Legislator Case Law & Legislation
sl_363.222 MT

Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

12 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (12)

Statutory Text (12 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U KONSUM TAL-

ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI

(KUNSILL LOKALI L-IMSIDA)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.222

BYE-LAWS DWAR XORB F’KONTENITURI TAL-

ĦĠIEĠ U KONSUM TAL-ALKOĦOL F’POSTIJIET

PUBBLIĊI (KUNSILL LOKALI L-IMSIDA)

6 ta’ Novembru, 2020

KUNSILL LOKALI BYE-LAW 41/05/2020.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

It-titolu ta’ dawn il-bye-laws hu l-Bye-Laws dwar Xorb

f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi

(Kunsill Lokali l-Imsida).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

(bye-law 6)

IL-KONSUM FIT-TOROQ, PJAZEZ U ĠONNA PUBBLIĊI,

TA’ KULL TIP TA’ XORB F’ KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ HU

PROJBIT BIL-LIĠI, IL-ĠARR TA’ KULL TIP TA’ XORB FIT-

TOROQ, PJAZEZ U ĠONNA PUBBLIĊI JEKK MHUX

F’KONTENITURI SSIĠILLATI U MHUX MIFTUĦIN HU PROJBIT

BIL-LIĠI.

Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum tal-

Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida).

THE CONSUMPTION OF BEVERAGES AND ALCOHOL IN

GLASS CONTAINERS IN STREETS, SQUARES AND PUBLIC

GARDENS, IS PROHIBITED BY LAW. THE CARRYING OF

ALCOHOL OR BEVERAGES IN THE STREETS, SQUARES AND

PUBLIC GARDENS OTHER THAN IN SEALED UNOPENED

CONTAINERS IS PROHIBITED BY LAW.

Beverages in Glass Containers in Public Places (Imsida Local

Council) Bye-Laws.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

F’dawn il-bye-laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

teħtieġx xort’oħra

''arei msemmija'' tfisser dawk l-arei msemmija minn awtoritajiet

kompetenti għat-tqegħid ta’ imwejjed u siġġijiet sabiex jiġi kkunsmat

ikel u xorb;

''Att'' tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;

''bin'' tfisser kwalunkwe kontenitur li jista’ jingħalaq permezz

ta’ għatu, fornut mill-Kunsill Lokali u mqiegħed f’post pubbliku fil-

konfini tal-lokalità tal-Imsida għad-depożitu tal-iskart;

''kontenitur tal-ħġieġ'' tinkludi fliexken, tazzi, u, jew xi

kontenitur tal-ħġieġ ieħor maħsub biex fih jiġi servut xi xorb;

''Kunsill'' tfisser il-Kunsill Lokali l-Imsida;

''lokalità'' tfisser l-Imsida kif stipulat fit-Tieni Skeda li tinsab

mal-Att;

''post pubbliku'' tfisser it-toroq, il-pjazez, il-belvederes, l-ispazji

miftuħa u l-ġonna fil-lokalità tal-Imsida.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

(bye-law 8)

1. Fiż-żoni pubbliċi, matul il-perjodu li jibda minn u

jispiċċa wara ċ-ċelebrazzjoni tal-festa titulari ta’ San Ġużepp fl-

Imsida.

2. Attivitajiet permessi mill-Kunsill Lokali tal-Imsida skont

l-Attivitajiet li jeħtieġu permess mir-Regolamenti tal-Kunsill Lokali.

3. Permess għall-imwejjed u s-siġġijiet maħruġa mill-

Kunsill Lokali skont l-Attivitajiet li jirrikjedu permess mir-

Regolamenti tal-Kunsill Lokali.

4. Kull permess ta’ attività maħruġ mill-Kummissarju tal-

Pulizija f’żoni nominati.

5. Stabbilimenti liċenzjati li joperaw fil-perimetru ta’

estensjoni ta’ barra skont kif approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar u

mill-Awtorità tat-Turiżmu.

6. Okkażjonijiet jew ċirkostanzi oħra li jistgħu jiġu eżentati

mill-Kunsill Lokali minn żmien għal żmien, sakemm kull eżenzjoni

bħal din għandha tkun ippubblikata fil-Gazzetta , mill-anqas erbgħa u

għoxrin (24) siegħa qabel.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

Ebda persuna ma tista’ titlajja f’xi post pubbliku filwaqt

li tixrob minn xi kontenitur tal-ħġieġ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

Ebda persuna ma tista’ ġġor xorb alkoħoliku jew xorb

ieħor f’post pubbliku jekk mhux f’kontenitur issiġillat u li ma jkunx

miftuħ.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

Ebda persuna ma tista’ tikkonsma xorb alkoħoliku jew

xorb ieħor f’kontenitur tal-ħġieġ f’postijiet pubbliċi ħlief fl-arei

msemmija.

XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U KONSUM TAL-

ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI

(KUNSILL LOKALI L-IMSIDA)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

Kull stabbiliment kummerċjali li jinsab fil-lokalità li

jbigħ ix-xorb għandu

(a)

iwaħħal avviż bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż kif muri

fl-Ewwel Skeda, u dak l-avviż għandu jintwera f’post fejn ikun

jidher sew u jinqara faċilment mill-klijenti tal-istess

stabbiliment kummerċjali;

(b)

jipprovdi kontenituri magħmula minn materjal li

ma jkunx ħġieġ jekk dan ix-xorb ikun ser jiġi kkunsmat f’xi post

pubbliku; u

(ċ)

f’żona ta’ ħames (5) metri mill-istabbiliment, l-

istess stabbiliment kummerċjali jrid iżomm nadif, jiġbor kull

kontenitur tal-ħġieġ, flimkien mal-ġbir ta’ skart mill-bins fl-

istess distanza.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

Kwalunkwe użu tal-plastik huwa pprojbit u minflok

għadhom jintużaw kontenituri bijodegradabbli.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

1

Dawn il-bye-laws għandhom japplikaw mingħajr

preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar Attivitajiet li

jeħtieġu Permess mill-Kunsill Lokali.

8.2

Il-bye-laws 4, 5 u l-paragrafu (a) tal-bye-law 6 ma

għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi elenkati b’mod eżawrjenti fit-

Tieni Skeda.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.222 — Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u Konsum tal-Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali l-Imsida)

Kull persuna li tikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’

dawn il-bye-laws għandha, meta tinstab ħatja, tkun soġġetta għal multa

(ammenda) ta’ sebgħin euro (€70) għal tali kontravvenzzjoni, u għal

multa (ammenda) oħra ta’ għaxar euro (€10) għal kull jum li fih tkun

kisret xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws.

XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U KONSUM TAL-

ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI

(KUNSILL LOKALI L-IMSIDA)

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →