabiex tuża xi waħda mill-faċilitajiet.
(bye-law 12)
Pattijiet u Kondizzjonijiet għall-Awtorizzazzjoni għall-użu tal-
faċilitajiet
L-awtorizzazzjoni hi valida għat-tul ta’ żmien skont kif muri fl-
applikazzjoni li tinsab fl-Ewwel Skeda u bla ħsara għal kull
kondizzjoni oħra magħmula mill-Kunsill fuq il-formula tal-
Awtorizzazzjoni.
Il-Kunsill għandu dritt li jirrevoka l-awtorizzazzjoni f’kull ħin
għal xi ksur ta’ xi waħda minn dawn il-pattijiet u kondizzjonijiet jew xi
dispożizzjonijiet tal-Bye-Laws jew xi kondizzjonijiet oħra magħmula
mill-Kusnill fuq il-formola tal-awtorizzazzjoni. Il-Kunsill għandu dritt
li jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk l-attività titqies li tkun kontra l-
morali jew id-deċenza pubblika.
Jekk il-Kunsill jirrevoka l-awtorizzazzjoni għal xi raġuni
msemmija fil-paragrafu 2, il-persuna awtorizzata ma jkolliex jedd li
tieħu lura d-dritt imħallas jew xi parti minnu.
L-awtorizzazzjoni hi bla ħlas għall kull permess jew liċenzja
meħtieġa taħt xi liġi oħra. L-appalikant għandu d-dmir li jikseb dawk
il-permessi u l-liċenzi meħtieġa.
Il-persuna awtorizzata ma tistax tagħmel xi attivita li ma tkunx
imniżżla fl-awotrizzazzjoni.
Il-persuna awtorizzata għandha żżomm il-faċilità nadifa f’kull
ħin matul l-attività, u tassigura li dak il-post għandu jibqa’ nadif
sakemm jagħlaq iż-żmien tal-awotrizzazzjoni.
Il-persuna awtorizzata għandha tassigura li mat-tmiem tal-
awtorizzazzjoni l-faċilità titħalla fl-istat oriġinali li fiha kienet tinstab.
Il-persuna awtorizzata għandha tassigura li ma jinħoloq ebda
inkonvenjent jew skumdita lill-pubbliku matul iż-żmien tal-
awtorizzazzjoni.
Kull storbju għandu jieqaf fil-11:00pm.
Kopja tal-awtorizzazzjoni għandha f’kull waqt tintwera b’mod
(KUNSILL LOKALI ĦAD-DINGLI)
prominenti għall-informazzjoni tal-pubbliku fid-daħla tal-faċilità.
Mingħajr ebda preġudizzju għal kull permess ieħor
meħtieġ minn awtorità oħra jew taħt xi liġi oħra, ħadd ma jista’
jagħmel użu mill-faċilitajiet mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel
tal-Kunsill.
(bye-law 9)
Drittijiet għall-użu tal-faċilitajiet
Pagament għall-użu tal-e-bike sharing system
€2.50 kull siegħa sa massimu ta’ erbgħa sigħat
€1.50 għall kull siegħa addizzjonali
€10.00 għal tminn sigħat
F’kull każ l-e-bike ma tistax tinżamm għal iktar minn ħmistax-il
siegħa
Pagament għall-użu ta’ Ġnien il-Ħaddiem
€50.00 għal massimu ta’ erbgħa sigħat
€10.00 għall kull siegħa addizzjonali
Pagament għall-użu tal-ispazju quddiem il-kappella tal-
Maddalena
€300.00 għal massimu ta’ erbgħa sigħat
€50.00 għall kull siegħa addizzjonali
L-attrezzamenti għandhom jiġu użati biss għall-iskop li
għalih ikunu saru.
1
Il-Kunsill għandu jagħti awtorizzazzjoni għall-użu ta’ xi
waħda mill-faċilitajiet wara li ssir applikazzjoni bil-miktub minn
applikant fuq il-formula preskritta fl-Ewwel Skeda
LOKALI ĦAD-DINGLI)
Iżda l-Kunsill għandu jkollu d-dritt li jirrifjuta li jagħti
awtorizzazzjoni f’dawk iċ-ċirkostanzi u għal xi raġuni li l-Kunsill iħoss
li hija ġusta; madanakollu, il-Kunsill għandu, fi żmien ħmistax (15)-il
ġurnata mid-data tal-applikazzjoni, jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu jew
jiċħad, skont il-każ, bil-miktub
Iżda wkoll f’każ li ma tingħatax awtorizzazzjoni fi żmien
ħmistax (15)-il ġurnata, l-applikazzjoni għandha titqies li ġiet rifjutata.
5.2
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sa mhux
aktar tard minn xahar (1) u mhux aktar qabel minn xahrejn (2) mid-data
meta jkollha ssir l-attività. Id-deċiżjoni tal-Kunsill għandha tiġi
mgħarrfa lill-applikant kemm jista jkun malajr
Iżda l-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni billi jbiddel dawn
il-perjodi.
5.3
Meta jaslu aktar minn applikazzjoni waħda għal attività
biex issir fl-istess post u fl-istess jum, l-ewwel applikazzjoni li tkun
daħlet għandha tingħata prijorità
Iżda jekk jaslu xi applikazzjonijiet f’daqqa, l-applikant li
jgħix fil-lokalita’ għandu jingħata preferenza
Iżda wkoll jekk l-applikanti huma kollha mill-istess
lokalità, jew jekk ħadd minnhom ma jkun joqgħod fil-lokalità, il-
Kunsill għandu jiddiskuti l-applikazzjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill u
jekk ma jkunx hemm qbil bejn il-maġġoranza tal-Kunsilliera, itella bix-
xorti l-applikazzjoni li tkun se tingħażel fil-preżenza tal-applikanti.
Ma għandha tiġi sottomessa ebda applikazzjoni skont il-
bye-law 5.1 kemm-il darba x-xorta ta’ attività ma tkunx waħda sportiva,
edukattiva, rikreattiva, reliġjuża, kulturali jew filantropika, jew dik l-
attività ma tkunx approvata mill-Kunsill.
1
L-awtorizzazzjoni għandha tingħata lill-applikant fuq il-
formula stabbilita fl-Ewwel Skeda u bla ħsara għall-patti u l-
kondizzjonijiet stabbiliti fit-Tieni Skeda, u għal kull kondizzjoni oħra li
l-Kunsill jista’ jimponi. Kopja tal-awtorizzazzjoni għandha tinżamm
mill-Kunsill.
7.2
Din il-proċedura għandha tkun tapplika wkoll fil-każ ta’
ċaħda. F’każ li l-applikazzjoni tiġi miċħuda, il-Kunsill għandu wkoll
jagħti r-raġuni għal dak ir-rifjut.
7.3
Awtorizzazzjoni maħruġa taħt dawn il-Bye-Laws ma
għandhiex tkun trasferibbli jekk mhux bil-permess bil-miktub mogħti
bil-quddiem tal-Kunsill.
1
Il-Kunsill ikollu preferenza għall-użu tal-faċilitajiet.
8.2
Meta tkun diġà inħarġet awtorizzazzjoni skont dawn il-
(KUNSILL LOKALI ĦAD-DINGLI)
Bye-Laws biex issir attività fl-istess data u post fejn il-Kunsill ikun bi
ħsiebu jagħmel xi attività tiegħu nnifsu, il-Kunsill jista’ jirrevoka l-
awtorizzazzjoni li tkun diġà maħruġa billi jgħarraf b’dan bil-miktub
lill-applikant mill-inqas ħmistax (15)-il ġurnata qabel id-data ta’ dik l-
attività. F’dak il-każ, il-Kunsill għandu jirrifondi d-dritt imħallas mill-
applikant, u kull spejjeż oħra li jkunu saru li jkollhom x’jaqsmu ma’
dik l-attività li tkun saret applikazzjoni għaliha sakemm tinġieb kull
riċevuta.
L-applikant għandu, meta jissottometti l-applikazzjoni,
iħallas dritt kif stipulat fit-Tielet Skeda skont ix-xorta tal-attività
Iżda l-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni speċjali f’każ ta’
attivitajiet b’għan filantropiku jew għaqdiet mhux governattivi lokali
jew jekk tali attività tittella b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali.
