Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali Marsa)
Table of Provisions (9)
Statutory Text (9 Articles)
XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U L-KONSUM TAL-
ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI
(KUNSILL LOKALI MARSA)
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.191
BYE-LAWS DWAR XORB F’KONTENITURI
TAL-ĦĠIEĠ U L-KONSUM
TAL-ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI
(KUNSILL LOKALI MARSA)
6 ta’ Diċembru, 2017
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 34/11/2017.
It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu Bye-Laws dwar Xorb
f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum ta’ Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi
(Kunsill Lokali Il-Marsa).
(Bye-Law 6(a))
IL-KONSUM FIT-TOROQ, PJAZZEZ U ĠONNA
PUBBLIĊI, TA’ KULL TIP TA’ XORB F’KONTENITURI
TAL-ĦĠIEĠ HU PPROJBIT BIL-LIĠI.
IL-ĠARR TA’ KULL TIP TA’ XORB FIT-TOROQ,
PJAZZEZ U ĠONNA PUBBLIĊI JEKK MHUX
F’KONTENITURI SSIĠILLATI U MHUX MIFTUĦIN HU
PPROJBIT BIL-LIĠI.
Bye-Laws dwar Xorb f’Kontenituri tal-Ħġieġ u l-Konsum tal-
Alkoħol f’Postijiet Pubbliċi (Kunsill Lokali Marsa)
THE CONSUMPTION OF BEVERAGES AND ALCOHOL
IN GLASS CONTAINERS IN STREETS, SQUARES AND
PUBLIC GARDENS, IS PROHIBITED BY LAW.
THE CARRYING OF ALCOHOL OR BEVERAGES IN
THE STREETS, SQUARES AND PUBLIC GARDENS
OTHER THAN IN SEALED UNOPENED CONTAINERS IS
PROHIBITED BY LAW.
Beverages in Glass Containers in Public Places
(Marsa Local Council) Bye-Laws
F’dawn il- Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’ oħra
"arei msemmija" tfisser dawk l-arei msemmija minn
awtoritajiet kompetenti għat-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet sabiex jiġi
kkunsmat ikel u xorb;
"l-Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;
"bin" tfisser reċipjent li jingħalaq b’għatu għar-rimi ta’ skart
provdut mill-Kunsill jew taħt l-awtorità tiegħu u mqiegħed f’post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità tal-Marsa;
"kontenitur tal-ħġieġ" tinkludi kull forma ta’ flixkun, tazza, u,
jew xi kontenitur tal-ħġieġ ta’ kwalunkwe daqs u forma li l-għan
tiegħu huwa li jinżamm xorb jew jiġi servut xorb;
"il-Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Il-Marsa;
"lokalità" tfisser il-lokalità tal-Marsa;
"post pubbliku" tfisser it-toroq u ż-żoni pubbliċi kollha, inklużi
l-bankini, pjazzez u ġonna pubbliċi, fil-konfini kollha tal-Marsa.
Ebda persuna ma tista’ titlajja f’xi post pubbliku filwaqt
li jkollha f’idha jew fuq il-persuna tagħha xi kontenitur tal-ħġieġ.
Ebda persuna ma tista` iġġorr xorb alkoħoliku f’post
pubbliku jekk mhux f’kontenitur issiġillat u li ma jkunx miftuħ.
Ebda persuna ma tista` tikkonsma xorb alkoħoliku jew
xorb ieħor f’kontenitur tal-ħġieġ f’postijiet pubbliċi ħlief fl-arei
msemmija.
Kull stabbiliment kummerċjali li jkun jinsab fil-lokalità u
li jbiegħ ix-xorb għandu
XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U L-KONSUM TAL-
ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI
(KUNSILL LOKALI MARSA)
(a)
iwaħħal avviż bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż kif muri
fl-Iskeda, u dak l-avviż għandu jintwera f’post fejn ikun jidher
sew u jinqara faċilment mill-klijenti tal-istess stabbiliment
kummerċjali;
(b)
jipprovdi kontenituri magħmulin minn materjal li
ma jkunx ħġieġ jekk dak ix-xorb ikun intenzjonat sabiex jiġi
kkunsmat f’xi post pubbliku; u
(ċ)
jaċċerta li jsir tindif taż-żona sa ħames metri ‘l
bogħod mill-istabbiliment kummerċjali u ġbir tal-kontenituri
tal-ħġieg kif ukoll ġbir ta’ skart mill-bins li jkunu fl-istess
distanza b’mod regolari.
Kull persuna li tikser xi dispożizzjoni ta’ dawn il-Bye-
Laws teħel, meta tinstab ħatja, ammenda ta’ sebgħin euro (€70.00)
għal dik il-kontravvenzjoni, kif ukoll ammenda oħra ta’ għaxar euro
(€10) għal kull jum li fih tkun kisret xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws.
XORB F’KONTENITURI TAL-ĦĠIEĠ U L-KONSUM TAL-
ALKOĦOL F’POSTIJIET PUBBLIĊI
(KUNSILL LOKALI MARSA)