Legislator Case Law & Legislation
sl_363.192 kunsilllokalil-isla MT

Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla) (kunsilllokalil-isla)

9 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (9)

Statutory Text (9 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

KARRIJIET U OĠĠETTIOĦRA TA’ INGOMBRU

FIL-LOKALITÀ TAL-ISLA (KUNSILL LOKALI ISLA)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.192

BYE-LAWS DWAR KARRIJIET U OĠĠETTI

OĦRA TA’ INGOMBRU FIL-LOKALITÀ

TAL-ISLA (KUNSILL LOKALI ISLA)

15 ta’ Diċembru, 2017

KUNSILL LOKALI BYE-LAW 4/12/2017.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu Bye-Laws dwar

Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill

Lokali L-Isla).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

F’dawn il-Bye-Laws, sakemm-il darba r-rabta tal-kliem

ma tkunx teħtieġ xort’oħra:-

"Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;

"karru" tfisser kull vettura mingħajr qawwa mekkanika tagħha

stess magħmula biex tinġibed minn vettura bil-mutur u maħsuba biex

iġġorr dgħajjes jew opri oħra tal-baħar jew għall-ġarr ta’ merkanzija;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali L-Isla;

"lokalità" tfisser il-lokalità tal-Isla kif imfissra fl-Att;

"oġġett ta’ ingombru" tfisser kwalsiasi oġġett li għalkemm

mhux neċessarjament jkun skart, joħloq ingombru jew inkonvenjent

f’xi parti tal-lokalità jew kull oġġett ieħor ta’ daqs jew kwantità jew

kumulu, li meta jItqies b’mod kollettiv, jikkawża ħaġa li ddejjaq, jew li

jista’ jwassal għad-deterjorament jew tħassir ta’ post pubbliku.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

1

Ebda persuna ma tista’ f’xi parti mil-Lokalità, tqiegħed

jew tħalli karru jew oġġett ta’ ingombru ieħor, inkluż xi skip li ma

jkunx għal użu domestiku, u ebda persuna ma għandha twaqqaf, sew

temporanjament jew xort’oħra u tħalli waħdu jew tipparkja xi karru,

mgħobbi jew le f’xi parti tal-Lokalità li ma jkunx post awtorizzat

għall-ipparkjar ta’ karrijiet jew fuq art privata, sakemm ma jkollhiex

awtorizazzjoni għaldaqshekk mill-Kunsill.

3.2

Ebda dispożizzjoni ta’ dawn il-Bye-laws ma għandha

tittieħed li b’xi mod tirristrinġi t-traġitt ta’ karrijiet minn ġewwa l-

lokalità.

3.3

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-laws kull

persuna tista’ tqiegħed karru f’xi parti mil-lokalità sabiex tħott minnha

dgħajjes jew opri oħra tal-baħar

Iżda l-karru għandha jitneħħa minnufih malli jinħattu l-

oġġetti li jkun qed iġorr fuqu.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

Kull karru jew oġġett ieħor ta’ ingombru li jgħaddi jew

KARRIJIET U OĠĠETTIOĦRA TA’ INGOMBRU

FIL-LOKALITÀ TAL-ISLA (KUNSILL LOKALI ISLA)

jitqiegħed fil-Lokalità’ tal-Isla għandu jkollu mezz ta’ identifikazzjoni

ċara li twassal għall-persuna responsabbli mill-istess karru jew oġġett.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws mhumiex

applikabbli għal żona jew żoni identifikati u approvati mill-Kunsill

Lokali għal dan l-iskop sakemm jiġu osservati l-kondizzjonijiet imposti

mill-Kunsill.

5.1

Iż-żoni identifikati mill-Kunsill jistgħu jintużaw biss

wara li tkun saret applikazzjoni lill-Kunsill Lokali liema applikazzjoni

tkun ġiet aċċettata.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

Żoni identifikati bħala tas-sajjieda u dgħajjes għandhom

jintużaw biss skont il-permessi relattivi u skont id-dispożizzjonijiet tal-

liġi ta’ Malta u kwalunkwe użu ieħor għandu jkun soġġett għal dawn il-

Bye-Laws.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

Kull persuna li b’xi mod ieħor tikser xi waħda mid-

dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws, teħel, meta tinstab ħatja,

ammenda ta’ sebgħin euro (€70) għal dik il-kontravvenzjoni flimkien

ma’ ammenda oħra ta’ għaxar euro (€10) għal kull ġurnata li matulu

tkun kisret xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.192 — Bye-Laws dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta’ Ingombru fil-Lokalità tal-Isla (Kunsill Lokali L-Isla)

Il-penali msemmija fil-Bye-Law 4 huma mingħajr

preġudizzju għal kull azzjoni li jista’ jieħu l-Kunsill jew xi awtorità

oħra sabiex ineħħi, jaħżen jew jiddisponi minn xi karru jew oġġett ta’

ingombru jew xi oġġett ieħor li jkun aċċessorju għal dawn skont id-

dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’

Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru, jew kull liġi oħra, u mingħajr

preġudizzju għal kull penali jew ammenda li tista’ tkun tapplika taħt xi

liġi oħra.

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →