Legislator Case Law & Legislation
sl_363.223 MT

Bye-Laws dwar Posta Mhux Mitluba (Kunsill Lokali Tas-Sliema)

4 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Statutory Text (4 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.223 — Bye-Laws dwar Posta Mhux Mitluba (Kunsill Lokali Tas-Sliema)

POSTA MHUX MITLUBA

(KUNSILL LOKALI TAS-SLIEMA)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.223

BYE-LAWS DWAR POSTA MHUX MITLUBA

(KUNSILL LOKALI TAS-SLIEMA)

8 ta’ Frar, 2021

KUNSILL LOKALI BYE-LAW 59/01/2021.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.223 — Bye-Laws dwar Posta Mhux Mitluba (Kunsill Lokali Tas-Sliema)

1

It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu l-Bye-Laws dwar Posta

Mhux Mitluba (Kunsill Lokali Tas-Sliema).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.223 — Bye-Laws dwar Posta Mhux Mitluba (Kunsill Lokali Tas-Sliema)

1

F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx xort’oħra

"Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Tas-Sliema;

"posta mhux mitluba" tfisser reklamar kummerċjali mhux

mixtieq jew mhux mitlub jew materjal promozzjonali kummerċjali

riċevut bil-posta li xi kultant tissejjaħ junk mail.

2.2

F’dawn il-Bye-Laws, kull frażi li hija definita fl-Att

għandu jkollha l-istess tifsira kif mogħtija lilha fl-Att.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.223 — Bye-Laws dwar Posta Mhux Mitluba (Kunsill Lokali Tas-Sliema)

1

Kull posta mhux mitluba għandha tintbagħat fil-kaxxi

tal-ittri u mhux titħalla fuq l-għatba tal-bibien, bankina, kwalunkwe

parti ta’ bini jew ġnien jew kontenitur anke jekk dak il-kontenitur

huwa maħsub għall-posta mhux mitluba.

3.2

Kull persuna li tqassam tali posta mhux mitluba għandha

tiżgura li l-posta tidħol kompletament fil-kaxxi tal-ittri tar-riċevitur u

li tali posta ma għandhiex tkun tidher minn barra.

3.3

Jekk il-kaxxa tal-ittri tkun mimlija u l-persuna li tqassam

il-posta mhux mitluba ma tistax tiżgura li l-posta tidħol kompletament

fil-kaxxi tal-ittri tar-riċevitur, dik il-persuna ma għandhiex tħalli jew

tqassam il-posta mhux mitluba fil-kaxxi tal-ittri.

3.4

Il-persuna li tqassam il-posta mhux mitluba għandha

tirrispetta kwalunkwe tabella jew sticker li tiddikkjara li ma għandhiex

titħalla posta mhux mitluba f’residenza partikolari, bini kummerċjali

jew f’blokk ta’ appartamenti jew f’xi bini ieħor.

Kull persuna li tikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’

dawn il-Bye-Laws, jew li tonqos milli tosserva xi kondizzjoni

magħmula bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, għandha titqies li wettqet

kontravvenzjoni, u għandha, meta tinstab ħatja, teħel multa

(ammenda) ta’ mhux aktar minn sebgħin euro (€70) għal dik il-

kontravvenzjoni.

POSTA MHUX MITLUBA

(KUNSILL LOKALI TAS-SLIEMA)

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →