Legislator Case Law & Legislation
sl_363.190 MT

Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

15 Articles / Provisions · Malta
Open official source Machine-readable Markdown (.md)

Table of Provisions (15)

Statutory Text (15 Articles)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

FIL-BAJJA S-SABIĦA

(KUNSILL LOKALI BIRŻEBBUĠA)

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.190

BYE-LAWS DWAR KONTROLL TA’ APPARAT

GĦALL-ATTIVITAJIET FIL-BAJJA S-SABIĦA

(KUNSILL LOKALI BIRŻEBBUĠA)

5 ta’ Diċembru, 2017

KUNSILL LOKALI BYE-LAW 15/10/2017.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu Bye-Laws dwar Kontroll

ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali

Birżebbuġa).

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

(Bye-Law 2)

Il-Bajja s-Sabiħa u l-postijiet li fihom jistgħu isiru attivitajiet matul is-

sajf

(Pjanta li turi l-konfini tal-Bajja s-Sabiħa u l-postijiet li

fihom jista’ jintrama’ apparat)

FIL-BAJJA S-SABIĦA

(KUNSILL LOKALI BIRŻEBBUĠA)

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma

tkunx teħtieg xort’oħra

"apparat" tinkludi kull apparat impoġġi fuq il-post mill-persuna

awtorizzata li permezz tiegħu jkun jista’ jagħmel l-attività ġewwa l-

post mogħtija lilu skont dawn il-Bye-Laws; liema apparat jista’

jinkludi strutturi għall-attivitajiet ta’ sport jew divertiment, bħal

trampolines, bouncing castles u strutturi oħra simili, kif ukoll apparat

mekkaniku, elettroniku jew li jaħdem b’xi mezz ieħor ta’ ġenerazzjoni

bħalma hu ġeneratur tad-dawl, kif ukoll kull tip ta’ għamara, fornituri

jew oġġetti oħra mpoġġija fil-post sabiex issir l-attività;

"applikant" tfisser il-persuna li tapplika għall-awtorizzazzjoni mill-

Kunsill skont dawn il-Bye-Laws;

"l-Att" tfisser l-Att dwar Gvern Lokali;

"attività" tfisser kull tip ta’ attività awtorizzata mill-Kunsill skont

dawn il-Bye-Laws u li ssir f’xi waħda mill-posti indikati fil-pjanta li

tinsab fl-Ewwel Skeda ta’ dawn il-Bye-Laws, eskluż beach party,

festin, attività li tiġġenera mużika qawwija u xi attività oħra simili, li

tkun ser issir fil-Bajja s-Sabiħa f’xi perjodu bejn l-1 ta’ Mejju u t-30

ta’ Settembru f’xi sena.

"il-Bajja s-Sabiħa" tfisser iż-żona b’konfini stabbiliti kif indikat fl-

Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn il-Bye-Laws;

"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa;

"lokalità" tfisser il-lokalità ta’ Birżebbuġa kif stabbilita fl-Att;

"persuna awtorizzata" tfisser dik il-persuna li tirbaħ l-offerta

pubblika mill-Kunsill sabiex tarma apparat fil-Bajja s-Sabiħa fil-

perjodu indikat f’dawn il-Bye-Laws;

"post" tfisser iż-żona li fiha jista’ jarma l-apparat il-persuna

awtorizzata u ssir l-attività skont il-pattijiet u l-kondizzjonijiet

stabbiliti mill-Kunsill, kif murija fuq il-pjanta fl-Ewwel Skeda ta’

dawn il-Bye-Laws.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

(Bye-Law 3.1)

Awtorizzazzjoni mill-Kunsill

Kunsill Lokali Birżebbuġa

Awtorizzazzjoni skont il-poteri mogħtija bil-Bye-Laws tal-2017

dwar

Kontroll ta’ Apparat ta’ Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa

(Kunsill Lokali Birżebbuġa)