1 Il-Kunsill jista’ jikri l-attrezzamenti jew is-servizzi
tiegħu, diment li dak il-kiri huwa awtorizzat minn kwalunkwe liġi oħra
fis-seħħ f’Malta.
10.2 Il-Kunsill jista’ jagħmel użu minn kull forma ta’ sistema
onlajn li tiffaċilita l-kiri tal-attrezzamenti jew servizzi tiegħu, inkluż l-
faċilitazzjoni ta’ trasferiment ta’ pagamenti għal tali kiri.
Il-Kunsill għandu jżomm rekord tad-data dwar il-kiri ta’
tali attrezzament skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-
Data.
1 Kull persuna li żżur jew tagħmel użu minn, kif ukoll kull
persuna li tkun mogħtija l-fakultà li tuża l-faċilitajiet fil-proprjetà
tinżamm responsabbli għal kull danni magħmula lill-faċilitajiet jew
lill-attrezzamenti tagħhom jew xi danni oħra li terzi persuni jistgħu
jsofru ġewwa l-faċilitajiet matul iż-żmien tal-awtorizzazzjoni.
12.2 Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws,
jekk persuna awtorizzata tagħmel użu ħażin mill-faċilitajiet jew
tinkiser xi waħda mill-pattijiet u kondizzjonijiet stipulati fl-
awtroizzazzjoni, il-Kunsill jista’ jirrevoka l-awtorizzazzjoni u l-ebda
dritt imħallas ma jingħata lura.
Kull persuna li tikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet mogħtija
bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, hija ħatja ta’ kontravvenzjoni u tista’
teħel multa (ammenda), ta’ mhux inqas minn għoxrin euro (€20) u
mhux aktar minn elf u ħames mitt euro (€1,500).
12.3 Il-Kunsill jista’, b’żieda mal-penali stabbiliti fil-bye-law
12.2, jordna lill-persuna li tinsab ħatja ta’ ksur li tagħmel it-tiswijiet
meħtieġa li jkunu għas-sodisfazzjon tal-Kunsill
Iżda l-persuna li tinsab ħatja tista’ wkoll teħel ammenda
ta’ ħdax-il euro u ħamsa u sittin ċenteżmu (€11.65) għal kull ġurnata li
LOKALI ĦAD-DINGLI)
matulha ma jsirux it-tiswijiet, filwaqt li l-Kunsill ikollu dritt li jagħmel
it-tiswijiet meħtieġa bi spejjeż tal-persuna misjuba ħatja.
12.4 Il-Kunsill għandu jżomm rekord ta’ kull ksur tal-
kondizzjonijiet jew użu ħażin, u għandu jkun fid-diskrezjoni tal-Kunsill
jekk għandhiex tinħareġ awtroizzazzjoni fil-futur lill-persuna
awtorizzata li lilha tkun ġiet revokata l-awtroizzazzjoni kif indikat fil-
bye-law 12.2.
1 Kull persuna li tikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws, jew li tonqos milli taderixxi ma’ xi kondizzjoni tal-
awtorizzazjoni mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, teħel, meta
tinsab ħatja, ammenda ta’ mhux aktar minn disgħa u sittin euro u
tmienja u tmenin ċenteżmu (€69.88) għal dik il-kontravvenzjoni.
13.2 Il-Kunsill jista’, b’żieda mal-penali stabbiliti fil-bye-law
13.1, jordna lill-persuna li tinsab ħatja ta’ ksur li tagħmel it-tiswijiet
meħtieġa li jkunu għas-sodisfazzjon tal-Kunsill u tista’ wkoll teħel
ammenda ta’ ħdax-il euro u ħamsa u sittin ċenteżmu (€11.65) għal kull
ġurnata li matulha ma jsirux it-tiswijiet.
13.3 Il-Kunsill ikollu dritt li jagħmel it-tiswijiet meħtieġa bi
spejjeż tal-persuna misjuba ħatja.
(KUNSILL LOKALI ĦAD-DINGLI)