Permezz ta’ din l-awtorizzazzjoni, is-Sur/Sinjura/Sinjorina

.....................……………...……, (magħrufa bħala l-"persuna

awtorizzata") li għandu/ha l-Karta tal-Identità bin-numru

…………….....…..........................................….., u li joqgħod/toqgħod

……...................…………...................……………………………….,

hu/hi awtorizzat/a li jarma apparat fil-post muri ġewwa l-pjanta

mehmuża skont l-Ewwel Skeda, ġewwa l-Bajja s-Sabiħa fil-perjodu

ta’ bejn ……....………… u ……………....…............., bil-pattijiet u l-

kondizzjonijiet li ġejjin

Din l-awtorizzazzjoni għandha tinġarr mill-persuna awtorizzata f’kull

ħin matul l-attività ġewwa l-Bajja s-Sabiħa. L-Awtorizzazzjoni ma

hiex trasferibbli

Jekk ser tindaqq mużika, din għandha f’kull ħin tinżamm f’volum li

ma jdejjaqx lir-residenti.

Kull mużika għandha tieqaf fil-11.00pm.

Il-post

għandha tinżamm nadifa kull ħin u li għal dan il-għan għandhom

jitpoġġew numru ta’ kontenituri li għandhom jitbattlu skont il-bżonn,

Mal-għeluq tal-ġurnata, kull skart li jkun fadal għandu jitneħħa minn

fuq is-sit.

Ma’ din l-awtorizzazzjoni għandhom jinżammu kopji tal-polza tal-

assikurazzjoni u tas-safety certificate tal-apparat.

Ma’ tmiem l-awtorizzazzjoni il-post għandu jitħalla battala u fl-istat

oriġinali tiegħu.

FIL-BAJJA S-SABIĦA

(KUNSILL LOKALI BIRŻEBBUĠA)

Din l-awtorizzazzjoni hi wkoll soġġetta għal dawn il-Pattijiet u

Kondizzjonijiet Speċifiċi

1. …………………………………............………......………………

2. …………………………………..........…………........……………

3. …………………………………………......……....………………

4. …………………………………............………......………………

……………………………

..........………......…………….......

Sindku

Segretarju Eżekuttiv

Data

Timbru tal-Kunsill

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

1

Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni jew liċenza

oħra meħtieġa taħt xi liġi oħra, l-ebda persuna ma tista’ tagħmel xi

attività fil-Bajja s-Sabiħa fil-perjodu msemmi f’dawn il-Bye-Laws jew

mhux bl-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-Kunsill skont is-setgħat

mogħtija b’dawn il-Bye-Laws. L-awtorizzazzjoni mill-Kunsill tkun fil-

forma kif murija fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn il-Bye-Laws.

3.2

Dawn il-Bye-Laws għandhom jirregolaw l-attivitajiet li jsiru

fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Settembru.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

1

Il-post li fih jista’ ssir xi attività u jintrama apparat meħtieġ

għal xi attività awtorizzata, jkun dak indikat mill-Kunsill fuq pjanta li

FIL-BAJJA S-SABIĦA

(KUNSILL LOKALI BIRŻEBBUĠA)

tingħata lill-persuni awtorizzati flimkien mal-awtorizzazzjoni.

4.2

Fil-pjanta mogħtija mill-Kunsill lill-persuna awtorizzata jiġi

indikat il-qies tal-post li fih jista’ ssir l-attività.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

1

Il-Kunsill għandu joħroġ sejħa pubblika għal offerti

magħluqin għal kull min ikun interessat li jagħmel xi attività u jarma

apparat fil-Bajja s-Sabiħa.

5.2

Is-sejħa pubblika għandha tagħlaq fl-aħħar ta’ Novembru u

għandha tkun iġġudikata mill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-tielet

laqgħa wara l-għeluq tas-sejħa pubblika

Iżda jekk sakemm jiġu pubblikati dawn il-Bye-Laws ikun

inqabeż l-aħħar ta’ Novembru, is-sejħa għandha tagħlaq fid-data

indikata mill-Kunsill.

5.3 Fis-sejħa pubblika, il-Kunsill għandu jindika l-postijiet li

fihom wieħed jista’ jarma apparat u l-inqas ammont ta’ flus li wieħed

jista’ joffri għal kull waħda minnhom.

5.4

Fis-sejħa għall-offerti, għandha tintalab l-informazzjoni li

ġejja

(a)

l-isem u l-kunjom, in-numru tal-Karta tal-Identità,

l-indirizz postali, in-numru tat-telefon, in-numru tat-telefon

ċellulari u l-indirizz elettroniku tal-applikant;

(b)

l-għażla tal-applikant tal-post;

(ċ)

l-offerta fi flus għal xi post partikolari;

(d)

id-dettalji tal-apparat li jkun ser jintrama, inkluż

il-qisien tagħhom;

(e)

ritratt ta’ kull apparat li jkun ser jintrama fil-post;

(f)

kopja tal-attestazzjoni li l-apparat hu l-konfini ma’

standards stabbiliti.

5.5

Kull applikant irid ikollu r-reġistrazzjoni tal-VAT.

5.6

Il-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta anke l-aktar offerta

vantaġġjuża bil-kriterji prinċipali jkunu l-prezz u t-tip tal-attività

Iżda meta l-Kunsill jirrifjuta l-aktar offerta vantaġġjuża, dan

għandu jagħti r-raġuni għal dan;

Iżda wkoll, ma tistax tintagħżel aktar minn attività waħda

biex issir fl-istess post fl-istess ħin.

5.7 Il-flus tal-offerta milqugħa għandhom jitħallsu sa mhux iktar

minn ħmistax- il ġurnata mid-data li l-offerent ikun ġie mgħarraf li s-

sejħa tiegħu tkun ġiet milqugħa. Jekk il-ħlas ma jsirx fil-perjodu

indikat, il-Kunsill għandu jgħaddi għand l-offerent li jkun ġie it-tieni

fil-proċess tal-għażla.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

1

Il-persuna awtorizzata għandha tieħu ħsieb li tikseb, meta

jkun applikabbli, il-permessi meħtieġa mill-Awtoritajiet nazzjonali

kompetenti.

6.2

Jekk il-Kunsill ikun sodisfatt li l-applikant ma jirnexxilux

jikseb xi permess, awtorizzazzjoni jew liċenzja mingħand xi awtorità

regolatorja u dan mhux b’xi nuqqas jew traskuraġni tal-applikant, il-

Kunsill għandu jirrifondi lill-applikant 80% tal-ħlas magħmul mill-

applikant lill-Kunsill.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

1

Meta tintrebaħ offerta, l-applikant għandu jassigura li

jagħmel polza ta’ assigurazzjoni fuq l-apparat li tkopri danni lil terzi,

kif ukoll jippreżenta lill-Kunsill Safety Certificate tal-apparat,

FIL-BAJJA S-SABIĦA

(KUNSILL LOKALI BIRŻEBBUĠA)

mingħand safety officer. Jekk l-assigurazzjoni u s-Safety Certificate

ma jiġux preżentati kif indikat, il-Kunsill ikollu d-dritt li minnufih

iwaqqa’ l-offerta u jmur għall-offerta li tkun ġiet it-tieni fil-proċess tal-

għażla, mingħajr ma l-Kunsill ikun obbligat li jirrifondi l-ħlas

magħmul.

7.2

Kull forma ta’ dannu li jista’ jiġi kkaġunat lil terzi waqt il-

perjodu tal-offerta, tkun fir-responsabbilità ewlenija u unika tal-

persuna awtorizzata.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

1

Jekk il-persuna awtorizzata għal xi raġuni, ma tarmax, l-

offerta tiġi revokata u l-Kunsill ikollu l-jedd li jagħti l-offerta lill-

offerent li jkun ġie t-tieni fil-proċess tal-għażla, u l-ħlas imħallas mill-

ewwel persuna awtorizzata ma jingħatax lura.

8.2

L-Awtorizzazzjoni mogħtija lill-persuna awtorizzata ma

tistax tiġi trasferita lil terzi persuni.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

1

Mal-għoti tal-awtorizzazzjoni bil-miktub, iffirmata mis-

Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv, il-Kunsill għandu wkoll jindika l-

p a t t i j i e t u l - k u nd i z z j o n i j i e t l i b i h o m t k u n q e d t i n g ħ a t a l -

awtorizzazzjoni. Dawn għandhom jinkludi li ġejjin

(a)

l-awtorizzazzjoni tkopri l-perjodu tal-attività li fl-

ebda ħin ma tista’ tkun qabel l-1 ta’ Mejju u wara t-30 ta’

Settembru;

(b)

għall-għanijiet tal-awtorizzazzjoni mogħtija, il-

persuna responsabbli li trid tassigura li l-pattijiet u l-

kondizzjonijiet jiġu imħarsa tkun il-persuna awtorizzata;

(ċ)

matul l-attività, jekk tkun ser tindaqq mużika, din

għandha tinżamm f’volum baxx li ma ddejjaqx lir-residenti, u li

din għandha tieqaf mal-11.00pm;

(d)

kull attività għandha tieqaf sal-11.00pm.

9.2

Il-post indikat fl-awtorizzazzjoni għandu jinżamm nadif

f’kull ħin u li għal dan l-għan il-persuna awtorizzata għandha tpoġġi

numru ta’ kontenituri tal-iskart li jkunu adegwati. Il-kontenituri

għandhom jitbattlu skont il-bżonn u fl-aħħar tal-ġurnata il-persuna

awtorizzata għandha tassigura li kull skart jitneħħa minn fuq il-post.

9.3

L-awtorizzazzjoni għandha tinżamm fuq il-persuna

awtorizzata f’kull ħin waqt l-attività u għandha tiġi prodotta jekk

tintalab minn xi uffiċjal tal-Pulizija jew Uffiċjal tal-Komunità.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

Jekk xi waħda mill-pattijiet jew kondizzjonijiet ma jiġux

onorati, il-Kunsill ikollu d-dritt li jirrevoka l-awtorizzazzjoni mingħajr

rifużjoni tal-ħlas jew parti mill-ħlas tal-awtorizzazzjoni imħallas mill-

persuna awtorizzata. Meta jiġri hekk, il-proċess tal-għażla irid ikun

skont dawn il- B ye-Laws mingħajr ma jingħa ta xi tratt ament

preferenzjali lil xi applikant.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

Mat-tmiem tal-awtorizzazzjoni, jew mar-revoka tal-

awtorizzazzjoni, l-għamara, fornituri, apparat jew l-oġġetti l-oħra

kollha li jkunu fil-post għandhom jitneħħew mill-persuna awtorizzata,

u l-post għandu jitħalla fl-istat oriġinali tiegħu. Jekk matul il-perjodu

tal-awtorizzazzjoni jkun kiber ħaxix ħażin dan għandu jinqata’.

Liġijiet ta' Malta — Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.190 — Bye-Laws dwar Kontroll ta’ Apparat għall-Attivitajiet fil-Bajja s-Sabiħa (Kunsill Lokali Birżebbuġa)

Jekk il-persuna awtorizzata ma żżarmax l-apparat mat-

tmiem tal-awtorizzazzjoni jew meta l-awtorizzazzjoni tiġi revokata

skont dawn il-Bye-Laws, din tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni u teħel,

meta tinsab ħatja, ammenda ta’ sebgħin euro (€70) u f ’każ ta’

kontravvenzjoni kontinwa, ammenda ta’ ħmistax-il euro (€15) għal

kull jum li matulu tkompli l-kontravvenzjoni.

FIL-BAJJA S-SABIĦA

(KUNSILL LOKALI BIRŻEBBUĠA)

Need to analyze how this provision applies to your matter?

Cross-reference this statute against case law, commentaries, and related legislative provisions inside Legislator AI.

Open in Legislator →